IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 30.9.2014
COM(2014) 610 final
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL U LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW
Rapport Annwali tal-2013 dwar l-għajnuna finanzjarja għat-tkabbir (IPA, PHARE, CARDS, Strument ta' qabel l-Adeżjoni tat-Turkija u l-Faċilità ta' Tranżizzjoni)
{SWD(2014) 287 final}
1.
Introduzzjoni
L-għan ġenerali tal-politika tat-tkabbir huwa li timplimenta l-Artikolu 49 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, li joffri perspettiva ta' sħubija mal-UE lill-pajjiżi Ewropej kollha li jirrispettaw il-valuri fundamentali tal-UE u li huma impenjati li jippromwovuhom. L-aġenda attwali tat-tkabbir tkopri l-Balkani tal-Punent, it-Turkija u l-Islanda. Fl-2013, il-pajjiżi tat-tkabbir komplew javvanzaw fi triqithom lejn l-Unjoni Ewropea. Kien hemm għadd ta’ żviluppi pożittivi fil-pajjiżi kandidati
u dawk kandidati potenzjali
, inkluż il-progress li sar dwar ir-riformi relatati mal-UE. In-negozjati tal-adeżjoni mal-Islanda twaqqfu temporanjament mill-Gvern Islandiż f’Mejju 2013 u se jkomplu biss min-naħa tal-Islanda jekk il-gvern jiddeċiedi li jkompli fit-triq lejn is-sħubija mal-UE.
L-għanijiet tal-politika tal-Kummissjoni fil-qasam tat-tkabbir huma appoġġati mill-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA). L-istrument huwa l-mezz li bih l-UE tappoġġa riformi lejn allinjament mal-istandards tal-UE u tal-acquisfil-pajjiżi tat-tkabbir kemm permezz ta’ għajnuna finanzjarja kif ukoll dik teknika. Il-fondi tal-IPA jibnu l-kapaċitajiet tal-pajjiżi tul il-proċess tal-adeżjoni, u b'hekk jirriżultaw fi żviluppi progressivi u pożittivi fir-reġjun.
L-IPA ħa post strumenti preċedenti għal qabel l-adeżjoni: PHARE, ISPA, SAPARD, l-istrument ta’ qabel l-adeżjoni għat-Turkija u l-
istrument finanzjarju għall-Balkani tal-Punent, CARDS
. Mill-2007, il-pajjiżi tat-tkabbir irċevew finanzjament tal-UE u appoġġ permezz ta’ dan is-sors uniku.
L-IPA huwa maqsum f’ħames komponenti:
oI (l-Assistenza għat-Tranżizzjoni u l-Bini tal-Istituzzjonijiet)
oII (il-Kooperazzjoni Transfruntiera)
oIII (l-Iżvilupp Reġjonali)
oIV (l-Iżvilupp tar-Riżorsi Umani)
oV.(l-Iżvilupp Rurali)
Il-komponenti I u II huma taħt ir-responsabbiltà tad-Direttorat Ġenerali għat-Tkabbir (DĠ ELARG) u huma miftuħa għall-pajjiżi benefiċjarji kollha. Komponenti oħra, li għandhom l-għan li jippreparaw il-benefiċjarji għall-implimentazzjoni tal-fondi strutturali wara li jissieħbu mal-UE, huma aċċessibbli biss għall-pajjiżi kandidati u huma ġestiti taħt ir-responsabbiltà, tad-Direttorat Ġenerali għall-Politika Reġjonali (DĠ REGIO), id-Direttorat Ġenerali għall-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni (DĠ EMPL) u d-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (DĠ AGRI) rispettivament.
Fir-rigward tal-assistenza ta’ qabel l-adeżjoni, l-allokazzjonijiet tal-IPA kienu jammontaw għal madwar EUR 11,5 biljun matul il-perjodu 200713, li madwar EUR 1,8 biljun minnhom kienu allokati għas-sena 2013. L-implimentazzjoni tal-IPA ilha għaddejja matul l-2013 u l-aħħar programmi taħt l-IPA ġew adottati fi tmiem l-2013.
Ir-Rapport Annwali tal-2013 huwa okkażjoni biex wieħed iħares lura lejn is-suċċessi u t-tagħlimiet miksuba mill-IPA u dan jista' jgħin fit-tfassil tal-assistenza tal-futur taħt l-IPA II il-ġdid għall-2014-2020 .
Dan ir-rapport jirreferi fil-qosor għall-kuntest politiku li fih saru attivitajiet iffinanzjati mill-UE, kif ivvalutat fil-Pakkett tat-Tkabbir. Huwa jenfasizza wkoll il-progress li sar biex jittejjeb l-ippjanar strateġiku, u jipprovdi ħarsa ġenerali fuq l-implimentazzjoni talprogrammi/proġetti, u l-proċess tal-ipprogrammar li jinsab għaddej u t-titjib tal-koordinazzjoni tad-donaturi. L-analiżi ta’ esperjenzi tal-imgħoddi, ipprovduta wkoll minn diversi evalwazzjonijiet, intużat biex isiru rakkomandazzjonijiet biex jittejjeb iktar l-impatt tal-fondi IPA wara l-2014. Skont l-Istrateġija għat-Tkabbir tal-UE 2013-2014, enfasi partikolari qed titqiegħed fuq l-approċċ ta’ “dak li hu fundamentali l-ewwel”.
Mill-2014, l-Istrument il-ġdid ta’ Finanzjament ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA II) jieħu post il-predeċessur tiegħu. L-allokazzjonijiet previsti għall-perjodu 2014–2020 jammontaw għal EUR 11,7 biljun. Abbażi tat-tagħlimiet miksuba mill-ippjanar u l-implimentazzjoni fil-perjodu finanzjarju preċedenti, inklużi żewġ evalwazzjonijiet waħdainterim u oħra meta (evalwazzjoni tal-evalwazzjoni) tal-IPA, l-assistenza ta’ qabel l-adeżjoni se tkun marbuta aktar mill-qrib mal-prijoritajiet tal-politika tat-tkabbir, u abbażi ta’ approċċ strateġiku aktar orjentat lejn ir-riżultati immirat lejn ir-riformi ewlenin fil-pajjiżi tat-tkabbir.
2.Siltiet l-aktar importanti mill-implimentazzjoni tal-programm tal-2013
A) Kooperazzjoni bilaterali
Il-Kroazja
Mill-1 ta' Lulju 2013, il-Kroazja hi Stat Membru tal-UE. L-adeżjoni tal-Kroazja hija eżempju tal-qawwa trasformattiva u tal-effett stabilizzanti tal-proċess tat-tkabbir. Wara l-iffirmar tat-Trattat tal-Adeżjoni fid-9 ta’ Diċembru 2011, il-pajjiż matul l-2013 kompla bl-implimentazzjoni ta’ miżuri biex ikompli jsaħħaħ il-kapaċità tiegħu li jissodisfa l-obbligi ta’ sħubija mal-UE.
Il-Programm Nazzjonali għall-komponent I adottat fl-2012 ikopri sentejn baġitarji, jiġifieri l-allokazzjoni tal-IPA 2012 għall-Assistenza għat-Tranżizzjoni u l-Bini tal-Istituzzjonijiet, kif ukoll l-allokazzjoni ta’ 6 xhur għall-2013. L-ammont totali tal-Programmi Nazzjonali tal-2012 u l-2013 kien ta’ EUR 46,80 miljun.
Taħt il-komponent III, l-implimentazzjoni tal-programmi kompliet fl-2013. Wara l-adeżjoni, il-programmi ġew riveduti, għalkemm żammu l-istess prijoritajiet, skont il-politika ta’ Koeżjoni kofinanzjati mill-Fondi Ewropej Strutturali u ta’ Investiment.
