This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52014AE0347
Opinion of the European Economic and Social Committee on the Proposal for a Directive of the European Parliament and of the Council on the strengthening of certain aspects of the presumption of innocence and of the right to be present at trial in criminal proceedings COM(2013) 821 final — 2013/0407 (COD) Proposal for a Directive of the European Parliament and of the Council on procedural safeguards for children suspected or accused in criminal proceedings COM(2013) 822 final — 2013/0408 (COD) Proposal for a Directive of the European Parliament and of the Council on provisional legal aid for suspects or accused persons deprived of liberty and legal aid in European arrest warrant proceedings COM(2013) 824 final — 2013/0409 (COD) Communication from the Commission to the European Parliament, the Council, the European Economic and Social Committee and the Committee of the Regions — Making progress on the European Union Agenda on Procedural Safeguards for Suspects or Accused Persons — Strengthening the Foundation of the European Area of Criminal Justice COM(2013) 820 final
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tisħiħ ta’ ċerti aspetti tal-preżunzjoni tal-innoċenza u tad-dritt li wieħed ikun preżenti waqt il-proċess fil-proċedimenti kriminali” COM(2013) 821 final – 2013/0407 (COD), “il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-salvagwardji proċedurali għat-tfal ssuspettati jew mixlija fi proċedimenti kriminali” COM(2013) 822 final – 2013/0408 (COD), “il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar għajnuna legali proviżorja għal persuni ssuspettati jew mixlija li huma mċaħħda mil-libertà kif ukoll għajnuna legali fi proċedimenti ta' mandat ta' arrest Ewropew” COM(2013) 824 final – 2013/0409 (COD) u “l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Il-progress fl-Aġenda tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tas-Salvagwardji Proċedurali mogħtija lil Persuni Suspettati jew Akkużati – It-Tisħiħ tas-Sisien tal-Ispazju Ewropew għall-Ġustizzja Kriminali” COM(2013) 820 final
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tisħiħ ta’ ċerti aspetti tal-preżunzjoni tal-innoċenza u tad-dritt li wieħed ikun preżenti waqt il-proċess fil-proċedimenti kriminali” COM(2013) 821 final – 2013/0407 (COD), “il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-salvagwardji proċedurali għat-tfal ssuspettati jew mixlija fi proċedimenti kriminali” COM(2013) 822 final – 2013/0408 (COD), “il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar għajnuna legali proviżorja għal persuni ssuspettati jew mixlija li huma mċaħħda mil-libertà kif ukoll għajnuna legali fi proċedimenti ta' mandat ta' arrest Ewropew” COM(2013) 824 final – 2013/0409 (COD) u “l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Il-progress fl-Aġenda tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tas-Salvagwardji Proċedurali mogħtija lil Persuni Suspettati jew Akkużati – It-Tisħiħ tas-Sisien tal-Ispazju Ewropew għall-Ġustizzja Kriminali” COM(2013) 820 final
ĠU C 226, 16.7.2014, p. 63–67
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
16.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 226/63 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tisħiħ ta’ ċerti aspetti tal-preżunzjoni tal-innoċenza u tad-dritt li wieħed ikun preżenti waqt il-proċess fil-proċedimenti kriminali”
COM(2013) 821 final – 2013/0407 (COD),
“il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-salvagwardji proċedurali għat-tfal ssuspettati jew mixlija fi proċedimenti kriminali”
COM(2013) 822 final – 2013/0408 (COD),
“il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar għajnuna legali proviżorja għal persuni ssuspettati jew mixlija li huma mċaħħda mil-libertà kif ukoll għajnuna legali fi proċedimenti ta' mandat ta' arrest Ewropew”
COM(2013) 824 final – 2013/0409 (COD) u
“l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Il-progress fl-Aġenda tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tas-Salvagwardji Proċedurali mogħtija lil Persuni Suspettati jew Akkużati – It-Tisħiħ tas-Sisien tal-Ispazju Ewropew għall-Ġustizzja Kriminali”
COM(2013) 820 final
2014/C 226/12
Relatur: is-Sur Verboven
Nhar it-13 u t-22 ta' Jannar 2014, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill rispettivament iddeċidew, b'konformità mal-Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tisħiħ ta' ċerti aspetti tal-preżunzjoni tal-innoċenza u tad-dritt li wieħed ikun preżenti waqt il-proċess fil-proċedimenti kriminali
COM(2013) 821 final – 2013/0407 (COD),
il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-salvagwardji proċedurali għat-tfal ssuspettati jew mixlija fi proċedimenti kriminali
COM(2013) 822 final – 2013/0408 (COD),
il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar għajnuna legali proviżorja għal persuni ssuspettati jew mixlija li huma mċaħħda mil-libertà kif ukoll għajnuna legali fi proċedimenti ta' mandat ta' arrest Ewropew
COM(2013) 824 final – 2013/0409 (COD).
