EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52014PC0683
Proposal for a COUNCIL DECISION on the conclusion of the Protocol setting out the fishing opportunities and the financial contribution provided for in the Fisheries Partnership Agreement between the European Community and the Republic of Madagascar
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Madagaskar
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Madagaskar
/* COM/2014/0683 final - 2014/0319 (NLE) */
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Madagaskar /* COM/2014/0683 final - 2014/0319 (NLE) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. KUNTEST TAL-PROPOSTA Abbażi
tal-awtorizzazzjoni mogħtija lilha mill-Kunsill[1], il-Kummissjoni Ewropea
fetħet in-negozjati mar-Repubblika tal-Madagaskar bil-ħsieb li
jiġġedded il-Protokoll tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd li
hemm bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Madagaskar. Wara dawn
in-negozjati, ġie inizjalat abbozz ta' Protokoll ġdid min-negozjaturi
fid-19 ta' Ġunju 2014. Il-Protokoll il-ġdid ikopri
perjodu ta' 4 snin li jibda mid-data tal-applikazzjoni provviżorja
stipulata mill-Artikolu 15 – jiġifieri mid-data tal-firma tiegħu
u mhux qabel l-1 ta' Jannar 2015. L-għan
prinċipali tal-Protokoll tal-Ftehim huwa li jingħataw opportunitajiet
tas-sajd lill-bastimenti tal-Unjoni Ewropea fiż-żona tas-sajd
tar-Repubblika tal-Madagaskar, skont il-miżuri ta' ġestjoni adottati
mill-Organizzazzjoni Reġjonali għall-Ġestjoni tas-Sajd
kompetenti, jiġifieri l-Kummissjoni għat-Tonn tal-Oċean Indjan
(IOTC) u, fejn xieraq, fil-limiti tal-ammonti żejda disponibbli.
Il-Kummissjoni serrħet, fost l-oħrajn, fuq ir-riżultati ta'
evalwazzjoni ex-post imwettqa minn esperti esterni. L-objettiv
ġenerali huwa li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Unjoni
Ewropea u r-Repubblika tal-Madagaskar favur l-istabbiliment ta’ qafas ta’
sħubija għall-iżvilupp ta’ politika tas-sajd sostenibbli u
l-isfruttar responsabbli tar-riżorsi tas-sajd fiż-żona tas-sajd
tar-Repubblika tal-Madagaskar, fl-interess taż-żewġ Partijiet. B’mod partikolari,
il-Protokoll jipprevedi opportunitajiet tas-sajd fil-kategoriji li ġejjin: · 40 bastiment tas-sajd għat-tonn bit-tartarun; · 32 bastiment tas-sajd bil-konz tal-wiċċ
b'tunnellaġġ superjuri għal 100 TG; · 22 bastiment tas-sajd għat-tonn bil-konzijiet
tal-wiċċ b'tunnellaġġ inferjuri jew ugwali għal
100 TG. Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni tipproponi
li l-Kunsill, bil-kunsens tal-Parlament, jadotta dan il-Protokoll il-ġdid
permezz ta' Deċiżjoni. 2. RIŻULTATI
TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT Il-partijiet interessati ġew ikkonsultati
fil-qafas tal-evalwazzjoni tal-Protokoll 2013-2014. Ġew ikkonsultati
wkoll l-esperti mill-Istati Membri waqt laqgħat tekniċi. Minn dawn
il-konsultazzjonijiet ġie konkluż li jkun ta’ benefiċċju li
jinżamm protokoll tas-sajd mar-Repubblika tal-Madagaskar. 3. ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA Din il-proċedura nbdiet b’mod parallel
mal-proċeduri marbutin mad-Deċiżjoni tal-Kunsill li tadotta
l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll, kif ukoll mar-Regolament
tal-Kunsill dwar l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd fost l-Istati
Membri tal-Unjoni Ewropea. 4. IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA Il-kontribuzzjoni finanzjarja annwali, li hija
EUR 1 566 250 kull sena għall-ewwel sentejn tal-protokoll u
EUR 1 487 500 kull sena għas-sentejn ta' wara, hija bbażata
fuq: a) tunnellaġġ ta' referenza ta' 15 750 tunnellata
marbut mal-aċċess, għal ammont annwali ta'
EUR 866 250 kull sena għall-ewwel sentejn tal-protokoll u
ta' EUR 787 500 kull sena għas-sentejn ta' wara, u b) appoġġ
għall-iżvilupp tal-politika settorjali tas-sajd tar-Repubblika tal-Madagaskar,
li jammonta għal EUR 700 000 kull sena. Dan
l-appoġġ huwa konformi mal-objettivi tal-politika nazzjonali
fir-rigward tas-sajd u b'mod partikolari mal-ħtiġijiet tar-Repubblika
tal-Madagaskar fil-ġlieda kontra s-sajd illegali. 2014/0319 (NLE) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni tal-Protokoll li
jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja
previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u
r-Repubblika tal-Madagaskar IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 43(2)
tiegħu, flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) u (7) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni
Ewropea, Wara li kiseb il-kunsens tal-Parlament Ewropew[2], Billi: (1) Fil-15 ta' Novembru 2007,
il-Kunsill adotta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 31/2008[3] dwar
il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità
Ewropea u r-Repubblika tal-Madagaskar. (2) L-Unjoni Ewropea nnegozjat
mal-Madagaskar Protokoll ġdid dwar
Ftehim ta' sħubija, li jagħti lill-bastimenti tal-Unjoni Ewropea
opportunitajiet tas-sajd fiż-żona tas-sajd li tinsab taħt
il-ġuriżdizzjoni tal-Madagaskar. (3) Bid-Deċiżjoni
Nru …/2013/UE[4],
il-Kunsill awtorizza l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja ta’ dan
il-Protokoll, mingħajr preġudizzju għall-konklużjoni
sussegwenti tiegħu. (4) Il-Ftehim ta' sħubija,
permezz tal-Artikolu 9 tiegħu, jistabbilixxi kumitat konġunt biex
tikkontrolla l-implimentazzjoni, l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni
tal-Ftehim, u biex meta jkun meħtieġ tevalwa mill-ġdid il-livell
tal-opportunitajiet tas-sajd u konsegwentement tal-kontribuzzjoni finanzjarja.
Bl-iskop li jiġu implimentati dawn il-modifiki, huwa xieraq li
l-Kummissjoni Ewropea tingħata s-setgħa li tapprovahom skont
proċedura ssemplifikata. (5) Dan il-Protokoll għandu
jiġi konkluż, ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Il-Protokoll li jistabbilixxi
l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’
Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika
tal-Madagaskar huwa b’dan konkluż f’isem l-Unjoni Ewropea. It-test tal-Protokoll huwa mehmuż ma’ din
id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill għandu
jaħtar il-persuna awtorizzata biex tipproċedi, f’isem l-Unjoni
Ewropea, għan-notifika prevista fl-Artikolu 16 tal-Protokoll, sabiex
tesprimi l-kunsens tal-Unjoni Ewropea biex tkun marbuta mill-Protokoll. Artikolu 3 B'konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti
fl-Anness 2 ta' din id-deċiżjoni, il-Kummissjoni Ewropea għandha
s-setgħa li tapprova l-modifiki magħmula lill-Protokoll adottati
mill-Kumitat Konġunt, skont l-Artikolu 9 tal-Ftehim ta' Sħubija
dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Madagaskar. Artikolu 4 Din
id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet
jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea. . Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President DIKJARAZZJONI FINANZJARJA
LEĠIŻLATTIVA 1. QAFAS
TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 1.1. Titlu
tal-proposta/tal-inizjattiva Proposta
għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni
tal-Protokoll miftiehem bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Madagaskar li
jistipula l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti
fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd fis-seħħ bejn
iż-żewġ Partijiet. 1.2. Qasam/Oqsma ta’
politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB 11. –
L-Affarijiet Marittimi u s-Sajd 11.03 –
Kontribuzzjonijiet obbligatorji għall-organizzazzjonijiet reġjonali
tal-ġestjoni tas-sajd (ORĠS) u għal organizzazzjonijiet
internazzjonali oħrajn u għall-ftehimiet dwar is-sajd sostenibbli
(SFAs) 1.3. Natura
tal-proposta/tal-inizjattiva Il-proposta/inizjattiva
hija relatata mal-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti. 1.4. Għan(ijiet) 1.4.1 Għan(ijiet)
strateġiku/strateġiċi pluriennali tal-Kummissjoni fil-mira
tal-proposta/inizjattiva In-negozjati u
l-konklużjoni ta' Ftehimet dwar is-Sajd ma' pajjiżi terzi jissodisfaw
l-għan ġenerali li jkun permess l-aċċess
għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea f'żoni tas-sajd li
jinsabu taħt il-ġuriżdizzjoni ta' pajjiżi terzi u li
tiġi żviluppata sħubija ma' dawn il-pajjiżi bil-ħsieb
li jissaħħaħ l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd
barra mill-ilmijiet tal-UE. Il-ftehimiet
ta’ sħubija dwar is-sajd sostenibbli (SFPAs) jiżguraw ukoll
il-koerenza bejn il-prinċipji li jirregolaw il-Politika Komuni tas-Sajd u
l-impenji meħudin skont politiki Ewropej oħrajn (l-użu
sostenibbli tar-riżorsi tal-pajjiżi terzi, il-ġlieda kontra
s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (is-sajd IUU),
l-integrazzjoni tal-pajjiżi sħab fl-ekonomija globali, u governanza
politika u finanzjarja aħjar tas-sajd). 1.4.2 Għan (għanijiet) speċifiku
(speċifiċi) u attività (attivitajiet) ABM/ABB ikkonċernati Għan
speċifiku Nru 1 Sabiex
jingħata kontribut għas-sajd sostenibbli fl-ilmijiet li mhumiex
tal-Unjoni Ewropea, tinżamm preżenza Ewropea fis-sajd fl-ilmijiet
imbiegħda u jitħarsu l-interessi tas-settur tas-sajd Ewropew u
tal-konsumaturi billi jiġu nnegozjati u konklużi FPAs ma’ Stati
kostali, b’mod li jkunu konsistenti ma’ politiki Ewropej oħrajn. Attività/attivitajiet
konċernata/i ABM/ABB Biex jiġi
stabbilit qafas ta' governanza għall-attivitajiet tas-sajd imwettqa minn
bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fl-ilmijiet ta' pajjiżi terżi (SFAs)
(linja baġitarja 11.03.01). 1.4.3 Riżultat(i) u impatt(i) mistennija Il-konklużjoni
tal-Protokoll se tgħin sabiex jinżamm livell sostenibbli ta’
opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti Ewropej fiż-żona
tas-sajd tar-Repubblika tal-Madagaskar. Il-Protokoll
se jikkontribwixxi wkoll għal ġestjoni u konservazzjoni aħjar
tar-riżorsi tas-sajd, permezz ta’ appoġġ finanzjarju
(appoġġ settorjali) għall-implimentazzjoni tal-programmi
adottati fil-livell nazzjonali mill-pajjiż sieħeb, u b’mod partikulari
fir-rigward tal-kontroll u l-ġlieda kontra s-sajd illegali. 1.4.4 Indikaturi tar-riżultati u tal-impatt Ir-rata
tal-użu tal-opportunitajiet tas-sajd (il-perċentwal
tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd użati bħala perċentwali
tad-disponibbiltà skont il-protokoll); Il-ġbir u
l-analiżi ta’ dejta dwar il-qabdiet u l-valur kummerċjali tal-Ftehim; Il-kontribuzzjoni
għall-impjiegi u għall-valur miżjud fl-UE u
għall-istabbilizzazzjoni tas-suq tal-UE (flimkien ma’ SFPAs oħrajn); Għadd ta'
laqgħat tekniċi u tal-Kumitati Konġunti. 1.5. Raġunijiet
għall-proposta/għall-inizjattiva 1.5.1 Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u
ssodisfat(i) fuq medda qasira jew medda twila ta' żmien Il-Protokoll
għall-perjodu 2013-2014 jiskadi
fil-31 ta’ Diċembru 2014. Huwa previst li l-protokoll
il-ġdid jibda japplika b'mod provviżorju
mill-1 ta' Jannar 2015. Sabiex tkun żgurata
l-kontinwazzjoni tal-operazzjonijiet tas-sajd, qed jingħata bidu għal
proċedura rigward l-adozzjoni mill-Kunsill ta' deċiżjoni
fir-rigward tal-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll b'mod
parallel ma' din il-proċedura. Il-Protokoll
il-ġdid se jipprovdi qafas għall-attivitajiet tas-sajd tal-flotta
tal-Unjoni Ewropea fiż-żona tas-sajd tar-Repubblika tal-Madagaskar, u
se jawtorizza lis-sidien tal-bastimenti Ewropej jitolbu awtorizzazzjonijiet
tas-sajd li permezz tagħhom jistgħu jistadu fiż-żona
tas-sajd tar-Repubblika tal-Madagaskar. Barra minn
hekk, il-Protokoll il-ġdid isaħħaħ il-kooperazzjoni bejn
l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Madagaskar sabiex jippromwovu
l-iżvilupp ta’ politika tas-sajd sostenibbli. Dan jipprevedi, b’mod
partikulari, il-monitoraġġ tal-bastimenti permezz tal-VMS u
t-trażmissjoni b’mezzi elettroniċi tad-dejta dwar il-qabdiet. Sakemm
is-sistemi informatiċi relevanti jsiru operazzjonali, it-trażmissjoni
tad-dejta dwar il-qabdiet u d-dejta dwar is-sajd, permezz tal-mezzi li
jintużaw is-soltu, se tkun aktar frekwenti. L-appoġġ settorjali
huwa msaħħaħ biex jgħin lir-Repubblika tal-Madagaskar tissodisfa
l-obbligi internazzjonali tagħha fir-rigward tal-kontroll bħala Stat
tal-port. 1.5.2 Valur miżjud tal-involviment tal-UE F'dak li
għandu x'jaqsam ma' dan il-protokoll il-ġdid, in-nuqqas ta'
intervenzjoni min-naħa tal-UE jkun jagħti lok għal Ftehimiet
privati, li ma jkunux ta' għajnuna biex isaħħu l-kapaċità
tal-pajjiż terz inkwistjoni biex jiżgura l-amministrazzjoni
tas-settur tas-sajd, u konsegwentement ma jkunx hemm garanzija ta' sajd
sostenibbli. L-Unjoni Ewropea tittama wkoll li, permezz ta’ dan il-Protokoll,
ir-Repubblika tal-Madagaskar tkompli tikkoopera b’mod effikaċi mal-UE,
b’mod partikulari f’dak li għandu x’jaqsam mal-ġestjoni
tar-riżorsi tas-sajd u mal-ġlieda kontra s-sajd illegali. 1.5.3 Tagħlim miksub minn esperjenzi simili
fl-imgħoddi In-nuqqas ta'
użu tal-opportunijiet tas-sajd disponibbli għal ċerti segmenti
tal-flotta Ewropea skont il-protokoll preċedenti rriżulta fi tnaqqis
tal-opportunitajiet tas-sajd f'dawn il-kategoriji mill-Partijiet. Il-sehem li
jirrelata ma' operaturi ekonomiċi tal-Unjoni Ewropea fil-kontribuzzjoni
mħallsa lill-pajjiż terz imsieħeb bħala skambju għal
aċċess, żdiedet filwaqt li dik tal-Unjoni Ewropea naqset, skont
il-prinċipju adottat mir-riforma tal-PKS u applikat fi protokolli
oħra riċentement innegozjati fl-Oċean Indjan. L-appoġġ
settorjali ġie msaħħaħ biex jiġu kkunsidrati
l-programmi li kienu ġew implimentati qabel u biex jiġu riflessi
l-ħtiġijiet tal-amministrazzjoni tas-sajd tar-Repubblika
tal-Madagaskar. 1.5.4 Koerenza u sinerġija possibbli ma’
strumenti oħrajn rilevanti Il-fondi
mħallsin skont is-SFPAs jikkostitwixxu dħul funġibbli
fil-baġits tal-pajjiżi terzi imsieħba. Madankollu,
l-allokazzjoni ta’ wħud minn dawn il-fondi għall-implimentazzjoni
tal-miżuri fil-qafas tal-politika settorjali tal-pajjiż hija
kundizzjoni għall-konklużjoni u l-monitoraġġ tal-SFPAs.
Dawn ir-riżorsi finanzjarji huma kompatibbli ma' sorsi oħra ta'
finanzjament minn donaturi oħra ta’ fondi internazzjonali
għat-twettiq ta’ proġetti u/jew programmi fuq livell nazzjonali
fis-settur tas-sajd. 1.6. Tul
taż-żmien u impatt finanzjarju Proposta/inizjattiva
ta’ tul ta’ żmien limitat Proposta/inizjattiva fis-seħħ mill-01/01/2015
sal-31/12/2018 L-impatt finanzjarju mill-2015 sal-2018 1.7. Metodu/i ta’
ġestjoni previst(i) Ġestjoni diretta
mill-Kummissjoni Mis-servizzi tagħha, inkluż
mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni . 2. MIŻURI TA’
ĠESTJONI 2.1. Dispożizzjonijiet
dwar il-monitoraġġ u r-rapportar Il-Kummissjoni
(DĠ MARE, b’kollaborazzjoni mal-espert tas-sajd tagħha bbażat
fil-Mawrizju u d-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-Madagaskar) se
tiżgura l-monitoraġġ regolari tal-implimentazzjoni ta’ dan
il-Protokoll, partikolarment fir-rigward tal-użu tal-opportunitajiet
tas-sajd mill-operaturi u f’termini ta’ dejta dwar il-qbid. Barra minn
hekk, l-SFPA jipprevedi mill-inqas laqgħa annwali waħda tal-Kumitat
Konġunt li matulha l-Kummissjoni u l-pajjiż terz jevalwaw
l-implimentazzjoni tal-Ftehim u tal-Protokoll tiegħu u jagħmlu, fejn
ikun meħtieġ, aġġustamenti fil-programmar u, fejn xieraq,
fil-kontribuzzjoni finanzjarja. 2.2. Sistema ta’
ġestjoni u kontroll 2.2.1 Riskju/i identifikat(i) Jeżistu
ċerti riskji fl-istabbiliment ta’ protokoll dwar is-sajd, b’mod
partikulari f’dak li għandu x’jaqsam mal-ammonti maħsubin
għall-finanzjament tal-politika settorjali tas-sajd (is-sottoprogrammar).
