This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52014XC1112(01)
Update of model cards issued by the Ministries of Foreign Affairs of Member States to accredited members of diplomatic missions and consular representations and members of their families, as referred to in Article 19(2) of Regulation (EC) No 562/2006 of the European Parliament and of the Council establishing a Community Code on the rules governing the movement of persons across borders (Schengen Borders Code) ( OJ C 247, 13.10.2006, p. 85 ; OJ C 153, 6.7.2007, p. 15 ; OJ C 64, 19.3.2009, p. 18 ; OJ C 239, 6.10.2009, p. 7 ; OJ C 304, 10.11.2010, p. 6 ; OJ C 273, 16.9.2011, p. 11 ; OJ C 357, 7.12.2011, p. 3 ; OJ C 88, 24.3.2012, p. 12 ; OJ C 120, 25.4.2012, p. 4 ; OJ C 182, 22.6.2012, p. 10 ; OJ C 214, 20.7.2012, p. 4 ; OJ C 238, 8.8.2012, p. 5 ; OJ C 255, 24.8.2012, p. 2 ; OJ C 242, 23.8.2013, p. 13 ; OJ C 38, 8.2.2014, p. 16 ; OJ C 133, 1.5.2014, p. 2 ; OJ C 360, 11.10.2014, p. 5 )
Aġġornament tal-kampjuni tal-karti maħruġa mill-Ministeri tal-Affarijiet Barranin tal-Istati Membri lill-membri akkreditati ta' missjonijiet diplomatiċi u rappreżentanti konsolari u l-membri tal-familji tagħhom, kif imsemmi fl-Artikolu 19(2) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) ( ĠU C 247, 13.10.2006, p. 85 ; ĠU C 153, 6.7.2007, p. 15 ; ĠU C 64, 19.3.2009, p. 18 ; ĠU C 239, 6.10.2009, p. 7 ; ĠU C 304, 10.11.2010, p. 6 ; ĠU C 273, 16.9.2011, p. 11 ; ĠU C 357, 7.12.2011, p. 3 ; ĠU C 88, 24.3.2012, p. 12 ; ĠU C 120, 25.4.2012, p. 4 ; ĠU C 182, 22.6.2012, p. 10 ; ĠU C 214, 20.7.2012, p. 4 ; ĠU C 238, 8.8.2012, p. 5 ; ĠU C 255, 24.8.2012, p. 2 ; ĠU C 242, 23.8.2013, p. 13 ; ĠU C 38, 8.2.2014, p. 16 ; ĠU C 133, 1.5.2014, p. 2 ; ĠU C 360, 11.10.2014, p. 5 )
Aġġornament tal-kampjuni tal-karti maħruġa mill-Ministeri tal-Affarijiet Barranin tal-Istati Membri lill-membri akkreditati ta' missjonijiet diplomatiċi u rappreżentanti konsolari u l-membri tal-familji tagħhom, kif imsemmi fl-Artikolu 19(2) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) ( ĠU C 247, 13.10.2006, p. 85 ; ĠU C 153, 6.7.2007, p. 15 ; ĠU C 64, 19.3.2009, p. 18 ; ĠU C 239, 6.10.2009, p. 7 ; ĠU C 304, 10.11.2010, p. 6 ; ĠU C 273, 16.9.2011, p. 11 ; ĠU C 357, 7.12.2011, p. 3 ; ĠU C 88, 24.3.2012, p. 12 ; ĠU C 120, 25.4.2012, p. 4 ; ĠU C 182, 22.6.2012, p. 10 ; ĠU C 214, 20.7.2012, p. 4 ; ĠU C 238, 8.8.2012, p. 5 ; ĠU C 255, 24.8.2012, p. 2 ; ĠU C 242, 23.8.2013, p. 13 ; ĠU C 38, 8.2.2014, p. 16 ; ĠU C 133, 1.5.2014, p. 2 ; ĠU C 360, 11.10.2014, p. 5 )
ĠU C 397, 12.11.2014, pp. 6–10
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
12.11.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 397/6 |