Nhar is-27 ta’ Novembru 2013, il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet, b'konformità mal-Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Il-progress fl-Aġenda tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tas-Salvagwardji Proċedurali mogħtija lil Persuni Suspettati jew Akkużati – It-Tisħiħ tas-Sisien tal-Ispazju Ewropew għall-Ġustizzja Kriminali
COM(2013) 820 final.
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-Opinjoni tagħha nhar it-12 ta' Marzu 2014.
Matul l-497 sessjoni plenarja tiegħu li saret fil-25 u s-26 ta' Marzu 2014 (seduta tal-25 ta' Marzu), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-Opinjoni b'139 vot favur, vot wieħed (1) kontra u 9 astensjonijiet.
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
Il-Kumitat jilqa' u japprova l-proposti għal Direttivi u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar il-preżunzjoni tal-innoċenza, il-protezzjoni proċedurali tat-tfal u l-gruppi vulnerabbli u l-għajnuna legali provviżorja.
1.1 |
Madankollu, il-Kumitat għandu xi suġġerimenti li l-għan tagħhom hu li jissaħħu l-prinċipji u l-għanijiet ta' dawn il-proposti. |
1.2 |
Fir-rigward tal-preżunzjoni tal-innoċenza, il-Kumitat jixtieq jenfasizza li ħadd mhu ħati qabel tinqata' s-sentenza finali, u dan id-dritt huwa invjolabbli. Il-Kumitat jenfasizza li l-fiduċja taċ-ċittadini fis-sistema legali titlob li l-imħallfin ikunu immuni għal kwalunkwe pressjoni u influwenza ta' kwalunkwe natura, inkluż b'mod partikolari l-midja. B'rabta ma' dan, il-midja, mingħajr ħsara għal-libertà tal-istampa garantita mill-kostituzzjoni, m'għandhomx jassumu r-rwol tal-qrati. |
1.3 |
Fir-rigward tal-protezzjoni tat-tfal fil-proċedimenti kriminali l-Kumitat jixtieq jenfasizza li t-tfal isibu ruħhom f'qagħda ferm vulnerabbli meta tittiħdilhom il-libertà minħabba r-riskji inerenti li dan iġib miegħu għall-integrità mentali u fiżika tagħhom. B'rabta ma' dan, il-Kumitat jenfasizza wkoll li għandha tingħata prijorità lill-inizjattivi intiżi għall-integrazzjoni mill-iktar fis fil-ħajja soċjali u ċivili tat-tfal li jkunu qed jiffaċċjaw proċedimenti kriminali. |
1.4 |
Fir-rigward tal-għajnuna legali provviżorja, il-KESE jaqbel li l-prinċipji tal-proposta għal Direttiva japplikaw ukoll għal persuni soġġetti għal mandat ta' arrest Ewropew. Il-Kumitat jappoġġja wkoll ir-rakkomandazzjoni li l-kriterji għad-deċiżjonijiet dwar id-dritt ta' għajnuna legali fi proċedimenti kriminali jkunu aktar armonizzati. Il-Kumitat jinnota, madankollu, li l-għajnuna legali fi proċedimenti kriminali ma tistax tiġi mhedda minħabba d-diffikultajiet baġitarji li qed jiffaċċjaw xi Stati Membri. B'hekk titqajjem il-kwistjoni dwar kemm jistgħu jiġu allokati fondi Ewropej, pereżempju, f'forma ta' fond Ewropew. |
1.5 |