Dawn id-diffikultajiet ma rriżultawx wara t-twettiq tal-Protokoll
tal-2013-2014 mar-Repubblika tal-Madagaskar. 2.2.2 Metodu/i ta’ kontroll previst(i) Huwa previst
djalogu bbażat fuq l-ipprogrammar u l-implimentazzjoni tal-politika
settorjali. L-analiżi konġunta tar-riżultati, imsemmija
fl-Artikolu 6 (3) tal-Protokoll inkwistjoni, ukoll tifforma parti minn
dawn il-metodi ta’ kontroll. Barra minn
hekk, il-Protokoll fih klawżoli speċifiċi għas-sospensjoni
tiegħu, skont ċerti kundizzjonijiet u f'ċerti ċirkostanzi. 2.3. Miżuri
għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet Il-Kummissjoni
tintrabat li tistabbilixxi djalogu politiku u konsultazzjoni permanenti
mar-Repubblika tal-Madagaskar sabiex tkun tista’ ttejjeb il-ġestjoni
tal-Ftehim u ssaħħaħ il-kontribuzzjoni tal-UE
għall-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd. F’kull
każ, kull pagament li jsir mill-Kummissjoni fil-kuntest ta’ SFPA huwa
suġġett għar-regoli u l-proċeduri baġitarji u
finanzjarji standard tal-Kummissjoni. Dan jippermetti, b’mod partikolari, li
jiġu identifikati b’mod sħiħ il-kontijiet bankarji tal-Istati
terzi li fihom jitħallsu l-ammonti tal-kumpens finanzjarju. Għal dan
il-Protokoll partikolari, il-paragrafu 4 tal-Artikolu 4 jistabbilixxi li
l-kontribuzzjoni finanzjarja kollha għandha titħallas f'kont bankarju
uniku miftuħ fil-Bank Ċentrali tal-Madagaskar. 3. STIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU
TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 3.1. Intestatura/i
tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linja/i baġitarja/i tan-nefqa
affettwata/i: Linji baġitarji tan-nefqa eżistenti Fl-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji
baġitarji. Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || Linja baġitarja || Tip ta’ nefqa || Kontribuzzjoni Numru … [Deskrizzjoni…...................................] || Diff/mhux diff. ([5]) || mill-pajjiżi tal-EFTA[6] || mill-pajjiżi kandidati[7] || minn pajjiżi terzi || skont it-tifsira tal-Artikolu 18 (1) (aa) tar-Regolament Finanzjarju 2 || 11.0301 L-istabbiliment ta’ qafas ta’ governanza għall-attivitajiet tas-sajd imwettqin minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fl-ilmijiet ta’ pajjiżi terżi (SFAs) || AD || XEJN || XEJN || XEJN || XEJN Linji baġitarji ġodda mitluba (mhux applikabbli) 3.2. Impatt stmat fuq
in-nefqa 3.2.1. Sommarju tal-impatt
stmat fuq in-nefqa F’miljuni ta’ EUR (sa 3 ċifri wara l-punt
deċimali) Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || Numru 2 || Preżervazzjoni u ġestjoni tar-riżorsi naturali DĠ: MARE || || || Sena N[8] 2015 || Sena N+1 2016 || Sena N+2 2017 || Sena N+3 2018 || AMMONT TOTALI Approprjazzjonijiet operattivi || || || || || Numru tal-linja baġitarja: 11.0301 || Impenji || (1) || 1.566 || 1.566 || 1.488 || 1.488 || 6.108 Pagamenti || (2) || 1.566 || 1.566 || 1.488 || 1.488 || 6.108 Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett finanzjarju għal programmi speċifiċi[9] || || || || || Numru tal-linja baġitarja: 11.010401 || || (3) || 0.042 || 0.042 || 0.042 || 0.092 || 0.218 TOTAL tal-approprjazzjonijiet għal DĠ MARE || Impenji || =1+3 || 1.608 || 1.608 || 1.530 || 1.580 || 6.326 Pagamenti || =2+3 || 1.608 || 1.608 || 1.530 || 1.580 || 6.326 TOTAL tal-approprjazzjonijiet operattivi || Impenji || (4) || 1.566 || 1.566 || 1.488 || 1.488 || 6.108 Pagamenti || (5) || 1.566 || 1.566 || 1.488 || 1.488 || 6.108 TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett finanzjarju għal programmi speċifiċi || (6) || 0.042 || 0.042 || 0.042 || 0.092 || 0.218 TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURA 2 tal-qafas finanzjarju pluriennali || Impenji || =4+ 6 || 1.608 || 1.608 || 1.530 || 1.580 || 6.326 Pagamenti || =5+ 6 || 1.608 || 1.608 || 1.530 || 1.580 || 6.326 Jekk iżjed minn intestatura waħda hija
affettwata mill-proposta/inizjattiva: (mhux applikabbli) TOTAL tal-approprjazzjonijiet operattivi || Impenji || (4) || || || || Pagamenti || (5) || || || || TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett finanzjarju għal programmi speċifiċi || (6) || || || || TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURI 1 sa 4 tal-qafas finanzjarju pluriennali (ammont ta’ referenza) || Impenji || =4+ 6 || || || || Pagamenti || =5+ 6 || || || || Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali || 5 || "Nefqa amministrattiva" F’miljuni ta’ EUR (sa 3 ċifri wara l-punt
deċimali) || || || Sena N[10] 2015 || Sena N+1 2016 || Sena N+2 2017 || Sena N+3 2018 || AMMONT TOTALI DĠ MARE Riżorsi umani || 0.059 || 0.059 || 0.059 || 0.059 || 0.236 Infiq amministrattiv ieħor || 0.010 || 0.010 || 0.010 || 0.010 || 0.040 TOTAL TAD-DĠ MARE || Approprjazzjonijiet || 0.069 || 0.069 || 0.069 || 0.069 || 0.276 TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || (Impenji totali = Ħlasijiet totali) || 0.069 || 0.069 || 0.069 || 0.069 || 0.276 F’miljuni ta’ EUR (sa 3 ċifri wara l-punt
deċimali) || || || Sena N[11] 2015 || Sena N+1 2016 || Sena N+2 2017 || Sena N+3 2018 || AMMONT TOTALI TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURI 1 sa 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || Impenji || 1.677 || 1.677 || 1.599 || 1.649 || 6.602 Pagamenti || 1.677 || 1.677 || 1.599 || 1.649 || 6.602 3.2.2. L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet
operattivi Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ
l-użu ta’ approprjazzjonijiet operattivi, kif spjegat hawn taħt: Approprjazzjonijiet għall-impenji f’miljuni ta’
EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali) Indika l-għanijiet u r-riżultati || || Sena N 2015 || Sena N+1 2016 || Sena N+2 2017 || Sena N+2 2018 || AMMONT TOTALI RIŻULTATI (outputs) It-tip[12] || Spiża medja || Għadd || Kost || Għadd || Kost || Għadd || Kost || Għadd || Kost || Għadd totali ta’ riżultati || Spiża totali GĦAN SPEĊIFIKU NUMRU 1[13]… || || || || || || || || || || - Aċċess għaż-Żona tas-Sajd || Volum (tunnellati) || N & N+1: EUR 55/tunnellata || 15 750 || 0.866 || 15 750 || 0.866 || 15 750 || 0.788 || 15 750 || 0.788 || 63 000 || 3.308 N+2 & N+3: EUR 50/tunnellata - Appoġġ settorjali || Kontribuzzjoni annwali || 0.300 || 1 || 0.700 || 1 || 0.700 || 1 || 0.700 || 1 || 0.700 || 4 || 2.800 Subtotali tal-għan speċifiku Nru 1 || || 1.566 || || 1.566 || || 1.488 || || 1.488 || || 6.108 KOST TOTALI || || 1.566 || || 1.566 || || 1.488 || || 1.488 || || 6.108 3.2.3. Impatt stmat fuq
l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva 3.2.3.1 Sommarju Il-proposta/l-inizjattiva
teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura
amministrattiva, kif spjegat hawn taħt: F’miljuni ta’ EUR (sa
3 ċifri wara l-punt deċimali) || Sena N [14] 2015 || Sena N+1 2016 || Sena N+2 2017 || Sena N+3 2018 || AMMONT TOTALI INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || || || || || Riżorsi umani || 0.059 || 0.059 || 0.59 || 0.059 || 0.236 Infiq amministrattiv ieħor || 0.010 || 0.010 || 0.010 || 0.010 || 0.040 Subtotal tal-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || 0.069 || 0.069 || 0.069 || 0.069 || 0.276 Subtotal tal-INTESTATURA 5[15] tal-qafas finanzjarju pluriennali || || || || || Riżorsi umani || 0.036 || 0.036 || 0.036 || 0.036 || 0.144 Infiq amministrattiv ieħor ta’ natura amministrattiva || 0.006 || 0.006 || 0.006 || 0.056 || 0.074 Subtotal Barra l-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || 0.042 || 0.042 || 0.042 || 0.092 || 0.218 AMMONT TOTALI || 0.111 || 0.111 || 0.111 || 0.161 || 0.494 L-approprjazzjonijiet tar-riżorsi umani meħtieġa se
jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet mid-DĠ li diġà huma
assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li ġew mobilizzati
mill-ġdid fid-DĠ, flimkien, jekk ikun neċessarju, ma’ kwalunkwe
allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ li jkun qed
jiġġestixxi skont il-proċedura tal-allokazzjoni annwali u
fid-dawl tal-limitazzjoni baġitarji eżistenti. 3.2.3.2 Stima tar-riżorsi umani
meħtieġa Il-proposta/l-inizjattiva
teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn
taħt: L-istima għandha tingħata f’ammonti
sħaħ (jew sa mhux aktar minn ċifra waħda wara l-punt
deċimali) || Sena N 2015 || Sena N+1 2016 || Sena N+2 2017 || Sena N+3 2018 Karigi previsti fit-tabella tal-persunal (uffiċjali u aġenti temporanji) || || || || || || || || 11 01 01 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji ta' Rappreżentanza tal-Kummissjoni) || 0.30 || 0.30 || 0.30 || 0.30 11 01 01 02 (Delegazzjonijiet) || || || || Persunal estern (f’ekwivalenti għal full-time - FTE)[16] || || || || 11 01 02 01 (AK, INT, ENS mill-"pakkett globali") || 0.15 || 0.15 || 0.15 || 0.15 11 01 02 02 (CA, INT, JED, LA u SNE fid-delegazzjonijiet) || || || || 11 01 04 01 [17] || - fil-kwartieri ġenerali[18] || || || || - fid-Delegazzjonijiet || 0.25 || 0.25 || 0.25 || 0.25 Linji baġitarji oħra (speċifika) || || || || AMMONT TOTALI || 0.7 || 0.7 || || 0.7 11 hija l-qasam
tal-politika jew it-titolu tal-baġit ikkonċernat. Ir-riżorsi umani meħtieġa se jkunu mill-persunal
tad-DĠ li diġà huma assenjati bil-ġestjoni tal-azzjoni u/jew
ġew allokati mill-ġdid fi ħdan id-DĠ, flimkien, jekk ikun
meħtieġ, ma' kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’
tingħata lid-DĠ li jkun qed jiġġestixxi skont
il-proċedura ta’ allokazzjoni annwali u fid-dawl tal-limitazzjoni
baġitarji eżistenti. Deskrizzjoni
tal-kompiti li jridu jitwettqu: Uffiċjali u Aġenti Temporanji || Il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-proċess ta’ negozjar jew negozjar mill-ġdid tal-SFPA u tal-approvazzjoni tar-riżultat tan-negozjati mill-istituzzjonijiet; il-ġestjoni tal-SFPA fis-seħħ, inkluż il-monitoraġġ finanzjarju u operattiv permanenti; il-ġestjoni tal-liċenzji. Uffiċjal skrivan tad-DĠ MARE + Kap ta' Unità/Deputat Kap ta' Unità + appoġġ mis-segretarjat: stima ġenerali ta' 0.45 FTE/sena Spiża għal kull unità: EUR 132 000 /fis-sena Kalkolu tal-ispejjeż: FTE 0.45/sena x EUR 132 000 /sena Spejjeż totali: EUR 59 400 => EUR 0.059 M Persunal estern || Il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-appoġġ settorjali – AK f’Delegazzjoni (il-Mawrizju) stima ġenerali ta' 0.25 FTE/sena Spiża għal kull unità: EUR 145 000 /fis-sena Kalkolu tal-ispejjeż: FTE 0.25/sena x EUR 145 000 EUR/an Spejjeż totali: EUR 36 250 => EUR 0.036 M 3.2.4. Kompatibbiltà
mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali Il-proposta/l'inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju
pluriennali attwali. 3.2.5. Kontribuzzjonijiet
ta’ partijiet terzi Il-proposta/l-inizjattiva ma tipprevedix il-kofinanzjament
mingħand terzi persuni. 3.3. Impatt
stmat fuq id-dħul Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq
id-dħul. [1] Adottat fl-14 ta’ April 2014 mill-Kunsill
għall-Agrikoltura u s-Sajd. [2] ĠU C ta' , p. . [3] ĠU L 15, 18.1.2008, p. 1. [4] ĠU C … [5] Diff. = Approprazzjonijiet diffrenzjati / Mhux diff. =
Approprazzjonijiet mhux diffrenzjati [6] EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ
Ħieles. [7] Pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, pajjiżi
kandidati potenzjali mill-Punent tal-Balkani. [8] Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni
tal-proposta/inizjattiva. [9] L-assistenza teknika u/jew amministrattiva u n-nefqa li
tappoġġa l-implimentazzjoni tal-programmi u/jew tal-azzjonijiet
tal-UE (dawk li qabel kienu l-linji “BA”), ir-riċerka indiretta u
r-riċerka diretta. [10] Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni
tal-proposta/inizjattiva. [11] Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni
tal-proposta/inizjattiva. [12] Ir-riżultati huma prodotti jew servizzi li jridu
jiġu fornuti (eż. għadd ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati,
għadd ta’ km ta’ toroq mibnija, eċċ.). [13] Kif ġie deskritt fit-Taqsima 1.4.2.
"Għan (għanijiet speċifiku (speċifiċi) …". [14] Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni
tal-proposta/inizjattiva. [15] L-assistenza teknika u/jew amministrattiva u n-nefqa li
tappoġġa l-implimentazzjoni tal-programmi u/jew tal-azzjonijiet
tal-UE (dawk li qabel kienu l-linji “BA”), ir-riċerka indiretta u
r-riċerka diretta. [16] AK = Aġent Kuntrattwali; AL = Aġent Lokali; SNE
= espert nazzjonali ssekondat; INT = persunal tal-aġenzija (intérimaire);
JED = "Jeune Expert en Délégation" (Espert
Żagħżugħ fid-Delegazzjoni). [17] Sublimitu massimu għal persunal estern minn
approprjazzjonijiet operattivi (dawk li qabel kienu linji "BA"). [18] Għall-Fondi Strutturali, il-Fond Agrikolu Ewropew
għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u l-Fond Ewropew għas-Sajd
(FES). ANNESSI Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet
tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija
dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Madagaskar Artikolu 1
Kamp ta’ applikazzjoni 1. L-opportunitajiet tas-sajd mogħtija skont
l-Artikolu 5 tal-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd għandhom
ikunu kif ġej: Tonn u speċijiet simili (tonn, plamtu, tonn frigata u tonn balla,
marlin, pixxispad), speċijiet assoċjati u sajd taħt il-mandat
ta' tmexxija tal-Kummissjoni għat-Tonn tal-Oċean Indjan (IOTC),
esklużi ·
l-ispeċijiet protetti
mill-konvenzjonijiet internazzjonali, ·
l-ispeċijiet li
ż-żamma tagħhom abbord, it-trażbord, l-iżbark jew li
l-ħażna sħiħa jew parzjali tagħhom huma pprojbiti
mill-IOTC, b'mod partikolari speċijiet li jappartjenu għall-familji
tal-Alopiidae jew tas-Sphyrnidae, kif ukoll ·
l-ispeċijiet li
ġejjin: Cethorinus maximus, Rhincodon typus, Carcharodon carcharias,
Carcharinus falciformis, Carcharinus longimanus. ·
40 bastiment
għas-sajd tat-tonn bit-tartarun, u ·
32 bastiment tas-sajd
bil-konz tal-wiċċ b'tunnellaġġ superjuri għal
100 TG. ·
22 bastiment tas-sajd
bil-konz tal-wiċċ b'tunnellaġġ inferjuri jew ugwali
għal 100 TG. 2. Il-paragrafu 1
għandu japplika suġġett għad-dispożizzjonijiet
tal-Artikoli 8 u 9 ta' dan il-Protokoll. Artikolu 2 Tul ta’ żmien Dan il-Protokoll u l-Anness tiegħu għandhom
japplikaw għal perjodu ta' 4 snin li jibdew mill-applikazzjoni
provviżorja tiegħu. Artikolu 3 Prinċipji u għanijiet fundamentali abbażi
tal-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll 1. Iż-żewġ partijiet jintrabtu li
jippromwovu sajd responsabbli fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar
abbażi tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni bejn id-diversi flotot
li jistadu f'din iż-żona. Il-miżuri tekniċi ta'
konservazzjoni kollha li għandhom x'jaqsmu mal-għoti
tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd hekk kif speċifikat fl-Appendiċi 2
ta' dan il-Protokoll, għandhom japplikaw għall-flotot industrijali
barranin kollha li qed joperaw fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar skont
kundizzjonijiet tekniċi simili għal dawk applikabbli għal-flotot
tal-Unjoni Ewropea. 2. Il-Partijiet jintrabtu li jiżguraw li dan
il-Ftehim jiġi implimentat skont l-Artikolu 9 tal-Ftehim ta’ Cotonou
dwar l-elementi essenzjali marbutin mad-drittijiet tal-bniedem,
mal-prinċipji demokratiċi u mal-Istat tad-dritt, u dwar l-element
fundamentali marbut mal-amministrazzjoni t-tajba tal-affarijiet pubbliċi,
l-iżvilupp sostenibbli u l-ġestjoni ambjentali soda. Artikolu 4
Kontribuzzjoni finanzjarja 1. Għall-perjodu stipulat fl-Artikolu 2
kollu kemm hu, il-kontribuzzjoni finanzjarja totali msemmija fl-Artikolu 7
tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd għandha tkun ta’
EUR 6 107 500. 2. Din il-kontribuzzjoni finanzjarja għandha
tiġi allokata kif ġej: 2.1. ammont annwali ta' EUR 866 250
għal kull sena mill-ewwel sentejn tal-protokoll u ta'
EUR 787 500 għal kull sena mis-sentejn ta' wara, ekwivalenti
għal tunnellaġġ ta' referenza, għall-ispeċijiet
kollha, ta' 15 750 tunnellata kull sena biex jinkiseb aċċess
għaż-żona tas-sajd tal-Madagaskar, u 2.2. ammont speċifiku ta'
EUR 700 000 fis-sena allokat għall-appoġġ tal-politika
settorjali tal-ispeċijiet tal-ħut u tas-sajd tal-Madagaskar u
għall-implimentazzjoni tagħha. Il-kontribuzzjoni finanzjarja
intenzjonata għall-appoġġ settorjali hija disponibbli
għall-Ministeru tal-Ispeċijiet tal-Ħut u tas-Sajd. 3. Il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu
għandu japplika bla ħsara għad-dispożizzjonijiet
tal-Artikoli 5, 6, 8, 11 u 12 ta’ dan il-Protokoll. 4. Il-kontribuzzjoni finanzjarja stabbilita
fil-paragrafu 2 tiġi ddepożitata f'kont waħdieni tat-Teżor
Pubbliku tal-Madagaskar miftuħ mill-Bank Ċentrali tal-Madagaskar, u
li d-dettalji tiegħu għandhom jiġu kkomunikati lill-Unjoni
Ewropea mill-Madagaskar qabel il-bidu tal-applikazzjoni proviżorja u
għandhom jiġu kkonfermati kull sena. Artikolu 5 Modi ta' ħlas tas-sehem
tal-kontribuzzjoni finanzjarja relatata mal-aċċess 1. Jekk l-ammont annwali tal-qabdiet
tal-ispeċijiet stipulati fl-Artikolu 1 li jkunu saru fiż-żona
tas-sajd tal-Madagaskar, kif iddikjarat u vvalidat fir-rigward tal-bastimenti
tas-sajd tal-Unjoni Ewropea skont it-Taqsima 1 tal-Kapitolu IV tal-Anness ta'
dan il-Protokoll, jeċċedi t-tunnellaġġ ta' referenza
speċifikat fil-paragrafu 2.1 tal-Artikolu 4, l-ammont tal-kontribuzzjoni
finanzjarja annwali għandu jiżdied b' EUR 55 matul l-ewwel
sentejn tal-Protokoll u EUR 50 matul l-aħħar sentejn għal
kull tunnellata addizzjonali maqbuda. 2. Madankollu, l-ammont annwali mħallas
mill-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-aċċess għaż-żona
tas-sajd tal-Madagaskar m'għandux ikun aktar mid-doppju tal-ammont indikat
fil-paragrafu 2.1 tal-Artikolu 4 għas-sena korrispondenti. Jekk
il-kwantitajiet maqbuda mill-bastimenti tal-Unjoni Ewropea fiż-żona
tas-sajd tal-Madagaskar jaqbżu l-kwantitajiet li jikkorrispondu għad-doppju
tal-ammont totali annwali, l-ammont dovut għall-kwantità li tkun
ogħla minn dak il-limitu għandu jitħallas is-sena ta’ wara. 3. Il-ħlas tas-sehem tal-kontribuzzjoni
finanzjarja għall-aċċess tal-bastimenti tal-Unjoni Ewropea
għaż-żona tas-sajd tal-Madagaskar m'għandux isir aktar tard
minn 90 ġurnata wara l-applikazzjoni provviżorja ta' dan
il-Protokoll kif imsemmi fl-Artikolu 15, għall-ewwel sena, u mhux aktar
tard mill-anniversarju tad-data tal-applikazzjoni provviżorja
tal-Protokoll għas-snin ta' wara. 4. L-allokazzjoni tas-sehem tal-kontribuzzjoni
finanzjarja definita fil-paragrafu 2.1 tal-Artikolu 4 taqa’ taħt
il-kompetenza esklussiva tal-awtoritajiet tal-Madagaskar. Artikolu 6
Modi tal-implimentazzjoni u
tal-ħlas tal-appoġġ settorjali 1. Il-Kumitat Konġunt, mhux aktar tard minn
tliet xhur wara l-bidu tal-applikazzjoni provviżorja ta' dan il-Protokoll,
għandu jaqbel dwar programm settorjali pluriennali, li l-għan
ġenerali tiegħu għandu jkun il-promozzjoni ta' sajd responsabbli
u sostenibbli fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar, skont
l-istrateġija nazzjonali tas-sajd tal-Madagaskar. 2. Il-modi ta' applikazzjoni ta' dan il-programm
ta' appoġġ settorjali pluriennali jinkludu b'mod partikolari: 2.1. il-linji gwida annwali u pluriennali
għall-użu tal-ammont speċifiku tal-kontribuzzjoni finanzjarja
msemmija fl-Artikolu 4, il-paragrafu 2.2; 2.2. l-għanijiet annwali u pluriennali li
jridu jiġu ssodisfati sabiex jiġi introdott sajd responsabbli u
sostenibbli, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-prijoritajiet espressi
mill-Madagaskar fil-politika nazzjonali tas-sajd tiegħu, b'mod partikolari
l-istrateġija nazzjonali għall-ġestjoni tas-sajd tat-tonn u
partikolarment l-għoti ta' appoġġ għal sajd tradizzjonali u
artiġjanali, monitoraġġ, kontroll u sorvejlanza tal-attivitajiet
tas-sajd u partikolarment il-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux
iddikjarat u mhux irregolat (sajd IUU), it-tisħiħ tal-kapaċità
tar-riċerka tas-sajd tal-Madagaskar jew il-kapaċità
għall-amministrazzjoni tal-aċċess u tal-użu tal-ekosistemi
marittimi u l-ispeċijiet tal-ħut; 2.3. il-kriterji u l-proċeduri, fosthom, fejn
ikun xieraq, l-indikaturi baġitarji u finanzjarji, sabiex issir
l-evalwazzjoni tar-riżultati miksuba fuq bażi annwali. 3. Kull sena l-awtoritajiet tal-Madagaskar
għandhom jippreżentaw, fil-forma ta' rapport annwali, rapport ta'
progress dwar l-attivitajiet implimentati bl-assistenza tal-kumpens finanzjarju
għall-appoġġ settorjali. Dan ir-rapport għandu jiġi
kkunsidrat mill-Kumitat Konġunt. Ir-rapport annwalikorrispondenti
għas-sena ta' qabel għandu jinkludi wkoll valutazzjoni
tal-implimentazzjoni tal-appoġġ settorjali matul it-terminu kollu
tal-Protokoll. 4. Il-Kumitat Konġunt għandu japprova
kwalunkwe emenda proposta għall-programm settorjali pluriennali. 5. Il-ħlas tas-sehem tal-kontribuzzjoni
finanzjarja fir-rigward tal-appoġġ settorjali għandu jsir
permezz ta' pagamenti akkont annwali abbażi tal-analiżi mill-Kumitat
Konġunt u abbażi tar-riżultati tal-implimentazzjoni
tal-appoġġ settorjali, hekk kif prevvist fil-paragrafi 3, 4 u 5 ta'
dan l-Artikolu. 6. L-Unjoni Ewropea tista' tissospendi
parzjalment jew totalment il-ħlas tas-sehem tal-kontribuzzjoni finanzjarja
prevista fil-Paragrafu 2.2 tal-Artikolu 4 ta' dan il-Protokoll, skont
il-kundizzjonijiet li ġejjin: 6.1. jekk wara l-eżami mwettaq mill-Kumitat
Konġunt skont il-punt 6 ikun ġie meqjus li r-riżultati miksuba
mhumiex xierqa għal programm adottat mill-Kumitat Konġunt; 6.2. f’każ li ma titwettaqx din
il-kontribuzzjoni finanzjarja. 7. Wara sospensjoni kif prevista fil-punt 7,
il-ħlas tas-sehem tal-kontribuzzjoni finanzjarja
għall-appoġġ settorjali jerġa' jibda biss wara
konsultazzjoni u ftehim bejn iż-żewġ partijiet u ladarba
r-riżultati tal-implimentazzjoni tal-appoġġ settorjali
jikkonformaw mal-iskeda tal-programm adottata mill-Kumitat Konġunt.