L-implimentazzjoni tal-assistenza finanzjarja tal-UE fl-2012/2013 ipprovdiet aktar appoġġ għat-tlestija tar-riformi u l-bini tal-kapaċità fl-oqsma kruċjali fil-perspettiva ta' sħubija, l-aktar il-ġudikatura, id-drittijiet fundamentali u l-ġustizzja, il-libertà u s-sigurtà. L-implimentazzjoni appoġġjat ukoll sforzi kontinwi għall-preparazzjoni tal-Kroazja għall-ġestjoni u l-implimentazzjoni ta' fondi ta' wara l-adeżjoni.
Il-Programm Operattiv għall-Iżvilupp tar-Riżorsi Umani multiannwali (HRDOP) taħt il-Komponent IV tal-IPA għall-perjodu 2007-2013 kellu l-għan li jappoġġa lill-Kroazja fl-iżvilupp tal-politika kif ukoll fil-preparazzjoni għall-implimentazzjoni u l-immaniġġar tal-politika ta’ koeżjoni tal-Unjoni, b’mod partikolari fir-rigward tal-Fond Soċjali Ewropew. Skont id-Dokument Indikattiv ta' Ppjanar Multiannwali, il-programm operattiv iffoka fuq l-indirizzar tal-qgħad permezz ta’ azzjoni mmirata, il-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali, u t-tnaqqis tal-ostakli għall-impjieg. Tpoġġiet enfasi dejjem tiżdied fuq il-politika dwar it-titjib tal-adattabbiltà tal-impriżi u l-ħaddiema mill-2011. Ġie introdott assi prijoritarju ġdid fl-2012 li jimmira lejn organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-promozzjoni tad-djalogu soċjali.
Il-Montenegro
Rigward il-Montenegro, sar progress fin-negozjati ta’ adeżjoni. F’Ġunju 2013, il-pajjiż addotta pjanijiet ta’ azzjoni komprensivi għall-kapitoli 23 u 24. Nfetħu ħames kapitoli f’Diċembru 2013, inklużi l-kapitoli 23 u 24 relatati mal-istat tad-dritt, biex b’hekk it-total tela’ għal 7 kapitoli miftuħa, li minnhom 2 ingħalqu provviżorjament. Il-laqgħat ta' skrining mal-Montenegro ġew konklużi f’Ġunju 2013.
L-ipprogrammar u l-implimentazzjoni tal-għajnuna finanzjarja ta’ qabel l-adeżjoni għall-Montenegro matul l-2013 saru fil-kuntest tan-negozjati ta’ adeżjoni li għaddejjin bħalissa.
L-allokazzjoni baġitarja inizjali għall-2013 kienet diġà pprogrammata sa tmiem l-2012. Bl-istess mod, il-Programmi Operattivi għall-2012-2013 taħt il-Komponent III (EUR 22,24 miljun) u l-Komponent IV (EUR 5,58 miljun) ġew adottati fi tmiem l-2012. Madankollu, fondi addizzjonali ġew allokati lill-Montenegro matul l-2013, u kienu pprogrammati fit-tieni nofs tal-2013 u adottati bħala emendi għall-Programmi Nazzjonali tal-2012-2013 parti I u II.
Matul l-2013 il-Montenegro għamel sforzi sinifikanti fil-proċess tal-għoti ta’ ġestjoni għall-implimentazzjoni deċentralizzata tal-fondi tal-IPA. Twettqu verifiki dwar il-Komponenti I u II tal-IPA b’mod parallel ma’ dawk għall-Komponenti III u IV.
It-tħejjijiet għall-IPA II ġew imnedija mal-awtoritajiet tal-Montenegro u qabdu r-ritmu fit-tieni nofs tal-2013, b’enfasi fuq l-introduzzjoni tal-approċċ settorjali u fuq il-bidu tat-tħejjijiet għad-Dokument ta' Strateġija għall-Montenegro. Il-pajjiż ikkontribwixxa fl-istess ħin, bħall-benefiċjarji l-oħra, għad-Dokument ta' Strateġijata' Diversi Pajjiżi għall-IPA II, kif ukoll, bħall-pajjiżi l-oħra tal-Balkani tal-Punent, għall-finalizzazzjoni tal-Istrateġija tax-Xlokk tal-Ewropa 2020.
Is-Serbja
Id-deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew ta’ Ġunju 2013 biex jinfetħu n-negozjati tal-adeżjoni mas-Serbja segwiet il-ftehim storiku bejn is-Serbja u l-Kosovo, li ntlaħaq f’April 2013 fil-qafas tad-djalogu ffaċilitat mill-UE. Aktar tard, f’Diċembru 2013, il-Kunsill adotta l-qafas ta’ negozjar għal negozjati ta’ adeżjoni u ffissa d-data għall-ewwel Konferenza Intergovernattiva (KIG) li saret f’Jannar 2014.
Il-Programm Annwali tal-IPA tal-2013 ġie adottat f’Diċembru 2013 u matul is-sena saru preparazzjonijiet attivi għall-IPA II (abbozz ta’ Dokument Indikattiv ta’ Strateġija tal-Pajjiż) u “sistema ta’ implimentazzjoni deċentralizzata” -DIS (għall-għoti tal-ġestjoni tal-komponenti tal-IPA I u II). Sussegwentement, id-deċiżjoni ttieħdet f Marzu 2014.
Fl-2013, EUR 89 miljun ġew ikkuntrattati minn Programmi nazzjonali tal-IPA, il-komponent I, u EUR 1,7 miljun mill-komponent II (CBC). EUR 4,4 miljun oħra ġew ikkuntrattati minn baġits oħra (fosthom: is-soċjeta ċivili – EUR 1,97 miljun u l-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR) – EUR 1 miljun), u b'hekk intlaħaq total ta' madwar EUR 95 miljun.
Is-sjieda ta’ korpi nazzjonali responsabbli għal proċess ta’ programmazzjoni tal-IPA kompliet titjieb, l-aktar rigward il-koordinazzjoni tad-donaturi. L-eżerċizzju ta’ programmazzjoni bbenefika mit-tagħlimiet miksuba waqt l-iżvilupp tal-approċċ settorjali fl-2013.
Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja
F’Ottubru 2013, għall-ħames sena konsekuttiva, il-Kummissjoni rrakkomandat il-ftuħ tan-negozjati ta’ adeżjoni ma’ dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja. Il-Kunsill għadu ma ddeċidiex dwar il-proposta tal-Kummissjoni. Djalogu ta’ adeżjoni ta’ livell għoli, imniedi f’Marzu 2012, kompla jiggwida x-xogħol fuq prijoritajiet ta’ riforma relatati mal-adeżjoni ewlenin tal-UE, mingħajr ma ssir prevalenza tal-proċeduri standard ta' qabel l-adeżjoni. Minħabba l-livell għoli ta’ allinjament mal-acquis, l-enfasi hija fuq l-implimentazzjoni ta’ strateġiji u leġiżlazzjoni diġà eżistenti u fuq it-titjib tal-kapaċità amministrattiva relatata.
Il-ġestjoni tal-fondi tal-IPA taħt is-Sistema ta’ Implimentazzjoni Deċentralizzata baqgħet ta’ sfida għall-awtoritajiet nazzjonali matul l-2013 minħabba nuqqas ta’ persunal u kapaċitajiet maniġerjali insuffiċjenti fl-istituzzjonijiet ewlenin. Bis-saħħa tal-isforzi konġunti tal-awtoritajiet nazzjonali u tal-Kummissjoni, it-telf ta’ fondi minn Komponent I ġie mnaqqas għal EUR 3,3 miljun minn telf potenzjali ta’ madwar EUR 15-il miljun
Bil-finalizzazzjoni ta’ programmar u reviżjoni tal-programmi kollha taħt il-Komponenti differenti tal-IPA fl-2012, is-sena 2013 kienet iddedikata għat-tħejjija ta’ Dokument ta' Strateġija Indikattiva dwar l-IPA II 2014-2020.