Il-Kumitat jinnota li l-proposti għal Direttivi dwar il-preżunzjoni tal-innoċenza u l-protezzjoni tat-tfal fil-proċedimenti kriminali japplikaw biss fil-kuntest ta' proċediment kriminali. Il-Kumitat jikkunsidra li l-kunċett ta' proċedimenti kriminali, b’konformità mal-każistika tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, għandu jkun jista' jiġi interpretat b'mod awtonomu fil-liġi Ewropea, indipendentement mill-klassifika ta' proċedimenti fl-Istati Membri. Sabiex din il-possibbiltà għal interpretazzjoni awtonoma tiġi żgurata bl-aħjar mod, il-Kumitat jirrakkomanda li, meta jitqiesu dawn il-proposti għal direttivi, titneħħa l-premessa li s-salvagwardji mhumiex applikabbli għall-proċeduri amministrattivi li jwasslu għal penali. |
1.6 |
Fir-rigward tal-proċedura in absentia msemmija fl-Artikolu 8 tal-proposta għal Direttiva dwar il-preżunzjoni tal-innoċenza, il-Kumitat jinnota li skont din id-dispożizzjoni, proċediment kriminali fl-assenza tal-akkużat jista’ jsir biss meta jiġi stabbilit inekwivokabbilment li dan kien jaf bil-kawża skedata. Peress li dan jista' jwassal għal diffikultajiet prattiċi meta l-konvenut ma jkollux post ta' residenza magħrufa, il-Kumitat jirrakkomanda b'mod espliċitu li l-Istati Membri jitħallew jipprevedu ċitazzjoni speċifika għall-persuni mingħajr post magħruf ta' residenza (pereżempju f'għassa tal-pulizija). |
2. Sommarju tal-proposti tal-Kummissjoni
2.1 |
Nhar is-27 ta’ Novembru 2013, il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat pakkett ta’ miżuri ġodda dwar is-salvagwardji proċedurali fi proċedimenti kriminali. |
2.2 |
Dan il-pakkett ikompli fuq programm leġislattiv dwar is-salvagwardji proċedurali fi proċedimenti kriminali, li jinkludi d-Direttiva 2010/64/UE dwar id-dritt għall-interpretazzjoni u għat-traduzzjoni, id-Direttiva 2012/13/UE dwar id-dritt għall-informazzjoni u d-Direttiva 2013/48/UE dwar id-dritt ta' aċċess għal avukat u d-dritt li terza persuna tiġi informata meta tiġi mċaħħda l-libertà. |
2.3 |
Bl-introduzzjoni ta’ salvagwardji proċedurali minimi fi proċedimenti kriminali, dan il-programm leġislattiv jimmira li, minn naħa, iċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea jkollhom dritt għal smigħ ġust madwar l-Unjoni kollha, u min-naħa l-oħra, li tissaħħaħ il-fiduċja reċiproka tal-Istati Membri fis-sistemi ġudizzjarji rispettivi biex jittejjeb ir-rikonoxximent reċiproku tad-deċiżjonijiet legali. |
2.4 |
Il-pakkett eżistenti jħaddan tliet proposti għal Direttivi. Dawn jirrigwardaw il-preżunzjoni tal-innoċenza, il-protezzjoni proċedurali tat-tfal matul il-proċedimenti kriminali u d-dritt għal għajnuna legali provviżorja fi proċedimenti kriminali. |
2.4.1 |
Rigward il-proposta għal Direttiva dwar il-preżunzjoni tal-innoċenza |
2.4.1.1 |
