EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52014XC0715(02)

Aġġornament tal-ammonti ta’ referenza għal-qsim tal-fruntieri esterni, kif imsemmi fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntieri (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) ( ĠU C 247, 13.10.2006, p. 19 ; ĠU C 153, 6.7.2007, p. 22 ; ĠU C 182, 4.8.2007, p. 18 ; ĠU C 57, 1.3.2008, p. 38 ; ĠU C 134, 31.5.2008, p. 19 ; ĠU C 37, 14.2.2009, p. 8 ; ĠU C 35, 12.2.2010, p. 7 ; ĠU C 304, 10.11.2010, p. 5 ; ĠU C 24, 26.1.2011, p. 6 ; ĠU C 157, 27.5.2011, p. 8 ; ĠU C 203, 9.7.2011, p. 16 ; ĠU C 11, 13.1.2012, p. 13 ; ĠU C 72, 10.3.2012, p. 44 ; ĠU C 199, 7.7.2012, p. 8 ; ĠU C 298, 4.10.2012, p. 3 ; ĠU C 56, 26.2.2013, p. 13 ; ĠU C 98, 5.4.2013, p. 3 ; ĠU C 269, 18.9.2013, p. 2 ; ĠU C 57, 28.2.2014, p. 1 ; ĠU C 152, 20.5.2014, p. 25 )

OJ C 224, 15.7.2014, p. 31–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 224/31


Aġġornament tal-ammonti ta’ referenza għal-qsim tal-fruntieri esterni, kif imsemmi fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntieri (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (ĠU C 247, 13.10.2006, p. 19; ĠU C 153, 6.7.2007, p. 22; ĠU C 182, 4.8.2007, p. 18; ĠU C 57, 1.3.2008, p. 38; ĠU C 134, 31.5.2008, p. 19; ĠU C 37, 14.2.2009, p. 8; ĠU C 35, 12.2.2010, p. 7; ĠU C 304, 10.11.2010, p. 5; ĠU C 24, 26.1.2011, p. 6; ĠU C 157, 27.5.2011, p. 8; ĠU C 203, 9.7.2011, p. 16; ĠU C 11, 13.1.2012, p. 13; ĠU C 72, 10.3.2012, p. 44; ĠU C 199, 7.7.2012, p. 8; ĠU C 298, 4.10.2012, p. 3; ĠU C 56, 26.2.2013, p. 13; ĠU C 98, 5.4.2013, p. 3; ĠU C 269, 18.9.2013, p. 2; ĠU C 57, 28.2.2014, p. 1; ĠU C 152, 20.5.2014, p. 25)

2014/C 224/05

Il-pubblikazzjoni ta’ ammonti ta’ referenza għall-qsim tal-fruntieri esterni, kif imsemmi fil-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntieri (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) hija bbażata fuq l-informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 34 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen

Barra mill-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali, huwa disponibbli aġġornament ta’ kull xahar fuq il-websajt tad-Direttorat-Ġenerali għall-Affarijiet Interni.

FRANZA

Informazzjoni li tieħu post l-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 72 tal-10.3.2012

L-ammont ta’ referenza għal mezzi adegwati ta’ sussistenza għat-tul ta’ żmien ippjanat tas-soġġorn ta’ barrani jew għat-tranżitu tiegħu minn Franza għal destinazzjoni f’pajjiż terz huwa daqs l-ammont tal-paga minima garantita fi Franza (SMIC) ikkalkulat kuljum fuq il-bażi tar-rata ffissata fl-1 ta’ Jannar tas-sena kurrenti.

Dan l-ammont jiġi stmat mill-ġdid b’mod regolari fuq il-bażi tal-indiċi tal-għoli tal-ħajja fi Franza:

b’mod awtomatiku meta l-indiċi tal-prezzijiet bl-imnut jiżdied b’aktar minn 2 %,

b’deċiżjoni tal-Gvern – wara konsultazzjoni mal-kummissjoni nazzjonali għan-negozjar kollettiv – sabiex tingħata żieda ogħla miż-żieda tal-prezzijiet bl-imnut.

Mill-1 ta’ Jannar 2012, l-ammont ta’ kuljum tal-SMIC (Paga Minima) hija ta’ EUR 65,00.

Il-persuni li għandhom prova ta’ akkomodazzjoni (“attestation d’accueil”) għandhom ikollhom ammont minimu ta’ flus, ekwivalenti għan-nofs l-SMIC, sabiex joqogħdu fi Franza. Għalhekk dan l-ammont hu ta’ EUR 32,50 kuljum.

Mid-19 ta’ Ġunju 2014, f’każ li ma tiġix ppreżentata riżervazzjoni f’lukanda bħala ġustifikazzjoni ta’ soġġorn, l-ammont minimu ta’ kuljum bħala riżorsi għal soġġorn fi Franza huwa ta’ EUR 120,00. F’każ ta’ riżervazzjoni parzjali f’lukanda, l-ammont ta’ kuljum meħtieġ huwa ta’ EUR 65,00 għall-perjodu kopert mir-riżervazzjoni u ta’ EUR 120,00 għall-bqija tas-soġġorn.


Top