L-Albanija
Fl-2013, il-Kummissjoni rrakkomandat li jingħata l-istatus ta’ kandidat lill-Albanija fuq il-fehim li l-pajjiż ikompli jieħu azzjoni fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u l-korruzzjoni. Aktar tard ingħatat l-istatus ta’ kandidat f’Ġunju 2014.
Matul l-2013, l-assistenza finanzjarja tal-UE kellha rwol strateġiku fil-pajjiż, fejn immobilizzat madwar EUR 96 miljun taħt il-Komponenti I u II, bil-ħsieb li ttejjeb il-kapaċitajiet amministrattivi ta’ għadd ta’ istituzzjonijiet u trawwem l-iżvilupp soċjali, ambjentali u ekonomiku.
L-enfasi tal-Istrateġija tat-tkabbir rigward l-oqsma ta’ politika dwar il-ġudikatura u d-drittijiet fundamentali (il-kapitolu 23), il-ġustizzja, il-libertà u s-sigurtà (il-kapitolu 24) saħħet l-attenzjoni tal-Gvern tal-Albanija fuq it-titjib l-istatus tad-dritt fil-pajjiż permezz ta’ kisbiet konkreti. Fil-fatt, l-implimentazzjoni pożittiva ta’ proġetti fil-qasam tal-ġudikatura u tal-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata turi li l-pajjiż jista' jikseb riżultati fit-titjib tal-effettività tas-sistema ġudizzjarja u fiż-żieda tal-kapaċità operattiva tal-aġenziji tal-infurzar tal-liġi, sakemm dawn l-isforzi jkunu appoġġati minn intenzjoni politika ċara li l-aġenda ta’ riforma tagħmel progress.
Madankollu, il-proġetti tal-infrastruttura għadhom jiltaqgħu ma' problemi ta' implimentazzjoni, prinċipalment minħabba nuqqas ta' koordinazzjoni fost il-ministeri kkonċernati u bejn l-istituzzjonijiet nazzjonali u dawk lokali, u minħabba fondi nazzjonali insuffiċjenti għall-kostijiet ta' manteniment u dawk operattivi, b'implikazzjonijiet fuq is-sostenibbiltà tal-proġetti fuq terminu twil.
L-Albanija ffinalizzat it-tħejjija għall-ġestjoni deċentralizzata tal-fondi tal-IPA taħt il-Komponent I. Għalhekk, parti mill-Programm Nazzjonali tal-IPA tal-2013 se jiġi implimentat taħt dan il-metodu ġdid ta’ ġestjoni. Il-gvern huwa mistenni li jiżgura l-istabbiltà fir-rigward tal-pożizzjonijiet tal-ħaddiema taċ-ċivil imħarrġa għall-ġestjoni tal-fondi tal-IPA u għandu jkompli jsaħħaħ il-ħiliet tagħhom. Inkella, l-implimentazzjoni tal-proġetti tal-IPA 2013 tista' tbati minn nuqqas ta’ għarfien espert dwar ir-regoli tal-akkwist u l-proċeduri li jirregolaw il-fondi tal-UE. Is-sena 2013 kienet iddedikata għat-tħejjija tad-Dokument ta' Strateġija Indikattiva dwar l-IPA II 2014-2020.
Il-Bosnja-Ħerzegovina
Fir-rigward tal-Bosnja-Ħerzegovina (BiH), il-Kummissjoni kkonkludiet li l-pajjiż huwa wieqaf fil-proċess ta’ integrazzjoni Ewropea, l-aktar għaliex huwa ma tax riżultati f'żewġ impenji ewlenin: l-implimentazzjoni ta’ sentenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem dwar “il-kawża Sejdić-Finci”) u l-istabbiliment ta’ mekkaniżmu ta’ koordinazzjoni effiċjenti u effettiv biex il-pajjiż jitkellem b’vuċi waħda u li jinteraġixxi tajjeb mal-UE.
Fir-Rapport ta’ Progress tagħha tal-2013, il-Kummissjoni stqarret li qiegħed isir dejjem aktar diffiċli biex tiġġustifika l-għoti ta’ fondi ta’ qabel l-adeżjoni lil pajjiż li r-rappreżentanti politiċi tiegħu mhumiex lesti jilħqu l-kunsens meħtieġa biex jimxu ‘l quddiem fil-perkors ta’ qabel l-adeżjoni. Il-Kummissjoni rat ir-riskju kbir li f’sitwazzjoni bħal din l-għajnuna ta’ qabel l-adeżjoni ma tipproduċix ir-riżultati mistennija.
Dan l-istaġnar fil-proċess ta’ adeżjoni affettwa l-ipprogrammar u l-implimentazzjoni tal-għajnuna tal-IPA. B’mod partikolari, fid-dawl tan-nuqqas ta’ mekkaniżmu ta' koordinazzjoni tal-UE u ż-żieda fil-politiċizzazzjoni tal-implimentazzjoni tal-IPA, il-Kummissjoni ddeċidiet li tissospendi diversi proġetti tal-IPA matul l-2013 u eventwalment tħassar żewġ proġetti fis-settur tal-agrikoltura u l-iżvilupp rurali, minħabba li ma setax jibqa' jiġi ggarantit użu effiċjenti tal-flus tal-kontribwenti tal-UE.
Konsegwentement, il-Kummissjoni naqqset il-baġit tal-allokazzjoni tal-IPA 2013 (li jammonta għal madwar EUR 109 miljun skont l-aħħar MIFF approvat), għal EUR 64 miljun kif ukoll l-ambitu tagħha u kkonċentrat l-għajnuna fuq proġetti li jipprovdu benefiċċji direttament liċ-ċittadini, b’mod partikolari fil-qasam tal-ġustizzja u l-affarijiet interni u fil-qasam soċjali.
In-nuqqas ta’ mekkaniżmu ta' koordinazzjoni tal-UE u ta' strateġiji tas-settur mal-pajjiż kollu, f’ħafna mis-setturi rilevanti għall-appoġġ tal-IPA affettwa wkoll it-tħejjija tal-IPA II. Il-Kummissjoni imxiet fuq il-linja li m tibdiex it-tħejjija sakemm tiġi żgurata koordinazzjoni effettiva. It-tħejjijiet għall-IPA II ma ssoktawx fl-2013.
Il-Kosovo
F’Ġunju 2013, il-Kunsill awtorizza l-ftuħ ta’ negozjati għal Ftehim ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni (FSA) mal-Kosovo, li tniedew uffiċjalment f’Ottubru 2013.
L-implimentazzjoni tal-assistenza tal-UE, fl-2013 qabżet il-miri finanzjarji tagħha, kemm f’termini ta’ kuntratti kif ukoll ta' ħlasijiet. Il-Programm Annwali tal-2013 ġie adottat f’Jannar 2013 b’allokazzjoni ta’ EUR 65,86 miljun. Wara l-ewwel ftehim dwar in-normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet bejn is-Serbja u l-Kosovo fid-19 ta’ April 2013, ġiet allokata allokazzjoni addizzjonali għall-Kosovo b’riżorsi oriġinarjament allokati lil pajjiżi oħra u tħejja programm speċifiku li ġie approvat f'Diċembru 2013, għal ammont ta’ EUR 38,5 miljun.
Il-parteċipazzjoni tal-Kosovo fil-programmi tal- Komponent II (Kooperazzjoni Transfruntiera (CBC)) imxiet sew fl-2013. Il-Ftehimiet ta’ Finanzjament għall-2012 ġew iffirmati għat-tliet programmi tas-CBC (mal-Albanija, dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u l-Montenegro rispettivament). Tnediet l-ewwel sejħa għal proposti ma' dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja.