Li l-persuni akkużati jew imputati fi proċedimenti kriminali jkunu preżunti innoċenti sakemm il-qorti ssib li huma ħatja, huwa wieħed mill-iktar prinċipji importanti tal-proċedura kriminali u huwa element kruċjali tad-dritt għal proċess imparzjali. Il-kontenut tal-prinċipju tal-preżunzjoni tal-innoċenza ġie żviluppat fil-każistika tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem. |
2.4.1.2 |
Il-proposta għal Direttiva timmira li tiġbor ċerti aspetti tal-prinċipju tal-preżunzjoni tal-innoċenza, li ġie żviluppat b'dan il-mod, f'direttiva, biex b'hekk l-applikazzjoni effettiva tal-preżunzjoni tal-innoċenza fl-Unjoni Ewropea tkun tista' tiġi żgurata bl-aħjar mod. |
2.4.1.3 |
Fost l-aspetti tal-preżunzjoni tal-innoċenza regolati mid-Direttiva nsibu: (1) il-projbizzjoni tal-awtoritajiet pubbliċi li f’dikjarazzjonijiet pubbliċi u uffiċjali jirreferu għal persuna akkużata daqs li kieku diġà ġiet ikkundannata; (2) il-fatt li l-oneru tal-provi ta' ħtija huwa tal-awtorità ta’ prosekuzzjoni u li, f'każ ta' dubju, l-akkużat għandu jkun liberat; (3) id-dritt kontra l-awtoinkriminazzjoni u dak li wieħed ma jikkooperax, (4) id-dritt li wieħed jibqa' sieket; (5) id-dritt tal-akkużat li jkun preżenti għall-proċess tiegħu. |
2.4.2 |
Rigward il-proposta għal Direttiva dwar il-garanziji proċedurali għal tfal fi proċedimenti kriminali |
2.4.2.1 |
Id-Direttiva 2010/64/UE ġiet adottata sabiex jiġi garantit id-dritt għal proċess ġust għall-persuni li ma jitkellmux jew ma jifhmux il-lingwa tal-proċediment. Madankollu, jista' jkun hemm ostakoli oħra apparti dawk lingwistiċi li minħabba fihom il-persuna akkużata ma tkunx tista' ssegwi l-proċedimenti kriminali jew tieħu sehem fihom b'mod xieraq, bħal pereżempju l-età minorenni jew id-diżabilità mentali tal-akkużat. |
2.4.2.2 |
Sabiex jitħares id-dritt għal proċedimenti ġusti għat-tfal, il-Kummissjoni ħejjiet proposta għal Direttiva. Din id-Direttiva hija intiża biex tissalvagwardja d-dritt għal proċess ġust billi tiggarantixxi (1) id-dritt tat-tfal u tad-detentur tar-responsabbiltà tal-ġenituri li jiksbu informazzjoni dwar id-drittijiet addizzjonali li jistgħu jingħataw lit-tfal taħt din id-Direttiva jew it-traspożizzjoni tagħha fil-liġi nazzjonali, (2) titjib tal-assistenza ta’ avukat, (3) id-dritt għal valutazzjoni individwali, (4) id-dritt għal eżami mediku meta tiġi mċaħħda l-libertà, (5) l-obbligu ta' reġistrazzjoni awdjoviżiva għas-smigħ tat-tfal, (6) il-fatt li d-detenzjoni tista' tkun biss miżura tal-aħħar istanza fil-każ tat-tfal, (7) trattament speċjali f'każ ta' detenzjoni, (8) id-dritt għal trattament f’waqtu u bir-reqqa tal-każ, (9) it-trattament tal-każ bil-magħluq, (10) id-dritt tat-tfal u d-detentur tar-responsabbiltà tal-ġenituri li jkunu preżenti fil-proċedimenti kriminali, (11) id-dritt għall-għajnuna legali. |
2.4.2.3 |
