EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52013PC0812

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni għall-prodotti agrikoli fis-suq intern u fil-pajjiżi terzi

/* COM/2013/0812 final - 2013/0398 (COD) */

52013PC0812

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni għall-prodotti agrikoli fis-suq intern u fil-pajjiżi terzi /* COM/2013/0812 final - 2013/0398 (COD) */


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.           KUNTEST TAL-PROPOSTA

Il-produzzjoni u l-kummerċ tal-prodotti agrikoli u agroalimentari jikkostitwixxu ass importanti għall-Unjoni Ewropea. B’madwar 18 % tal-esportazzjonijiet u b’20 % tal-importazzjonijiet globali, l-Unjoni tista’ ssostni li qiegħda fl-istess livell mal-Istati Uniti, fl-ewwel post bħala importatur u esportatur tal-prodotti agrikoli. Is-settur agroalimentari jinsab fuq quddiem nett fl-industrija Ewropea tal-manifattura; dan jirrappreżenta 13,5 % tal-impjiegi u jikkontribwixxi għal 12,9 % tal-bejgħ totali. Din l-industrija hija magħmula minn 310 000 intrapriża li minnhom 99,1 % huma intrapriżi żgħar u medji[1]. Matul is-snin, is-settur Ewropew beda jiffoka fuq il-kwalità u fuq il-valur miżjud tal-prodotti pproċessati li qed jiġu apprezzati dejjem aktar mhux biss fl-Ewropa, iżda wkoll madwar id-dinja. Dawn il-prodotti jirrappreżentaw aktar minn żewġ terzi fil-valur tal-esportazzjonjiet agrikoli totali tal-UE, b’potenzjal ta’ żvilupp saħansitra aktar konsiderevoli.

Huwa essenzjali li l-agrikoltura Ewropea u l-industrija agroalimentari, li tiddependi ħafna fuqha, jippreservaw u jżidu l-kompetittività u l-ishma tagħhom fis-suq, kemm fis-suq intern kif ukoll fis-suq tal-esportazzjoni, sabiex jitħarsu l-impenji meħuda mill-UE fil-qafas tar-relazzjonijiet kummerċjali internazzjonali tagħha. Madankollu l-agrikoltura Ewropea llum qed taffronta ambjent ħafna aktar kompetittiv l-aktar minħabba l-globalizzazzjoni tas-swieq. Din ix-xejra għandha tkompli fis-snin li ġejjin u għandha tintemm fiċ-ċiklu ta’ Doha u fi ftehimiet bilaterali u reġjonali li qed jiġu nnegozjati attwalment. Ta’ sikwit mhux mixtieqa, dawn il-ftehimiet jistgħu jissarfu wkoll f’opportunitajiet kbar għal dan is-settur.

Madankollu, fis-suq intern, minorità żgħira biss ta’ konsumaturi Ewropej huma konxji dwar l-isforzi mwettqa mill-agrikolturi Ewropej biex jipprovdu produzzjoni ta’ kwalita tajba, li hija tajba għas-saħħa u bla riskju. Huma 14 % biss tal-Ewropej li jirrikonoxxu l-lowgos tal-prodotti li jibbenefikaw minn denominazzjoni protetta tal-oriġini (DPO) jew minn indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP), l-iskemi Ewropej tal-kwalità ewlenin stabbiliti mill-Unjoni. Bl-istess mod, l-isforz tal-investiment fir-reklamar u fil-kummerċjalizzazzjoni fi swieq imbiegħda jirrappreżenta sfida għal settur magħmul l-aktar minn intrapriżi żgħar u medji, u saħansitra mikrointrapriżi.

Din il-qagħda ċertament tikkostitwixxi sfida għall-agrikolturi Ewropej, iżda tiftaħ ukoll perspettivi li jkun jaqbel li jissegwew b’mod effikaċi, notevolment permezz tal-istrumenti tal-Politika Agrikola Komuni. Dan minħabba li s-suċċess tas-settur agrikolu Ewropew se jiddependi minn kemm ikun kapaċi jkabbar is-sehem tiegħu fis-suq u minn kemm dan is-settur ferm kompetittiv tal-industrija alimentari ikun jista’ jżomm il-pożizzjoni prominenti tiegħu fl-UE mil-lat ekonomiku u kummerċjali.

Dan il-kuntest jeħtieġ politika ta’ promozzjoni li tkun moderna u ambizzjuża, u li jittieħdu t-tagħlimiet tal-programmi ta’ promozzjoni li ġew implimentati sal-lum u jikkostitwixxi stadju ieħor fil-modernizzazzjoni tal-politika agrikola komuni. L-għan huwa l-appoġġ tas-settur agrikolu, u prinċipalment l-intrapriżi żgħar u medji u l-organizzazzjonijiet tal-produtturi li jikkostitwixxu l-pilastru ta’ dan is-settur, sabiex ikunu jistgħu jagħtu kontribut qawwi u dinamiku għat-tkabbir ekonomiku lill-Unjoni kollha kemm hi u l-aktar liż-żoni rurali. Dan jeħtieġ politika ta’ promozzjoni ristrutturata għall-benefiċjarji tiegħu (l-organizzazzjonjiet tal-produtturi, dawk professjonali u interprofessjonali, nazzjonali jew Ewropej), b’miżuri addizzjonali, u li tintegra approċċi ċari kemm għas-suq intern kif ukoll għall-pajjiżi terzi.

L-iffinanzjar ta’ din il-proposta, li tipprevedi żieda gradwali iżda sinifikanti fil-baġit allokat għall-azzjonijiet ta’ promozzjoni, se jsir fil-qafas tal-ammonti previsti għall-Politika Agrikola Komuni tal-UE għall-perjodu 2014 sal-2020. Din in-nefqa hija stmata fuq il-bażi tal-opportunitajiet li għandhom jiġu sfruttati fil-pajjiżi terzi minħabba d-domanda li qed tikber, pereżempju fl-Asja fejn sal-2050, għall-pajjiżi membri tal-ASEAN[2] biss, l-importazzjonijiet agrikoli huma mistennija li jiżdiedu b’aktar minn 17-il biljun dollaru[3].