Aġġornament tal-kampjuni tal-karti maħruġa mill-Ministeri tal-Affarijiet Barranin tal-Istati Membri lill-membri akkreditati ta' missjonijiet diplomatiċi u rappreżentanti konsolari u l-membri tal-familji tagħhom, kif imsemmi fl-Artikolu 19(2) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU C 247, 13.10.2006, p. 85; ĠU C 153, 6.7.2007, p. 15; ĠU C 64, 19.3.2009, p. 18; ĠU C 239, 6.10.2009, p. 7; ĠU C 304, 10.11.2010, p. 6; ĠU C 273, 16.9.2011, p. 11; ĠU C 357, 7.12.2011, p. 3; ĠU C 88, 24.3.2012, p. 12; ĠU C 120, 25.4.2012, p. 4; ĠU C 182, 22.6.2012, p. 10; ĠU C 214, 20.7.2012, p. 4; ĠU C 238, 8.8.2012, p. 5; ĠU C 255, 24.8.2012, p. 2; ĠU C 242, 23.8.2013, p. 13; ĠU C 38, 8.2.2014, p. 16; ĠU C 133, 1.5.2014, p. 2; ĠU C 360, 11.10.2014, p. 5)
2014/C 397/07
Il-pubblikazzjoni tal-kampjuni tal-karti maħruġa mill-Ministeri tal-Affarijiet Barranin tal-Istati Membri lil membri akkreditati ta' missjonijiet diplomatiċi u rappreżentanti konsolari u l-membri tal-familji tagħhom, kif imsemmi fl-Artikolu 19(2) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (1) hija bbażata fuq informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri lill-Kummissojni skont l-Artikolu 34 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen.
Flimkien mal-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali, aġġornament ta' kull xahar huwa disponibbli fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Interni.
L-ESTONJA
Sostituzzjoni tal-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 304, 10.11.2010
Karti tal-identità maħruġa mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin
|
1. |
Karti tal-identità diplomatiċi u tas-servizz maħruġa mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin:
|
Karta tal-identità diplomatika (2)
|
Quddiem |
Wara |
|
|
|
Kulur — blu
Kategorija A — Kap tal-Missjoni u membru tal-familja tagħha/tiegħu
|
Quddiem |
Wara |
|
|
|
Kulur — blu
Kategorija B — Diplomatiku u membru tal-familja tagħha/tiegħu
Karta tas-servizz
|
Quddiem |
Wara |
|
|
|
Kulur — aħmar
Kategorija C — Impjegat amministrattiv u membru tal-familja tagħha/tiegħu
|
Quddiem |
Wara |
|
|
|
Kulur — aħdar
Kategorija D — Persunal ta' servizz u membru tal-familja tagħha/tiegħu
|
Quddiem |
Wara |
|
|
|
Kulur — aħdar
Kategorija E — Impjegat privat
|
Quddiem |
Wara |
|
|
|
Kulur — aħdar
Kategorija F — Impjegat lokali
|
Quddiem |
Wara |
|
|
|
Kulur — griż
Kategorija HC — Konslu onorarju
|
Quddiem |
Wara |
|
|
|
Kulur — oranġjo
Kategorija G — Membru tal-persunal ta' organizzazzjoni internazzjonali jew istituzzjoni oħra u l-membri tal-familija tiegħu/tagħha
Informazzjoni addizzjonali
Karatteristiċi ġenerali tal-karti kollha maħruġa mill-Estonja:
Kartijiet diplomatiċi u ta' servizz se jsiru l-unika bażi legali għal residenza fl-Estonja għall-persunal akkreditat fl-Estonja tar-rappreżentanti diplomatiċi, stabbilimenti konsulari, jew rappreżentanti ta' organizzazzjonijiet internazzjonali.