Hemm garanziji simili previsti għall-adulti li jinstabu f'pożizzjoni vulnerabbli, iżda, minħabba d-diffikultà tad-definizzjoni tal-kunċett ta' “adulti f’pożizzjoni vulnerabbli”, il-Kummissjoni għażlet li ma tpoġġix dawn il-garanziji f'direttiva iżda f’rakkomandazzjoni. |
2.4.3 |
Rigward il-proposta għal Direttiva dwar għajnuna legali provviżorja |
2.4.3.1 |
Id-Direttiva 2013/48/UE tipprevedi d-dritt għall-assistenza ta' avukat. Sabiex dan id-dritt ikun applikabbli għal kulħadd jeħtieġ li l-għajnuna legali tkun provduta lil kull persuna li m'għandhiex biżżejjed riżorsi finanzjarji biex tħallas avukat. |
2.4.3.2 |
Il-Kummissjoni tipproponi rakkomandazzjoni dwar il-kriterji għall-aċċess għal għajnuna legali u għal garanzija tal-kwalità u l-effettività tal-għajnuna. Dan jinvolvi biss rakkomandazzjoni għall-ispejjeż li jistgħu jinqalgħu għall-Istati Membri u għall-prinċipju relatat tal-proporzjonalità tal-azzjonijiet tal-Unjoni. |
2.4.3.3 |
Sabiex l-għajnuna legali tkun garantita fil-każijiet fejn hija l-aktar meħtieġa, il-Kummissjoni qed tipproponi Direttiva dwar għajnuna legali provviżorja. B’mod partikolari, il-proposta għal Direttiva tipprevedi li l-Istati Membri jkunu obbligati jipprovdu għajnuna legali direttament – jiġifieri qabel ma tittieħed id-deċiżjoni finali mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru kkonċernat dwar l-għoti (jew iċ-ċaħda) ta' għajnuna legali – fiż-żewġ każijiet li ġejjin: (1) meta persuna tkun iċċaħħdet mil-libertà tagħha, (2) meta Stat Membru kompetenti jkun ħa l-libertà ta' persuni soġġetti għal mandat ta' arrest Ewropew. |
3. Kummenti
3.1 |
Il-Kumitat jilqa' u japprova l-proposti tal-Kummissjoni Ewropea u jqishom b'mod ferm pożittiv. |
3.2 |
Madankollu, jistgħu jitqajmu għadd ta' punti ta' tħassib dwar it-testi ppreżentati, li huma deskritti hawn taħt u li huma ta' natura kemm ġenerali kif ukoll legali u teknika. Dan it-tħassib bl-ebda mod ma jnaqqas l-appoġġ tal-Kumitat għall-prinċipji bażiċi u l-għanijiet tal-proposti sottomessi, iżda l-għan tiegħu hu li jsaħħaħhom. |
3.3 Kummenti ġenerali
3.3.1 |
Il-preżunzjoni tal-innoċenza |
3.3.1.1 |
Il-Kumitat jappoġġja bis-sħiħ it-tisħiħ tal-preżunzjoni tal-innoċenza kif stabbilita fil-proposta għal Direttiva biex jissaħħu xi aspetti tal-preżunzjoni tal-innoċenza. |
3.3.1.2 |
Il-Kumitat jixtieq jenfasizza li ħadd mhu ħati qabel ma tingħata s-sentenza u dan huwa dritt invjolabbli. Il-Kumitat jenfasizza li l-fiduċja taċ-ċittadini fis-sistema legali titlob li l-imħallfin ikunu immuni għal kwalunkwe pressjoni u influwenza ta' kwalunkwe natura, inkluż b'mod partikolari l-midja. B'rabta ma' dan, il-midja, mingħajr ħsara għal-libertà tal-istampa garantita mill-kostituzzjoni, m'għandhomx jassumu r-rwol tal-qrati. |
3.3.2 |
Is-salvagwardji proċedurali tat-tfal u l-persuni vulnerabbli |
3.3.2.1 |
