EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52013XX0130(02)
Executive summary of the Opinion of the European Data Protection Supervisor on the Commission proposal for a regulation of the European Parliament and of the Council on trust and confidence in electronic transactions in the internal market (Electronic Trust Services Regulation)
Sommarju eżekuttiv tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-fiduċja u l-kunfidenza f’tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern (Regolament dwar Servizzi Fiduċjarji Elettroniċi)
Sommarju eżekuttiv tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-fiduċja u l-kunfidenza f’tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern (Regolament dwar Servizzi Fiduċjarji Elettroniċi)
OJ C 28, 30.1.2013, p. 6–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
30.1.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 28/6 |
Sommarju eżekuttiv tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-fiduċja u l-kunfidenza f’tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern (Regolament dwar Servizzi Fiduċjarji Elettroniċi)
(It-test sħiħ ta’ din l-opinjoni jista’ jinstab bil-lingwi EN, FR u DE fis-sit elettroniku tal-KEPD http://www.edps.europa.eu)
2013/C 28/04
I. Introduzzjoni
I.1. Il-Proposta
1. |
Fl-4 ta' Ġunju 2012, il-Kummissjoni adottat proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda d-Direttiva 1999/93/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern (“il-Proposta”) (1). |
2. |
Il-proposta hija parti mill-miżuri mressqa mill-Kummissjoni biex issaħħaħ l-użu ta’ tranżazzjonijiet elettroniċi fl-Unjoni Ewropea. Hija ssegwi l-azzjonijiet previsti fl-Aġenda Diġitali għall-Ewropa (2) dwar it-titjib tal-leġiżlazzjoni dwar il-firem elettroniċi (Azzjoni Ewlenija 3) u tipprovdi qafas koerenti għar-rikonoxximent reċiproku tal-identifikazzjoni u l-awtentikazzjoni elettroniċi (Azzjoni Ewlenija 16). |
3. |
Il-Proposta hija mistennija ssaħħaħ il-fiduċja fit-tranżazzjonijiet elettroniċi pan-Ewropej u tiżgura rikonoxximent legali transkonfinali tal-identifikazzjoni, l-awtentifikazzjoni, il-firem u s-servizzi fiduċjarji elettroniċi relatati fis-suq intern filwaqt li tiggarantixxi livell għoli ta’ protezzjoni tad-dejta u l-għoti tas-setgħa lill-utent. |
4. |
Livell għoli ta’ protezzjoni tad-dejta huwa essenzjali għall-użu ta’ skemi ta’ identifikazzjoni u servizzi fiduċjarji elettroniċi. L-iżvilupp u l-użu ta’ mezzi elettroniċi bħal dawn għandom jiddependu fuq l-ipproċessar adegwat ta’ dejta personali minn fornituri ta’ servizzi fiduċjarji u emittenti tal-identità elettronika. Dan huwa aktar u aktar importanti peress li dan l-ipproċessar sejjer jiġi invokat, fost affarijiet oħra, għall-identifikazzjoni u l-awtentifikazzjoni ta’ persuni naturali (jew legali) bl-aktar mod affidabbli. |
I.2. Konsultazzjoni tal-KEPD
5. |
Qabel l-adozzjoni tal-Proposta, il-KEPD ingħata l-possibbiltà li jipprovdi kummenti informali. Ħafna minn dawn il-kummenti ġew ikkunsidrati fil-Proposta. B’riżultat ta’ dan, is-salvagwardji għall-protezzjonijiet tad-dejta fil-Proposta ġew imsaħħa. |
6. |
Il-KEPD jilqa’ l-fatt li ġie wkoll formalment ikkonsultat mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001. |
I.3. Sfond tal-Proposta
7. |
Il-Proposta hija bbażata fuq l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u tistabbilixxi l-kondizzjonijiet u l-mekkaniżmi għal rikonoxximent reċiproku u l-aċċettazzjoni tal-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji fost l-Istati Membri. B’mod partikolari, tistabbilixxi l-prinċipji relatati mal-forniment ta’ servizzi ta’ identifikazzjoni u ta’ servizzi elettroniċi fdati, inkluż ir-regoli applikabbli għar-rikonoxximent u l-aċċettazzjoni. Tipprovdi wkoll ir-rekwiżiti għall-ħolqien, il-verifika, il-validazzjoni, il-ġestjoni u l-konservazzjoni ta’ firem elettroniċi, siġilli elettroniċi, timbri tal-ħin elettroniċi, dokumenti elettroniċi, servizzi ta’ forniment elettroniku, l-awtentifikazzjoni tal-websajts u ċertifikati elettroniċi. |
8. |