Madankollu, il-ħlas tas-sehem tal-kontribuzzjoni finanzjarja relatata
mal-appoġġ settorjali ma jistax isir wara perjodu ta’ sitt xhur minn
meta jiskadi dan il-Protokoll. Artikolu 7
Kooperazzjoni xjentifika
għal sajd responsabbli 1. Permezz ta' kooperazzjoni xjentifika, il-Partijiet
jimpenjaw ruħhom li jippromwovu sajd responsabbli fiż-żona
tas-sajd tal-Madagaskar u għall-ispeċijiet u s-sajd
immaniġġjati taħt il-mandat ta' tmexxija tal-IOTC. Il-Partijiet
jimpenjaw ruħom li jirrispettaw ir-reżoluzzjonijiet u
r-rakkomandazzjonijiet tal-IOTC. 2. Sakemm idum japplika dan il-Protokoll,
l-Unjoni Ewropea u l-Madagaskar għandhom jiskambjaw kull informazzjoni
xjentifika relevanti biex ikun possibbli li tiġi mmonitorjata
l-kundizzjoni tal-ispeċijiet tal-ħut fiż-żona tas-sajd
tal-Madagaskar. 3. Matul il-perjodu kopert minn dan il-Protokol,
il-Partijiet jistgħu jiffurmaw, jekk ikun meħtieġ, grupp ta'
ħimda xjentifika konġunta sabiex jeżaminaw kull tip ta'
kwistjoni xjentifika li għandha x'taqsam mal-implimentazzjoni ta' dan
il-Protokoll. Il-Kumitat Konġunt jistabbilixxi l-mandat,
il-kompożizzjoni u l-funzjonament ta’ dan il-grupp ta’ ħidma
xjentifika konġunta. 4. Abbażi tar-rakkomandazzjonijiet u
r-riżoluzzjonijiet adottati mill-IOTC, u fid-dawl tal-aqwa parir
xjentifiku disponibbli, fejn ikun xieraq, dwar it-riżultati
tal-laqgħat tal-grupp ta’ ħidma xjentifika konġunta, il-Kumitat
Konġunt għandu jadotta miżuri biex tkun żgurata
l-ġestjoni sostenibbli tal-ispeċijiet tal-ħut koperti minn dan
il-Protokoll u li jikkonċernaw l-attivitajiet tal-bastimenti tas-sajd
tal-Unjoni. Artikolu 8
Reviżjoni
tal-opportunitajiet tas-sajd u tal-miżuri tekniċi bi qbil komuni fi
ħdan il-Kumitat Konġunt 1. Il-Kumitat Konġunt jista’ jirrevedi
l-opportunitajiet tas-sajd imsemmija fl-Artikolu 1, sakemm ir-rakkomandazzjonijiet
u r-riżoluzzjonijiet adottati mill-IOTC jikkonfermaw li din
ir-reviżjoni tiżgura l-ġestjoni sostenibbli tal-ispeċijiet
tal-ħut imsemmija f’dan il-Protokoll u, jekk ikun hemm bżonn, wara li
tingħata opinjoni mill-Grupp Konġunt ta' Ħidma Xjentifika. 2. F’każ bħal dan, il-kontribuzzjoni
finanzjarja msemmija fil-paragrafu 2.1 tal-Artikolu 4 għandha tkun
riveduta proporzjonalment u pro rata temporis, u jsiru l-emendi
meħtieġa għal dan il-Protokoll u għall-Anness tiegħu. 3. Meta jkun meħtieġ, il-Kumitat
Konġunt jista' jeżamina u jadatta, bi qbil reċiproku,
id-dispożizzjonijiet li jirregolaw it-twettiq ta' attivitajiet tas-sajd u
r-regoli dwar l-implimentazzjoni ta' dan il-Protokoll u tal-Annessi
tiegħu. Artikolu 9
Kampanji tas-sajd
sperimentali 1. Il-Kumitat Konġunt jista’ jawtorizza
kampanji tas-sajd sperimentali fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar
sabiex jiġu ttestjati l-fattibbiltà teknika u l-vijabbiltà ekonomika
tal-attivitajiet tas-sajd il-ġodda. Għal dan il-għan, u fuq
talba ta' waħda miż-żewġ Partijiet, għandu
jiddetermina l-ispeċijiet, il-kundizzjonijiet u kwalunkwe parametri xierqa
oħra, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti mill-grupp ta' ħidma
xjentifika konġunta. 2. L-Unjoni Ewropea għandha tikkomunika
lill-awtoritajiet tal-Madagaskar it-talbiet għal-liċenzji tas-sajd
sperimentali fuq il-bażi ta’ fajl tekniku li jispeċifika: ·
il-karatteristiċi
tekniċi tal-bastiment; ·
il-livell ta’
għarfien tal-uffiċjali tal-bastiment fis-sajd ikkonċernat; ·
il-proposta
għall-parametri tekniċi tal-kampanja (tul, tagħmir, żoni
ta' esplorazzjoni, eċċ.). 3. L-awtorizzazzjonijiet għas-sajd
sperimentali għandhom jiġu miftiehma għal perjodu massimu ta’
sitt xhur. Dawn huma soġġetti għall-ħlas ta’ tariffa
ffissata mill-awtoritajiet tal-Madagaskar. 4. Osservatur xjentifiku maħtur
mill-Madagaskar għandu jkun preżenti abbord matul it-tul kollu
tal-kampanja. 5. Il-qabdiet li jsiru skont u matul il-kampanja
ta’ esplorazzjoni jibqgħu l-proprjetà ta’ sid il-bastiment. 6. Id-dettalji tar-riżultati tal-kampanja
għandhom jiġu kkomunikati lill-Kumitat Konġunt. Fil-każ
li dawn tal-aħħar iqisu li l-kampanja sperimentali tat riżultati
pożittivi, il-Madagaskar jista’ jipproponi li jalloka opportunitajiet
tas-sajd għall-ispeċijiet il-ġodda lill-flotta tal-Unjoni
Ewropea taħt Protokoll ieħor. Artikolu 10
Kundizzjonijiet li
jirregolaw l-attivitajiet tas-sajd – klawżola tal-esklużività 1. Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea
jistgħu jistadu fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar biss jekk ikunu
msemmija fuq il-lista tal-IOTC ta' bastimenti tas-sajd awtorizzati u jekk ikunu
ngħataw awtorizzazzjoni tas-sajd maħruġa mill-awtoritajiet
tal-Madagaskar skont il-Ftehim ta' Sħubija u dan il-Protokoll. 2. L-awtoritajiet tal-Madagaskar jistgħu
joħorġu awtorizzazzjonijiet tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni
Ewropea fil-kuntest ta’ dan il-Ftehim ta' Sħubija u ta' dan il-Protokoll
biss, u dawn il-bastimenti ma tista’ tinħarġilhom l-ebda
awtorizzazzjoni oħra lil hinn minn dan il-kuntest, b’mod partikulari
fil-forma ta’ liċenzji privati. 3. L-attivitajiet tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni
Ewropea awtorizzati li jistadu fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar huma
suġġetti għal-liġijiet u r-regolamenti tal-Madagaskar,
sakemm ma jkunx previst mod ieħor f’dan il-Protokoll u fl-Anness
tiegħu. 4. Iż-żewġ Partijiet għandhom
jinnotifikaw lil xulxin b’kull bidla fil-politika u fil-leġiżlazzjoni
tas-sajd rispettiva tagħhom. Artikolu 11
Sospensjoni 1. L-implimentazzjoni ta' dan il-Protokoll,
inkluż il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja, jistgħu jiġu
sospiżi unilateralment minn waħda mill-Partijiet fil-każ li jkun
hemm nuqqas ta' konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3
tal-Ftehim u l-Artikolu 3 ta' dan il-Protokoll, kif ukoll fil-każijiet u
ċ-ċirkostanzi li ġejjin: 1.1. f’każ ta’ forza maġġuri; 1.2. nuqqas ta' qbil gravi u mhux riżolt bejn
il-Partijiet dwar l-interpretazzjoni jew l-implimentazzjoni tal-Ftehim u ta'
dan il-Protokoll; 1.3. nuqqas min-naħa tal-Unjoni Ewropea li
tħallas il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 2.1
tal-Artikolu 4, għal raġunijiet għajr dawk imsemmija fl-Artikolu
6 ta' dan il-Protokoll. 2. Sospensjoni minħabba raġunjiet ta'
nuqqas ta' konformità mal-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 3(2) ta' dan
il-Protokoll tista' ssir biss jekk il-proċedimenti ta' konsultazzjoni
previsti fl-Artikolu 96 tal-Ftehim ta' Cotonou dwar vjolazzjoni ta' elementi
essenzjali u fundamentali tad-drittijiet tal-bniedem, hekk kif stabbilit
fl-Artikolu 9 ta' dak il-Ftehim, ikunu nbdew. 3. Meta l-applikazzjoni tal-Protokoll tiġi
sospiża għal raġunijiet oħrajn minbarra dawk previsti
fil-punt 2 ta' dan l-Artikolu, din is-sospensjoni hija soġġetta
għan-notifika mill-Parti interessata tal-intenzjoni tagħha bil-miktub
u mill-inqas tliet xhur qabel id-data li fiha għandha tidħol
fis-seħħ din is-sospensjoni. 4. Is-sospensjoni tal-Protokoll
għar-raġunijiet stabbiliti fil-punt 2 ta' dan l-Artikolu tkun
applikata minnufih wara li tittieħed id-deċiżjoni ta’
sospensjoni. 5. F’każ ta’ sospensjoni, il-partijiet
għandhom ikomplu jikkonsultaw lil xulxin bil-għan li jsibu soluzzjoni
paċifika għat-tilwim ta' bejniethom. Meta tintlaħaq tali
soluzzjoni, il-Protokoll jibda japplika mill-ġdid u s-somma ta’ kumpens
finanzjarju għandha titnaqqas b’mod proporzjonali u pro rata temporis
skont iż-żmien li matulu kienet sospiża l-applikazzjoni
tal-Protokoll. 6. L-attivitajiet kollha tal-bastimenti tas-sajd
tal-Unjoni Ewropea fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar jiġu
sospiżi tul il-perjodu kollu tas-sospensjoni. Artikolu 12
Terminazzjoni 1. F’każ ta’ terminazzjoni ta’ dan il-Protokoll,
il-Parti kkonċernata għandha tinnotifika bil-miktub lill-Parti
l-oħra bl-intenzjoni tagħha li ttemm il-Protokoll mill-inqas sitt
xhur qabel id-data meta tkun se sseħħ it-tali terminazzjoni. 2. Il-konsultazzjonijiet bejn il-Partijiet
għandhom jinbdew hekk kif tintbagħat in-notifika msemmija
fil-paragrafu ta’ qabel. Artikolu 13
Kunfidenzjalità tad-dejta 1. Il-Madagaskar u l-Unjoni Ewropea jintrabtu li
jittrattaw f’kull ħin id-dejta personali kollha dwar il-bastimenti
tas-sajd tal-Unjoni Ewropea u l-attivitajiet tas-sajd tagħhom miksuba
fil-kuntest tal-Ftehim strettament skont il-prinċipji rispettivi
tagħhom tal-kunfidenzjalità u tal-protezzjoni tad-dejta. 2. Il-Partijiet għandhom jiżguraw li
d-dejta aggregata marbuta mal-attivitajiet tas-sajd fiż-żoni tas-sajd
tal-Madagaskar biss titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku,
skont id-dispożizzjonijiet korrispondenti tal-IOTC. 3. Id-dejta li tista' titqies bħala
kunfidenzjali għandha tiġi użata mill-awtoritajiet kompetenti
esklussivament għall-implimentazzjoni tal-Ftehim u għall-skopijiet
ta' ġestjoni, ta' kontroll u ta' monitoraġġ tas-sajd. Artikolu 14
Skambju elettroniku
tad-dejta 1. Il-Madagaskar u l-Unjoni Ewropea jieħdu
l-impenn li jimplimentaw mingħajr dewmien is-sistemi tal-informatika
meħtieġa għall-iskambju elettroniku tal-informazzjoni u
d-dokumenti kollha marbutin mal-implimentazzjoni tal-Ftehim. L-iskambji
elettroniċi kollha jrid ikollhom konferma li ġew riċevuti. 2. F’kull waqt, il-forma elettronika ta’ dokument
se titqies bħala ekwivalenti għall-verżjoni stampata
tiegħu. 3. Il-Madagaskar u l-Unjoni Ewropea għandhom
jgħarrfu minnufih lil xulxin b’kull ħsara fis-sistema
kompjuterizzata. F’dan il-każ, l-informazzjoni u d-dokumenti marbutin
mal-implimentazzjoni tal-Ftehim għandha teħdilhom posthom b’mod
awtomatiku l-verżjoni stampata tagħhom. Artikolu 15
Applikazzjoni
provviżorja Dan il-Protokoll għandu jiġi applikat b’mod
provviżorju mid-data tal-firma tiegħu, iżda mhux qabel l-1
ta’ Jannar 2015. Artikolu 16
Dħul fis-seħħ Dan il-Protokoll għandu jidħol
fis-seħħ fid-data li fiha l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin
bit-tlestija tal-proċeduri meħtieġa għal dak il-għan. ANNESS Kundizzjonijiet
għall-eżerċizzju tal-attivitajiet tas-sajd mill-bastimenti
tal-Unjoni Ewropea fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar KAPITOLU I Dispożizzjonijiet
ġenerali 1. Għażla tal-awtorità kompetenti Għall-finijiet ta’ dan l-Anness u sakemm ma jkunx indikat mod
ieħor, kull referenza għall-Unjoni Ewropea (l-UE) jew
għar-Repubblika tal-Madagaskar (il-Madagaskar) bħala awtorità
kompetenti għandha tfisser: 1.1. għall-UE: il-Kummissjoni Ewropea, fejn
ikun applikabbli permezz tad-delegazzjoni tal-UE fil-Madagaskar; 1.2. għar-Repubblika tal-Madagaskar:
il-Ministeru inkarigat mill-Ispeċijiet tal-Ħut u tas-Sajd. 2. Awtorizzazzjoni tas-sajd Għall-finijiet tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiiet ta’
dan l-Anness, it-terminu “awtorizzazzjoni tas-sajd” huwa ekwivalenti
għat-terminu “liċenzja” kif iddefinit fil-liġijiet
tal-Madagaskar. 3. Żona tas-sajd tal-Madagaskar 3.1. Iż-żona tal-Madagaskar hija definita
bħala l-ilmijiet tal-Madagaskar li fihom il-Madagaskar jippermetti li
l-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea jwettqu attivitajiet tas-sajd. 3.1.1. Il-koordinati ġeografiċi
taż-żona tas-sajd tal-Madagaskar u tal-linji ta’ bażi huma
mogħtija fl-Appendiċi 3 tal-Anness ta’ dan il-Protokoll. 3.1.2. Iż-żoni pprojbiti għas-sajd,
b'konformità mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ fil-Madagaskar
bħalma huma parks nazzjonali, żoni marittimi protetti u żoni
tar-riproduzzjoni tal-ispeċijiet tal-ħut, huma indikati fl-Appendiċi
4. 3.2. Id-dispożizzjonijiet kollha tal-Protokoll
u l-Anness tiegħu għandhom japplikaw esklussivament
fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar kif indikat
fl-Appendiċi 3, bla preġudizzju għad-dispożizzjonijiet
li ġejjin: 3.2.1. Il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea jistgħu
jwettqu attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet lil hinn mill-20 mil nawtiku
mil-linja bażi fil-każ tal-bastimenti tas-sajd għat-tonn
bit-tartarun u tal-bastimenti tas-sajd għat-tonn bil-konzijiet
tal-wiċċ. 3.2.2. Qed tiġi stabbilita żona ta' protezzjoni
ta' 3 mili nawtiċi madwar irkapti tal-aggregazzjoni tal-ħut
(FADs) ankrati użati mis-sajjieda tal-Madagaskar fejn il-bastimenti tal-UE
ma jistgħux jidħlu. Il-Madagaskar għandu jinnotifika
l-pożizzjoni tal-FADs ankrati aktar 'il barra minn 17-il mil lill-UE
u jindikahom fuq l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd mogħtija lill-bastimenti
tal-Unjoni Ewropea. 3.2.3. Barra minn hekk, iż-żoni ta' Leven
Bank u Castor Bank, li l-koordinati tagħhom huma indikati
fl-Appendiċi 4, jistgħu jintużaw biss għal sajd tal-Madagaskar
artiġjanali u tradizzjonali. 4. Ħatra ta’ destinatarju Kull sid ta' bastimenti tal-UE li jkun beħsiebu jikseb
awtorizzazzjoni tas-sajd skont dan il-Protokoll għandu jiġi
rrappreżentat minn aġent residenti fil-Madagaskar. 5. Ikklerjar tal-ħlasijiet tas-sidien
tal-bastimenti Il-Madagaskar għandu jgħarraf lill-UE, qabel id-data
tal-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll, bid-dettalji tal-kont
tat-Teżor pubbliku li fih għandhom jitħallsu s-somom finanzjarji
dovuti minn sidien il-bastimenti tal-UE skont il-Ftehim. L-ispejjeż
marbutin mat-trasferimenti bankarji għandhom jitħallsu mis-sidien
tal-bastimenti. 6. Kuntatti Id-dettalji ta' kuntatt għaż-żewġ Partijiet li
jikkonċernaw l-implimentazzjoni ta' dan il-Protokoll jinsabu
fl-Appendiċi 9. KAPITOLU II Awtorizzazzjonijiet tas-sajd 1. Prerekwiżit biex tinkiseb liċenzja
tas-sajd - bastimenti eliġibbli L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd imsemmija fl-Artikolu 6 tal-Ftehim
għandhom jinħarġu bil-kundizzjoni li l-bastiment ikun elenkat
fir-reġistru tal-bastimenti tas-sajd tal-UE u huwa msemmi fuq il-lista
tal-bastimenti tas-sajd awtorizzati mill-Kummissjoni għat-Tonn
tal-Oċean Indjan (IOTC). Barra min hekk, il-kaptan jew il-bastimenti ma
jistgħux jiġu pprojbiti milli jistadu fiż-żona tas-sajd
tal-Madagaskar. 2. Applikazzjoni għal awtorizzazzjoni
tas-sajd 2.1. L-UE għandha tippreżenta
lill-Madagaskar permezz ta' mezzi elettroniċi u tibgħat ukoll kopja
lid-Delegazzjoni tal-UE fil-Madagaskar, applikazzjoni
għall-awtorizzazzjoni tas-sajd fir-rigward ta' kull vettura li tkun
tixtieq tistad skont il-Ftehim. 2.2. L-applikazzjonijiet għandhom isiru
fil-formola inkluża fl-Appendiċi 1 ta' dan l-Anness. 2.3. Kull applikazzjoni inizjali għal
awtorizzazzjoni għas-sajd, jew applikazzjoni ppreżentata
minħabba bidla fil-karatteristiċi tekniċi tal-bastiment
ikkonċernat, għandha tiġi akkumpanjata minn: ·
prova tal-ħlas
tat-tariffa b'rata fissa bil-quddiem għall-perjodu tal-validità
tagħha; ·
ritratt riċenti
bil-kulur tal-bastiment, li juri veduta laterali tiegħu, li jkun kbir
mill-inqas 15-il ċentimetru b’10 ċentimetri; ·
fejn xieraq, attestazzjoni
tal-approvazzjoni jew ir-reġistrazzjoni tas-saħħa tal-bastiment,
maħruġa mill-awtorità relevanti tal-UE. 2.4. fil-każ ta' tiġdid ta’
awtorizzazzjoni tas-sajd skont il-Protokoll fis-seħħ għal bastiment
li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tiegħu ma jkunux inbidlu,
l-applikazzjoni għat-tiġdid għandu jkollha magħha biss
il-prova tal-ħlas tat-tariffa bil-quddiem. 3. Tariffa u
tariffa b'rata fissa bil-quddiem 3.1. It-tariffa fil-każ tal-bastimenti
tas-sajd għat-tonn bit-tartaruni u bil-konzijiet tal-wiċċ,
espressa f'euro għal kull tunnellata ta' sajd fiż-żona
tal-Madagaskar, hija stabbilita kif ġej: ·
EUR 60/t
għall-ewwel sentejn ta' applikazzjoni; ·
EUR 70/t
għall-aħħar sentejn ta' applikazzjoni; 3.2. L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għandhom
jinħarġu meta t-tariffi b'rata fissa bil-quddiem li ġejjin ikunu
tħallsu lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti: Għall-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartaruni ·
EUR 11 400 kull
bastiment, ekwivalenti għat-tariffi dovuti għal 190 tunnellata
kull sena għall-ewwel sentejn ta' applikazzjoni; ·
EUR 13 300 kull
bastiment, ekwivalenti għat-tariffi dovuti għal 190 tunnellata
kull sena għall-aħħar sentejn ta' applikazzjoni; Għall-bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ b'tunnellaġġ
superjuri għal 100 TG. ·
EUR 3 600 kull
bastiment, ekwivalenti għat-tariffi dovuti għal 60 tunnellata
kull sena għall-ewwel sentejn ta' applikazzjoni; ·
EUR 4 200 kull
bastiment, ekwivalenti għat-tariffi dovuti għal 60 tunnellata
kull sena għall-aħħar sentejn ta' applikazzjoni; Għall-bastimenti tas-sajd għat-tonn bil-konzijiet