Il-Kumitat jappoġġja wkoll bis-sħiħ it-tisħiħ tad-drittijiet ta' persuni vulnerabbli fi proċedimenti kriminali u tat-tfal b'mod partikolari, kif stabbilit fil-proposta għal Direttiva dwar salvagwardji ewlenin għat-tfal u fir-Rakkomandazzjoni proposta biex jiġi żgurat li l-persuni vulnerabbli jiġu rikonoxxuti bħala tali u li jiġu kkunsidrati l-ħtiġijiet tagħhom. |
3.3.2.2 |
It-tfal li, ħafna drabi minħabba ċ-ċirkostanzi soċjali jew l-ambjent tagħhom, iduru għall-kriminalità jibqgħu f'pożizzjoni vulnerabbli ħafna jekk tittiħdilhom il-libertà, minħabba r-riskji li dan iġib miegħu għall-iżvilupp fiżiku, mentali u soċjali tagħhom. |
3.3.2.3 |
Barra minn hekk, il-Kumitat jenfasizza li għandha tingħata prijorità lill-inizjattivi intiżi għall-integrazzjoni mill-iktar fis fil-ħajja soċjali u ċivili tat-tfal li jkunu qed jiffaċċjaw proċedimenti kriminali. |
3.3.2.4 |
Fl-implimentazzjoni tad-dispożizzjoni li tipprevedi li d-dritt tat-tfal għall-għajnuna legali obbligatorja japplika wkoll għall-proċeduri penali li jistgħu jwasslu biex il-kawża titwaqqa' b'mod definittiv, il-Kumitat iqis li jkun utli li jiġi speċifikat li dan id-dritt japplika fil-qafas tal-miżuri alternattivi ta' segwitu. |
3.3.3 |
L-għajnuna legali provviżorja |
3.3.3.1 |
Il-Kumitat jaqbel mal-prinċipji li jinsabu fil-proposta għal Direttiva, u li skonthom l-“għajnuna legali provviżorja” tiġi garantita meta aċċess għal avukat ikun l-iktar meħtieġ. |
3.3.3.2 |
Il-Kumitat iqis bħala pożittiv li dawn il-prinċipji jiġu applikati wkoll għal persuni soġġetti għal mandat ta’ arrest Ewropew. Fl-aħħar nett, il-Kumitat japprova r-rakkomandazzjoni biex il-kriterji tad-deċiżjonijiet dwar id-dritt għal għajnuna legali fi proċedimenti kriminali jkunu aktar armonizzati. |
3.3.3.3 |
Il-Kumitat jinnota, madankollu, li l-għajnuna legali fi proċedimenti kriminali ma tistax tiġi mhedda minħabba diffikultajiet baġitarji li xi Stati Membri qed jiffaċċjaw. B'hekk titqajjem il-kwistjoni dwar kemm jistgħu jiġu allokati riżorsi fil-livell Ewropew, pereżempju, f’forma ta’ fond Ewropew. |
3.4 Riservi legali u tekniċi
3.4.1 |
Il-kamp ta' applikazzjoni tal-proposti għal Direttivi dwar il-preżunzjoni tal-innoċenza u l-protezzjoni tat-tfal fi proċedimenti kriminali |
3.4.2 |
Fid-definizzjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tal-proposta għal Direttiva dwar it-tisħiħ ta' xi aspetti tal-preżunzjoni tal-innoċenza kif ukoll tal-proposta għal Direttiva dwar is-salvagwardji proċedurali għat-tfal fi proċedimenti kriminali jiġi speċifikat b'mod ċar li din il-protezzjoni tapplika biss fil-qafas ta’ proċedimenti kriminali. |
3.4.3 |
Fit-test tal-proposta m'hemmx speċifikat eżattament x'għandu jinftiehem bi “proċedimenti kriminali”. Dan iqajjem il-mistoqsija dwar jekk il-proċedimenti msemmija jirreferu biss għal dawk li l-Istati Membri jikkwalifikaw bħala “proċedimenti kriminali”, jew jekk il-kunċett ta' “proċedimenti kriminali” kif użat fil-proposti għal Direttiva huwiex usa’ u jista' jkopri wkoll pereżempju proċedimenti amministrattivi li jimponu sanzjonijiet. |