Matul l-2013, tlesta d-Dokument ta’ Strateġija Indikattiva 2014-2020. Bħala parti minn proċess inklużiv, l-awtoritajiet tal-Kosovo, is-soċjetà ċivili u l-membri attivi tal-komunità internazzjonali fil-Kosovo ġew ikkonsultati u kkontribwew għall-abbozz tat-test. F’Mejju, Lulju u Novembru 2013, il-gvern u l-Uffiċċju tal-UE organizzaw laqgħat ma’ rappreżentanti tas-soċjetà ċivili biex jikkonsultawhom dwar l-appoġġ tal-IPA għas-soċjetà ċivili matul il-perjodu 2014-2020. Il-laqgħat ippermettew li ssir diskussjoni wiesgħa dwar l-għanijiet u l-azzjonijiet li għandhom jiġu inklużi fid-Dokument ta’ Strateġija.
It-Turkija
L-Aġenda Pożittiva ġabet magħha dimaniżmu frisk fir-relazzjoni UE – Turkija. Il-proċess ta' adeżjoni reġa’ kiseb momentum ġdid bil-ftuħ ta’ kapitolu ġdid (22, dwar il-politika reġjonali). Il-ftehim ta’ riammissjoni bejn l-UE u t-Turkija ġie ffirmat u d-djalogu dwar il-liberalizzazzjoni tal-viża nbeda f'Diċembru 2013.
Wara allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni fi tmiem is-sena 2013 li kienu jinvolvu għadd ta’ personalitajiet ta’ livell għoli, inklużi membri tal-gvern u l-familji tagħhom, ir-reazzjoni iebsa tal-gvern, fil-forma ta’ assenjazzjoni mill-ġdid fuq skala kbira fl-amministrazzjoni u fil-bidliet leġiżlattivi, ippreżentat lill-UE b'kontropartijiet ġodda f’oqsma importanti għall-kooperazzjoni finanzjarja bħall-istat tad-dritt.
Minkejja t-taqlib politiku, l-impatt fuq il-proċess ta’ pprogrammar ġie kkontrollat u l-ħidma fuq id-Dokument ta' Strateġija l-ġdid għat-tul kollu tal-qafas finanzjarju pluriennali 2014-2020 kompliet kif prevista, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Ministeru tal-Affarijiet Ewropej u l-Ministeru tal-Iżvilupp. Dwar il-ġestjoni tal-assistenza finanzjarja kontinwa mill-awtoritajiet nazzjonali tat-Turkija skont il-mudell ta’ ġestjoni deċentralizzata, il-ġestjoni għall-Komponent V tal-IPA (agrikoltura u żvilupp rurali) ingħatat lil 22 provinċja oħra madwar it-Turkija, u n-numru ta’ aġenziji akkreditati fil-pajjiż tela' għal 42.
Madankollu, fir-rigward tal-implimentazzjoni ta’ programmi tal-IPA, ġie rreġistrat dewmien persistenti, anke minħabba n-nuqqas ta’ kapaċitajiet ta’ wħud mill-istrutturi operattivi u l-benefiċjarji finali.
L-Islanda
Il-Gvern tal-Islanda ħabbar id-deċiżjoni tiegħu li jissospendi n-negozjati dwar l-adeżjoni fit-22 ta’ Mejju 2013. Sa dak iż-żmien kien sar progress sostanzjali fin-negozjati: Infetħu 27 kapitolu, u 11 oħra ingħalqu provviżorjament. Bħala konsegwenza, il-Kummissjoni waqqfet l-involviment fuq impenji ġodda taħt l-IPA u bdiet telimina grawdwalment proġetti tal-IPA li kienu jinsabu għaddejjin. Bi ftehim mal-gvern, ġiet sospiża wkoll il-ħidma preparatorja kollha dwar l-IPA II.
B) Kooperazzjoni reġjonali
Tkompliet kooperazzjoni reġjonali f'fora reġjonali bħall-Komunità tal-Enerġija, l-Ispazju Komuni Ewropew għall-Avjazzjoni, il-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles tal-Ewropa Ċentrali (CEFTA) u l-Iskola Reġjonali għall-Amministrazzjoni Pubblika (ReSPA).
F’konformità mal-prijoritajiet tal-Istrateġija tat-Tkabbir, l-assistenza finanzjarja multibenefiċjarji tul l-2013 appoġġat il-progress fil-qasam tal-istat ta’ dritt, il-kooperazzjoni reġjonali tal-ġustizzja kriminali, ir-riforma tal-amministrazzjoni pubblika, l-istatistika u bil-bini ta' netwerks ta’ organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili.
Fil-qasam tal-kooperazzjoni reġjonali u r-rikonċiljazzjoni, ġie kkonfermat l-impenn imġedded għall-proċess ta’ Sarajevo permezz tat-tnedija tal-Programm Reġjonali tad-Djar (proġetti approvati tad-djar li jiswew EUR 60 miljun fl-2013, b’kontribuzzjoni ġenerali tal-UE lill-Fond ta’ EUR 84 miljun).
Ġew approvati investimenti ġodda fl-infrastruttura u l-appoġġ għall-iżvilupp tas-settur privat fil-Qafas ta’ Investiment għall-Balkani tal-Punent biex isaħħu l-irkupru ekonomiku fil-Balkani tal-Punent kif ukoll proġetti fil-qasam tal-kompetittività u l-iżvilupp tar-riżorsi umani/fil-qasam tat-taħriġ.
Billi l-parti l-kbira tal-appoġġ tal-IPA lill-benefiċjarji twassal permezz tal-programmi nazzjonali, madwar 9 % tal-fondi disponibbli ġew allokati permezz ta’ programmi multibenefiċjarji biex jintegraw il-programmi nazzjonali u jsaħħu r-relazzjonijiet multilaterali fil-Balkani tal-Punent u fit-Turkija f’żoni identifikati bħala kruċjali għall-integrazzjoni Ewropea u għall-istabbilità fir-reġjun.
Iż-żoni ta ' intervent ġew indirizzati biss permezz ta’ għajnuna multibenefiċjarji fejn hemm ħtieġa ċara għall-kooperazzjoni reġjonali jew azzjoni orizzontali, pereżempju bl-indirizzar ta' problemi transfruntieri jew biex tiżdied l-effiċjenza bl-istabbiliment ta' approċċi armonizzati, bl-ingranaġġ tal-istrumenti eżistenti jew l-iffaċilitar ta' netwerks ta’ esperti. Fil-perjodu 2011-2013, l-allokazzjoni indikattiva disponibbli għall-assistenza multibenefiċjarja kienet ta' EUR 526 miljun taħt il-komponent I.
Matul l- 2013, TAIEX, strument ta’ assistenza teknika u skambju ta’ informazzjoni, kompliet tagħti l-għajnuna mfassla apposta. B’kollox ġew organizzati 2 118-il avveniment u missjoni madwar il-benefiċjarji kollha - l-ogħla ċifra li qatt ġiet irreġistrata. TAIEX (inklużi avvenimenti multinazzjonali), rreġistra żieda sinifikanti ta’ 15 % meta mqabbel mal-2012. Il-kisba kwantitattiva kienet marbuta ma' allinjament qawwi ta' TAIEX mad-direzzjoni ewlenija tal-politika tat-tkabbir u l-prijoritajiet ta’ għajnuna. Dan jidher pereżempju permezz tal-ikbar numru ta’ avvenimenti għall-benefiċċju tal-Kroazja fil-perjodu ta’ qabel u ftit wara l-adeżjoni (180 każ, żieda ta’ 34 % meta mqabbla mal-2012); l-ikbar numru ta’ avvenimenti fis-settur tal-Ġustizzja u l-Affarijiet interni (556 każ, żieda ta’ 17 % meta mqabbla mal-2012); u l-appoġġ għal proċess ta' skrining u s-segwitu tal-Montenegro.