Flimkien mad-domanda li qed tikber tas-swieq emerġenti b’mod partikolari, billi dawn huma diġà importanti ħafna għall-esportazzjonijiet agroalimentari tal-UE, l-aċċcess għas-swieq se jittejjeb fil-livell globali bis-saħħa tal-konklużjoni tal-bosta negozjati kummerċjali li jinsabu għaddejjin bħalissa. Il-ftehimiet tal-kummerċ ħieles li qed jiġu nnegozjati attwalment jirrappreżentaw swieq b’valur attwali ta’ madwar EUR 35 biljun fis-sena għas-settur agroalimentari Ewropew. Iż-żieda fid-domanda u l-liberalizzazzjoni tal-kummerċ tal-kummerċ sostanzjali kollu permezz ta’ dawn in-negozjati probabbilment se jwasslu għal żieda sostanzjali f’din iċ-ċifra. Pereżempju, sal-2027 ftehim ambizzjuż dwar il-kummerċ ħieles mal-Istati Uniti jista’ jżid l-esportazzjonijiet agrikoli tal-UE b’madwar 15 % (aktar minn EUR 1,7 biljun fis-sena) u dawk ta’ prodotti agrikoli pproċessati b’45 % (aktar minn EUR 13,4 biljun fis-sena)[4]. Fir-rigward tal-Ġappun f’każ ta’ ftehim ambizzjuż dwar il-kummerċ ħieles l-esportazzjonijiet agoalimentari jkunu jiżdiedu b’137 % fuq perjodu ta’ żmien twil (aktar minn EUR 5,9 biljun fis-sena)[5].

Dan għalhekk jikkostitwixxi opportunità strateġika u fundamentali għas-settur agroalimetnari Ewropew li, minħabba l-importanza tal-Intrapriżi Żgħar u Medji Ewropej f’dan is-settur, għandha tiġi sfruttata bis-saħħa ta’ politika ambizzjuża u innovattiva. Dawn l-intrapriżi jeħtieġu l-appoġġ, l-għarfien espert u l-inkoraġġiment biex jieħdu vantaġġ minn din l-opportunità kbira. Dan jeħtieġ politika pubblika fuq firxa wiesgħa li tkun tista’ tilqa’ l-isfida ta’ din l-opportunita. L-ammonti inklużi f’din il-proposta se jiffaċilitaw l-istabbiliment ta’ din il-politika b’mod kredibbli fis-snin li ġejjin.

Kuntest ġenerali

Il-politika agrikola komuni (PAK) tgħin biex jinħeles u jiġi sfruttat il-potenzjal tas-settur agrikolu u agroalimentari Ewropew. Bħalissa għaddej proċess ta’ riforma li se jiżgura, b’seħħ mill-2013, li din il-politika tikkontribwixxi bis-sħiħ għall-Istrateġija Ewropea 2020 għat-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv, billi tippromwovi settur tal-agrikoltura li jkun kapaċi jwassal is-sigurtà tal-ikel, l-użu sostenibbli tar-riżorsi naturali u d-dinamiżu liż-żoni rurali. B’mod parallel, jeħtieġ li tiġi riformata l-politika ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni dwar il-prodotti agrikoli li hija waħda mill-istrumenti tal-PAK.

Bħala għodda tal-politika agrikola komuni (PAK) tal-UE, il-politika Ewropea tal-promozzjoni tal-prodotti agrikoli għandha ssegwi l-għanijiet tar-riforma tal-PAK għall-programm Orizzont 2020 u prinċipalment, l-għan tat-tisħiħ tal-kompetittività tal-agrikoltura Ewropea kemm fis-suq intern kif ukoll fil-pajjiżi terzi, billi timmira għal dawn l-għanijiet speċifiċi:

– Żieda fil-livell tal-għarfien tal-konsumaturi dwar il-vantaġġi tal-prodotti agrikoli Ewropej;

– Żvilupp u ftuħ ta’ swieq ġodda għall-prodotti agrikoli Ewropej fis-suq intern u fil-pajjiżi terzi.

– Titjib fl-effikaċja u fl-effiċjenza tal-politika.

Fil-qafas tal-PAK, l-appoġġ tal-Unjoni relatat mal-informazzjoni u l-promozzjoni tal-prodotti agrikoli ġie żviluppat. Qabel l-2000, l-azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni kienu previsti fil-livell settorjali.  Fl-2000, il-miżuri settorjali ngħaqdu fi skema orizzontali. Mill-2000 sal-2007, dawn l-attivitajiet kienu rregolati minn żewġ Regolamenti separati, wieħed li jikkonċerna s-suq intern u l-ieħor immirat għall-pajjiżi terzi[6]. Mill-2008, ingħaqdu ż-żewġ approċċi fi skema orizzontali uniku (Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru°3/2008[7] u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru°501/2008[8]) mingħajr emenda sinifikanti f’termini ta’ kontenut.

Għanijiet tal-proposta

Din il-proposta għandha l-għan li tiffaċilita r-realizzazzjoni ta’ azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni fis-suq intern u fil-pajjiżi terzi, li huma neċessarji għas-settur agrikolu sabiex jingħelbu l-ħafna sfidi li qed jiffaċċja f’kuntest ta’ kompetizzjoni li qed tikber u tal-ftuħ tas-swieq. Is-suċċess tal-agrikoltura Ewropea se jiddependi mill-ħila tagħha li tkabbar is-sehem tagħha fis-suq u billi s-settur ferm kompetittiv tal-industrija alimentari (il-katina alimentari tirrappreżenta 6 % tal-prodott domestiku gross (PDG) tal-Unjoni) ikun jista’ jżomm pożizzjoni importanti fi ħdan l-ekonomija u l-kummerċ tal-Unjoni.

L-azzjonijiet se jsegwu strateġija Ewropea ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni li tistabbilixxi prijoritajiet għas-swieq u għall-prodotti jew għall-messaġġi li għandhom jiġu enfasizzati (pereżempju prodotti b’valur miżjud għoli), filwaqt li jittieħdu f’kunsiderazzjoni n-negozjati tal-ftehim tal-kummerċ ħieles, is-swieq l-aktar importanti, u b’hekk jiġu evitati t-tifrix u l-frammentazzjoni tal-mezzi. Din il-proposta mistennnija li twassal għal ibbilanċjar mill-ġdid tal-azzjonijiet mmirati għall-pajjiż terzi.

Sabiex jiżdied l-għadd ta’ azzjonjiet u l-kwalità tagħhom, f’koerenza mar-riforma tal-PAK 2020 li tinkoraġġixxi lill-agrikolturi biex jistrutturaw, ikun jaqbel li l-isekma tinfetaħ għal benefiċjarji ġodda bħal dawk tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi. 