3.4.4 |
Skont il-każistika stabbilita tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (QEDB), il-kwistjoni ta' jekk il-proċedimenti huma meqjusa ta' natura kriminali jew le tiġi evalwata skont il-kriterji Engel, jiġifieri (1) il-klassifika tar-reat fil-liġi tal-Istat Membru kkonċernat, (2) in-natura tar-reat u (3) in-natura u s-severità tas-sanzjoni. Għalhekk għall-finijiet tal-implimentazzjoni tad-dritt għal proċess ġust, il-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem tqis ħafna proċedimenti amministrattivi bħala proċedimenti kriminali. L-għan ta' din il-każistika huwa li jiġi evitat li l-Istati Membri jipprovdu salvagwardji fundamentali stabbiliti fil-Konvenzjoni, sempliċiment permezz tal-klassifika li jipprovdu għall-proċedimenti. |
3.4.5 |
Għalhekk huwa xieraq li l-Qorti tal-Ġustizzja tal-inqas titħalla tinterpreta l-kunċett ta' “proċedimenti kriminali” indipendentement mill-kwalifika fil-liġi nazzjonali. Inkella, hemm riskju reali li s-salvagwardji stabbiliti fid-Direttivi ma jilħqux l-għanijiet tagħhom. |
3.4.6 |
Madankollu, fis-sitt premessa tal-proposta għal Direttiva dwar it-tisħiħ ta' xi aspetti tal-preżunzjoni tal-innoċenza, huwa stabbilit b’mod ċar li d-Direttiva tapplika biss għal proċedimenti kriminali u li l-proċedimenti amministrattivi li jwasslu għal sanzjonijiet mhumiex koperti minn din id-Direttiva. |
3.4.7 |
Din il-premessa għandha tipprevjeni interpretazzjoni wiesgħa tal-kunċett ta' “proċedimenti kriminali” bħal dik irrakkomandata u meqjusa meħtieġa mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem fil-kuntest tal-garanzija tal-istess drittijiet u prinċipji li huma s-suġġett tad-Direttivi. Għalhekk, il-Kumitat jemmen li din il-premessa aħjar titħassar. |
3.4.8 |
Proċedimenti in absentia msemmija fl-Artikolu 8 tad-Direttiva proposta dwar il-preżunzjoni tal-innoċenza |
3.4.9 |
L-Artikolu 8 jipprevedi li l-Istati Membri jistgħu jipprovdu biss għall-possibbiltà fejn il-qorti kriminali tista' tilħaq deċiżjoni meta l-akkużat ma jkunx preżenti jekk din il-persuna tkun ikkonvokata personalment u fil-ħin u għaldaqstant tkun infurmata bid-data u l-post ippjanati tal-proċess, jew tkun irċeviet informazzjoni uffiċjali b'mezzi oħra dwar id-data u l-post ippjanati ta' dak il-proċess b'tali mod li ġie stabbilit inekwivokabbilment li hija kienet konxja mill-proċess ippjanat. |
3.4.10 |
L-Artikolu 8 ma jipprevedix il-possibbiltà li l-proċedimenti jkomplu għaddejjin (in absentia) meta r-residenza tal-persuna kkonċernata ma tkunx magħrufa, u għalhekk il-persuna ma tkunx tista' tiġi notifikata. Possibbiltà waħda tkun li ċ-ċitazzjoni tiġi ppreżentata f'għassa tal-pulizija. |
Brussell, 25 ta' Marzu 2014
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Henri MALOSSE