tal-wiċċ inqas jew ugwali għal 100 TG. ·
EUR 2 400 kull
bastiment, ekwivalenti għat-tariffi dovuti għal 40 tunnellata
kull sena għall-ewwel sentejn ta' applikazzjoni; ·
EUR 2,800 kull
bastiment, ekwivalenti għat-tariffi dovuti għal 40 tunnellata
fis-sena għall-aħħar sentejn ta' applikazzjoni. 3.3. L-ammont tat-tariffa b'rata fissa għandu
jinkludi t-taxxi lokali u nazzjonali kollha, minbarra t-taxxi tal-port,
it-taxxi tal-iżbark, it-taxxi tat-trażbord u l-imposti
għall-provvista tas-servizzi. 4. Ħruġ tal-awtorizzazzjoni tas-sajd 4.1. Ladarba jkun irċieva l-applikazzjonijiet
għall-awtorizzazzjoni tas-sajd deskritti fil-punt 2 hawn fuq,
il-Madagaskar għandu 20 ġurnata tax-xogħol biex
joħroġ l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għal bastimenti tal-Unjoni
Ewropea li l-applikazzjoni tagħhom titqies konsistenti mal-paragrafi 2.2,
2.3 u 2.4. 4.2. L-awtorizzazzjoni tas-sajd oriġinali
maħruġa għandha tintbagħat immedjatament lil sidien
il-bastimenti jew lill-aġenti tagħhom fil-Madagaskar permezz
tad-Delegazzjoni tal-UE fil-Madagaskar. 4.3. Kopja ta' din l-awtorizzazzjoni tas-sajd
għandha tintbagħat immedjatament permezz ta' e-mail lid-Delegazzjoni
tal-UE u lil sidien il-bastimenti jew lill-aġenti tagħhom. Din il-kopja
li trid tinżamm abbord hija valida għal perjodu massimu ta’
60 jum kalendarju mid-data tal-ħruġ tal-awtorizzazzjoni
tas-sajd. Wara dan il-perjodu, il-kopja oriġinali tal-awtorizzazzjoni
tas-sajd għandha tinżamm abbord. 5. Trasferiment
tal-awtorizzazzjoni tas-sajd 5.1. L-awtorizzazzjoni tas-sajd għandha
tinħareġ għal bastiment partikolari u ma għandhiex tkun
trasferibbli. 5.2. Madankollu, fuq talba tal-UE u f’każ ta’
prova ta’ forza maġġuri, b’mod partikulari f’każ ta’ telf ta’
bastiment jew ta’ nuqqas ta’ użu fit-tul tiegħu minħabba
ħsara teknika gravi, l-awtorizzazzjoni tas-sajd tiegħu għandha
tinbidel b’awtorizzazzjoni tas-sajd ġdida maħruġa f’isem
bastiment ieħor tal-istess kategorija bħal dik tal-bastiment li
għandu jinbidel, mingħajr ma jkun hemm bżonn titħallas
tariffa ġdida. 5.3. F’dan il-każ, il-kalkolu tal-livell
tal-qabdiet biex jiġi stabbilit kwalunkwe ħlas addizzjonali
potenzjali għandu jqis l-għadd tal-qabdiet totali
taż-żewġ bastimenti fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar. 5.4. Is-sid tal-bastiment li għandu jinbidel,
jew l-aġent tiegħu, għandu jagħti lura l-awtorizzazzjoni
mħassra tas-sajd liċ-ĊMS tal-Madagaskar permezz tad-Delegazzjoni
tal-UE fil-Madagaskar. 5.5. Id-data tad-dħul fis-seħħ
tal-awtorizzazzjoni tas-sajd il-ġdida għandha tkun dik li fiha
l-awtorizzazzjoni tas-sajd imħassra tkun ingħatat lura
liċ-ĊMS tal-Madagaskar. Id-Delegazzjoni tal-UE għandha tiġi
mgħarrfa bit-trasferiment tal-awtorizzazzjoni tas-sajd. 6. Perjodu ta’ validità tal-awtorizzazzjoni
tas-sajd 6.1. L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għandhom
jiġu stabbiliti għal perjodu annwali uniku. 6.2. L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd jistgħu
jiġġeddu. 6.3. Fil-każ li l-bidu tal-applikazzjoni
provviżorja ma jikkorrispondix mal-1 ta' Jannar 2015, sabiex jiġi
stabbilit il-bidu tal-perjodu ta' validità tal-awtorizzazzjoni tas-sajd,
perjodu annwali għandu jfisser: ·
għall-ewwel sena
tal-applikazzjoni tal-Protokoll, il-perjodu bejn id-data tal-bidu
tal-applikazzjoni provviżorja tiegħu u
l-31 ta’ Diċembru tal-istess sena; ·
imbagħad, kull sena
kalendarja sħiħa; ·
fl-aħħar sena
tal-applikazzjoni tal-Protokoll, il-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar u
d-data tal-iskadenza tal-Protokoll. 7. Dokumenti li għandhom jinżammu
abbord Waqt li bastiment tas-sajd ikun fl-ilmijiet tal-Madagaskar jew f’port
tal-Madagaskar, għandu jżomm abbord il-bastiment tas-sajd f’kull
ħin id-dokumenti li ġejjin: ·
il-kopja oriġinali
tal-awtorizzazzjoni tas-sajd, madankollu, għal perjodu ta'
60 ġurnata kalendarja, u sakemm tasal l-oriġinali, kopja
tal-awtorizzazzjoni tas-sajd imsemmija fil-punt 4.3 ta' din it-Taqsima hija
wkoll valida; ·
il-liċenzja
tan-navigazzjoni tal-bastiment, jew kwalunkwe dokument ekwivalenti
maħruġ mill-awtorità tal-bandiera; ·
pjan tal-kapaċità
tal-bastiment, fil-forma ta' tpinġijiet jew deskrizzjonijiet
iċċertifikati aġġornati tal-arranġament tal-bastiment
tas-sajd, u b’mod partikolari, l-għadd ta’ stivi tal-ħut
tal-bastimenti tas-sajd, bil-kapaċità ta’ ħżin espressa f’metri
kubi. 8. Bastimenti ta’ appoġġ 8.1. Fuq talba tal-UE u wara eżami
mill-awtoritajiet tal-Madagaskar, il-Madagaskar għandu jawtorizza
l-bastimenti tas-sajd tal-UE li jkollhom awtorizzazzjoni tas-sajd sabiex
jiġu megħjuna minn bastimenti ta’ appoġġ. 8.2. Il-bastimenti ta’ appoġġ
għandhom itajru l-bandiera ta’ Stat Membru tal-UE, u ma jistgħux
ikunu mgħammra għas-sajd. It-tali appoġġ la jista' jinkludi
l-provvista tal-fjuwil u lanqas it-trażbord tal-qabdiet. 8.3. Il-bastimenti ta’ appoġġ
għandhom ikunu suġġetti għall-istess proċedura
għat-trażmissjoni tat-talbiet għal awtorizzazzjoni tas-sajd
imsemmija f'dan il-Kapitolu, safejn din tkun tapplika għalihom.
Il-Madagaskar għandu jistabbilixxi l-lista tal-bastimenti ta'
appoġġ awtorizzati u jikkomunikaha immedjatament lill-UE. 8.4. L-imposti annwali applikabbli
għall-bastiment ta’ appoġġ hija ta’ EUR 3 500/sena. KAPITOLU III Miżuri tekniċi ta' konservazzjoni 1. Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea
awtorizzati li jistadu fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar għandhom
jikkonformaw mal-miżuri tekniċi ta' konservazzjoni,
mar-rakkomandazzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet kollha maħruġa
mill-IOTC u l-leġiżlazzjoni tal-Madagaskar fis-seħħ li tkun
applikabbli għalihom. 2. Il-miżuri tekniċi tal-konservazzjoni
applikabbli għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea li jkollhom
awtorizzazzjoni tas-sajd, marbuta maż-żona tas-sajd, mal-irkaptu
tas-sajd u l-qbid inċidentali, għandhom jiġu ddefiniti għal
kull kategorija tas-sajd fid-dikjarazzjonijiet tekniċi mogħtija
fl-Appendiċi 2 ta’ dan l-Anness. 3. Matul is-sajd fiż-żona tas-sajd
tal-Madagaskar, u bl-eċċezzjoni tal-Irkaptu tal-Aggregazzjoni tal-Hut
(FAD) mitluqa mal-kurrent b'mod naturali, l-użu ta' tagħmir
awżiljarji tas-sajd li jimmodifika l-imġiba tal-ispeċijiet
migratorji ħafna u li jiffavorixxi b'mod partikolari
il-konċentrazzjoni tagħhom qrib jew taħt it-tagħmir
tas-sajd, se jkun limitat għal FAD b'derivanti aritifiċjali
msejħa ekoloġiċi li d-disinn, il-kostruzzjoni u
l-implimentazzjoni tagħhom iridu jkunu tali li jevitaw kull qbid
inċidentali mit-tagħmir ta' krustaċej, klieb il-baħar u
fkieren. Il-materjali li minnhom ikun magħmul dan it-tagħmir
awżiljari għandu jkun bijodegredabbli. It-tqassim u l-użu ta'
dawn l-FADs artifiċjali li jżommu fil-wiċċ tal-baħar
għandhom jikkonformaw mar-rakkomandazzjonijiet u mar-riżoluzzjonijiet
tal-IOTC. KAPITOLU IV Taqsima 1 Sistema ta' rappurtar
tal-qabdiet u tal-isforz tas-sajd 1. Ġurnal ta’ abbord tas-sajd 1.1. Il-kaptan ta' bastiment tas-sajd tal-UE li qed
jistad skont il-Ftehim għandu jżomm ġurnal ta' abbord tas-sajd
skont ir-riżoluzzjonijiet rilevanti tal-IOTC għall-bastimenti bil-konz
u għall-bastimenti bit-tartarun. 1.2. Il-ġurnal ta’ abbord tas-sajd għandu
jimtela mill-kaptan għal kull jum li fih il-bastiment ikun
fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar. 1.3. Il-kaptan għandu jikteb kuljum,
fil-ġurnal ta’ abbord tas-sajd, il-kwantità ta’ kull speċi,
identifikata bil-Kodiċi Alfa 3 tal-FAO tagħha, maqbuda u miżmuma
abbord, espressa f’kilogrammi ta’ piż ħaj jew, fejn ikun
meħtieġ, l-għadd ta’ ħut individwali. Għal kull
speċi ewlenija, il-kaptan għandu jsemmi wkoll meta ma jinqabad xejn,
il-qabdiet inċidentali u l-iskartar tal-ħut. 1.4. Il-ġurnal ta’ abbord tas-sajd għandu
jimtela b’mod li jkun jista’ jinqara, b’ittri kapitali, u għandu jiġi
ffirmat mill-kaptan. 1.5. Il-kaptan għandu jkun responsabbli
għall-preċiżjoni tad-dejta rreġistrata fil-ġurnal ta’
abbord tas-sajd. 2. Rappurtar tal-qabdiet 2.1. Il-kaptan għandu jinnotifika l-qabdiet
tal-bastiment billi jibgħat lill-Madagaskar il-ġurnali ta’ abbord
tas-sajd tiegħu għall-perjodu li fih kien preżenti
fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar. 2.2. Sa meta tiddaħħal is-sistema
elettronika ta’ rappurtar tad-dejta dwar is-sajd imsemmija fil-punt 3 ta’ din
it-Taqsima, il-ġurnali ta’ abbord tas-sajd għandhom jintbagħtu
b’wieħed mill-modi li ġejjin: 2.2.1. meta bastiment tas-sajd ikun għaddej minn
port tal-Madagaskar, l-oriġinali ta’ kull ġurnal ta’ abbord tas-sajd
għandha tingħata lir-rappreżentant lokali tal-Madagaskar, li
għandu jikkonferma bil-miktub li rċieva dan id-dokument; 2.2.2. meta bastiment tas-sajd ikun ħiereġ
miż-żoni tas-sajd tal-Madagaskar mingħajr ma jgħaddi
l-ewwel minn port tal-Madagaskar, għandha tintbagħat il-kopja
oriġinali ta’ kull ġurnal ta’ abbord tas-sajd: ·
immedjatament b'format
skenjat bil-posta elettronika lill-indirizzi tal-posta elettronika
mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti tal-Madagaskar; jew, fin-nuqqas ta' dan: ·
bil-feks, lin-numri
kkomunikati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Madagaskar, jew ·
fi żmien perjodu ta'
7 ijiem tax-xogħol wara l-wasla fi kwalunkwe port ieħor, u
f'kull każ ieħor fi ħdan perjodu ta' 15-il ġurnata
xogħol wara li l-bastiment ikun telaq miż-żona tas-sajd
tal-Madagaskar, bil-posta, fl-indirizz mogħti fl-Appendiċi 9. 2.3. Il-kaptan għandu jibgħat kopja
tal-ġurnali ta’ abbord tas-sajd kollha lill-UE u lill-awtorità kompetenti
tal-Istat tal-bandiera tiegħu. Il-kaptan għandu jibgħat ukoll
kopja tal-ġurnali kollha ta’ abbord tas-sajd: ·
lill-USTA – l-Unità
Statistika dwar it-Tonn ta’ Antsiranana u lil wieħed mill-istituti xjentifiċi li ġejjin: ·
l-IRD (Institut de Recherche
pour le Développement); ·
l-IEO (Instituto Español
de Oceanografía); ·
l-IPMA (Instituto
Português do Mar e da Atmosfera). 2.4. Ir-ritorn tal-bastiment fiż-żona
tas-sajd tal-Madagaskar fil-perjodu ta’ validità tal-awtorizzazzjoni tas-sajd
tiegħu għandu jwassal għal dikjarazzjoni dwar il-qbid
ġdida. 2.5. Fejn id-dispożizzjonijiet dwar
id-dikjarazzjoni dwar il-qbid ma jitħarsux, il-Madagaskar jista’
jissospendi l-awtorizzazzjoni tas-sajd tal-bastiment ikkonċernat sakemm
tinkiseb id-dikjarazzjoni dwar il-qbid li tkun nieqsa, u jista’ jippenalizza
lil sid il-bastiment skont id-dispożizzjonijiet rilevanti skont
il-leġiżlazzjoni tal-Madagaskar fis-seħħ. Jekk ir-reat
jiġi ripetut, il-Madagaskar jista’ jirrifjuta li jġedded
l-awtorizzazzjoni tas-sajd. 2.6. Il-Madagaskar għandu jinforma lill-UE
bil-penali kollha aplikabbli f'dan il-kuntest fl-istess waqt li jinnotifika lil
sid il-bastiment. 3. Dħul fis-seħħ ta' sistema
elettronika ta’ rappurtar tad-dejta dwar is-sajd (ERS) Iż-żewġ Partijiet jaqblu li jużaw sistema
elettronika ta’ rappurtar tad-dejta dwar is-sajd abbażi tal-linji gwida li
jinsabu fl-Appendiċi 8. Il-partijiet jimpenjaw ruħhom li
s-sistema ssir operazzjonali fi żmien sitt xhur mill-applikazzjoni
provviżorja ta' dan il-Protokoll. 4. Dikjarazzjonijiet kull tliet xhur u kull sena
dwar il-qabdiet u dwar l-isforz tas-sajd 4.1. Dikjarazzjonijiet kull tliet xhur 4.1.1. Jekk is-sistema elettronika
għad-dikjarazzjoni tad-dejta tas-sajd imsemmija fil-punt 3 ta' din it-Taqsima
mhijiex operazzjonali, l-UE għandha tinnotifika lill-Madagaskar, qabel
it-tmiem tat-tielet xahar ta' kull tliet xhur, bid-dejta li tirrelata
mal-qabdiet u mal-isforz tas-sajd (għadd ta' ġranet fuq
il-baħar) għal kull kategorija li hemm stipulazzjoni dwarha f'dan
il-Protokoll u li tikkorrispondi mat-tliet xhur ta' qabel, skont il-mudell prevvist
fl-Appendiċi 5 ta' dan l-Anness. 4.1.2. Din id-dejta aggregata mill-ġurnali ta' abbord
tas-sajd għandha titqies provviżorja san-notifika tal-UE
b'dikjarazzjoni annwali definittiva tal-qabdiet u l-isforz tas-sajd. 4.2. Dikjarazzjonijiet annwali 4.2.1. Għal kull bastiment tat-tonn bit-tartarun
u kull bastiment bil-konz tal-wiċċ awtorizzat li jistad
fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar, l-UE se tfassal dikjarazzjoni
annwali dwar il-qabdiet u l-isforz tas-sajd (għadd ta' ġranet fuq
il-baħar), għal kull speċi u skont ix-xahar, abbażi
tad-dejta tal-qabda vvalidata mill-amministrazzjonijiet nazzjonali tal-Istati
tal-bandiera u wara analiżi mwettqa mill-istituti tar-riċerka dwar
is-sajd tal-Unjoni Ewropea msemmija hawn fuq permezz ta' kontroverifika
tad-dejta disponibbli fil-ġurnali ta' abbord, fir-rapporti dwar
l-iżbark, fin-noti tal-bejgħ u fejn xieraq, fir-rapporti ta'
osservazzjoni xjentifiċi. 4.2.2. Il-metodoloġija użata mill-istituti
ta' riċerka dwar is-sajd tal-Unjoni Ewropea biex jiġu analizzati
l-livell u l-kompożizzjoni tal-qabdiet fiż-żona tas-sajd
tal-Madagaskar hija kondiviża bejn l-USTA (l-Unità Statistika dwar it-Tonn
ta' Antsiranana), iċ-ĊMS tal-Madagaskar u l-Ministeru
għar-Riżorsi tas-sajd u d-Dipartiment tas-Sajd għall-Istatistika
u l-Ipprogrammar. 5. Dikjarazzjoni tat-tariffi
għall-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartarun u l-bastimenti
tas-sajd bil-konz tal-wiċċ 5.1. Abbażi tad-dikjarazzjoni annwali
tal-qabdiet u tal-isforzi msemmija fil-Paragrafu 4.2 ta' din it-Taqsima u
fir-rigward ta' kull bastiment tat-tonn bit-tartarun u kull bastiment bil-konz
tal-wiċċ li ġew awtorizzati li jistaħdu matul is-sena ta'
qabel fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar, l-UE għandha tfassal
dikjarazzjoni finali tat-tariffi dovuti mill-bastiment fir-rigward
tal-istaġun annwali tiegħu għas-sena kalendarja preċedenti.
5.2. Ir-rappurtar annwali tal-qabdiet u tal-isforz
u d-dikjarazzjoni finali tat-tariffi għandhom jintbagħtu mill-UE
lill-Madagaskar qabel il-31 ta' Lulju tas-sena li ssegwi s-sena li fiha jkunu
saru l-qabdiet, bħala konferma. 5.3. Il-Madagaskar għandu jinnotifika lill-UE
meta jaslulu dawn id-dikjarazzjonijiet u n-notifika u jista' jitlob kwalunkwe
kjarifiki li huwa jikkunsidra li hemm bżonn. 5.3.1. F'każijiet bħal dawn, l-UE
għandha tikkuntattja lill-amministrazzjonijiet tal-Istati tal-bandiera u
lill-istituti nazzjonali relevanti mill-UE, u tibgħat lill-Madagaskar
l-informazzjoni addizzjonali mitluba fi żmien 20 ġurnata
tax-xogħol. 5.3.2 Jekk ikun hemm bżonn, laqgħa
speċjali tal-grupp ta' ħidma xjentifiku li jkunu mistiedna
għaliha rappreżentanti tal-istituti nazzjonali relevanti mill-UE u
mill-Madagaskar, tista' tiġi kkonvokata għall-iskop ta' eżaminar
tad-dejta tal-qabdiet u tal-metodoloġiji użati
għall-kontroverifika tal-informazzjoni. 5.4. Il-Madagaskar għandu 30 ġurnata
tax-xogħol wara d-data tan-notifika prevista fil-punt 5.3 ta' din
it-Taqsima biex jikkontesta d-dikjarazzjoni annwali tal-qabdiet u tal-isforz u
d-dikjarazzjoni finali tat-tariffi, abbażi ta' prova dokumentata. 5.4.1. F’każ ta’ nuqqas ta’ qbil, il-Partijiet
għandhom jikkonsultaw lil xulxin fil-Kumitat Konġunt. 5.4.2. Jekk ma jkunx hemm nuqqas ta' qbil u ladarba
dan il-perjodu ta' żmien jiskadi, il-Partijiet għandhom jikkunsidraw
id-dikjarazzjoni annwali tal-qabdiet u tal-isforz tas-sajd u r-rendikont finali
tal-kontijiet bħala adottati. 5.5. Fejn id-dikjarazzjoni finali tkun ikbar
mit-tariffa b’rata fissa antiċipata mħallsa biex tinkiseb
l-awtorizzazzjoni tas-sajd, sid il-bastiment għandu jħallas
il-bilanċ pendenti lill-Madagaskar sat-30 ta’ Settembru tas-sena
li tkun għaddejja. Meta l-kalkolu finali jkun inqas mill-imposta b’rata
fissa mistennija, l-ammont li jifdal ma jistax jiġi kklejmjat
mill-ġdid minn sid il-bastiment. Taqsima 2 Dħul u ħruġ miż-żona tas-sajd
tal-Madagaskar 1. Il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni
Ewropea li joperaw skont dan il-Protokoll fiż-żona tas-sajd
tal-Madagaskar għandhom jinnotifikaw, mill-inqas tliet sigħat minn
qabel, lill-awtoritajiet relevanti tal-Madagaskar, bl-intenzjoni tagħhom
li jidħlu jew li jitilqu miż-żona tas-sajd tal-Madagaskar. 2. Meta jkunu qed jinnotifikaw id-dħul
tagħhom fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar jew il-ħruġ
tagħhom minnhom, il-kaptani tal-bastimenti għandhom jibagħtu
wkoll il-pożizzjoni tagħhom, kif ukoll il-kwantitajiet stmati ta'
kull speċi, li diġà jkollhom maqbudin u miżmumin abbord,
identifikati bil-Kodiċi Alfa 3 tal-FAO tagħhom, mogħtija
f’kilogrammi ta’ piż ħaj jew, fejn ikun meħtieġ,
fl-għadd ta’ ħut individwali, mingħajr ħsara
għad-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 2 tal-Appendiċi 8.