Bl-istess mod ikun jaqbel ukoll li nfittxu niksbu l-aħjar ritorn fuq l-investiment għal dawn l-azzjonijiet u li nipprevedu regolazzjoni stretta tar-referenzi possibbli għall-oriġini tal-prodotti jew għall-marki kummerċjali bil-għan tal-promozzjoni tal-messaġġ prinċipali ġeneriku billi jiġu enfasizzati l-karatteristiċi intrinsiċi tal-prodotti agrikoli Ewropej.

Il-programmi sottometti minn operaturi tal-Istati Membri differenti jikkontribwixxu sostanzjalment għall-valur miżjud Ewropew; dawn jivvalorizzaw id-diversità tal-prodotti agrikoli Ewropej u se jiġu mħeġġa fil-qafas tar-riforma.

L-inizjattivi tal-Kummissjoni bħaż-żjarat kummerċjali ta’ livell għoli jew il-partiċipazzjonijiet fil-fieri ta’ importanza internazzjonali jiffaċilitaw il-ftuħ ta’ swieq ġodda għall-prodotti agrikoli Ewropej.

Il-proposta tipprevedi l-iżvilupp ta’ servizzi ġodda ta’ appoġġ tekniku għall-partijiet involuti li jiffavorixxu l-iskambju tal-informazzjoni dwar l-azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni jew ta’ prattiki tajbin, u li jippermetti l-iżvilupp tal-għarfien espert tagħhom.

Il-proposta hija mmirata biex tissemplifika l-ġestjoni tal-politika ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni. Din tipproponi li l-Kummissjoni tkun aktar attiva fil-ġestjoni tal-programmi tal-pajjiżi multipli biex tiffaċilita l-ħolqien u l-implimentazzjoni tagħhom. Ir-rwoli rispettivi tal-Istat Membru u tal-Kummissjoni fil-monitoraġġ u fil-kontroll tal-azzjonijiet iridu jiġu ċċarati sabiex jiġu evitati d-duplikazzjoni u d-dewmien fil-proċeduri. Qed tiġi proposta għażla fil-livell tal-Kummissjoni biss.

Fl-aħħar, valutazzjoni sistematika tal-impatt se ssegwi kull azzjoni sabiex jiġi kkonfermat li għanijiet previsti ntlaħqu b’mod tajjeb. Qafas ta’ evalwazzjoni se jiġi implimentat bil-għan li titkejjel il-prestazzjoni tal-politika ta’ promozzjoni bl-għajnuna ta’ sett ta’ indikaturi komuni marbuta mal-għanijiet strateġiċi tagħha, f’konformita mal-qafas komuni ta’ monitoraġġ u ta’ evalwazzjoni tal-PAK.

Valur miżjud tal-UE

Il-politika agrikola hija politika Ewropea. Minflok 28 politika agrikola, l-Istati Membri jiġbru flimkien ir-riżorsi tagħhom biex iħaddmu politika Ewropea b’baġit komuni. L-agrikolturi hija l-uniku settur immexxi minn politika komuni u li fiha regoli komuni, inklużi dawk marbuta mal-promozzjoni, huma previsti fit-Trattat. Ir-riforma għaddejja tal-PAK għandha tħalli l-effett tagħha fl-għodda kollha ta’ din il-politika.

B’mod partikolari, f’suq uniku, azzjoni fil-livell tal-UE se jkollha effett ta’ ingranaġġ importanti biex (a) tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni ta’ programmi ta’ informazzjoni ġenerika, li minħabba n-natura tagħhom ftit li xejn jiġu esegwiti mill-Istati Membri jew mill-intrapriżi u attwalment saħansitra anqas fil-kuntest tal-kriżi ekonomika, u (b) jiġu implimentati programmi tal-pajjiżi multipli li jikkostitwixxu sors għall-iskambju tal-esperjenzi bejn l-Istati Membri u l-ekonomiji ta’ skala.

2.           RIŻULTATI TA’ KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Konsultazzjoni mal-partijiet interessati

Il-partijiet interessati ġew ikkonsultati b’mod estensiv. Green Paper li ġie mniedi mill-Kummissjoni fl-14 ta’ Lulju 2011 fetaħ dibattitu li r-riżultati tiegħu tħabbru waqt Konferenza dwar il-promozzjoni organizzata mill-Presidenza Polakka tal-Unjoni Ewropea f’Novembru 2011. Il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar il-Green Paper waqt il-laqgħa ta’ Diċembru 2011. Fl-20 ta’ Novembru 2012 il-Parlament Ewropew adotta Riżoluzzjoni wara l-adozzjoni mill-Kummissjoni ta’ Komunikazzjoni dwar is-suġġett. Bl-istess mod saru konsultazzjonijiet fil-qafas tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-promozzjoni u fi grupp ta’ esperti dwar is-simplifikazzjoni tal-PAK waqt il-laqgħat li saru f’Marzu 2012.

Evalwazzjoni tal-iskema attwali

F’Jannar 2012 ġiet ippubblikata evalwazzjoni mitluba mill-Kummissjoni Ewropea u li kienet ġiet implimentata minn konsulent estern. L-evalwazzjoni pprovdiet analiżi globali u indipendenti tal-iskema attwali. Din eżaminat il-pertinenza u l-effikaċja tal-politika ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni tal-UE għall-prodotti agrikoli Ewropej b’rabta mal-għanijiet stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3/2008 kif ukoll il-koerenza tagħha ma’ miżuri oħra ta’ promozzjoni realizzati fil-qafas tal-PAK. Il-perjodu ta’ analiżi jkopri s-snin 2002 sa 2010.

Valutazzjoni tal-impatt

Abbażi tal-evalwazzjoni tal-qafas ta’ politika attwali u ta’ analiżi tal-isfidi u l-ħtiġijiet tal-futur, il-valutazzjoni tal-impatt tevalwa u tqabbel l-impatt ta’ tliet xenarji alternattivi. Dawn ix-xenarji ta’ riforma ġew żviluppatti skont tliet fatturi distinti li ħarġu mid-dibattitu pubbliku u mill-pożizzjonijiet adottati mill-partijiet interessati varji, jiġifieri: is-suq (swieq) fil-mira, l-eżistenza jew le ta’ strateġija Ewropea ta’ promozzjoni, u fl-aħħar nett ir-regoli dwar il-marki kummerċjali privati u dwar l-oriġini tal-prodotti. Ġew ifformulati tliet xenarji biex jikkontribwixxu għall-process tat-teħid ta’ deċiżjonijiet:

•           Ix-xenarju tal-“istatus quo imtejjeb” jinvolvi l-adatament limitat tal-politika ta’ promozzjoni. Dan jirrikonoxxi l-valur miżjud tal-politika ta’ promozzjoni u jfittex biex jagħmel tajjeb għan-nuqqasijiet identifikati bil-għan li l-politika tiġi ssimplifikata u jagħmilha aktar aċċessibbli, li jippermetti lill-benefiċjarji jieħdu l-aħjar li jistgħu mill-għodod offruti, u li dawn jiġu msaħħa minn appoġġ tekniku adegwat.