Barra minn hekk, ir-Regolament propost jistabbilixxi r-regoli għas-superviżjoni tal-provvista ta’ servizzi fiduċjarji u jobbliga lill-Istati Membri li jistabbilixxu korpi superviżorji għal dan il-għan. Dawn il-korpi għandhom, fost kompiti oħra, jevalwaw il-konformità tal-miżuri tekniċi u organizzattivi implimentati mill-fornituri ta’ servizzi fiduċjarji elettroniċi. |
9. |
Il-Kapitolu II jittratta s-servizzi ta’ identifikazzjoni elettronika waqt li l-Kapitolu III huwa ddedikat għal servizzi fiduċjarji elettroniċi oħra bħal firem, siġilli, timbri tal-ħin, dokumenti, servizzi ta’ forniment, ċertifikati u awtentifikazzjoni tal-websajts elettroniċi. Servizzi ta’ identifikazzjoni elettronika huma relatati ma’ karti nazzjonali ta’ identifikazzjoni u jistgħu jintużaw fl-aċċess għal servizzi diġitali u b’mod partikolari għal servizzi tal-gvern elettroniku; dan ifisser li entità li toħroġ identifikazzjoni elettronika tkun qed taġixxi għan-nom ta’ Stat Membru u dak l-Istat Membru jkun responsabbli biex jistabbilixxi b’mod korrett il-korrelazzjoni bejn individwu konkret u l-mezzi ta’ identifikazzjoni elettronika tiegħu/tagħha. Fir-rigward ta’ servizzi fiduċjarji elettroniċi oħra, il-fornitur/emittent huwa persuna naturali jew legali responsabbli għall-għoti korrett u sigur ta’ dawn is-servizzi. |
I.4. Kwistjonijiet tal-protezzjoni tad-dejta mqajma mill-Proposta
10. |
L-ipproċessar ta’ dejta personali huwa inerenti fl-użu ta’ skemi ta’ identifikazzjoni u sa ċert punt anke fl-għoti ta’ servizzi fiduċjarji oħra (per eżempju fil-każ ta’ firem elettroniċi). L-ipproċessar ta’ dejta personali sejjer ikun meħtieġ biex tiġi stabbilita rabta affidabbli bejn l-identifikazzjoni elettronika u l-mezzi ta’ awtentikazzjoni użati minn persuna naturali (jew legali) u dik il-persuna, sabiex jiġi ċċertifikat li l-persuna wara ċ-ċertifikat elettroniku hija verament dik li qed jgħid li huwa/hija. Pereżempju, identifikazzjonijiet elettroniċi jew ċertifikati elettroniċi jirreferu għal persuni naturali u sejrin jinkludu sett ta’ dejta li b’mod ċar jirrappreżenta lil dawk l-individwi. Fi kliem ieħor, il-ħolqien, il-verifika, il-validazzjoni u l-immaniġġjar tal-mezzi elettroniċi msemmija fl-Artikolu 3(12) tal-Proposta sejrin, f’ħafna każijiet, jinvolvu l-ipproċessar ta’ dejta personali u għalhekk il-protezzjoni tad-dejta ssir rilevanti. |
11. |
Għalhekk, huwa essenzjali li l-ipproċessar ta’ dejta fil-kuntest tal-provvista ta’ skemi ta’ identifikazzjoni elettronika jew servizzi fiduċjarji elettroniċi jsir skont il-qafas tal-protezzjoni tad-dejta tal-UE, b’mod partikolari b’dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 95/46/KE. |
12. |
F’din l-Opinjoni, il-KEPD sejjer jiffoka l-analiżi tiegħu fuq tliet kwistjonijiet ewlenin:
|
III. Konklużjonijiet
50. |
Il-KEPD jilqa’ l-Proposta peress li tista’ tikkontribwixxi għal rikonoxximent reċiproku (u aċċettazzjoni) ta’ servizzi fiduċjarji u skemi ta’ identifikazzjoni elettroniċi fuq livell Ewropew. Jilqa’ wkoll l-istabbiliment ta’ sett komuni ta’ rekwiżiti li għandhom jintlaħqu mill-emittenti tal-mezzi ta’ identifikazzjoni elettronika u mill-fornituri ta’ servizzi fiduċjarji. Minkejja l-appoġġ ġenerali tiegħu għall-Proposta, il-KEPD jixtieq jipprovdi r-rakkomandazzjonijiet ġenerali li ġejjin:
|
51. |
Xi dispożizzjonijiet speċifiċi dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ skemi ta’ identifikazzjoni elettronika għandhom ukoll jittejbu:
|
52. |
Fl-aħħar nett, il-KEPD jagħmel ukoll ir-rakkomandazzjonijiet li ġejjin fir-rigward tar-rekwiżiti għall-provvista u r-rikonoxximent ta’ servizzi fiduċjarji elettroniċi:
|
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Settembru 2012.
Giovanni BUTTARELLI
Assistent Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta
(1) COM(2012) 238 finali.
(2) COM(2010) 245 tad-19.5.2010.
(3) Skont l-Artikolu 19(2).g, fornituri kwalifikati ta’ servizzi fiduċjarji għandhom jirreġistraw l-informazzjoni rilevanti kollha dwar dejta maħruġa u riċevuta minnhom għal perjodu xieraq ta’ żmien. Skont l-Artikolu 19(4), fornituri kwalifikati ta’ servizzi fiduċjarji għandhom jipprovdu lil kwalunkwe parti li tiddependi fuq iċ-ċertifikati b’informazzjoni dwar il-validità jew l-istatus ta’ revoka ta’ ċertifikati kwalifikati maħruġa minnhom.