Din l-informazzjoni għandha tintbagħat permezz tal-posta elettronika
jew permezz ta’ feks jew permezz ta' messaġġ bir-radju fl-indirizzi
mogħtija fl-Appendiċi 9. 3. L-awtoritajiet tal-Madagaskar għandhom
jirrikonoxxu l-wasla tal-posta elettronika billi jirrispondu lura permezz
tal-posta elettronika. 4. Bastiment li jinqabad jistad mingħajr ma
jkun avża liċ-ĊMS tal-Madagaskar għandu jitqies bħala
bastiment mingħajr awtorizzazzjoni tas-sajd, u għalhekk jistgħu
jsirulu s-sanzjonijiet previsti fil-liġi tal-Madagaskar li tkun
fis-seħħ. 5. L-indirizz tal-posta elettronika, in-numru
tal-feks u tat-telefown, u l-koordinati tar-radju tal-ĊMS tal-Madagaskar
għandhom jinhemżu mal-awtorizzazzjoni tas-sajd. 6. Il-Madagaskar għandu jinforma
immedjatament lill-UE u lill-bastimenti kkonċernati b'kull tibdil
fl-indirizz tal-posta elettronika, fin-numru tal-feks u fil-frekwenza radju. Taqsima 3 Trażbord u
żbark 1. L-operazzjonijiet kollha ta' trażbord fuq
il-baħar huma pprojbiti. 2. Operazzjoni ta' trażbord fl-ilmijiet
tal-Madagaskar tista' ssir f'port tal-Madagaskar identifikat proprju għal
dak l-iskop wara awtorizzazzjoni minn qabel miċ-ĊMS tal-Madagaskar u
taħt il-kontroll tal-ispetturi tas-sajd mill-Madagaskar. 3. Il-portijiet tas-sajd magħżula
għal dawn l-operazzjonijiet tat-trażbord fil-Madagaskar huma
Antsiranana għall-bastimenti tas-sajd bit-tartarun, u Toliary, Ehoala,
Toamasina u Mahajanga għall-bastimenti tas-sajd bil-konz. 4. Sid bastiment tas-sajd tal-Unjoni Ewropea, jew
ir-rappreżentant tiegħu, li jkunu jixtiequ jiżbarkaw jew
jittrażbordaw f'port tal-Madagaskar, għandhom b'mod simultanju
jipprovdu liċ-ĊMS u lill-awtorità tal-port tal-Madagaskar
l-informazzjoni li ġejja mill-inqas 72 siegħa minn qabel: ·
l-isem u n-numru
tar-reġistrazzjoni fir-reġistru tal-bastimenti tas-sajd tal-IOTC
tal-bastiment tas-sajd involut fit-trażbord jew fl-iżbark; ·
il-port tal-iżbark
jew tat-trażbord u, meta jkun il-każ, l-ismijiet tal-bastiment
tal-merkanzija; ·
id-data u l-ħin
skedati għall-iżbark jew għat-trażbord; ·
il-kwantità ta’ kull
speċi għat-trażbord jew għall-iżbark, identifikata
permezz tal-Kodiċi Alfa 3 tal-FAO tagħha u espressa f’kilogrammi
ta’ piż tal-ħut ħaj jew, jekk ikun il-każ, f’għadd ta'
ħut individwali; ·
id-destinazzjoni
tal-qabdiet li jkunu se jiġu ttrażbordati jew li jkunu se
jinħattu l-art. 5. Wara li jeżamina l-informazzjoni msemmija
fil-punt 4 ta' din it-Taqsima u fi żmien 24 siegħa wara
n-notifika, iċ-ĊMS fil-Madagaskar għandu jagħti
awtorizzazzjoni minn qabel tal-iżbark jew tat-trażbord lil sid
il-bastiment jew lir-rappreżentant tiegħu. 6. It-trażbord u l-iżbark huma meqjusa
bħala ħruġ miż-żona tas-sajd tal-Madagaskar.
Għalhekk, id-dispożizzjonijiet imsemmija fit-Taqsima 2 ta' dan
il-Kapitolu għandhom japplikaw. 7. Wara t-trażbord jew l-iżbark, sid
il-bastiment jew ir-rappreżentant tiegħu għandhom jinnotifikaw
l-intenzjoni tagħhom li jwettqu attivitajiet tas-sajd fiż-żona
tas-sajd tal-Madagaskar, jew li jitilqu miż-żona tas-sajd
tal-Madagaskar. 8. Kull trażbord jew żbark li ma
jikkonformax mad-dispożizzjonijiet fil-punti 1 sa 7 hawn fuq għandu
jkun ipprojbit fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar. Kwalunkwe persuna li
tikser din id-dispożizzjoni għandha teħel il-pieni previsti
mil-liġi li hemm fis-seħħ fil-Madagaskar. 9. B'konformità mar-Reżoluzzjoni applikabbli
tal-IOTC, il-bastimenti bit-tartarun tal-UE li jħottu l-qabdiet l-art
f’port tal-Madagaskar għandhom ifittxu li jagħmlu l-qabdiet
inċidentali tagħhom disponibbli għall-kumpaniji lokali
tal-ipproċessar bil-prezz tas-suq lokali. Fuq talba ta' sidien
il-bastimenti tas-sajd tal-UE, id-Direttorati Reġjonali tal-Ministeru
responsabbli mill-Ispeċijiet tal-Ħut u mis-Sajd fil-Madagaskar
għandhom jipprovdu lista u dettalji tal-kuntatt tal-kumpaniji lokali
tal-ipproċessar. 10. Il-bastimenti tas-sajd għat-tonn
tal-Unjoni Ewropea li jiżbarkaw minn jeddhom f'port fil-Madagaskar,
jibbenefikaw minn tnaqqis ta' EUR 5 għal kull tunnellata tonn maqbud
fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar fuq it-tariffa indikata fil-punt 3.1
tal-Kapitolu II ta' dan l-Anness għall-kategorija tas-sajd tal-bastiment
ikkonċernat. Jingħata tnaqqis supplimentari ta’ EUR 5 għal
kull tunnellata fil-każ li l-prodotti tas-sajd jinbiegħu lil fabbrika
tal-ipproċessar fil-Madagaskar. Taqsima 4 Sistema ta’
monitoraġġ bis-satellita (VMS) 1. Messaġġi dwar il-pożizzjoni
tal-bastimenti – is-sistema tal-VMS 1.1. Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea li
jkollhom awtorizzazzjoni tas-sajd għandhom ikunu mgħammra b’sistema
ta’ monitoraġġ bis-satellita (Sistema ta’ Monitoraġġ
tal-Bastimenti – VMS) li tippermetti l-komunikazzjoni awtomatika u kontinwa
tal-pożizzjoni tagħhom, kull siegħa, liċ-ċentru
għall-kontroll tas-sajd (iċ-Ċentru tal-Monitoraġġ
tas-Sajd – iċ-ĊMS) tal-Istat tal-bandiera tagħhom. 1.2. Kull messaġġ dwar il-pożizzjoni
jrid ikun ikkonfigurat skont il-format stipulat fl-Appendiċi 7 ta'
dan l-Anness, u għandu jkun fih: ·
l-identifikazzjoni
tal-bastiment; ·
il-pożizzjoni
ġeografika l-iżjed riċenti tal-bastiment (il-lonġitudni,
il-latitudni), b’marġni ta’ żball tal-pożizzjoni ta’ inqas minn
500 metru, u b’intervall ta’ kunfidenza ta’ 99 %; ·
id-data u l-ħin li
fihom tkun ġiet irreġistrata l-pożizzjoni; ·
il-veloċità u r-rotta
tal-bastiment. 1.3. L-ewwel pożizzjoni rreġistrata wara
d-dħul fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar għandha tkun
identifikata bil-kodiċi “ENT”. Il-pożizzjonijiet kollha ta’ wara
għandhom jiġu identifikati bil-kodiċi “POS”,
bl-eċċezzjoni tal-ewwel pożizzjoni rreġistrata wara
l-ħruġ miż-żona tas-sajd tal-Madagaskar, li għandha
tiġi identifikata bil-kodiċi “EXI”. 1.4. Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera
għandu jiżgura l-ipproċessar awtomatiku u, jekk ikun
meħtieġ, it-trażmissjoni elettronika tal-messaġġi dwar
il-pożizzjoni. Il-messaġġi dwar il-pożizzjoni għandhom
jiġu rreġistrati b’mod sigur u għandhom jinżammu għal
perjodu ta’ tliet snin. 2. Trażmissjoni min-naħa tal-bastiment
f’każ ta’ ħsara fis-sistema tal-VMS 2.1. Il-kaptan għandu jiżgura f’kull
ħin li s-sistema tal-VMS tal-bastiment tiegħu tkun qed taħdem
bis-sħiħ u li l-messaġġi dwar il-pożizzjoni jkunu qed
jiġu trażmessi b’mod korrett liċ-ĊMS tal-Istat
tal-bandiera. 2.2. Il-bastimenti tal-UE li jistadu b’sistemi
tal-VMS difettużi mhumiex awtorizzati jidħlu fiż-żona
tas-sajd tal-Madagaskar. 2.3. Fil-każ ta' ħsara wara d-dħul
fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar, il-VMS tal-bastiment għandu
jissewwa jew jinbidel fi żmien ħmistax. Wara dak il-perjodu,
il-bastiment ma għandux jibqa’ awtorizzat jistad fiż-żona
tas-sajd tal-Madagaskar. 2.4. Il-bastimenti li jkunu qegħdin jistadu
fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar b’sistema tal-VMS difettuża
għandhom jibagħtu l-messaġġi dwar il-pożizzjoni
tagħhom permezz ta’ ittra elettronika, bil-feks jew permezz tar-radju
liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u tal-Madagaskar, mill-inqas kull
erba’ sigħat, u għandhom jipprovdu l-informazzjoni obbligatorja
kollha mniżżla fil-paragrafu 1.2 ta’ din it-Taqsima. 3. Komunikazzjoni sigura tal-messaġġi
dwar il-pożizzjoni lill-Madagaskar 3.1. Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera
għandu jibgħat awtomatikament il-messaġġi dwar
il-pożizzjoni tal-bastimenti kkonċernati liċ-ĊMS
tal-Madagaskar. Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u tal-Madagaskar
għandhom jiskambjaw l-indirizzi elettroniċi ta’ kuntatt tagħhom
u għandhom jgħarrfu minnufih lil xulxin b’kull tibdil f’dawn
l-indirizzi. 3.2. It-trażmissjoni tal-messaġġi
dwar il-pożizzjoni bejn iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u
tal-Madagaskar għandha ssir b’mod elettroniku bl-użu ta’ sistema
sigura ta’ komunikazzjoni. 3.3. Iċ-ĊMS tal-Madagaskar għandu
jgħarraf liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u lill-UE b’kull
interruzzjoni fil-wasla tal-messaġġi konsekuttivi dwar
il-pożizzjoni minn bastiment li jkollu awtorizzazzjoni tas-sajd, meta
l-bastiment ikkonċernat ma jkunx innotifika l-ħruġ tiegħu
miż-żona tas-sajd tal-Madagaskar. 4. Funzjonament ħażin tas-sistema ta’
komunikazzjoni 4.1. Il-Madagaskar għandu jiżgura li
t-tagħmir elettroniku tiegħu ikun kompatibbli ma’ dak
taċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u għandu jgħarraf lill-UE
minnufih b’kull nuqqas ta’ funzjonament rigward il-komunikazzjoni u l-wasla
tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni bil-għan li tinstab
soluzzjoni teknika mill-aktar fis possibbli. 4.2. Il-Kumitat Konġunt għandu jipprova
jsolvi kwalunkwe tilwim li jista’ jirriżulta minn dan. 4.3. Il-kaptan għandu jitqies responsabbli
għal kull manipulazzjoni ppruvata tas-sistema tal-VMS tal-bastiment li
jkollha l-għan li tfixkel l-operat tagħha jew li tiffalsifika
l-messaġġi tagħha dwar il-pożizzjoni tal-bastiment. Kull
ksur għandu jkun suġġett għall-pieni previsti
mil-leġiżlazzjoni tal-Madagaskar li tkun fis-seħħ. 5. Bidla fil-frekwenza tal-messaġġi
dwar il-pożizzjoni 5.1. Abbażi ta’ evidenza ddokumentata li
tipprova ksur, iċ-ĊMS tal-Madagaskar jista’ jsaqsi liċ-ĊMS
tal-Istat tal-bandiera, filwaqt li jibgħat kopja wkoll lill-UE, biex
inaqqas l-intervall li bih il-bastiment jibgħat il-messaġġi dwar
il-pożizzjoni għal kull tletin minuta għall-perjodu stabbilit
tal-investigazzjoni. 5.2. Iċ-ĊMS tal-Madagaskar għandu
jibgħat din l-evidenza ddokumentata liċ-ĊMS tal-Istat
tal-bandiera u lill-UE. 5.3. Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera
għandu jibgħat minnufih il-messaġġi dwar il-pożizzjoni
liċ-ĊMS tal-Madagaskar skont il-frekwenza mnaqqsa. 5.4. Wara dan, iċ-ĊMS tal-Madagaskar
għandu jinnotifika minnufih liċ-Ċentru tal-Kontroll tal-Istat
tal-bandiera u lill-UE bit-tmiem tal-proċedura ta’ spezzjoni. 5.5. Fi tmiem il-perjodu stabbilit
tal-investigazzjoni, iċ-ĊMS tal-Madagaskar għandu jgħarraf
liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u lill-UE b’kull segwitu li jkun
meħtieġ. 6. Validità tal-messaġġ tal-VMS
f’każ ta’ tilwim Id-dejta dwar il-pożizzjoni mogħtija mis-sistema tal-VMS biss
għandha titqies awtentika f’każ ta’ nuqqas ta’ qbil bejn
il-Partijiet. Taqsima 5 Osservaturi 1. Osservazzjoni tal-attivitajiet tas-sajd 1.1. Iż-żewġ Partijiet jirrikonoxxu
l-importanza li jirrispettaw l-obbligi li ġejjin mir-riżoluzzjonijiet
applikabbli tal-IOTC fir-rigward tal-Programm tal-Osservatur Xjentifiku. 1.2. Għal
finijiet ta' konformità ma' dawn l-obbligi, id-dispożizzjonijiet
applikabbli għal osservaturi huma kif ġej: 1.2.1. Fuq talba tal-awtoritajiet tal-Madagaskar,
il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea awtorizzati li jistadu
fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar għandhom itellgħu abbord
osservaturi li jirrappreżentaw 10 % tal-għadd totali ta' bastimenti
li huma awtorizzati li jistadu, skont il-kategorija tas-sajd kif imsemmi
fil-Kapitolu I. 1.2.2. L-osservaturi għandhom ikunu responsabbli
milli jiżguraw l-applikazjoni tad-dispożizzjonijiet previsti
fir-reżoluzzjonijiet tal-IOTC imsemmija fil-punt 1.1 jew ta' kwalunkwe
bżonn ieħor biex tinġabar informazzjoni xjentifika identifikata
mill-istitut nazzjonali relevanti tal-Madagaskar jew mill-grupp ta' ħidma
xjentifika konġunta. 1.2.3. L-osservaturi jinħatru mill-awtoritajiet
kompetenti tal-Madagaskar. 1.3. Il-bastimenti li għandhom tunnellaġġ
inferjuri jew ugwali għal 100 TG huma eżentati
mid-dispożizzjonijiet previsti f'din it-Taqsima. 2. Bastimenti u osservaturi magħżulin 2.1. Fil-mument tal-ħruġ
tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd, il-Madagaskar għandu jippubblika u, jekk
ikun hemm bżonn, jaġġorna lista tal-bastimenti
magħżula biex itellgħu osservatur abbord skont l-objettivi
msemmija fil-punt 1.2.2 hawn fuq. 2.2. Il-Madagaskar għandu jibgħat din
il-lista lill-UE b'mod elettroniku, immedjatament wara l-ħruġ jew
l-aġġornament tal-lista. Jekk wieħed mill-bastimenti
magħżula m'għandux spazju biżżejjed, u jekk dan
in-nuqqas huwa ddokumentat kif xieraq u indikat minħabba raġunijiet
ta' sikurezza, partikolarment relatati ma' atti ta' piraterija, l-Unjoni Ewropea
u l-Madagaskar għandhom jemendaw il-lista tal-bastimenti
magħżula sabiex jirriflettu din is-sitwazzjoni, filwaqt li xorta
waħda jiggarantixxu li l-objettiv imsemmi fil-paragrafu 1.2.1.