•           Ix-xenarju “immirat”, minbarra l-arranġamenti offruti mill-istatus quo imtejjeb, joffri mmirar aħjar tal-azzjonijiet ta’ promozzjoni fis-swieq interni u esterni permezz tal-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ strateġija. Dan jiffavorixxi wkoll il-kollaborazzjoni bejn l-operaturi ta’ Stati Membri differenti (permezz (tal-programmi tal-pajjiżi multipli ġestiti b’mod dirett). Barra minn hekk l-istrateġija tippermetti wkoll li jkunu estiżi l-prodotti u t-temi eliġibbli skont l-iskema ta’ promozzjoni. Fl-aħħar nett dan ix-xenarju jipproponi l-użu aħjar tal-indikazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti u tal-marki kummerċjali (pereżempju: marki “ta’ riklamar”).

•           Ix-xenarju “esklussivament għall-pajjiżi terzi” jaqsam l-istess livell ta’ ambizzjoni ta’ prestazzjoni bħax-xenarju “mmirat” iżda jikkonċentra biss fuq il-pajjiżi terzi, fejn l-azzjonijiet ta’ promozzjoni huma ġestiti direttament mill-Kummissjoni, f’konformità ma’ strateġija ta’ għażla. It-titjib propost mix-xenarju tal-istatus quo imtejjeb jiddaħħlu wkoll f’dan ix-xenarju. Barra minn hekk, lil hinn mill-promozzjoni ġenerika, l-azzjonijiet kummerċjali għall-marki individwali privati jkunu eliġibbli wkoll għall-iskema u jistgħu jkollhom lista estiża ta’ prodotti u temi eliġibbli.

Filwaqt li x-xenarju tal-istatus quo imtejjeb jidher li ma jimmirax suffiċjentement l-azzjonijiet b’valur miżjud għoli għall-Unjoni Ewropea, u x-xenarju esklussiv għall-pajjiżi terzi jidher wisq ta’ riskju minħabba l-livell baxx ta’ għarfien dwar il-prodotti agrikoli fl-Ewropa, skont il-valutazzjoniji tal-impatt ix-“xenarju mmirat” joħroġ bħala l-aktar xenarju bbilanċjat għall-finijiet tad-definizzjoni ta’ qafas ta’ skema ta’ promozzjoni li tkun aktar immirata lejn il-ħtiġijiet tat-tkabbir ekonomiku tas-settur u tas-swieq agrikoli iżda li, fl-istess ħin itejjeb il-livell ta’ għarfien fost il-konsumaturi Ewropej li huma affrontati minn għażla dejjem tiżdied ta’ prodotti.

3.           Gestjoni tal-iskema

L-iskema hija attwalment immexxija fuq il-bażi ta’ gestjoni kondiviża (nefqa prinċipali marbuta mal-implimentazzjoni tal-programmi) u ta’ ġestjoni diretta (azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni). Ir-Regolament attwali għandu jwassal għal żieda sinfikanti fl-għadd ta’ azzjonijiet implimentati u għalhekk għal żieda fin-nefqa soġġetta kemm għall-ġestjoni kondiviża kif ukoll għall-ġestjoni diretta, b’żieda konsiderevoli fis-sehem ta’ azzjonijiet ġestiti b’mod dirett wara xift lejn dan it-tip ta’ ġestjoni għall-programmi tal-pajjiżi multipli bil-għan li titħeġġeġ l-implimentazzjoni tagħhom.

Fuq il-bażi ta’ analiżi tal-kost/tal-effiċjenza, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi tiddelega l-ġestjoni tal-programmi bis-sħiħ jew parzjalment lil aġenzija eżekuttiva, soġġett għall-konformità mal-Artikolu 62 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [9]. Fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata “Baġit għall-Ewropea 2020”[10], il-Kummissjoni pproponiet li tisfrutta l-possibbiltà li jsir aktar użu mill-aġenziji eżekuttivi eżistenti.

F’dan l-isfond u f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003[11] u mal-Artikolu 6(g) tar-Regolament (UE) Nru xxx/xxxx dwar il-finanzjament, l-immaniġġjar u l-monitoraġġ tal-PAK[12] [Ir-Regolament orizzontali tal-PAK], il-Kummissjoni għandha l-intenzjoni li testernalizza ċerti kompiti marbuta mal-ġestjoni diretta tal-programmi ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni, l-aktar għall-programmi ta’ pajjiżi multipli, u mal-evalwazzjoni tal-proposti ta’ programmi sempliċi, lil aġenzija eżekuttiva eżistenti, bil-għan li tipprovdi servizz ta’ kwalità aħjar u li tissaħħaħ il-viżibbiltà tal-UE fl-azzjonijiet tagħha ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni tal-prodotti agrikoli.

4.           ELEMENTI ĠURIDIĊI TAL-PROPOSTA

Bażi legali

Il-proposta hija bbażata fuq l-Artikoli 42 u 43 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità

· Il-prinċipju tas-sussidjarjetà

Il-politika ta’ promozzjoni u ta’ informazzjoni tal-UE tissupplimenta u tirrinforza b’mod utli l-iskemi mmexxijin mill-Istati Membri billi tagħti spinta lid-dehra tal-prodotti f’għajnejn il-konsumaturi fl-UE u f’pajjiżi terzi, b’mod partikolari fir-rigward tal-kwalità, il-valur ta’ nutrizzjoni u s-sikurezza fl-oġġetti tal-ikel u l-metodi tal-produzzjoni. Meta tgħin biex jinfetħu swieq ġodda f’pajjiżi terzi, azzjoni bħal din aktarx li jkollha effett multiplikatur fuq inizjattivi nazzjonali u privati.

Il-proposta taqa’ taħt kompetenza kondiviża bejn l-UE u l-Istati Membri u hija konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà.