Evalwazzjoni tal-istrument ġiet prevista fil-pjan ta’ evalwazzjoni tad-DĠ Tkabbir tal-2013.
3.
It-tagħlimiet miksuba minn Għajnuna tal-imgħoddi
Abbażi tal-prinċipju ta’ tfassil tal-politika bbażat fuq l-evidenza, il-Kummissjoni qiegħda kontinwament tevalwa l-għajnuna tagħha biex tikseb tagħlimiet rilevanti mill-esperjenza tal-imgħoddi biex tużaha fit-tfassil tal-politika u t-tfassil tal-għajnuna fil-futur. Fost l-evalwazzjonijiet finalizzati fl-2013 tnejn minnhom kienu partikolarment relevanti biex jinfurmaw il-preparazzjoni ta’ Assistenza tal-IPA fil-futur:
a)Evalwazzjoni tematika dwar l-istat tad-dritt, ir-riforma ġudizzjarja u l-ġlieda kontra l-kriminalità fil-Balkani Oċċidentali kkonfermat l-importanza li wieħed jiffoka fuq dan is-suġġett u enfasizzat li l-UE tat kontribut sostanzjali biex ittejjeb l-oqfsa fundamentali istituzzjonali u organizzattivi fis-settur fir-reġjun kollu. Ġie rikonoxxut ukoll li l-oqfsa legali u istituzzjonali ddaħħlu fis-seħħ bħala riżultat tal-assistenza tal-UE.
Ir-ristrutturar tal-kuntesti istituzzjonali wiesgħa kien l-aktar riżultat importanti u sostenibbli. Għaddew aktar liġijiet, u liġijiet aktar xierqa u f’xi każijiet inbidlet il-filosofija kollha wara s-sistema legali, b'informazzjoni permezz tal-prinċipju tas-separazzjoni tas-setgħat u l-aċċettazzjoni tal-importanza tal-indipendenza, l-effikaċja u l-kwalità tal-ġudikatura. Madankollu, l-effikaċja tal-programmi mtejba tiddependi wkoll fuq rieda politika b’saħħitha, sjieda akbar tal-programmi, u kapaċità amministrattiva lokali. Ġiet enfasizzata wkoll il-ħtieġa li jingħataw prijorità ċara u aktar fondi għal dan il-qasam.
Dawn il-konklużjonijiet ġew ikkunsidrati kemm fl-istrateġija għat-tkabbir tal-2013, b’enfasi ċara fuq il-“dak li hu fundamentali l-ewwel” u fl-ipprogrammar tal-Ipa II.
b)Il-konklużjonijiet ġenerali tat-tieni evalwazzjoni interim ta’ IPA jenfasizzaw li t-twassil ta’ riżultati ġeneralment huwa tajjeb, speċjalment f’dawk il-pajjiżi li joperaw taħt ġestjoni ċentralizzata. Madankollu, t-tisrif tal-output tal-livell ta’ proġett f’riżultati u l-impatt ma kienx tajjeb daqs kemm mistenni. L-għajnuna kienet sostanzjalment effettiva u tat l-aħjar prestazzjoni meta kienet xprunata mill-adattament għall-acquis tal-UE peress li dan jipprovdi struttura istituzzjonali u motivazzjoni politikament aċċettata.
L-IPA kien faċilitatur utli tal-bidla u ġie rikonoxxut li għandu jkun akkumpanjat minn proċess politiku ċar biex jiġġenera riżultati sostenibbli, u b’hekk jiżgura progress kontinwu fil-proċess ta’ adeżjoni. Il-puntwalità hija fattur ewlieni fl-iżgurar tas-sjieda u l-programmazzjoni multiannwali tista' tagħmel ħafna biex tkompli ttejjibha.
Fir-rigward tal-effiċjenza, l-IPA ġie kkuntrattat u implimentat f’konformità ġenerali ma’ aspettattivi ppjanati u bl-użu ta’ mekkaniżmi xierqa. Madankollu, skont il-valutazzjoni, l-implimentazzjoni tal-proġett mhijiex flessibbli biżżejjed, u teħtieġ flessibilità akbar fl-iskalar tal-proġetti, l-aktar fil-forniment ta' assistenza li tintbagħat aktar malajr. Il-kapaċità ta' ġestjoni tal-benefiċjarji tieħu ż-żmien biex titjieb wara li s-setgħa ta’ ġestjoni tingħata lil strutturi kontraenti nazzjonali, li jfisser li s-sjieda teħtieġ għalhekk li tiġi mtejba.
4.
L-Iffukar fuq l-Elementi Fundamentali
It-tagħlimiet meħuda mill-passat tal-assistenza ta’ qabel l-adeżjoni u l-iżviluppi ġenerali fil-proċess tat-tkabbir ġew riflessi wkoll fl-istrateġija tat-tkabbir 2013/2014. Il-pajjiżi tat-tkabbir qed jaffaċċjaw numru ta' sfidi f'oqsma ewlenin li huma kruċjali għas-suċċess tagħhom fit-triq lejn l-adeżjoni fl-UE: il-governanza ekonomika u l-kompetittività; l-istat tad-dritt; il-funzjonament tal-istituzzjonijiet li jiggarantixxu d-demokrazija; id-drittijiet fundamentali; u, fil-każ tal-Balkani tal-Punent, jingħeleb l-wirt tal-imgħoddi. Fl-Istrateġija tat-Tkabbir 2013-2014, maħruġa f’Ottubru 2013, il-Kummissjoni spjegat l-approċċ tagħha f’dawn l-oqsma li għandu l-għan li jiffoka fuq dawn is-sisien (“dak li hu fundamentali l-ewwel”. Il-ħames prinċipji fundamentali, kif stabbilit hawn taħt, huma marbuta mill-qrib mal-kriterji ta’ Kopenħagen u l-kondizzjonalità tal-Proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni.
l-istat tad-dritt jibqa’ prijorità għall-UE u huwa fil-qalba tal-proċess ta’ adeżjoni, peress li jikkostitwixxi pilastru ewlieni tal-kriterji politiċi ta’ Kopenħagen. Il-Kummissjoni se tkompli timplimenta l-approċċ il-ġdid għan-negozjati tal-adeżjoni taħt il-Kapitoli 23 (il-Ġudikatura u d-drittijiet fundamentali) u 24 (il-Ġustizzja, il-libertà u s-sigurtà), tipprijoritizza l-istat tad-dritt permezz ta’ djalogi immirati mal-pajjiżi tat-tkabbir u ssaħħaħ l-appoġġ għal riformi relatati mal-istat tad-dritt permezz tal-IPA II. Se jiġu żviluppati strateġiji tas-settur b’enfasi partikolari fuq l-iżvilupp ta’ ġudikaturi indipendenti, effiċjenti u professjonali u li jappoġġaw l-iżvilupp ta’ rekord ta’ implimentazzjoni fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u l-korruzzjoni.
L-istabbiltà u l-funzjonament tajjeb tal-istituzzjonijiet demokratiċihuma wkoll parti mill-kriterji politiċi ta’ Kopenħagen. Il-pajjiżi tat-tkabbir huma mistennija li jagħtu prijorità lit-trasparenza, ir-responsabbiltà u l-effettività tal-istituzzjonijiet u l-amministrazzjonijiet pubbliċi. F’kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali oħra, il-Kummissjoni se tappoġġa r-riforma elettorali u parlamentari tal-IPA, tkompli tippromwovi l-kooperazzjoni interparlamentari, tipprijoritizza r-riforma tal-amministrazzjoni pubblika b’enfasi fuq it-trasparenza, id-depolitiċizzazzjoni u l-proċessi ta' reklutaġġ meritokratiku, u tappoġġa l-iżvilupp ta’ soċjetà ċivili attiva permezz tal-bini tal-kapaċità.