Karta diplomatika jew ta' servizz li tkun maħruġa mill-1 ta' Ottubru 2010 li tintitola lill-portatur flimkien mal-passaport, biex jidħol u jivvjaġġa fit-territorju tal-Istati ta' Schengen.
Il-karti diplomatiċi u ta' servizz maħruġa qabel l-1 ta' Ottubru 2010 jibqgħu validi sad-data indikata fuq il-karta, u tkun il-bażi legali għal residenza fl-Estonja flimkien ma' viża valida diplomatika jew ta' servizz, u mhux se jinbidlu f'ġodda għalissa.
Deskrizzjoni teknika tal-karti kollha maħruġa mill-Estonja:
Karta diplomatika jew ta' servizz hija karta tal-plastik bil-kantunieri tondi, b'dimensjonijiet ta' 85×54 mm
Id-dejta fuq in-naħa ta' quddiem tal-karta diplomatika u ta' servizz hija kif ġej:
|
— |
titolu tal-karta (Karta diplomatika jew ta' servizz Estonjana) |
|
— |
Nru tas-serje |
|
— |
l-isem tal-ambaxxata |
|
— |
isem id-detentur |
|
— |
data tat-twelid |
|
— |
kariga tad-detentur |
|
— |
ritratt |
|
— |
firma tal-portatur |
In-naħa ta' wara fiha d-dejta li ġejja:
|
— |
il-grad tal-immunità |
|
— |
informazzjoni dwar il-bażi legali għal residenza fl-Estonja |
|
— |
l-awtorità li toħroġha (Ministru tal-Affarijiet Barranin, Dipartiment tal-Protokoll tal-Istat, telefon) |
|
— |
valida minn |
|
— |
valida sa |
Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Estonjan għandu joħroġ dawn il-karti diplomatiċi u tas-servizz li ġejjin:
|
(1) |
lill-kap tal-missjoni u lill-membri tal-familja tiegħu karta diplomatika serje A (blu); |
|
(2) |
lil diplomatiku u lill-membri tal-familja tiegħu karta diplomatika serje B (blu); |
|
(3) |
lil impjegat amministrattiv u lill-membri tal-familja tiegħu karta ta' servizz serje C (ħamra); |
|
(4) |
lil persunal ta' servizz u lill-membri tal-familja tiegħu karta ta' servizz serje D (ħadra); |
|
(5) |
lill-impjegati privati karta ta' servizz serje E (ħadra); |
|
(6) |
lil ċittadin Estonjan u resident permanenti li jaħdem f'missjoni barranija karta ta' servizz serje F (ħadra); |
|
(7) |
lil konslu onorarju ta' pajjiż barrani karta ta' servizz serje HC (griża); |
|
(8) |
Kartat tas-servizz serje G lil membru tal-persunal ta' organizzazzjoni internazzjonali jew istituzzjoni oħra u l-membri tal-familija tiegħu/tagħha; |
Membri tal-familja huma d-dipendenti li ġejjin ta' diplomatiku u li jagħmlu parti mill-istess unità domestika tiegħu/tagħha:
|
(1) |
konjuġi; |
|
(2) |
wild mhux miżżewweġ sa mhux iktar minn 21 sena; |
|
(3) |
wild mhux miżżewweġ sa mhux iktar minn 23 sena, li jistudja/tistudja f'istituzzjoni tal-edukazzjoni għolja fl-Estonja; |
|
(4) |
membru tal-familja ieħor f'każijiet speċjali. |
karta diplomatika u ta' servizz ma jinħarġux jekk il-perjodu tal-inkarigu jkun iqsar minn sitt (6) xhur.
Il-karti ta' servizz ma jinħarġux lill-impjegati amministrattivi tal-missjoni barranija li joqogħdu barra l-Estonja.
(1) ĠU L 105, 13.4.2006, p. 1.
(2) Jekk jogħġbok ara wkoll l-informazzjoni addizzjonali pprovduta fl-aħħar ta' dan it-test.