· Il-prinċipju tal-proporzjonalità

Minħabba li l-liberalizzazzjoni fil-kummerċ qed tiżdied, inkluż il-kummerċ fi prodotti agrikoli u tal-ikel, l-iskambju fil-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-UE u pajjiżi terzi jsir aktar u aktar importanti. F’kuntest bħal dan u meta wieħed iqis l-orjentazzjoni mis-suq tal-PAK, ir-regolament dwar azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni għal prodotti agrikoli fis-suq intern u f’pajjiżi terzi huwa, għalhekk, strument kruċjali li huwa konsistenti mal-qafas il-ġdid tal-Ftehim tad-WTO dwar l-agrikoltura.

Naturalment huwa wkoll dmir tal-UE li tippromwovi l-istandards ta’ kwalità għolja ta’ prodotti agrikoli tal-UE u li tinkoraġġixxi programmi promozzjonali konġunti li jinvolvu aktar minn pajjiż wieħed tal-UE jew aktar minn settur agrikolu wieħed.

Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità:

5.           IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA

Rigward il-qagħda attwali, il-proposta tipprevedi żieda gradwali iżda sinifikanti fil-baġit allokat għall-azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni favur il-prodotti agrikoli (minn EUR 61,5 miljun fil-baġit tal-2013 għal EUR 200 miljun fl-2020). Id-dejta dettaljata dwar l-implikazzjoni finanzjarja tal-proposta tidher fid-dikjrazzjoni finanzjarja.

Il-proposta dwar il-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) għall-2014-2020 tinkludi għall-ewwel pilastru tal-PAK l-ammonti tal-pagamenti diretti u tal-infiq marbuta mal-miżuri tas-suq. Bħala miżura ta’ prekawzjoni, il-Kummissjoni qieset il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-8 ta’ Frar 2013, dwar il-qafas finanzjarju pluriennali. Soġġett għall-adozzjoni tar-Regolament dwar il-qafas finanzjarju pluriennali, l-iffinanzjar ta’ miżuri ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni se jsir fil-limitu tal-ammonti miftiehma mill-Kunsill Ewropew.

2013/0398 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni għall-prodotti agrikoli fis-suq intern u fil-pajjiżi terzi

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 42 u 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[13],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[14],

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja ,

Billi:

(1)       Skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru°3/2008[15], l-Unjoni tista’ timplimenta azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni fis-suq intern u fil-pajjiż terzi għall-prodotti agrikoli u l-metodu tal-produzzjoni tagħhom, kif ukoll għal ċerti prodotti alimentari bbażati fuq prodotti agrikoli.

(2)       L-għan ta’ dawn l-azzjonijiet huwa li tissaħħaħ il-kompetittività tal-agrikoltura Ewropea, kemm fis-suq intern kif ukoll fil-pajjiżi terzi, billi jiżdied il-livell tal-għarfien tal-konsumaturi dwar il-merti tal-prodotti agrikoli u tal-prodotti alimentari bbażati fuq il-prodotti agrikoli tal-Unjoni kif ukoll billi jinfetħu u jiġu żviluppati swieq ġodda. Dawn jikkomplementaw u jsaħħu b’mod utli l-azzjonijiet mmexxija mill-Istati Membri.

(3)       Meta wieħed iqis mil-lat tal-esperjenza miksuba, u mil-lat l-ieħor il-perspettivi tal-evoluzzjoni tas-settur agrikolu u tas-suq intern kif ukoll estern tal-Unjoni, hemm lok għar-reviżjoni tal-iskema stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 3/2008 biex dan ikun aktar effikaċi u koerenti. Huwa xieraq għalhekk li jitħassar ir-Regolament (KE) Nru 3/2008 u li jinbidel b’wieħed ġdid.

(4)       Fir-rigward tar-regoli tal-kompetizzjoni, l-azzjonijiet immirati għas-suq intern għandhom ikunu limitati għal azzjonijiet ta’ informazzjoni dwar il-partikolaritajiet tal-metodi tal-produzzjoni agrikola tal-Unjoni jew dwar it-temi li huma ta’ interess għall-Unjoni bħall-iskemi Ewropej tal-kwalità stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru°1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[16].

(5)       Huma meħtieġa wkoll azzjonijiet li jtejbu l-awtentiċità tal-prodotti tal-Unjoni sabiex jissaħħaħ l-għarfien tal-konsumaturi dwar il-kwalitajiet ta’ prodotti ġenwini meta mqabbla ma’ imitazzjonijiet u prodotti foloz; dan se jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għall-għarfien fl-Unjoni kif ukoll fil-pajjiżi terzi dwar is-simboli, l-indikazzjonijiet u l-abbrevjazzjonijiet li jixhdu l-parteċipazzjoni fl-iskemi Ewropej tal-kwalità stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru°1151/2012.

(6)       L-Unjoni prinċipalment tesporta prodotti agrikoli finali, inklużi prodotti agrikoli mhux elenkati fl-Anness I tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“it-Trattatt”). Għalhekk l-iskema ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni għandha tinfetaħ għal ċerti prodotti alimentari bbażati fuq prodotti agrikoli, b’koerenza mal-iskemi l-oħra tal-politika agrikola komuni (“PAK”) bħall-iskemi Ewropej tal-kwalità, li diġà jipprovdu mekkaniżmi li huma miftuħa għal dawn il-prodotti.

(7)       L-informazzjoni u l-promozzjoni tal-inbejjed tal-Unjoni hija waħda mill-miżuri ewlenin tal-programmi ta’ għajnuna fis-settur tal-inbid previsti fil-PAK. Konsegwentement, l-eliġibbiltà ta’ nbid għal azzjonijiet ta’ informazzjoni u promozzjoni previsti skont din l-iskema għandha tkun limitata biss għal inbid li huwa assoċjat ma’ ieħor agrikolu jew prodott tal-ikel.

(8)       Għall-perjodu 2001-2011, bilkemm 30 % tal-baġit allokat għall-azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 3/2008 intefaq fuq misuri għall-pajjiżi terzi, meta dawn is-swieq joffru potenzjal kbir għat-tkabbir. Għalhekk huma meħtieġa arranġamenti speċifiċi sabiex jitħeġġu, bil-għan li jintlaħaq 75 % tan-nefqa stmata, għadd akbar ta’ azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni favur il-prodotti agrikoli tal-Unjoni fil-pajjiżi terzi, l-aktar permezz ta’ aktar appoġġ finanzjarju.