Fil-qasam tad-drittijiet fundamentali, il-Kummissjoni tpoġġi enfasi partikolari fuq il-libertà tal-espressjoni u l-protezzjoni tal-minoranzi (inkluż ir-Roma) kif ukoll tal-LGBTI (leżbjani, gay, bisesswali, trans/persuni transġeneru u intersesswali). Hija tindirizza dawn il-kwistjonijiet fid-djalogi regolari tagħha mal-pajjiżi tat-tkabbir u fil-qafas tan-negozjati għall-adeżjoni. Permezz tal-IPA II, il-Kummissjoni se tiżviluppa viżjoni fit-tul ta’ assistenza finanzjarja tal-UE dwar il-libertà tal-espressjoni kif ukoll it-tisħiħ tal-kooperazzjoni strateġika ma’ partijiet interessati esterni dwar ir-Roma u l-LGBTI, ukoll permezz ta’ żieda fil-finanzjament, filwaqt li tibni fuq l-aħjar prattika.
Il-Kummissjoni pproponiet approċċ ġdid biex jgħin lill-pajjiżi tat-tkabbir jissodisfaw il-kriterji ekonomiċi ta’ Kopenħagen. Il-pajjiżi huma mistiedna biex issaħħu l-politika ekonomika u l-governanza tagħhom permezz tal-preparazzjoni ta’ Programmi ta’ Riforma Ekonomika Nazzjonali annwali u, kull sentejn, ta’ Programmi ta' Kompetittività u ta’ Tkabbir. L-għan huwa li tingħata gwida aktar ċara dwar ir-riformi meħtieġa biex jinkiseb progress fl-issodisfar tal-kriterji ekonomiċi. Permezz tal-IPA II, il-Kummissjoni se tappoġġa l-proċess ta’ adeżjoni billi tiżgura riformi fil-qasam tal-governanza ekonomika, il-kompetittività u t-tkabbir. L-enfasi se tkun fuq is-setturi tat-trasport u l-enerġija, li huma ta’ importanza ewlenija biex tissaħħaħ il-kompetittività.
Ir-rikonċiljazzjoni, ir-relazzjonijiet tajba ta’ viċinat u l-kooperazzjoni reġjonali huma essenzjali għall-istabilità fil-Balkani tal-Punent. Ħafna problemi bilaterali fir-reġjun għadhom ma ssolvewx, inklużi kwistjonijiet relatati mal-minoranzi u dawk li jinbtu mill-firda ta' dik li kienet il-Jugoslavja bħalma huma d-demarkazzjoni tal-fruntieri. Tilwim interetniku u dwar l-istatus għadu qed ixekkel il-funzjonament tal-istituzzjonijiet, u jfixkel il-proċess ta’ riforma. Il-Kummissjoni qed tħeġġeġ aktar sforzi biex issolvi tilwim bilaterali u biex tegħleb dan il-wirt mill-passat. Taħt l-IPA II, il-Kummissjoni se tkompli tappoġġa l-inizjattivi reġjonali, bħal ma huma l-Kunsill ta’ Kooperazzjoni Reġjonali, u inizjattivi mmirati biex jindirizzaw kwistjonijiet ta’ x’intwiret mill-gwerra - il-proċess ta’ Sarajevo, in-netwerk tal-prosekuzzjoni ta’ reati tal-gwerra, il-proċess ta' verità u rikonċiljazzjoni RECOM). Se tkun imħeġġa wkoll il-kooperazzjoni fil-qasam tal-edukazzjoni, ix-xjenza, il-kultura, il-midja, iż-żgħażagħ u l-isport.
5.
Lejn l-Għoti ta’ Assistenza Iżjed effiċjenti u effikaċi
a) Strument ġdid għal qabel l-adeżjoni għall-2014-2020
Matul l-2013, komplew id-diskussjonijiet u n-negozjati mal-Parlament u mal-Kunsill dwar il-proposta għar-Regolament IPA II. In-negozjati saru flimkien mad-diskussjonijiet dwar erba’ strumenti esterni oħra u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni Komuni. Il-Parlament Ewropew approva l-ftehim politiku dwar is-sitt Regolamenti fil-5 ta’ Diċembru 2013. Ir-Regolament tal-IPA II, adottat fil-11 ta’ Marzu 2014, jintroduċi elementi ġodda meta mqabbel mal-predeċessur tiegħu:
L-IPA II jistabbilixxi qafas ġdid biex jipprovdi assistenza ta’ qabel l-adeżjoni taħt il-qafas finanzjarju pluriennali 2014-2020. L-għajnuna finanzjarja se tkun disponibbli għall-pajjiżi kandidati u dawk kandidati potenzjali, irrispettivament mill-istatus tagħhom.
Huwa jintroduċi rabta msaħħa bejn l-assistenza finanzjarja u l-aġenda politika, kif ukoll sjieda iktar b’saħħitha mill-benefiċjarji.
Strateġija komprensiva għall-pajjiż tkopri l-oqsma kollha tal-assistenza għall-perjodu kollu ta' 7 snin, b'eżami ta' nofs it-terminu fl-2017, dwar l-oqsma ta' politika li jmiss: ir-riformi fil-preparazzjoni għas-sħubija fl-Unjoni u bini tal-istituzzjonijiet u l-kapaċità relatata, żvilupp soċjoekonomiku u żvilupp reġjonali, l-impjieg, il-politiki soċjali, l-edukazzjoni, il-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi u l-iżvilupp tar-riżorsi umani, l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali, il-kooperazzjoni reġjonali u territorjali.
L-IPA II jintroduċi bidla favur loġika ta’ strateġiji ta’ politika ta’ finanzjament minflok ta’ proġetti individwali (approċċ settorjali), ibbażati fuq strateġiji settorjali nazzjonali rilevanti ippreparati mill-benefiċjarji. Se jkun hemm bidla progressiva lejn ġestjoni indiretta tal-fondi mill-benefiċjarji.
L-assistenza ta’ qabel l-adeżjoni se tingħata b’mod aktar sistematiku b’enfasi fuq ir-riżultati, u l-monitoraġġ tal-assistenza. Huwa introdott l-ippremjar tal-prestazzjoni.
L-IPA II irawwem rwol ikbar għas-soċjetà ċivili kemm fi programmi implimentati permezz ta’ korpi governattivi kif ukoll bħala benefiċjarji diretti ta’ għajnuna tal-UE.
Il-bidla gradwali lejn approċċ settorjali għandha l-għan li tilħaq ir-riżultati, l-impatt u l-valur miżjud fl-għajnuna b'mod aħjar. Dawn il-prinċipji saru element ewlieni għall-istrumenti l-ġodda kollha ta’ azzjoni esterna għall-perjodu 2014-2020.
Il-bidla hi partikolarment rilevanti fi żmien meta l-limitazzjonijiet baġitarji affaċċjati mill-Istati Membri u l-Istituzzjonijiet Finanzjarji Internazzjonali, jitolbu li jkun hemm assistenza ta’ qabel l-adeżjoni saħansitra aktar effiċjenti u sostenibbli: Approċċ ta’ programmar ibbażat fuq l-istrateġija mibni fuq il-ħtiġijiet u l-qawwiet tal-pajjiżi se jikkontribwixxi għal proċess ta’ qabel l-adeżjoni iktar effettiv u orjentat lejn ir-riżultati. Barra minn hekk, peress li l-approċċ settorjali huwa bbażat fuq strateġiji nazzjonali, approċċ bħal dan jimmassimizza l-potenzjal għal komplementarjetà, jingrana bejn il-modi differenti ta’ appoġġ u jgħin sabiex jirrazjonalizza l-appoġġ permezz ta’ tqassim xieraq tax-xogħol, filwaqt li jiżgura aktar sjieda tal-awtoritajiet nazzjonali fuq il-programmi.