jintlaħaq. 2.3. Ladarba l-lista tal-bastimenti
magħżula biex itellgħu osservatur abbord tkun ġiet
iffinalizzata, il-Madagaskar għandu jinforma b'mod simultanju lil sidien
il-bastimenti jew lill-aġenti tagħhom, bil-bastimenti li
għandhom iħallu osservatur jimbarka meta jkunu qed joperaw
fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar. 2.4. Ladarba d-data tal-iżbark tkun ġiet
miftiehma bejn l-awtoritajiet tal-Madagaskar u sid il-bastiment li jkun
ġie magħżul kif imsemmi fil-punt 7.2 ta' din it-Taqsima,
il-Madagaskar għandu jinforma lill-UE u lil sid il-bastimenti, jew
lill-aġent tiegħu, bl-isem u bid-dettalji tal-osservaturi li jkunu
ġew maħtura. 2.5. Il-Madagaskar għandu jinforma
immedjatament lill-UE u lis-sidien tal-bastimenti tal-Unjoni Ewropea
kkonċernati, jew lir-rappreżentanti tagħhom, bi kwalunkwe bidla
fil-bastimenti u fl-osservaturi magħżula skont il-punti 2.1 u 2.3 ta'
din it-Taqsima. 2.6. Il-Madagaskar u l-UE għandhom
jagħmlu kull sforz, f'kollaborazzjoni mal-Istati Kostali l-oħra
tal-Oċean Indjan tal-Lbiċ, biex jiżviluppaw implimentazzjoni
reġjonali miftiehma tal-programm tal-osservaturi, b'mod partikolari fuq
l-inizjattiva tal-IOTC. 2.7. Bastiment tas-sajd tal-Unjoni Ewropea
magħżul biex itella' abbord osservatur skont il-punt 2.1 għandu
jiġi eżentat milli jikkonforma ma' dan l-obbligu jekk ikun hemm
diġà osservatur abbord u dan ikun se jibqa' abbord matul iż-żmien
ippjanat, sakemm dan l-osservatur: ·
huwa rikonoxxut permezz
tal-programm tal-osservaturi reġjonali li l-Madagaskar u l-UE huma
msieħba fih, jew; ·
ikun ittella' abbord
b'riżultat ta' obbligi li huma ekwivalenti għal dawk imsemmija
fil-punt 1.2.2 ta' din it-Taqsima u li hemm dispożizzjoni dwarhom fi
Ftehimiet oħra ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni
Ewropea u Stati Kostali oħra fl-Oċean Indjan tal-Lbiċ; ·
huwa f'qagħda li
jissodisfa l-objettivi previsti fil-paragrafi 1.2.1 u 8 ta' din it-Taqsima u jista'
jittrażmetti liċ-ĊMS tal-Madagaskar l-osservazzjonijiet
tiegħu waqt li l-bastiment ikun preżenti fiż-żona tas-sajd
tal-Madagaskar. 2.8. L-osservaturi m’għandhomx iqattgħu
iżjed ħin abbord il-bastiment milli għandhom bżonn biex
iwettqu dmirijiethom. 3. Kontribuzzjoni finanzjarja tas-sidien 3.1. Mingħajr
preġudizzju għal programm tal-osservaturi miftiehem fil-livell
reġjonali, hekk kif imsemmi fil-punt 2.6 ta' din it-Taqsima u fir-rigward
ta' kwalunkwe osservatur maħtur mill-Madagaskar li jrid jittella' abbord
bastiment tas-sajd tal-Unjoni Ewropea, sid il-bastiment għandu
jikkontribwixxi s-somma ta' EUR 20 għal kull ġurnata li
l-osservatur ikun qiegħed abbord. Dan l-ammont huwa ddepożitati
mis-sidien fil-Programm tal-Osservaturi mmaniġġjat miċ-ĊMS
tal-Madagaskar. 3.2. L-ispejjeż kollha tal-mobilizzazzjoni u
tad-demobilizzazzjoni bejn il-port tal-imbarkazzjoni jew
tad-diżembarkazzjoni u r-residenza abitwali tal-osservatur tal-Madagaskar
għandhom jiġġarrbu minn sid il-bastiment. 4. Il-paga tal-osservatur Is-salarju u l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali
tal-osservatur maħtur mill-Madagaskar jitħallsu mill-awtoritajiet
tal-Madagaskar. 5. Il-kundizzjonijiet tal-imbark 5.1. Il-kundizzjonijiet tal-imbark tal-osservatur,
b’mod partikolari t-tul ta’ żmien preżenti abbord, għandhom
jiġu ddefiniti bi ftehim reċiproku bejn sid il-bastiment jew
l-aġent lokali tiegħu u l-Madagaskar. 5.2. Meta jkun abbord, l-osservatur għandu
jiġi ttrattat bħala uffiċjal. Madankollu, l-ilqugħ
tal-osservatur abbord għandu jqis l-istruttura teknika tal-bastiment. 5.3. Sid il-bastiment għandu jħallas
l-ispejjeż tal-akkomodazzjoni u tal-ikel għall-osservatur abbord
il-bastiment. 5.4. Il-kaptan għandu jieħu l-miżuri
kollha li jaqgħu fir-responsabbiltà tiegħu sabiex jiżgura
s-sikurezza fiżika u l-benessri ġenerali tal-osservatur. 5.5. L-osservatur għandu jingħata
aċċess għal kull faċilità meħtieġa sabiex iwettaq
dmirijietu. Il-kaptan tal-bastiment għandu jiżgura li l-osservatur
ikollu aċċess għall-mezzi ta’ komunikazzjoni u għal
kwalunkwe dokument abbord, kif ukoll għad-dokumenti marbutin
mal-attivitajiet tas-sajd tal-bastiment, b’mod partikolari l-ġurnal ta’
abbord tas-sajd, il-ġurnal dwar l-iffriżar u l-ġurnal
tan-navigazzjoni, kif ukoll għall-partijiet tal-bastiment marbutin b’mod
dirett ma’ dmirijiethom. 6. Obbligi tal-osservatur Waqt li jkun abbord l-osservatur għandu: ·
jieħu l-miżuri
x-xierqa kollha biex ma jinterrompix u ma jfixkilx l-operazzjonijiet tas-sajd; ·
jirrispetta l-proprjetà u
t-tagħmir li jkun hemm abbord; ·
jirrispetta n-natura kunfidenzjali
ta’ kull dokument tal-bastiment. 7. L-imbark u l-iżbark tal-osservatur 7.1. L-osservatur għandu jimbarka f’port
magħżul minn sid il-bastiment. 7.2. Sid il-bastiment jew ir-rappreżentant
tiegħu għandu jinnotifika lill-Madagaskar, b’perjodu ta’ notifika ta’
10 ijiem qabel l-imbark, dwar id-data, il-ħin u l-port tal-imbark
tal-osservatur. Jekk l-osservatur jimbarka f’pajjiż barrani, sid
il-bastiment għandu jħallas l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u
tat-tranżitu (inklużi l-ispejjeż tal-akkomodazzjoni u tal-ikel)
tiegħu lejn il-port tal-imbark. 7.3. F’każ li l-osservatur ma
jippreżentax ruħu għall-imbark sa 12 -il siegħa wara
d-data u l-ħin miftiehma, sid il-bastiment jinħall awtomatikament
mill-obbligu tiegħu li jtella’ abbord lil dan l-osservatur. Huwa għandu
jkun ħieles li jitlaq il-port u jibda l-operazzjonijiet tas-sajd. 7.4. Meta l-osservatur ma jiżbarkax f’port
tal-Madagaskar, sid il-bastiment għandu jħallas l-ispejjeż
tal-vjaġġ u tat-tranżitu (inklużi l-ispejjeż
tal-akkomodazzjoni u tal-ikel) tiegħu biex jerġa' lura lejn
id-domiċilju abitwali tiegħu fil-Madagaskar. 7.5. Fil-każ li l-bastiment ma
jippreżentax ruħu fil-mument stabbilit f'port magħżul minn
qabel għall-imbark ta' osservatur, sid il-bastiment huwa obbligat
iħallas l-ispejjeż tan-nuqqas tal-imbark tal-osservatur matul
l-istennija fil-port (l-akkomodazzjoni, l-ikel). 7.6. Jekk il-bastiment ma jasalx, il-Madagaskar
jista' jissospendi l-awtorizzazzjoni tas-sajd ikkonċernata u japplika
l-penali previsti fil-leġiżlazzjoni tal-Madagaskar li hemm fis-seħħ,
ħlief fil-każ ta' forza maġġuri nnotifikata
liċ-ĊMS tal-Madagaskar. Fil-każ tal-aħħar, sid
il-bastiment għandu jaqbel, flimkien mal-awtoritajiet tal-Madagaskar, dwar
data ġdida għall-imbarkazzjoni tal-osservatur u l-bastiment ma jistax
iwettaq attivitajiet ta' sajd fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar sakemm
l-osservatur ma jkunx ittella' abbord. Il-Madagaskar għandu jinforma
immedjatament lill-UE u lil sid il-bastiment dwar il-miżuri mittieħda
skont dan il-punt. 8. Kompiti tal-osservatur 8.1. L-osservatur għandu jwettaq il-kompiti li
ġejjin: 8.1.1. Jiġbor l-informazzjoni kollha li
tirrelata mal-attivitajiet tas-sajd tal-bastiment, b'mod partikolari
fir-rigward ta': ·
l-irkapti tas-sajd
użati; ·
il-pożizzjoni
tal-bastiment waqt l-attivitajiet tas-sajd; ·
il-volumi jew, fejn
xieraq, l-għadd ta' ħut maqbud għal kull speċi fil-mira u
kull speċi assoċjata, kif ukoll l-għadd ta' qabdiet
aċċidentali u inċidentali; ·
l-għadd stmat
tal-qabdiet miżmuma abbord u ta' dawk mormija; 8.1.2. Iwettaq il-kampjuni bijoloġiċi previsti
fil-programmi xjentifiċi. 8.2. L-osservatur għandu jikkomunika ta'
kuljum l-osservazzjonijiet tiegħu bir-radju, bil-feks jew bil-posta
elettronika waqt li l-bastiment ikun qed jistad fiż-żona tas-sajd
tal-Madagaskar, inkluż il-volum ta’ qbid u ta' qbid inċidentali
abbord, u kwalunkwe kompitu ieħor kif meħtieġ miċ-ĊMS
tal-Madagaskar. 9. Rapport tal-osservatur 9.1. Qabel ma jitlaq il-bastiment, l-osservatur
għandu jissottometti rapport tal-osservazzjonijiet tiegħu lill-kaptan
tal-bastiment. Il-kaptan tal-bastiment għandu d-dritt jagħmel
kummenti fir-rapport tal-osservatur. Ir-rapport għandu jiġi ffirmat
mill-osservatur u mill-kaptan, li għandu jirċievi kopja tar-rapport.
Fejn il-kaptan jirrifjuta li jiffirma r-rapport tal-osservatur, għandu
jikteb fir-rapport ta’ spezzjoni r-raġunijiet għar-rifjut tiegħu
u jniżżel il-frażi “nirrifjuta li niffirma”. 9.2. L-osservatur għandu jibgħat
ir-rapport tiegħu liċ-ĊMS tal-Madagaskar, li għandu
jibgħat kopja tiegħu lill-UE fi żmien 15-il jum tax-xogħol
mill-iżbark tal-osservatur. Taqsima 6 Spezzjoni fuq il-baħar u fil-port 1. L-ispezzjoni fuq il-baħar u fil-port,
fid-dokk jew 'il barra mill-port, fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar,
tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea li għandhom awtorizzazzjoni
tas-sajd, għandha ssir minn bastimenti jew spetturi awtorizzati b'mod
xieraq li jwettqu spezzjonijiet. 2. Qabel l-imbark, l-ispetturi tal-Madagaskar
għandhom jinfurmaw lill-kaptan tal-bastiment tas-sajd tal-Unjoni Ewropea
dwar id-deċiżjoni tagħhom li jagħmlu spezzjoni. L-ispezzjoni
titwettaq mill-ispetturi tas-sajd. Qabel ma jinbdew l-ispezzjonijiet,
l-ispetturi jridu jagħtu prova tal-identità u tal-kwalifiki tagħhom u
tal-kamp ta' applikazzjoni tal-missjoni tagħhom. 3. L-ispetturi għandhom jibqgħu abbord
il-bastiment tas-sajd tal-Unjoni Ewropea għall-ħin meħtieġ
sabiex iwettqu l-kompiti marbutin mal-ispezzjoni biss. Għandhom iwettqu
l-ispezzjoni b’mod li jnaqqas kemm jista’ jkun l-impatt fuq il-bastiment,
l-attività tas-sajd u l-merkanzija tiegħu. 3.1. Il-Madagaskar jista' jawtorizza
r-rappreżentanti tal-UE biex jipparteċipaw fl-ispezzjoni bħala
osservaturi. 3.2. Il-kaptan tal-bastiment tas-sajd tal-Unjoni
Ewropea għandu jiffaċilita l-imbark tal-ispetturi u għandu
jiffaċilitalhom xogħolhom. 3.3. Fi tmiem kull spezzjoni, l-ispetturi
għandhom ifasslu rapport tal-ispezzjoni. Il-kaptan tal-bastiment tas-sajd
tal-Unjoni Ewropea għandu d-dritt jagħmel kummenti fir-rapport
tal-ispezzjoni. Ir-rapport tal-ispezzjoni għandu jiġi ffirmat
mill-ispettur li jkun qed ifasslu, kif ukoll mill-kaptan tal-bastiment tas-sajd
tal-Unjoni Ewropea. Fejn il-kaptan jirrifjuta li jiffirma r-rapport ta’
spezzjoni, għandu jikteb fir-rapport ta’ spezzjoni r-raġunijiet
għar-rifjut tiegħu u jniżżel il-frażi “nirrifjuta li niffirma”. 3.4. L-ispetturi għandhom jagħtu kopja
tar-rapport tal-ispezzjoni lill-kaptan tal-bastiment tas-sajd tal-Unjoni
Ewropea qabel ma jħallu l-bastiment. Il-Madagaskar għandu
jibgħat kopja tar-rapport tal-ispezzjoni lill-UE fi żmien 8 ijiem
tax-xogħol minn meta l-ispetturi jirritornaw fuq l-art, mingħajr
preġudizzju għad-dispożizzjonijiet imsemmija fil-punt 1
tat-Taqsima 7 ta' dan l-Anness. Taqsima 7 Ksur tar-regoli 1. Trattament tal-ksur 1.1. Kull ksur imwettaq fiż-żona tas-sajd
tal-Madagaskar minn bastiment tas-sajd tal-Unjoni Ewropea li jkollu
awtorizzazzjoni tas-sajd skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Anness u li
kien is-suġġett ta' notifikazzjoni għandu jissemma f’rapport
tal-ispezzjoni. 1.2. Fil-każ ta' ksur imwettaq
fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar minn bastiment tas-sajd tal-UE, in-notifika
tal-ksur iddefinit u s-sanzjonijiet marbutin miegħu imposti fuq il-kaptan
jew il-kumpanija tas-sajd għandhom jintbagħtu direttament lis-sidien
tal-bastimenti skont il-proċeduri stabbiliti fil-Leġiżlazzjoni
dwar is-Sajd tal-Madagaskar fis-seħħ. 1.3. Kopja tar-rapport tal-ispezzjoni u n-notifika
tal-ksur għandha tiġi trażmessa b'mod elettroniku
mill-Madagaskar lill-UE fi żmien 72 siegħa. 1.4. L-iffirmar tar-rapport tal-ispezzjoni
mill-kaptan ma jippreġudikax id-dritt għad-difiża ta’ sid
il-bastiment fil-konfront tal-ksur misjub. 2. Detenzjoni tal-bastiment – Laqgħa ta’
informazzjoni 2.1. Jekk jiġi stabbilit ksur, u jekk
il-leġiżlazzjoni kurrenti tal-Madagaskar tippermetti dan, kull
bastiment tas-sajd tal-Unjoni Ewropea li jkun wettaq ksur jista’ jiġi
mġiegħel iwaqqaf l-attività tas-sajd tiegħu u jirritorna lejn
port fil-Madagaskar, f’każ li jkun qed ibaħħar. 2.2. Il-Madagaskar għandu jinnotifika lill-UE,
b’mod elettroniku, fi żmien 24 siegħa b’kull detenzjoni ta’
bastiment tas-sajd tal-Unjoni Ewropea. In-notifika għandha ssemmi
r-raġunijiet tal-arrest u/jew tad-detenzjoni, u għandha tkun
akkumpanjata b'evidenza tal-ksur ikkonċernat. 2.3. Qabel ma tittieħed kwalunkwe miżura
kontra l-bastiment, il-kaptan, l-ekwipaġġ jew il-merkanzija,
bl-eċċezzjoni ta’ miżuri mmirati għall-ħarsien
tal-evidenza, il-Madagaskar jorganizza, mhux aktar tard minn jum ta’
xogħol wara n-notifika ta’ detenzjoni tal-bastiment, laqgħa ta’
informazzjoni sabiex jiġu ċċarati l-fatti li jkunu wasslu
għad-detenzjoni tal-bastiment u sabiex jiġi spjegat x’azzjoni
oħra tista’ tittieħed. Rappreżentant tal-Istat tal-bandiera u
ta’ sid il-bastiment jista’ jattendi għal din il-laqgħa ta’
informazzjoni. 3. Pieni għall-ksur – Proċedura ta’
kompromess 3.1. Il-penalità għall-ksur stabbilit
għandha tiġi ffissata mill-Madagaskar skont id-dispożizzjonijiet
tal-leġiżlazzjoni tal-Madagaskar fis-seħħ. 3.2. Meta s-soluzzjoni għall-ksur tkun
tinvolvi proċeduri legali, qabel jingħata bidu għalihom, u
sakemm il-ksur ma jkunx jinvolvi att kriminali, għandha tinbeda
proċedura ta’ kompromess bejn l-awtoritajiet tal-Madagaskar u l-bastiment
tal-UE sabiex jiġu stabbiliti t-termini tal-piena u l-livell tagħha.
Il-proċedura ta’ kompromess għandha tintemm mhux aktar tard minn
72 siegħa wara n-notifika tad-detenzjoni tal-bastiment. 3.3. Rappreżentant tal-Istat tal-bandiera
tal-bastiment tas-sajd tal-Unjoni Ewropea jista' jipparteċipa f'din
il-proċedura ta’ kompromess. 4. Proċeduri legali - Garanzija bankarja 4.1. Jekk il-proċedura ta’ kompromess tfalli u
l-ksur jitressaq quddiem il-qorti kompetenti, sid il-bastiment li jkun wettaq
il-ksur għandu jiddepożita garanzija bankarja f’bank
magħżul mill-Madagaskar, li l-ammont tagħha, kif stabbilit
mill-Madagaskar, ikun ikopri l-ispejjeż marbutin mad-detenzjoni
tal-bastiment, il-multa stmata u kwalunkwe kumpens li jista’ jkun hemm ’il
quddiem. Il-garanzija bankarja ma tistax tiġi rkuprata qabel ma jkunu
ġew konklużi l-proċeduri legali. 4.2. Il-garanzija bankarja għandha tiġi
rrilaxxata u mogħtija lura lil sid il-bastiment mingħajr dewmien wara
l-qtugħ tas-sentenza: ·
kollha kemm hi, jekk ma
tkun ġiet imposta l-ebda piena; ·
skont l-ammont
tal-bilanċ li jkun għad fadal, jekk il-piena tkun multa li tkun
iżjed baxxa mill-ammont tal-garanzija bankarja. 4.3. Il-Madagaskar għandu jgħarraf
lill-UE bir-riżultat tal-proċedimenti legali fi żmien tmint ijiem
minn meta jingħata l-ġudizzju. 5. Rilaxx tal-bastiment u tal-ekwipaġġ Il-bastiment u l-ekwipaġġ tiegħu għandhom jiġu
awtorizzati jitilqu mill-port ladarba l-multa tkun tħallset fi
proċedura ta’ kompromess, jew ladarba l-garanzija bankarja tkun ġiet
iddepożitata. Taqsima 8 Sorveljanza parteċipattiva marbuta
mal-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux rappurtat u mhux regolat (is-sajd
IUU) 1. Għan Sabiex jissaħħaħ il-monitoraġġ tas-sajd
fl-ibħra miftuħa u sabiex tiġi promossa l-ġlieda kontra
s-sajd IUU, il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea huma
mħeġġa biex jirrappurtaw il-preżenza ta' kwalunkwe
bastiment fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar li mhuwiex imsemmi fuq
il-lista tal-bastimenti tal-IOTC jew fil-lista tal-bastimenti barranin
awtorizzati li jistadu fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar, ipprovduta
mill-Madagaskar. 2. Proċedura 2.1. Jekk il-kaptan ta’ bastiment tas-sajd
tal-Unjoni Ewropea josserva bastiment tas-sajd iwettaq attivitajiet tas-sajd u
jkollu s-suspett li dik tista’ tkun attività tas-sajd IUU, jista’ jiġbor
kemm jista' jkun informazzjoni dwar dak li jkun għadu kif osserva. 2.2. Din l-informazzjoni għandha
tinbagħat immedjatament liċ-ĊMS tal-Madagaskar, kif ukoll
lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment li jkun
għamel l-osservazzjoni. Malli jirċevuha, l-awtoritajiet kompetenti
għandhom jibagħtu l-informazzjoni b'mod elettroniku lill-UE. 2.3. L-UE għandha tittrażmetti din
l-informazzjoni lill-Madagaskar. 3. Reċiproċità Il-Madagaskar għandu jikkomunika malajr kemm jista' jkun lill-UE
kull rapport ta' osservazzjoni fil-pussess tiegħu fir-rigward ta'
bastimenti tas-sajd li jwettqu attivitajiet suspettati li jkunu attivitajiet
tas-sajd IUU fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar. KAPITOLU V Tlugħ abbord ta’ baħrin 1. Sidien il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni
Ewropea li joperaw skont dan il-Protokoll għandhom jagħmlu
mill-aħjar li jistgħu biex itellgħu abbord ċittadini
tal-Madagaskar jew ta' pajjiżi oħra tal-AKP, matul l-istaġun
tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar. L-għadd ta'
baħħara mill-Madagaskar abbord bastiment tas-sajd tal-Unjoni Ewropea
għandu mill-inqas ikun tnejn fil-każ ta' bastimenti bit-tartarun u
wieħed fil-bastimenti bil-konz tal-wiċċ li għandhom aktar
minn 100 TG. 2. Sidien ta' bastimenti li jonqsu milli jkollhom
abbord l-għadd minimu ta' baħħara mill-Madagaskar hekk kif
imsemmi fil-punt 1, għandhom iħallsu s-somma sħiħa ta'
EUR 20 kuljum għal kull baħħar li ma jkunx abbord. 3. Id-Dikjarazzjoni tal-Organizzazzjoni
Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) dwar il-prinċipji u d-drittijiet
fundamentali tax-xogħol, tapplika kollha kemm hi għall-baħrin li
jittellgħu abbord il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea. Din
tirrigwarda, b’mod partikolari, l-applikazzjoni tad-dritt ta’
assoċjazzjoni u tal-għarfien effettiv tad-dritt għan-negozjar
kollettiv tal-ħaddiema u l-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni fil-qasam
tal-impjiegi u tal-professjonijiet. 4. Il-kuntratti tax-xogħol tal-baħrin
tal-Madagaskar, li kopja tagħhom għandha tingħata
lill-awtoritajiet kompetenti tal-Madagaskar u lill-firmatarji ta' dawn
il-kuntratti, isiru bejn ir-rappreżentant(i) tas-sidien tal-bastimenti u
l-baħrin u/jew it-trejdjunjins jew ir-rappreżentanti tagħhom.