(9)       Biex jiġi ggarantit l-impatt tal-azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni implimentati, dawn għandhom jiġu żviluppati fil-kuntest ta’ programmi ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni. Programmi bħal dawn s’issa ġew sottomessi minn organizzazzjonijiet professjonali jew interprofessjonali. Sabiex jiżdied in-numru u sabiex tittejjeb il-kwalità tal-azzjonijiet proposti, il-firxa ta’ benefiċjarji għandha titwessa’ biex tinkludi organizzazzjonijiet tal-produtturi. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tkun tista’ tissupplimenta l-programmi billi timplimenta l-azzjonijiet fuq l-inizjattiva tagħha stess, partikolarment biex dan jikkontribwixxi għall-ftuħ ta’ swieq ġodda.

(10)     L-azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni kkofinanzjati mill-Unjoni għandhom jagħtu dimensjoni Ewropea speċifika. Għal dan il-għan, u sabiex ikun evitat sparpaljar ta’ riżorsi u sabiex tiżdied il-viżibbiltà tal-Ewropa permezz ta’ dawn l-azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni għal prodotti agrikoli, jeħtieġ li jiġi stabbilit programm ta’ ħidma li jiddefinixxi l-prijoritajiet strateġiċi għal dawn l-azzjonijiet f’termini ta’ popolazzjonijiet, ta’ prodotti, ta’ temi jew ta’ swieq fil-mira kif ukoll il-karatteristiċi tal-messaġġi ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni. B’mod partikolari l-Kummissjoni se tqis il-pożizzjoni predominanti tal-intrapriżi żgħar u medji fis-settur agroalimentari, tas-setturi li jibbenefikaw minn miżuri eċċezzjonali previsti fl-Artikoli 154, 155 u 156 tar-Regolament (UE) XXX/20… [tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-… li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli (ir-Regolament dwar l-OKS Unika) (COM(2011)626)] u tal-ftehimiet tal-kummerċ ħieles fil-qafas tal-politika kummerċjali tal-Unjoni Ewropea għall-azzjonijiet immirati għall-pajjiżi terzi.

(11)     Sabiex jiġi żgurat li azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni huma implimentati b’mod effettiv, dawn għandhom jiġu fdati lil korpi ta’ implimentazzjoni magħżula kif xieraq.

(12)     Lil hinn mil-limiti tal-azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni, jeħtieġ li l-Kummissjoni tiżviluppa u tikkoordina servizzi ta’ appoġġ tekniku fil-livell Ewropew bil-għan li tgħin lill-operaturi jieħdu sehem fi programmi kofinanzjati, biex iwettqu kampanji effiċjenti jew biex jiżviluppaw l-attivitajiet tal-esportazzjoni tagħhom.

(13)     L-azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni għal prodotti agrikoli li huma kkofinanzjati mill-Unjoni ma għandhomx ikunu orjentati lejn marki kummerċjali u lanqas lejn l-oriġini speċifika tagħhom. Madankollu, ir-referenza għal marki jew għall-oriġini jista’ jkollha effett ta’ ingranaġġ fil-kuntest ta’ azzjonijiet ta’ promozzjoni, b’mod partikulari fil-pajjiżi terzi. Filwaqt li jiġu rispettati kundizzjonijiet speċifiċi li għandhom jiġu stabbiliti, b’mod partikolari d-drittijiet mal-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali, għandu għalhekk ikun possibbli li jagħti viżibilità akbar lill-marki u l-oriġini u, fl-istess ħin, iżżomm bilanċ tajjeb mal-prominenza ta’ messaġġi ġeneriċi iffokati fuq is-sistema tal-karatteristiċi intrinsiċi tal-Unjoni dwar prodotti agrikoli u prodotti tal-ikel ibbażati fuq prodotti agrikoli.

(14)     L-Unjoni hija ħerqana li tissemplifika l-ambjent regolatorju tal-PAK. Dan l-approċċ għandu jiġi applikat ukoll għar-Regolament dwar għoti ta’ informazzjoni u miżuri ta’ promozzjoni għal prodotti agrikoli. B’mod partikolari, il-prinċipji ta’ tmexxija amministrattiva tal-programmi ta’ informazzjoni u promozzjoni għandhom jiġu riveduti bil-għan li jiġu semplifikati u li jippermettu lill-Kummissjoni tistabbilixxi r-regoli u l-proċeduri li japplikaw il-preżentazzjoni u l-għażla ta’ proposti għal programmi.

(15)     Il-kooperazzjoni bejn atturi ekonomiċi ta’ Stati Membri differenti tikkontribwixxi b’mod sostanzjali għall-valur miżjud Ewropew u għall-viżibbiltà akbar tad-diversità tal-prodotti agrikoli. Minkejja l-prijorità mogħtija lil programmi li ġew żviluppati b’mod konġunt bejn l-organizzazzjonijiet proponenti fi Stati Membri differenti, fil-perjodu 2001-11 dawn tal-aħħar kienu responsabbli biss għal 16 % tal-baġit allokat għal azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 3/2008. Arranġamenti ġodda għandhom għalhekk jiġu introdotti, partikolarment fir-rigward tal-ġestjoni baġitarja, sabiex jingħelbu l-ostakli eżistenti għall-implimentazzjoni.

(16)     Jeħtieġ li jiġu ddefiniti l-kriterji tal-finanzjament ta-azzjonijiet. Bħala regola ġenerali, l-Unjoni għandha tkopri biss parti mill-ispejjeż tal-programmi, bil-għan li l-organizzazzjonijiet proponenti interessati jieħdu f’idejhom ir-responsabbiltà. Ċerti spejjeż amministrattivi u tal-persunal li mhumiex marbuta mal-implimentazzjoni tal-PAK jiffurmaw parti integrali ta’ azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni u jistgħu jkunu eliġibbli għal finanzjament mill-Unjoni.

(17)     Kull miżura għandha tkun suġġetta għal monitoraġġ u evalwazzjoni sabiex tittejjeb il-kwalità tiegħu u tingħata prova tal-kisbiet tiegħu. F’dan il-kuntest għandha tiġi ddeterminata lista ta’ indikaturi u l-impatt tal-politika tal-promozzjoni għandu jiġi vvalutat mill-Kummissjoni b’rabta mal-objettivi strateġiċi tagħha. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi qafas ta’ monitoraġġ u ta’ evalwazzjoni għal din il-politika li jkun konsistenti mal-qafas ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni komuni tal-PAK.