Sadanittant, matul l-2013, il-Kummissjoni ffinalizzat linji gwida dwar l-applikazzjoni ta’ approċċ settorjali għal għajnuna ta’ qabel l-adeżjoni, biex iservi l-ipprogrammar tal-IPA II. Fil-qafas tal-implimentazzjoni ta’ approċċ settorjali, il-Kummissjoni pprevediet ukoll l-użu ta’ appoġġ baġitarju settorjali. Dan bil-perspettiva ta’ appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ dawk l-istrateġiji nazzjonali li jinkludi qafas tar-riżultati rilevanti u maqbul, u sakemm ikunu fis-seħħ ċerti kundizzjonijiet ewlenin (l-eżistenza ta’ strateġija, qafas makroekonomiku stabbli u sistema xierqa ta’ ġestjoni finanzjarja pubblika). Tħejjew ukoll linji gwida speċifiċi għal dan il-għan.
B’mod parallel, matul l-2013 il-Kummissjoni ħejjiet l-IPA II tar-Regolament ta’ implimentazzjoni u d-dokumenti ta’ ppjanar strateġiku (dokumenti ta’ strateġija), fid-dawl tat-tlestija tal-qafas legali għall-ipprogrammar u t-twassil tal-fondi tal-IPA II. Hija mexxiet ukoll gruppi ta’ ħidma interni dedikati li jindirizzaw dimensjonijiet differenti tal-modalitajiet ta’ implimentazzjoni tal-istrument il-ġdid, inkluż it-tħejjija ta’ linji gwida interni dwar l-ipprogrammar u s-sostenn baġitarju settorjali.
b) Il-koperazzjoni mal-komunità tad-donaturi dwar l-effikaċja tal-għajnuna
Fl-2013, il-Kummissjoni kompliet issegwi l-aġenda tal-koordinazzjoni tad-donaturi inklużi l-isforzi sabiex tiġi mmassimizzata l-effettività tal-għajnuna u t-trasparenza f’konformità mal-impenji li saru fir-Raba' Forum ta’ Livell Għoli dwar l-Effikaċja tal-Għajnuna f’Busan f’Novembru tal-2011, meta l-Kummissjoni qablet dwar l-importanza ta’ prinċipji komuni bħalma huma s-sjieda ta’ prijoritajiet, l-importanza tar-riżultati, it-trasparenza u r-responsabbiltà. Il-Kummissjoni għalhekk impenjat ruħha biex tiżgura li dawn ikunu l-prinċipji ewlenin li fuqhom se tinbena l-għajnuna pprovduta permezz tal-IPA II.
F’dan il-kuntest u matul l-2013, il-Kummissjoni ħadet aktar passi sabiex tiżgura l-allinjament ta’ finanzjament taħt l-Istrument ta’ Qabel l-adeżjoni mal-istandards internazzjonali dwar it-trasparenza tal-għajnuna, kif stabbiliti mill-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) u bl-Inizjattiva Internazzjonali tat-Trasparenza tal-Għajnuna (IATI). F’konformità mal-impenji li saru f’Busan, minn Settembru 2013 saret disponibbli għall-pubbliku informazzjoni rilevanti dwar l-assistenza uffiċjali għall-iżvilupp (ODA) f’format li jista’ jinqara minn magna standard. Permezz tal-pubblikazzjoni ta’ settijiet ta’ dejta b’informazzjoni fil-livelli ta ' organizzazzjoni u dak ta ' attività kif ukoll dwar in-nefqa attwali u futura (l-informazzjoni hija disponibbli fuq is-
sit tar-Reġistru
tal-IATI), il-Kummissjoni se tipprovdi informazzjoni f’waqtha, komprensiva u li tħares’ il quddiem dwar riżorsi pprovduti permezz ta’ kooperazzjoni finanzjarja. Huwa mistenni aktar progress fl-2014, bl-għan li jkunu hemm konformità sħiħa mal-istandard komuni minn Diċembru 2015, skont l-impenn ta’ Busan. Diġa' fl-2013, il-DĠ Tkabbir tejjeb il-klassifikazzjoni tiegħu fejn tidħol it-trasparenza tal-għajnuna, mit-43 post fl-2012 għas-17-il post (minn 67 aġenzija li rrappurtat)
Tinsab fis-seħħ koordinazzjoni interna tal-proċessi ta' programmazzjoni biex tiżgura li l-għajnuna ta’ qabel l-adeżjoni tkun f'konformità mal-inizjattivi varji fil-Kummissjoni, kif ukoll mill-Istati Membri tal-UE, l-Istituzzjonijiet Finanzjarji Internazzjonali u l-komunità usa’ tad-donaturi, sabiex titjieb il-koordinazzjoni tad-donaturi u l-effikaċja tal-għajnuna u sabiex jiġu żgurati r-riżultati mistennija. F’dan ir-rigward il-Kummissjoni żgurat ukoll li l-assistenza ta’ koordinazzjoni bejn id-donaturi internazzjonali u l-Istati Membri tkun inkluża fil-qafas legali tal-istrument il-ġdid ta’ assistenza finanzjarja. Fl-2013 tnieda studju speċifiku dwar l-ekonomija politika ta’ intervent tad-donaturi fil-Balkani tal-Punent u t-Turkija.
6. Konklużjonijiet
Is-sena 2013 rat pass sinifikanti fil-perkors lejn l-assistenza għall-Pajjiżi tat-tkabbir biex issir aktar strateġika, koerenti u mmexxija mill-ħtiġijiet bħala parti integrali mill-viżjoni strateġika tat-Tkabbir. L-enfasi sinifikanti fir-rigward tal-proċess ta’ adeżjoni, li l-għajnuna finanzjarja għenet fiha kienet:
l-adeżjoni tal-Kroazja;
il-ftehim bejn is-Serbja u l-Kosovo f’April 2013;
il-ftuħ tan-negozjati mas-Serbja;
it-tnedija tan-negozjati għal Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni mal-Kosovo;
il-ftuħ ta' kapitolu ta' negozjati ġdid wara tliet snin u l-iffirmar tal-Ftehim ta' Riammissjoni mat-Turkija;
il-ftuħ ta’ sitt kapitoli tan-negozjati mal-Montenegro matul l-2013, inklużi l-istatus tad-dritt importanti relatat mal-kapitoli 23 u 24 fuq il-bażi ta’ Pjanijiet ta’ Azzjoni komprensivi;
proċess elettorali mingħajr xkiel u l-proposta mill-Kummissjoni li jingħata l-istatus ta’ kandidat lill-Albanija.
Sadanittant, il-preparazzjoni tad-Dokumenti ta' Strateġija Indikattiva u x-xogħol fuq ir-Regolament dwar l-IPA u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tiegħu rrappreżentaw passi importanti fil-qafas tat-tnedija tal-istrument il-ġdid fl-2014. Ix-xogħol tal-futur se jkun ispirat b'mod ċar mit-tagħlimiet miksuba u l-messaġġi pprovduti mill-aħħar Rapport ta’ Progress, b'enfasi kritika fuq is-“sisien”, li għandhom ukoll jiġu riflessi kompletament fil-qafas ta’ kooperazzjoni finanzjarja.
L-Istatus tal-Implimentazzjoni tal-assistenza finanzjarja tal-IPA għal kull pajjiż fil-31 ta’ Diċembru 2013, mqabbel mat-total tal-fondi impenjati (2007 – 2013):
It-tabelli li ġejjin jipprovdu l-ammont tal-assistenza kollha tal-IPA allokata bejn l-2007 u l-2013 f’miljuni ta’ EUR skont il-benefiċjarji (Pajjiżi Kandidati u Kandidati Potenzjali) u skont il-komponent.