Dawn il-kuntratti għandhom jiżguraw, għall-baħrin,
il-kopertura fis-sistema tas-sigurtà soċjali applikabbli għalihom,
skont il-leġiżlazzjoni tal-Madagaskar fis-seħħ,
inkluża l-assigurazzjoni fuq il-ħajja u l-assigurazzjoni fuq il-mard
u l-inċidenti. 5. Is-salarju tal-baħrin mill-Madagaskar
għandu jitħallas mis-sidien tal-bastimenti. Għandu jiġi
ffissat bi qbil komuni bejn is-sidien tal-bastimenti jew ir-rappreżentanti
tagħhom u l-baħrin u/jew it-trejdjunjins jew ir-rappreżentanti
tagħhom. Madankollu, il-kundizzjonijiet ta’ remunerazzjoni tal-baħrin
ma jistgħux ikunu inferjuri għal dawk applikabbli fil-Madagaskar, u
lanqas ma jistgħu jkunu inferjuri għan-normi tal-ILO. 6. Kull baħri impjegat minn sidien
il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea għandu jirrapporta lill-kaptan
maħtur tal-bastiment lejlet id-data proposta għall-imbark
tiegħu. Jekk baħri jonqos milli jirrapporta fid-data u l-ħin
previsti għat-tlugħ abbord, sid il-bastiment jinħall
awtomatikament mill-obbligu tal-imbarkazzjoni ta' dak il-baħri. 7. L-ispejjeż kollha tal-mobilizzazzjoni u
tad-demobilizzazzjoni bejn il-port tal-imbarkazzjoni jew
tad-diżembarkazzjoni u r-residenza abitwali tal-baħħar
mill-Madagaskar għandhom jiġġarrbu minn sid il-bastiment. LISTA
TAL-APPENDIĊIJIET Appendiċi 1 – Il-formola tal-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni
għas-sajd Appendiċi 2 – Dikjarazzjoni teknika Appendiċi 3 – Koordinati (latitudnijiet u lonġitudnijiet)
taż-żona tas-sajd tal-Madagaskar Appendiċi 4 – Koordinati ġeografiċi taż-żona
riżervata esklussivament għall-attivitajiet tas-sajd artiġjanali
u tradizzjonali tal-Madagaskar Appendiċi 5 – Mudell tal-formola tad-dikjarazzjoni ta' kull tliet
xhur tal-qabdiet provviżorji u tal-isforzi tas-sajd Appendiċi 6 – Formoli għad-dikjarazzjonijiet
tad-dħul fiż-żona tas-sajd u l-ħruġ minnha Appendiċi 7 – Format tal-messaġġ tal-VMS dwar
il-pożizzjoni Appendiċi 8 – Linji gwida għall-implimentazzjoni tas-sistema
elettronika ta’ rappurtar tad-dejta dwar l-attivitajiet tas-sajd (is-sistema
ERS) Appendiċi 9 – Dettalji ta' kuntatt fil-Madagaskar Appendiċi 1 – Formola
tal-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għas-sajd Il-Ministeru
tal-Ispeċijiet tal-Ħut u tas-Sajd tar-Repubblika tal-Madagaskar Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-Sajd
Sostenibbli Il-Madagaskar – L-Unjoni Ewropea Talba
għal AWTORIZZAZZJONI TAS-SAJD I- APPLIKANT 1. Isem is-sid
tal-bastiment: ................................................... Nazzjonalità:........................................................................... 2. L-indirizz ta' sid
il-bastiment: .................................................................................................................................. 3. Isem l-assoċjazzjoni
jew l-organizzazzjoni tal-produtturi għas-sidien tal-bastimenti:
............................................................ 4. Isem l-assoċjazzjoni
jew l-organizzazzjoni tal-produtturi għas-sidien tal-bastimenti:
.......................................................... 5. Numru
tat-telefown:.............................................. Numru
tal-feks: ........................................ Posta elettronika:
……............………… 6. Isem l-aġent:
............................................................................................................................................. 7. L-indirizz
tal-aġent: ........................................................................................................................................ 8. Numru
tat-telefown:.............................................. Numru
tal-feks: ........................................ Posta elettronika: ……............…………
9. Isem il-kaptan:
.................................. Nazzjonalità:
……….......................... Posta elettronika:
……………………… II-BASTIMENT U L-IDENTIFIKAZZJONI
TIEGĦU 1. Isem il-bastiment:
........................................................................................................................................................ 2. L-Istat
tal-bandiera:............................................................................................................................................ 3. Numru
tar-reġistrazzjoni esterna:
…………........................................................................................................ 4. Port
tar-reġistrazzjoni: …………………. MMSI: ………….……Numru IMO:…….…….………………. 5. Data li fiha nkisbet
il-bandiera attwali: ........../........./.............. Bandiera ta' qabel
(jekk kien hemm): ………... 6. Sena u post
tal-kostruzzjoni: ....../......./.......... fi………........ Sinjal tas-sejħa
bir-radju: ..................................... 7. Kodiċi tas-sinjal
tar-radju: ………….............. Numru tat-telefown bis-satellita
tal-bastimenti : ……………..…………...……… 8. Tip ta’ buq: Azzar ¨ Injam ¨ Poliester
¨ Ieħor
¨ …………………………………………... III- KARATTERISTIĊI
TEKNIĊI TAL-BASTIMENT U TAT-TAGĦMIR 1. Tul totali: .................................................. Wisa’:
....................................... Fundar
tal-baħar:….................. 2. Tunnellaġġ
gross (mogħti f’TG): .................................. Tunnellaġġ nett: ……………….………………… 3. Qawwa tal-magna
prinċipali f’KW: ...................................... Ditta:
................................. Tip: …....................... 4. Tip ta’ bastiment: ¨ Għat-Tonn bit-Tartarun ¨ Bastiment
ta’ appoġġ Isem/ismijiet u numru/i
tar-reġistrazzjoni esterna tal- Bastiment għat-tonn
bit-tartarun(i) li miegħu għandu x'jaqsam il-bastiment ta'
appoġġ: ……………………………………………………………… ……………………………………………………………… ¨ Bastimenti bil-konz
tal-wiċċ > 100 TG ¨ Bastimenti bil-konz
tal-wiċċ ≤ 100 TG 5. Irkapti tas-sajd:
......................................................................................................................................................
6. Żoni tas-sajd:
………………………………………………………………………………………………... 7. Speċijiet fil-mira:
………………………………………………………………………………………………… 8. Port magħżul
għall-operazzjoni tal-iżbark: ………………………………….………………………… 9. Għadd totali
tal-ekwipaġġ abbord:
.......................................................................................................................... 10. Metodu ta’ konservazzjoni
abbord: Frisk ¨ Tkessiħ ¨ Imħallat ¨ Iffriżar ¨: 11. Kapaċità
tal-friża kull 24 siegħa (f’tunnellati):
...........................Kapaċità tal-istivi: ................. Għadd:
..... 12. Transponder tal-VMS: Manifattur: ....................................
Mudell: …………………. Numru tas-Serje: …………………………… Verżjoni
tas-Softwer: ...........................................................
Operatur tas-satellita: …………………………… Jien, il-firmatarju t’hawn
taħt, niċċertifika li t-tagħrif mogħti f’din it-talba
huwa veru u ġenwin. Magħmul fi
…........................................,
il-…................................................. Firma
tal-applikant …................................................................ Appendiċi 2 – DIKJARAZZJONI TEKNIKA 1 - Miżuri Tekniċi ta' Konservazzjoni 1.1. Żona tas-sajd Lil hinn minn 20 mil nawtiku mil-linja bażi. Żona tas-sajd indikata fl-Appendiċi 3. Trid tiġi rispettata żona ta’ protezzjoni ta’ 3 mili madwar irkaptu nazzjonali tal-aggregazzjoni tal-ħut. Iż-żoni ta' Leven Bank u Castor Bank, li l-koordinati tagħhom huma indikati fl-Appendiċi 4, jistgħu jintużaw biss għal attivitajiet ta' sajd artiġjanali u tradizzjonali tal-Madagaskar. 1.2. Apparat awtorizzat Tartaruni Konz tal-wiċċ 1.3. Speċijiet awtorizzati Tonn u speċijiet simili (tonn, plamtu, tonn frigata u tonn balla, marlin, pixxispad), speċi assoċjati u sajd taħt il-mandat ta' tmexxija tal-Kummissjoni għat-Tonn tal-Oċean Indjan (IOTC), esklużi: § l-ispeċijiet protetti mill-konvenzjonijiet internazzjonali, § l-ispeċijiet li ż-żamma tagħhom abbord, it-trażbord, l-iżbark jew li l-ħażna sħiħa jew parzjali tagħhom huma pprojbiti mill-IOTC, b'mod partikolari speċijiet li jappartjenu għall-familji tal-Alopiidae jew tas-Sphyrnidae, kif ukoll § l-ispeċijiet li ġejjin: Cethorinus maximus, Rhincodon typus, Carcharodon carcharias, Carcharinus falciformis, Carcharinus longimanus. L-għadd ta' klieb il-baħar maqbudin flimkien mat-tonn u ma' speċijiet simili fis-sajd taħt il-mandat ta' tmexxija tal-IOTC mill-bastimenti tas-sajd bil-konz fil-wiċċ tal-Unjoni Ewropea awtorizzati li jistadu skont dan il-Protokoll għandu jkun limitat għal 250 tunnellata kull sena fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar. Jekk dan il-limitu tal-qabda jinqabeż, is-sajd għall-kelb il-baħar jingħalaq skont il-leġiżlazzjoni relevanti tal-Partijiet applikabbli f'dan il-qasam. Il-kaptani tal-bastimenti għandhom għalhekk jieħdu l-miżuri neċessarji biex jevitaw kwalunkwe qabda aċċidentali tal-ispeċijiet elasmobranchii. 1.4 Qabdiet inċidentali Għandhom jiġu rispettati r-rakkomandazzjonijiet tal-IOTC. 2 - Tariffi li jridu jitħallsu mis-sidien/qabdiet ekwivalenti Tariffa li trid titħallas minn sidien il-bastimenti għal kull tunnellata li tinqabad || EUR 60/tunnellata matul l-ewwel sentejn ta' applikazzjoni tal-protokoll EUR 70/tunnellata matul l-aħħar sentejn ta' applikazzjoni tal-protokoll Tariffi annwali b'rata fissa bil-quddiem li jridu jitħallsu minn sidien il-bastimenti: || EUR 11 400 kull sena kull bastiment tat-tonn bit-tartarun matul l-ewwel sentejn u EUR 13 300 kull sena matul l-aħħar sentejn, għal 190 tunnellata; EUR 3 600 kull sena kull bastiment bil-konz tal-wiċċ > 100 TG matul l-ewwel sentejn u EUR 4 200 kull sena matul l-aħħar sentejn, għal 60 tunnellata; EUR 2 400 kull sena kull bastiment bil-konz tal-wiċċ ≤ 100 TG matul l-ewwel sentejn u EUR 2 800 kull sena matul l-aħħar sentejn, għal 40 tunnellata; Għadd ta’ bastimenti awtorizzati li jistadu || 40 bastiment tas-sajd bit-tartarun 32 bastiment tas-sajd bil-konz tal-wiċċ > > 100 TG 22 bastiment tas-sajd bil-konz tal-wiċċ ≤ 100 TG 3 – Oħrajn Tariffa għal kull bastiment ta’ appoġġ: EUR 3 500 għal kull bastiment Baħrin: Bastimenti għat-tonn bit-tartarun: mill-inqas 2 baħħara abbord matul l-istaġun tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar għandhom ikunu ċittadini tal-Madagaskar. Bastimenti bil-konz fil-wiċċ: mill-inqas baħħar wieħed (1) abbord matul l-istaġun tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar għandu jkun ċittadin tal-Madagaskar. Is-sidien tal-bastimenti għandhom jagħmlu ħilithom biex itellgħu abbord aktar baħrin supplimentari li ġejjin mill-Madagaskar. Osservaturi: § Fuq talba tal-awtoritajiet tal-Madagaskar, il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea għandhom itellgħu abbord osservatur bil-għan li tintlaħaq rata ta’ kopertura ta’ 10 % tal-bastimenti awtorizzati li jistadu fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar. Madankollu, bastimenti bil-konz fil-wiċċ b'tunnellaġġ li huwa inferjuri jew ugwali għal 100 TG għandhom ikunu eżentati minn din il-miżura. § Għal kull bastiment li jtella' osservatur abbord, sid il-bastiment huwa mitlub jikkontribwixxi madwar EUR 20 għal kull jum li l-osservatur ikun abbord. Dan l-ammont huwa ddepożitat fil-Programm tal-Osservaturi mmaniġġjat miċ-ĊMS. Appendiċi 3 – Koordinati
(latitudnijiet u lonġitudnijiet) taż-żona tas-sajd
tal-Madagaskar Punt || LatDD || LonDD || || LatitudeString || LongitudeString 1 || -10.3144 || 49.4408 || || 10° 18' 52" S || 049 ° 26' 27" E 2 || -11.0935 || 50.1877 || || 11 ° 05' 37" S || 050° 11' 16" E 3 || -11.5434 || 50.4776 || || 11 ° 32' 36" S || 050° 28' 39" E 4 || -12.7985 || 53.2164 || || 12 ° 47' 55" S || 053 ° 12' 59" E 5 || -14.0069 || 52.7392 || || 14 ° 00' 25" S || 052 ° 44' 21" E 6 || -16.1024 || 52.4145 || || 16 ° 06' 09" S || 052 ° 24' 52" E 7 || -17.3875 || 52.3847 || || 17 ° 23' 15" S || 052 ° 23' 05" E 8 || -18.2880 || 52.5550 || || 18 ° 17' 17" S || 052 ° 33' 18" E 9 || -18.7010 || 52.7866 || || 18 ° 42' 04" S || 052 ° 47' 12" E 10 || -18.8000 || 52.8000 || || 18 ° 48' 00" S || 052 ° 47' 60" E 11 || -20.4000 || 52.0000 || || 20 ° 23' 60" S || 052 ° 00' 00" E 12 || -22.3889 || 51.7197 || || 22 ° 23' 20" S || 051 ° 43' 11" E 13 || -23.2702 || 51.3943 || || 23 ° 16' 13" S || 051 ° 23' 39" E 14 || -23.6405 || 51.3390 || || 23 ° 38' 26" S || 051 ° 20' 20" E 15 || -25.1681 || 50.8964 || || 25 ° 10' 05" S || 050° 53' 47" E 16 || -25.4100 || 50.7773 || || 25 ° 24' 36" S || 050° 46' 38" E 17 || -26.2151 || 50.5157 || || 26 ° 12' 54" S || 050° 30' 57" E 18 || -26.9004 || 50.1112 || || 26 ° 54' 01" S || 050° 06' 40" E 19 || -26.9575 || 50.0255 || || 26 ° 57' 27" S || 050° 01' 32" E 20 || -27.4048 || 49.6781 || || 27 ° 24' 17" S || 049 ° 40' 41" E 21 || -27.7998 || 49.1927 || || 27 ° 47' 59" S || 049 ° 11' 34" E 22 || -28.1139 || 48.6014 || || 28 ° 06' 50" S || 048 ° 36' 05" E 23 || -28.7064 || 46.8002 || || 28 ° 42' 23" S || 046 ° 48' 01" E 24 || -28.8587 || 46.1839 || || 28 ° 51' 31" S || 046 ° 11' 02" E 25 || -28.9206 || 45.5510 || || 28 ° 55' 14" S || 045 ° 33' 04" E 26 || -28.9301 || 44.9085 || || 28 ° 55' 48" S || 044 ° 54' 31" E 27 || -28.8016 || 44.1090 || || 28 ° 48' 06" S || 044 ° 06' 32" E 28 || -28.2948 || 42.7551 || || 28 ° 17' 41" S || 042 ° 45' 18" E 29 || -28.0501 || 42.2459 || || 28 ° 03' 00" S || 042 ° 14' 45" E 30 || -27.8000 || 41.9000 || || 27 ° 48' 00" S || 041 ° 53' 60" E 31 || -27.5095 || 41.5404 || || 27 ° 30' 34" S || 041 ° 32' 25" E 32 || -27.0622 || 41.1644 || || 27 ° 03' 44" S || 041 ° 09' 52" E 33 || -26.4435 || 40.7183 || || 26 ° 26' 37" S || 040 ° 43' 06" E 34 || -25.7440 || 40.3590 || || 25 ° 44' 38" S || 040 ° 21' 32" E 35 || -24.8056 || 41.0598 || || 24 ° 48' 20" S || 041 ° 03' 35" E 36 || -24.2116 || 41.4440 || || 24 ° 12' 42" S || 041 ° 26' 38" E 37 || -23.6643 || 41.7153 || || 23 ° 39' 51" S || 041 ° 42' 55" E 38 || -22.6317 || 41.8386 || || 22 ° 37' 54" S || 041 ° 50' 19" E 39 || -21.7798 || 41.7652 || || 21 ° 46' 47" S || 041 ° 45' 55" E 40 || -21.3149 || 41.6927 || || 21 ° 18' 54" S || 041 ° 41' 34" E 41 || -20.9003 || 41.5831 || || 20 ° 54' 01" S || 041 ° 34' 59" E 42 || -20.6769 || 41.6124 || || 20 ° 40' 37" S || 041 ° 36' 45" E 43 || -19.6645 || 41.5654 || || 19 ° 39' 52" S || 041 ° 33' 55" E 44 || -19.2790 || 41.2489 || || 19 ° 16' 44" S || 041 ° 14' 56" E 45 || -18.6603 || 42.0531 || || 18 ° 39' 37" S || 042 ° 03' 11" E 46 || -18.0464 || 42.7813 || || 18 ° 02' 47" S || 042 ° 46' 53" E 47 || -17.7633 || 43.0335 || || 17 ° 45' 48" S || 043 ° 02' 01" E 48 || -17.2255 || 43.3119 || || 17 ° 13' 32" S || 043 ° 18' 43" E 49 || -16.7782 || 43.4356 || || 16 ° 46' 42" S || 043 ° 26' 08" E 50 || -15.3933 || 42.5195 || || 15 ° 23' 36" S || 042 ° 31' 10" E 51 || -14.4487 || 43.0263 || || 14 ° 26' 55" S || 043 ° 01' 35" E 52 || -14.4130 || 43.6069 || || 14 ° 24' 47" S || 043 ° 36' 25" E 53 || -14.5510 || 44.3684 || || 14 ° 33' 04" S || 044 ° 22' 06" E 54 || -14.5367 || 45.0275 || || 14 ° 32' 12" S || 045 ° 01' 39" E 55 || -14.3154 || 45.8555 || || 14 ° 18' 55" S || 045 ° 51' 20" E 56 || -13.8824 || 46.3861 || || 13 ° 52' 57" S || 046 ° 23' 10" E 57 || -12.8460 || 46.6944 || || 12 ° 50' 46" S || 046 ° 41' 40" E 58 || -12.6981 || 47.2079 || || 12 ° 41' 53" S || 047 ° 12' 28" E 59 || -12.4637 || 47.7409 || || 12 ° 27' 49" S || 047 ° 44' 27" E 60 || -12.0116 || 47.9670 || || 12 ° 00' 42" S || 047 ° 58' 01" E 61 || -11.0158 || 48.5552 || || 11 ° 00' 57" S || 048 ° 33' 19" E 62 || -10.3144 || 49.4408 || || 10° 18' 52" S || 049 ° 26' 27" E NB: Il-koordinati ġeografiċi
tal-linja bażi għandhom jiġu nnotifikati mill-Madagaskar mhux
aktar tard mill-applikazzjoni provviżorja ta' dan il-Protokoll. Appendiċi 4 – Koordinati
ġeografiċi taż-żona riżervata esklussivament
għall-attivitajiet tas-sajd artiġjanali u tradizzjonali
tal-Madagaskar Punt || Latitudni || Lonġitudni 1 || 12°18.44S || 47°35.63 2 || 11°56.64S || 47°51.38E 3 || 11°53S || 48°00E 4 || 12°18S || 48°14E 5 || 12°30S || 48°05E 6 || 12°32S || 47°58E 7 || 12°56S || 47°47E 8 || 13°01S || 47°31E 9 || 12°53S || 47°26E Appendiċi 5 – Mudell tal-formola
tad-dikjarazzjoni ta' kull tliet xhur tal-qabdiet provviżorji u
tal-isforzi tas-sajd Appendiċi 6 – Formoli
għad-dikjarazzjonijiet tad-dħul fiż-żona tas-sajd u
l-ħruġ minnha FORMAT TAR-RAPPORTI 1. FORMAT TAR-RAPPORT TAD-DĦUL (FI ŻMIEN
TLIET SIGĦAT QABEL ID-DĦUL) DESTINATARJU: IĊ-ĊMS TAL-MADAGASKAR KODIĊI TAL-AZZJONI: DĦUL ISEM IL-BASTIMENT: KODIĊI INTERNAZZJONALI TAR-RADJU: STAT TAL-BANDIERA: TIP TA’ BASTIMENT: NUMRU TAL-LIĊENZJA: POŻIZZJONI MAD-DĦUL: DATA U SIEGĦA (UTC) TAD-DĦUL KWANTITÀ TOTALI TA’ ĦUT ABBORD F’KG: - YFT (Tonna safra/ Yellowfin tuna/ Thunnus
albacares) f’KG : - SKJ (Palamit/ Skipjack/ Katsuwonus pelamis)
f’KG: - BET (Tonn għajnu kbira/ Bigeye tuna/ Thunnus
obesus) f’KG: - ALB (Alonga/ Albacore tuna/ Thunnus alalunga)
f’KG: - OĦRAJN (SPEĊIFIKA) f’KG: 2. FORMAT TAR-RAPPORT TAL-ĦRUĠ (FI
ŻMIEN TLIET SIGĦAT QABEL IL-ĦRUĠ) DESTINATARJU: IĊ-ĊMS TAL-MADAGASKAR KODIĊI TAL-AZZJONI: ĦRUĠ ISEM TAL-BASTIMENT KODIĊI INTERNAZZJONALI TAR-RADJU: STAT TAL-BANDIERA: TIP TA’ BASTIMENT: NUMRU TAL-LIĊENZJA: POŻIZZJONI MAL-ĦRUĠ: DATA U SIEGĦA (UTC) TAL-ĦRUĠ: KWANTITÀ TOTALI TA’ ĦUT ABBORD F’KG: - YFT (Tonna safra/ Yellowfin tuna/ Thunnus
albacares) f’KG: - SKJ (Palamit/ Skipjack/ Katsuwonus pelamis)
f’KG: - BET (Tonn għajnu kbira/ Bigeye tuna/ Thunnus
obesus) f’KG: - ALB (Alonga/ Albacore tuna/ Thunnus alalunga)