(18)     Sabiex ikunu żgurati l-koerenza, l-effettività u l-ġestjoni soda tal-miżuri previsti f’dan ir-Regolament, kif ukoll l-użu effiċjenti tal-fondi tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ta’ delega skont l-Artikolu 290 tat-Trattat, fir-rigward tal-kundizzjonijiet speċifiċi ta’ viżibilità tal-marki u l-indikazzjoni tal-oriġini tal-prodotti, il-kriterja biex tkun iddeterminata l-eliġibilità tal-organizzazzjonijiet proponenti, il-kondizzjonijiet li jirregolaw offerti kompetittivi bejn l-organizzazzjonijiet implimentattivi u l-kundizzjonijiet skont liema l-organizzazzzjoni proponenti tista’ tkun awtorizzata timplimenta hija stess ċerti partijiet tal-programm, u fl-aħħar nett, il-kundizzjonijiet speċifiċi li jiddeterminaw l-eliġibbiltà tal-ispejjeż ta’ azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni għal programmi sempliċi. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż l-użu ta' esperti esterni. Il-Kummissjoni, hija u tipprepara u tfassal atti ta’ delega, għandha tiżgura illi d-dokumenti rilevanti jintbagħtu simultanjament, fil-ħin u kif suppost lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(19)     Sabiex tiġi ffaċilitata t-tranżizzjoni mis-sistema stabbilita mir-Regolament (KE) Nru 3/2008 għas-sistema stabbilita minn dan ir-Regolament, xieraq li s-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat tiġi ddelegata lill-Kummissjoni, fir-rigward tal-istabbiliment ta’ dispożizzjonijiet tranżitorji bejn id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru°3/2008 u dawk ta’ dan ir-Regolament.

(20)     Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tal-kundizzjonijiet ta’ implimentazzjoni skont dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni għall-finijiet tal-adozzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni dwar il-programmi ta’ ħidma li jistabbilixxu l-prijoritajiet strateġiċi, l-għażla ta’ programmi sempliċi, il-monitoraġġ u l-kontroll ta’ programmi sempliċi, ir-regoli dwar il-konklużjoni ta’ kuntratti għall-implimentazzjoni ta’ programmi sempliċi magħżula skont dan ir-Regolament, kif ukoll qafas komuni għall-valutazzjoni tal-impatt tal-programmi. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.[17].

(21)     Sabiex tinkiseb aktar konsistenza bejn miżuri ta’ promozzjoni differenti taħt l-ewwel pilastru tal-PAK, għandu jiġi żgurat li l-azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni eżistenti li jaqgħu fil-qafas tar-Regolament (UE) Nru …/20… [COM(2011)626] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [18] huma kompatibbli mal-prijoritajiet strateġiċi li għandhom jiġu ddefiniti fil-livell orizzontali fuq il-bażi ta’ dan ir-Regolament.

(22)     Minħabba r-rabtiet li jeżistu bejn il-politika ta’ promozzjoni u l-istrumenti l-oħra tal-PAK, l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament jistgħu jintlaħqu b’mod aktar effettiv fil-livell tal-Unjoni minħabba l-garanzija pluriennali tal-finanzjament mill-Unjoni u minħabba l-iffokar ta’ dawn fuq prijoritajiet definiti b’mod ċar. Dan ir-Regolament, għalhekk, huwa skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà, kif stipulat fl-Artikolu 5(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Billi l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament huwa limitat għal dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu l-objettivi tiegħu, jirrispetta wkoll il-prinċipju ta’ proporzjonalità stipulat fl-Artikolu 5(4) ta’ dak it-Trattat.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Kapitolu I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

L-azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni tal-prodotti agrikoli u ta’ ċerti prodotti alimentari bbażati fuq prodotti agrikoli (minn hawn ’l quddiem imsejħa “azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni’), implimentati fis-suq intern jew fil-pajjiżi terzi jistgħu jiġu ffinanzjati mill-baġit tal-Unjoni, kollha kemm huma jew parzjalment, bil-kundizzjonijiet previsti b’dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Azzjonijiet fis-suq intern

1.           It-tipi ta’ azzjonijiet eliġibbli fis-suq intern huma dawn li ġejjin:

a)      l-azzjonijiet ta’ informazzjoni bil-għan li jenfasizzaw il-karatteristiċi speċifiċi tal-metodi tal-produzzjoni agrikola tal-Unjoni, partikolarment f’termini ta’ sigurtà tal-ikel, tal-awtentiċità, tal-aspetti nutrittivi u tas-saħħa, tal-benesseri tal-annimali u tar-rispett għall-ambjent;

b)      l-azzjonijiet ta’ informazzjoni dwar it-temi rilevanti għall-Unjoni, imsemmija fl-Artikolu 5(4).

Artikolu 3

Azzjonijiet fil-pajjiżi terzi

L-azzjonijiet eliġibbli fil-pajjiżi terzi huma dawn li ġejjin:

a)           l-azzjonijiet ta’ informazzjoni bil-għan li jenfasizzaw il-karatteristiċi tal-prodotti agrikoli u tal-ikel u dwar it-temi msemmija fl-Artikolu 5(4);

b)           l-azzjonijiet ta’ promozzjoni bil-għan li jżidu l-bejgħ tal-prodotti agrikoli u tal-ikel li joriġinaw mill-UE.

Artikolu 4

Karatteristiċi tal-azzjonijiet

1.           L-azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni mhumiex orjentati skont marki kummerċjali. Madankollu, il-marki tal-prodotti jistgħu jkunu viżibbli matul wirjiet jew avvennimenti ta’ tidwiq tal-prodotti u fuq l-informazzjoni u l-materjal promozzjonali f’konformità ma’ kundizzjonijiet speċifiċi li għandhom jiġu adottati skont l-Artikolu 6(a).

2.           L-azzjonijiet ta’ informazzjoni ma għandhomx iħajru l-konsum ta’ prodott minħabba l-oriġini tiegħu. Madankollu, l-oriġini ta’ prodotti jistgħu jkunu viżibbli fuq informazzjoni u materjal promozzjonali f’konformità ma’ kundizzjonijiet speċifiċi li għandhom jiġu adottati skont l-Artikolu 6(b).

3.           L-azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni huma implimentat fil-qafas ta’:

a)      programmi ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni (minn hawn’ il quddiem imsejħa “programmi”) li jimmiraw, fuq il-bażi ta’ sett ta’ operazzjonijiet koerenti, biex itejbu l-informazzjoni dwar it-temi jew il-prodotti inkwistjoni kif ukoll il-bejgħ ta’ dawn il-prodotti;

b)      inizjattivi tal-Kummissjoni.