Fil-31 ta’ Diċembru 2013 il-Komponent I tal-IPA ġestit mid-DĠ Tkabbir:
IPA I
|
Allokati
|
Ikkuntrattati
|
Mħallsa
|
Perċentwal Kuntrattat
|
Perċentwal Imħallas
|
L-Albanija
|
512,037,790
|
340,129,252
|
208,188,304
|
66,43 %
|
40,66 %
|
Il-Bosnja-Ħerzegovina
|
516,518,116
|
340,463,959
|
235,929,768
|
65,92 %
|
45,68 %
|
Il-Kroazja
|
254,165,147
|
241,139,563
|
167,873,568
|
94,88 %
|
66,05 %
|
Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja
|
248,191,651
|
134,902,876
|
94,954,199
|
54,35 %
|
38,26 %
|
L-Islanda
|
34,837,163
|
10,033,958
|
3,620,572
|
28,80 %
|
10,39 %
|
Il-Kosovo
|
644,160,000
|
488,139,427
|
364,426,588
|
75,78 %
|
56,57 %
|
Il-Montenegro
|
165,170,940
|
122,489,195
|
106,817,828
|
74,16 %
|
64,67 %
|
Is-Serbja
|
1,207,777,326
|
851,440,943
|
655,964,421
|
70,50 %
|
54,31 %
|
It-Turkija
|
1,578,268,393
|
1,329,654,221
|
900,975,608
|
84,25 %
|
57,09 %
|
Totali
|
5,161,126,525
|
3,858,393,393
|
2,738,750,858
|
74,76 %
|
53,06 %
|
Fil-31 ta’ Diċembru 2013 il-Komponent II tal-IPA ġestit mid-DĠ Tkabbir (f'EUR)
Il-Programmi IPA- ELARG u CBC
|
Allokati
|
Impenjati
|
Mħallsa
|
Perċentwal impenjat
|
Perċentwal imħallas
|
L-Albanija
|
24,979,732
|
11,099,526
|
7,840,783
|
44,43 %
|
31,39 %
|
Il-Bosnja-Ħerzegovina
|
17,719,302
|
10,877,769
|
8,300,350
|
61,39 %
|
46,84 %
|
Il-Kroazja
|
17,519,302
|
17,519,302
|
10,799,612
|
100,00 %
|
61,64 %
|
Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja
|
19,874,862
|
10,614,415
|
7,352,918
|
53,41 %
|
37,00 %
|
Il-Kosovo
|
6,600,000
|
346,675
|
194,733
|
5,25 %
|
2,95 %
|
Il-Montenegro
|
21,243,162
|
13,143,751
|
9,794,425
|
61,87 %
|
46,11 %
|
Is-Serbja
|
21,567,024
|
13,640,539
|
11,192,170
|
63,25 %
|
51,89 %
|
It-Turkija
|
6,932,999
|
6,932,999
|
3,907,133
|
100,00 %
|
56,36 %
|
Totali
|
136,436,383
|
84,174,976
|
59,382,124
|
61,70 %
|
43,52 %
|
|
|
|
|
|
Fil-31 ta' Diċembru 2013 il-Komponent II tal-IPA, implementat minn DĠ Politika Reġjonali (f'EUR)
IPA CBC
|
Impenjati
|
Imħallsa sal-31 ta’ Diċembru 2013
|
Perċentwali
|
L-Ungerija – Is-Serbja
|
50,112,428
|
34,956,939,11
|
71 %
|
Ir-Rumanija- Is-Serbja
|
53,116,751
|
25,287,380,29
|
53 %
|
Il-Bulgarija - Is-Serbja
|
31,369,936
|
12,562,968,39
|
45 %
|
Il-Bulgaria- dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja
|
17,903,682
|
8,461,906,50
|
50 %
|
Il-Bulgarija-It-Turkija
|
27,272,100
|
11,061,791,19
|
45 %
|
Il-Greċja- dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja
|
15,054,445
|
7,933,210,82
|
53 %
|
Il-Greċja-L-Albanija
|
11,316,585
|
4,738,738,14
|
56 %
|
L-Ungerija - Il-Kroazja
|
- L-ammont impenjat qabel l-adeżjoni=
52,433,025
-Barra mill-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea =
54,823,266
|
27,760,361,17
(Inkluż Ħlas bil-quddiem minħabba l-adeżjoni tal-Kroazja mal-UE=
1,142,400,00)
|
60 %
|
Is-Slovenja-Il-Kroazja
|
- L-ammont impenjat qabel l-adeżjoni=
42,703,502
-Wara l-adeżjoni tal-Kroazja mal-UE=
44,774,910
|
20,976,325,64
(Inkluż ħlas bil-quddiem minħabba l-adeżjoni tal-Kroazja mal-UE =
1,142,400,00)
|
60 %
|
L-Adrijatiku
|
207,245,257,00.
|
64,615,855,81
|
29,26 %
|
L-istatus tal-implimentazzjoni ta’ assistenza finanzjarja tal-IPA (Komponent III) mill-31 ta’ Diċembru 2013 (f’miljuni ta’ EUR) u d-distribuzzjoni tat-total tal-fondi impenjati (2007-2013) skont il-pajjiż u l-Programm operazzjonali
|
Pajjiż/Programm Operazzjonali (PO)
|
Impenjati
|
Mħallsa
|
% (bi ħlas bil-quddiem)
|
It-Turkija – PO Ambjent
|
682,47
|
219,00
|
32 %
|
It-Turkija – PO Trasport
|
584,72
|
228,25
|
39 %
|
It-Turkija – PO Kompetittività Reġjonali
|
468,77
|
157,33
|
34 %
|
Total għat-Turkija
|
1,735,95
|
604,58
|
35 %
|
Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja – PO Żvilupp Reġjonali
|
199,93
|
50,35
|
25 %
|
Il-Montenegro - PO tal-Iżvilupp Reġjonali
|
22,24
|
0,00
|
0 %
|
Il-Kroazja – PO Kompetittività Reġjonali
|
187,78
|
14,57
|
21 %
|
Il-Kroazja – PO Trasport
|
236,98
|
28,67
|
25 %
|
Il-Kroazja – PO Trasport
|
281,10
|
2,33
|
21,05 %
|
Total għall-Kroazja
|
705,86
|
45,57
|
6 %
|
Fil-każ tal-Kroazja, il-ħlasijiet kienu possibbli sal-aħħar ta’ Ġunju 2013. Skont it-Trattat ta’ Adeżjoni, il-ħlas ġie interrott sakemm ikun hemm l-opinjoni favorevoli tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-konformità tas-sistema ta’ ġestjoni u kontroll għat-tliet programmi, ta' April 2014.
|
Status ta' implimentazzjoni tal-assistenza finanzjarja tal-IPA (Komponent IV) mill-31 ta' Diċembru 2014 (f'miljuni ta' EUR), implimenata mid-DĠ Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni
Pajjiżi
|
Allokati
|
Impenjati
|
Mħallsa
|
Perċentwal impenjat
|
Perċentwali
imħallsa
|
Il-Kroazja
|
92,41
|
43,18 *
|
44,74
|
45,73 %
|
48,4 %
|
Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja
|
54,42
|
12,87
|
18,08
|
23,65 %
|
33,2 %
|
It-Turkija
|
473,85
|
168,56
|
157,17
|
31,75 %
|
33,1 %
|
Il-Montenegro
|
5,58
|
0
|
0
|
0 %
|
0 %
|
Totali
|
626,26
|
224,61
|
219,99
|
35,86 %
|
35,12 %
|
* sa Ġunju 2013
L-istatus ta' implimentazzjoni tal-assistenza finanzjarja tal-IPA (Komponent V) mill-31 ta' Diċembru 2013 (f'miljuni ta' EUR), implimentata mid-DĠ Agrikoltura u Żvilupp Rurali *
*: l-ammonti jirrappreżentaw id-deċiżjonijiet meħuda mill-Kummissjoni u t-trasferimenti magħmula lill-awtoritajiet tal-pajjiżi benefiċjarji