f’KG: - OĦRAJN (SPEĊIFIKA) f’KG: Ir-rapporti kollha għandhom ikunu trażmessi
lill-awtorità kompetenti f’dan in-numru tal-feks jew fl-indirizz tal-posta
elettronika li ġejjin: Numru tal-feks: +261 20 22 490 14 Posta elettronika : csp-mprh@blueline.mg Centre de Surveillance des Pêches de Madagascar,
B.P.60 114 Antananarivo Appendiċi 7 – Format
tal-messaġġ tal-VMS dwar il-pożizzjoni KOMUNIKAZZJONI TAL-MESSAĠĠI TAL-VMS
LILL-MADAGASKAR FORMAT TAD-DEJTA TAL-VMS - RAPPORT DWAR
IL-POŻIZZJONI Element tad-dejta || Kodiċi || Obbligatorju / Fakultattiv || Kontenut Bidu tar-reġistrazzjoni || SR || O || Dettall dwar is-sistema li jindika l-bidu tar-reġistrazzjoni Destinatarju || AD || O || Dettall dwar il-messaġġ – Il-Kodiċi Alfa-3 tal-pajjiż destinatarju (ISO-3166) Mingħand || FR || O || Dettall dwar il-messaġġ – Il-Kodiċi Alfa-3 tal-pajjiż li jkun qed jibgħat il-messaġġ (ISO-3166) l-istat tal-bandiera || FS || O || Detall dwar il-messaġġ – Il-Kodiċi Alfa-3 tal-Istat tal-bandiera (ISO-3166) Tip ta’ messaġġ || TM || O || Dettall dwar il-messaġġ – It-tip ta’ messaġġ (ENT, POS, EXI) Sinjal tas-sejħa bir-radju (IRCS) || RC || O || Dettall dwar il-bastiment – Is-sinjal internazzjonali tas-sejħa bir-radju tal-bastiment (IRCS) Numru ta’ referenza intern tal-Parti Kontraenti || IR || F || Dettall dwar il-bastiment – In-numru uniku tal-parti kontraenti, mogħti bħala l-Kodiċi Alfa-3 (ISO-3166) segwit min-numru. Numru tar-reġistrazzjoni esterna || XR || O || Dettall dwar il-bastiment – In-numru mmarkat fuq il-ġenb tal-bastiment (ISO 8859.1) Latitudni || LT || O || Dettall dwar il-pożizzjoni tal-bastiment – il-pożizzjoni fi gradi u fi gradi deċimali +/- GG.ggg (WGS84) Lonġitudni || LG || O || Dettall dwar il-pożizzjoni tal-bastiment – il-pożizzjoni fi gradi u fi gradi deċimali +/- GGG.ggg (WGS84) Rotta || CO || O || Rotta tal-bastiment fuq scala ta' 360 grad Veloċità || SP || O || Veloċità tal-bastiment f’wieħed minn kull għaxar mili tal-baħar (tenths of knots) Data || DA || O || Dettall dwar il-pożizzjoni tal-bastiment – id-data tar-reġistrazzjoni tal-pożizzjoni f’UTC (SSSSXXJJ) Ħin || TI || O || Dettall dwar il-pożizzjoni tal-bastiment – il-ħin tar-reġistrazzjoni tal-pożizzjoni f’UTC (SSMM) Tmiem ir-reġistrazzjoni || ER || O || Dettall dwar is-sistema li jindika tmiem ir-reġistrazzjoni It-trażmissjoni tal-informazzjoni hija strutturata
kif ġej: Il-karattri utilizzati għandhom ikunu konformi
mar-regoli tal-ISO 8859.1 linja mmejla doppja (//) u l-kodiċi “SR” jindikaw
il-bidu tal-messaġġ; kull element tad-dejta jiġi identifikat
mill-kodiċi tiegħu u jingħażel mill-elementi l-oħra
tad-dejta permezz ta’ linja mmejla doppja (//); linja mmejla waħda (/) tissepara l-kodiċi
minn mad-dejta; il-kodiċi “ER” segwit minn linja mmejla doppja
(//) jindika tmiem il-messaġġ; l-elementi tad-dejta
fakultattivi għandhom jiddaħħlu bejn il-bidu u t-tmiem
tal-messaġġ. Appendiċi 8 – Linji
gwida għall-implimentazzjoni tas-sistema elettronika ta’ rappurtar
tad-dejta dwar l-attivitajiet tas-sajd (is-sistema ERS) (1)
Dispożizzjonijiet
ġenerali (1)
Kull bastiment tas-sajd
tal-Unjoni għandu jkun mgħammar b'sistema elettronika, minn hawn 'il
quddiem imsejħa "sistema ERS", li tkun kapaċi
tirreġistra u tittrażmetti dejta relatata mal-attività tas-sajd
tal-bastiment, minn hawn 'il quddiem imsejħa "dejta ERS", waqt
li l-bastiment ikun qed jopera fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar. (2)
Bastiment tal-UE li ma
jkunx mgħammar b'sistema ERS, jew li s-sistema ERS tiegħu ma tkunx
qed taħdem, mhuwiex awtorizzat jidħol fiż-żona tas-sajd
tal-Madagaskar biex iwettaq attivitajiet tas-sajd fiha. (3)
Id-dejta ERS hija
trażmessa skont il-proċeduri tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment,
jiġifieri l-ewwel tintbagħat liċ-Ċentru ta'
Monitoraġġ tas-Sajd (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ĊMS)
tal-Istat tal-bandiera, li jiżgura li dawn ikunu awtomatikament
disponibbli għaċ-Ċentru ta' Monitoraġġ tas-Sajd
tal-Madagaskar. (4)
L-Istat tal-bandiera u
l-Madagaskar għandhom jiżguraw li ċ-ĊMS tagħhom ikunu
mgħammra bit-tagħmir tal-informatika u bis-softwer meħtieġa
biex isseħħ it-trażmissjoni awtomatika tad-dejta tal-ERS
fil-format XML, u li dawn għandhom proċedura ta’ salvagwardja li
kapaċi tirreġistra u taħżen id-dejta tal-ERS f’forma li
tista’ tinqara minn kompjuter għal perjodu ta’ mill-inqas 3 snin. (5)
It-trażmissjoni
tad-dejta tal-ERS għandha sseħħ bl-użu tal-mezzi
elettroniċi ta’ komunikazzjoni mmaniġġjati mill-Kummissjoni
Ewropea f’isem l-UE, identifikati bħala “DEH” (“Data Exchange Highway”). (6)
L-Istat tal-bandiera u
l-Madagaskar għandhom jagħżlu korrispondent tal-ERS kull
wieħed li jkun il-punt ta’ kuntatt. (1)
Il-korrispondenti ERS
għandhom jintgħażlu għal perjodu ta' mhux inqas minn sitt
xhur; (2)
Iċ-ĊMS tal-Istat
tal-bandiera u ċ-ĊMS tal-Madagaskar għandhom jibagħtu lil
xulxin id-dettalji ta’ kuntatt tal-korrispondenti tal-ERS rispettivi
tagħhom (l-ismijiet, l-indirizzi, in-numri tat-telefown, in-numri tal-feks
u l-indirizzi tal-posta elettronika tagħhom) qabel ma l-fornitur jibda
jipproduċi s-sistemi ERS; (3)
Għandha ssir notifika
minnufih dwar kull emenda fid-dettalji ta’ kuntatt tal-korrispondenti tal-ERS. (2)
Produzzjoni u
trażmissjoni tad-dejta tal-ERS (1)
Il-bastimenti tas-sajd
tal-Unjoni għandhom: (1)
jikkomunikaw id-dejta ERS
kuljum għal kull ġurnata li jqatta' fiż-żona tas-sajd
tal-Madagaskar; (2)
jirreġistraw,
għal kull operazzjoni tas-sajd, il-kwantitajiet ta’ kull speċi
maqbuda u miżmuma abbord bħala speċi fil-mira jew bħala
qabda inċidentali, u dawk mormija lura l-baħar; (3)
jiddikjaraw ukoll,
għal kull speċi identifikata fl-awtorizzazzjoni tas-sajd
maħruġa mill-Madagaskar, meta ma jinqabad xejn minn dik
l-ispeċi; (4)
jidentifikaw kull
speċi bil-Kodiċi Alfa-3 tal-FAO tagħha; (5)
jagħtu l-kwantitajiet
f’kilogrammi ta’ piż ħaj, jew jekk ikun meħtieġ,
fl-għadd ta’ ħut individwali; (6)
jirreġistraw
fid-dejta tal-ERS, għal kull speċi, il-kwantitajiet li ġew
ittrażbordati u/jew żbarkati; (7)
jirreġistraw
fid-dejta ERS, waqt kull dħul (messaġġ COE) u ħruġ
(messaġġ COX) miż-żona tas-sajd tal-Madagaskar,
messaġġ speċifiku li jkun fih, għal kull speċi
identifikata fl-awtorizzazjoni tas-sajd maħruġa mill-Madagaskar,
il-kwantitajiet li jkunu qed jinżammu abbord fil-mument ta' kull
dħul/ħruġ; (8)
jittrażmettu kuljum
id-dejta ERS liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera, skont il-format previst
fil-paragrafu 2 hawn fuq, mhux aktar tard minn 23:59 UTC. (2)
Il-kaptan huwa
responsabbli għall-preċiżjoni tad-dejta tal-ERS irreġistrata
u mibgħuta. (3)
Iċ-ĊMS tal-Istat
tal-bandiera għandu jibgħat b’mod awtomatiku u mingħajr dewmien
id-dejta tal-ERS liċ-ĊMS tal-Madagaskar. (4)
Iċ-ĊMS
tal-Madagaskar għandu jikkonferma li tkun waslitlu d-dejta tal-ERS permezz
ta’ messaġġ ta’ ritorn u għandu jittratta d-dejta kollha tal-ERS
b’mod kunfidenzjali. (3)
Nuqqas fis-sistema
ERS abbord il-bastiment u/jew fit-trażmissjoni tad-dejta tal-ERS bejn
il-bastiment u ċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera (1)
L-Istat tal-bandiera
għandu jgħarraf mingħajr dewmien lill-kaptan u/jew lil sid
il-bastiment li jtajjar il-bandiera tiegħu, jew lir-rappreżentant
tiegħu, b’kull nuqqas tekniku fis-sistema ERS installata abbord
il-bastiment u b’kull nuqqas fil-funzjonament tat-trażmissjoni tad-dejta
tal-ERS bejn il-bastiment u ċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera. (2)
L-Istat tal-bandiera
għandu jgħarraf lill-Madagaskar bin-nuqqas innutat u bil-miżuri
korrettivi li jkunu ttieħdu. (3)
F'każ ta' ħsara
tas-sistema ERS abbord il-bastiment, il-kaptan u/jew is-sid għandhom
jiżguraw li l-ħsara titranġa jew li s-sistema ERS tinbidel
f'mhux aktar tard minn 10 ijiem wara. Jekk il-bastiment jagħmel waqfa
f'port fi ħdan dawk l-10 ijiem, jista' jkompli biss bl-attivitajiet
tas-sajd tiegħu fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar ladarba s-sistema
ERS tiegħu tkun fi stat perfett ta' funzjonament, sakemm il-Madagaskar ma
jawtorizzahx mod ieħor. (1)
Bastiment tas-sajd ma
jistax jitlaq minn port wara li jkollu nuqqas tekniku fis-sistema ERS
tiegħu qabel ma s-sistema ERS tiegħu tkun qed taħdem
mill-ġdid, b’mod li jissodisfa lill-Istat tal-bandiera tiegħu u
tal-Madagaskar, jew (2)
sakemm ma jirċevix
awtorizzazzjoni biex jagħmel dan mill-Istat tal-bandiera tiegħu.
F’dan il-każ, l-Istat tal-bandiera għandu jgħarraf
lill-Madagaskar bid-deċiżjoni tiegħu qabel ma l-bastiment jitlaq
mill-port. (4)
Kull bastiment tal-UE li
jopera fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar b’sistema ERS difettuża
għandu jibgħat kuljum u sa mhux aktar tard minn 23:59 UTC, id-dejta
kollha tal-ERS liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera bi kwalunkwe mezz ieħor
ta’ komunikazzjoni elettronika disponibbli li jkun aċċessibbli
għaċ-ĊMS tal-Madagaskar. (5)
Id-dejta tal-ERS li ma
tkunx setgħet titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Madagaskar
permezz tas-sistema ERS minħabba nuqqas fis-sistema għandha
tintbagħat liċ-ĊMS tal-Madagaskar miċ-ĊMS tal-Istat
tal-bandiera b'mezz ieħor elettroniku maqbul b’mod reċiproku. Din
it-trażmissjoni alternattiva għandha titqies prijoritarja, filwaqt li
jiġi mifhum lil-iskadenzi li s-soltu japplikaw għat-trażmissjoni
aktarx ma jkunux jistgħu jitħarsu. (6)
Jekk iċ-ĊMS
tal-Madagaskar ma jirċevix id-dejta tal-ERS mingħand bastiment
għal 3 ijiem konsekuttivi, il-Madagaskar jista’ joħroġ
struzzjonijiet lill-bastiment biex imur immedjatament f’port magħżul
mill-Madagaskar għall-investigazzjoni. (4)
Nuqqas
min-naħa taċ-ĊMS - Iċ-ĊMS tal-Madagaskar ma jkunx qed
jirċievi d-dejta tal-ERS (1)
Meta ĊMS ma jkunx qed
jirċievi d-dejta tal-ERS, il-korrispondent tal-ERS tiegħu għandu
jgħarraf minnufih lill-korrispondent tal-ERS taċ-ĊMS
l-ieħor u, jekk ikun meħtieġ, għandu jikkollabora miegħu
sabiex tiġi solvuta l-problema. (2)
Iċ-ĊMS tal-Istat
tal-bandiera u ċ-ĊMS tal-Madagaskar għandhom jaqblu b’mod
reċiproku qabel it-tnedija operattiva tal-ERS dwar il-mezzi ta’
komunikazzjoni elettroniċi alternattivi li għandhom jintużaw
għat-trażmissjoni tad-dejta tal-ERS f’każ li jkun hemm nuqqas
min-naħa taċ-ĊMS, u għandhom jgħarrfu lil xulxin
minnufih b’kull emenda fihom. (3)
Meta ċ-ĊMS
tal-Madagaskar javża li ma jkunx irċieva d-dejta tal-ERS,
iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jidentifika l-kawżi
tal-problema u għandu jieħu l-miżuri x-xierqa biex isolvi
l-problema. Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jgħarraf
liċ-ĊMS tal-Madagaskar u lill-UE bir-riżultati u bil-miżuri
li jkunu ttieħdu fi żmien 24 siegħa minn meta jkun ġie
identifikat in-nuqqas. (4)
Jekk ikun hemm bżonn
ta' iktar minn 24 siegħa biex tissolva l-problema, iċ-ĊMS
tal-Istat tal-bandiera għandu jibgħat minnufih id-dejta tal-ERS li
tkun nieqsa liċ-ĊMS tal-Madagaskar billi juża wieħed
mill-mezzi elettroniċi alternattivi msemmija fil-punt (v)
tal-paragrafu 3. (5)
Il-Madagaskar għandu
javża lis-servizzi ta’ kontroll kompetenti (SKK) tiegħu sabiex
il-bastimenti tal-UE ma jitqisux miċ-ĊMS tal-Madagaskar bħala
bastimenti li qed iwettqu ksur minħabba n-nuqqas ta’ trażmissjoni
tad-dejta tal-ERS minħabba nuqqas min-naħa ta’ wieħed miċ-ĊMS. (5)
Manutenzjoni ta’
ĊMS (1)
L-operazzjonijiet ta'
manutenzjoni ppjanifikati ta' ĊMS (programmi ta' manutenzjoni) u li
probabbli jaffettwaw l-iskambju tad-dejta ERS għandhom jiġu
nnotifikati liċ-ĊMS l-ieħor mhux inqas minn 72 siegħa
qabel, b'indikazzjoni, jekk dan ikun possibbli, tad-data u t-tul ta' żmien
tal-manutenzjoni. Għall-operazzjonijiet ta’ manutenzjoni li ma jkunux
ippjanati, din l-informazzjoni għandha tintbagħat liċ-ĊMS
l-ieħor mill-aktar fis possibbli. (2)
Matul l-operazzjoni ta’
manutenzjoni, id-disponibbiltà tad-dejta tal-ERS tista’ titpoġġa fi
stat ta’ stennija sakemm is-sistema terġa’ ssir operattiva. Imbagħad,
id-dejta tal-ERS ikkonċernata terġa’ titpoġġa
għad-dispożizzjoni immedjatament wara li tintemm l-operazzjoni ta’
manutenzjoni. (3)
Jekk l-operazzjoni ta’
manutenzjoni ddum iktar minn 24 siegħa, id-dejta tal-ERS għandha
tintbagħat liċ-ĊMS l-ieħor b’wieħed mill-mezzi
elettroniċi alternattivi msemmija fil-punt (v) tal-paragrafu 3. (4)
Il-Madagaskar għandu
javża lis-servizzi ta’ kontroll kompetenti (SKK) tiegħu sabiex
il-bastimenti tal-UE ma jitqisux li qed iwettqu ksur minħabba n-nuqqas ta’
trażmissjoni tad-dejta tal-ERS minħabba operazzjoni ta’ manutenzjoni
ta’ ĊMS. (6)
Għażla
tar-rotot tad-dejta ERS fil-Madagaskar (1)
Biex tiġi
trażmessa d-dejta tal-ERS mill-Istat tal-Bandiera lill-Madagaskar,
għandhom jintużaw mezzi ta' komunikazzjoni elettroniċi, li
għandhom jiġu amministrati mill-Kummissjoni Ewropea f'isem l-UE. Dawn
huma identifikati bħala DEH ("Data Exchange Highway" -
Awtostrada tal-Iskambju tad-Dejta) hekk kif imsemmi fil-punt 1 ta' dan
l-Appendiċi. (2)
Għall-finijiet
tal-amministrazzjoni tal-attivitajiet tas-sajd mill-flotta tal-UE, din id-dejta
għandha tiġi maħżuna u tkun disponibbli
għall-konsultazzjoni mill-persunal awtorizzat tal-Kummissjoni Ewropea, f'isem
l-Unjoni Ewropea. Appendiċi 9 – Dettalji ta' kuntatt
fil-Madagaskar NB: Il-Madagaskar se jikkomunika l-informazzjoni
kollha stabbilita hawn taħt mhux aktar tard mid-data tad-dħul
fis-seħħ ta' dan il-Protokol 1. Ministeru
tal-Ispeċijiet tal-Ħut u tas-Sajd Indirizz postali, indirizz tal-e-mail, numri tat-telefown u tal-feks. 2. Għat-talbiet
għal awtorizzazzjoni tas-sajd Indirizz postali, indirizz tal-e-mail, numri tat-telefown u tal-feks. 3. Direction de
la Statistique et de la Programmation (DSP) (Direttorat dwar l-Istatistika u
l-Ipprogrammar) Indirizz postali, indirizz tal-e-mail, numri tat-telefown u tal-feks. 4. Ċentru
tal-Monitoraġġ tas-Sajd (ĊMS) u notifika tad-dħul u
tal-ħruġ Isem iċ-ĊMS (il-kodiċi tas-sejħa): Dettalji tar-radju: VHF: F1 kanal 16; F2 kanal 71 HF: F1 5.283 MHZ; F2 7.3495 MHZ Indirizz postali, indirizz tal-e-mail prinċipali, indirizz
tal-e-mail alternattiv, numri tat-telefown u tal-feks. 5. Unité de
Statistique Thonière d'Antsiranana (Unità dwar l-Istatistika tat-Tuna f'Antsiranana) Indirizz postali, indirizz tal-e-mail, numri tat-telefown u tal-feks. ANNESSI Ambitu tas-setgħat u proċedura
għall-istabbiliment tal-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat
Konġunt (1) Il-Kummissjoni għandha tkun
awtorizzata tinnegozja mar-Repubblika tal-Madagaskar u, fejn xieraq u sakemm
tkun konformi mal-punt 3 ta' dan l-Anness, tapprova l-modifiki
tal-Protokoll fir-rigward tal-kwistjonijiet li ġejjin: a) reviżjoni tal-opportunitajiet
tas-sajd f'konformità mal-Artikoli 8 u 9 tal-Protokoll; b) deċiżjoni dwar
il-modalitajiet tal-appoġġ settorjali f'konformità
mal-Artikolu 6 tal-Protokoll; c) emendar tad-dispożizzjonijiet
li għandhom x'jaqsmu mal-kundizzjonijiet li jirregolaw l-attivitajiet
tas-sajd u mar-regoli dwar l-implimentazzjoni tal-Protokoll u tal-Annessi skont
l-Artikolu 8(3) tal-Protokoll. (2) Fi ħdan il-Kumitat
Konġunt stabbilit skont il-Ftehim tas-Sħubija dwar is-Sajd
Sostenibbli, l-Unjoni għandha: a) taġixxi skont l-għanijiet
li tfittex fil-qafas tal-politika komuni tas-sajd; b) tikkonforma
mal-Konklużjonijiet tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2012 dwar
il-Komunikazzjoni dwar id-dimensjoni esterna tal-politika komuni tas-sajd; c) tippromwovi pożizzjonijiet li
huma kompatibbli mar-regoli rilevanti adottati mill-organizzazzjonijiet
reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd. (3) Meta jkun previst li tiġi
adottata deċiżjoni dwar modifiki għall-Protokoll previsti
fil-punt 1 waqt laqgħa tal-Kumitat Konġunt, għandhom
jittieħdu l-passi meħtieġa sabiex il-pożizzjoni li
għandha tiġi espressa f'isem l-Unjoni tqis l-informazzjoni
statistika, bijoloġika u dik rilevanti oħra l-aktar reċenti
mibgħuta lill-Kummissjoni. Għal dan il-għan u abbażi ta'
dik l-informazzjoni, dokument preparatorju li jistabbilixxi d-dettalji
tal-pożizzjoni prevista tal-Unjoni għandu jintbagħat
mis-servizzi tal-Kummissjoni, fi żmien suffiċjenti qabel
il-laqgħa rilevanti tal-Kumitat Konġunt, lill-Kunsill jew lill-korpi
preparatorji tiegħu għall-kunsiderazzjoni u l-approvazzjoni
tagħhom. Fir-rigward tal-kwistjonijiet imsemmija fil-Punt
1(a), il-Kunsill għandu japprova l-pożizzjoni tal-Unjoni permezz ta'
maġġoranza kwalifikata ta' voti. Fil-każijiet l-oħra,
il-pożizzjoni prevista tal-Unjoni mogħtija fid-dokument ta’ tħejjija
għandha titqies li tkun ġiet approvata sakemm għadd ta’ Stati
Membri li jkun daqs minoranza li timblokka ma joġġezzjonawx
għaliha waqt laqgħa tal-korp preparatorju tal-Kunsill jew fi
żmien għoxrin jum minn meta jasal id-dokument ta’ tħejjija, skont
liema minnhom jiġi l-ewwel. F’każ li jkun hemm xi
oġġezzjoni, il-kwistjoni għandha tintbagħat lill-Kunsill. Jekk, matul laqgħat ulterjuri,
inkluż dawk fuq il-post, ma jkunx jista’ jintlaħaq qbil sabiex
il-pożizzjoni tal-Unjoni tkun tista' tqis l-elementi l-ġodda,
il-kwistjoni għandha tintbagħat lill-Kunsill jew lill-korpi
preparatorji tiegħu. Il-Kummissjoni hija mistiedna tieħu
l-passi meħtieġa, fi żmien xieraq, b'segwitu
għad-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt, inkluż, fejn
adegwat, li tippubblika d-deċiżjoni rilevanti f'Il-Ġurnal
Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u tippreżenta kwalunkwe proposta
meħtieġa għall-implimentazzjoni tad-deċiżjoni.