EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52013XC0129(01)

Avviż tal-iskadenza imminenti ta' ċerti miżuri tal-anti-dumping

OJ C 27, 29.1.2013, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/8


Avviż tal-iskadenza imminenti ta' ċerti miżuri tal-anti-dumping

2013/C 27/05

1.   Kif previst fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 (1) dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, il-Kummissjoni Ewropea tavża li, sakemm ma jitnedix reviżjoni skont il-proċedura li ġejja, il-miżuri tal-anti-dumping imsemmija hawn taħt se jiskadu fid-data msemmija fit-tabella ta' hawn taħt.

2.   Proċedura

Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba bil-miktub għal reviżjoni. Din it-talba trid tinkludi biżżejjed evidenza li l-iskadenza tal-miżuri x'aktarx li twassal għat-tkomplija jew ir-rikorrenza tad-dumping u l-ħsara.

Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tirrevedi l-miżuri inkwistjoni, l-importaturi, l-esportaturi, ir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur u l-produtturi tal-Unjoni jingħataw aktar 'il quddiem l-opportunità li jelaboraw, jikkonfutaw il-kwistjonijiet imsemmija fit-talba għal reviżjoni, jew jikkummentaw dwarhom.

3.   Limitu ta' żmien

Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba għal reviżjoni bil-miktub abbażi ta’ dak li ssemma hawn fuq, li għandha tasal għand il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ (l-Unità H-1), N-105 8/20, 1049 Brussell, Belgium (The European Commission, Directorate-General for Trade (Unit H-1), N-105 4/92, 1049 Brussels, Belgium) (2) fi kwalunkwe żmien wara d-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż iżda mhux aktar tard minn tliet xhur qabel id-data msemmija fit-tabella ta' hawn taħt.

4.   Dan l-avviż huwa ppubblikat skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009.

Prodott

Pajjiż(i) tal-oriġini jew tal-esportazzjoni

Miżuri

Referenza

Data ta’ skadenza (3)

Aċidu sulfaniliku

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, l-Indja

Dazju anti-dumping

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1000/2008 (ĠU L 275, 16.10.2008, p. 1) kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1010/2008 (ĠU L 276, 17.10.2008, p. 3)

17.10.2013

Impriża

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/37/KE (ĠU L 22, 26.1.2006, p. 52)


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  Fax +32 22956505.

(3)  Il-miżura tiskadi f'nofsillejl tal-jum imsemmi f'din il-kolonna.


Top