Artikolu 5

Prodotti u temi eliġibbli

1.           Il-prodotti li ġejjin jistgħu jkunu s-suġġett ta’ azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni msemmija fl-Artikolu 3 u juru l-metodi tal-produzzjoni u t-temi msemmija fl-Artikolu 2 u fil-punt (a) tal-Artikolu 3:

a)      il-prodotti agrikoli elenkati fl-Anness I tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (minn hawn’ il quddiem imsejjaħ “it-Trattat”), esklużi l-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru [COM (2011)416] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[19] u t-tabakk;

b)      il-prodotti tal-ikel ibbażati fuq prodotti agrikoli elenkati fil-paragrafu I tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

c)      xorb spirituż (spirti tax-xorb) b’indikazzjoni ġeografika protetta skont ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.[20].

2.           L-inbid jista’ jkun is-suġġett ta’ azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni sakemm prodotti oħra kif imsemmija fil-paragrafu 1(a) jew (b) huma wkoll koperti mill-programm inkwistjoni.

3.           Fir-rigward tal-ispirti tax-xorb kif imsemmi fil-paragrafu 1(c) u tal-inbid kif imsemmi fil-paragrafu 2, l-azzjonijiet li jimmiraw is-suq intern huma limitati biex jgħarrfu lill-konsumaturi dwar l-iskemi Ewropej tal-kwalità dwar l-indikazzjonijiet ġeografiċi.

4.           It-temi msemmija fl-Artikolu 2, il-punt (b) u fl-Artikolu 3, il-punt (a) huma dawn li ġejjin:

a)      l-iskemi tal-kwalità stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1151/2012, ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 u fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE) XXX/20… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [ta’... li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS Unika) (COM (2011)626)];

b)      il-metodu ta’ produzzjoni organika kif definit bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007[21];

c)      is-simbolu grafiku tal-prodotti agrikoli ta’ kwalità li huma speċifiċi għar-reġjuni ultraperiferiċi kif definiti fl-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 228/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[22].

Artikolu 6

Setgħat ta’ delega

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ delega skont l-Artikolu 23 fir-rigward ta’:

a)           il-kundizzjonijiet speċifiċi tal-viżibbiltà tal-marki kummerċjali waqt wirjiet jew avvenimenti ta’ tidwiq ta’ prodotti u dwar il-materjal ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni kif deskritti fl-Artikolu 4(1).

b)           il-kundizzjonijiet marbuta mar-referenza tal-oriġini tal-prodotti kif imsemmija fl-Artikolu 4(2).

Kapitolu II

Implimentazzjoni tal-AZZJONIJIET TA’ INFORMAZZJONI U TA’ PROMOZZJONI

Taqsima 1

Dispożizzjonijiet komuni

Artikolu 7

L-entitajiet proponenti

Il-programm jista’ jiġi propost minn:

a)           organizzazzjonijiet professjonali jew interprofessjonali nazzjonali;

b)           organizzazzjonijiet professjonali jew interprofessjonali tal-Unjoni;

c)           l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jew assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi, kif definiti fl-Artikoli 106 u 107 tar-Regolament (UE) XXX/20.. tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [ta’... li jistabbilixxi organizzazzjoni komuSni tas-swieq fi prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS Unika) (COM(2011)626)].

Artikolu 8

Programm ta’ Ħidma

1.           L-azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni għandhom jikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-kompetittività tal-agrikoltura Ewropea kemm fis-suq intern kif ukoll fil-pajjiżi terzi. L-għanijiet li għandhom jintlaħqu se jiġu stabbiliti fil-programm ta’ ħidma msemmi fil-paragrafu 2.

2.           Permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni tadotta programm ta’ ħidma li jistabbilixxu l-għanijiet li jiġu segwiti, il-prijoritajiet, ir-riżultati mistennija, l-arranġamenti ta’ implimentazzjoni u l-ammont totali tal-pjan ta’ finanzjament. Dan jinkludi wkoll il-kriterji prinċipali għall-evalwazzjoni, deskrizzjoni tal-azzjonijiet li għandhom jiġu ffinanzjati, indikazzjoni tal-ammont allokat għal kull azzjoni, skeda indikattiva tal-implimentazzjoni u fil-każ tal-għotjiet, ir-rata massima ta’ kofinanzjament.

L-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu huwa adottat skont il-proċedura ta’ konsultazzjoni msemmija fl-Artikolu 24(3).

3.           Il-programm ta’ ħidma msemmi fil-paragrafu 1 huwa implimentat permezz tal-pubblikazzjoni mill-Kummissjoni:

a)      għall-programmi sempliċi, sejħa għal proposti li tindika, notevolment il-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni u l-kriterji ewleni għall-valutazzjoni.

b)      għall-programmi multi, ta’ sejħa għal proposti skont it-Titolu VI tal-Parti I tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012[23].

Artikolu 9

Il-programmi

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

a)           “programm sempliċi’: programm li jista’ jitressaq minn organizzazzjoni proponenti waħda jew aktar, kif imsemmija fl-Artikolu 7(a) jew (c), u ġejjin minn wieħed u l-istess Stat Membru;

b)           “programm multi”: programm li jista’ jitressaq minn bosta organizzazzjonijiet proponenti, kif imsemmija fl-Artikolu 7(a) jew (c), u ġejjin minn bosta Stati Membri, jew minn organizzazzjoni Ewropea jew aktar, kif imsemmija fl-Artikolu 7(b).

Artikolu 10

Azzjonijiet bl-inizjattiva tal-Kummissjoni

1.           Il-Kummissjoni tista’ timplimenta azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni kif deskritti fl-Artikoli 2 u 3. Dawn l-azzjonijiet jistgħu jieħdu l-forma b’mod partikolari, ta’ parteċipazzjoni f’fieri kummerċjali u f’esponimenti ta’ importanza internazzjonali, bil-ħolqien ta’ stands jew operazzjonijiet maħsuba biex jippromwovu r-reputazzjoni tal-prodotti tal-Unjoni.

2.           Il-Kummissjoni tiżviluppa s-servizzi ta’ appoġġ tekniku, b’mod partikolari bil-ħsieb li trawwem l-għarfien dwar swieq differenti, li żżomm netwerk kummerċjali dinamiku madwar politika ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni u li ttejjeb l-għarfien dwar dispożizzjonijiet leġiżlattivi li jikkonċernaw l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-programmi.

Artikolu 11

Esklużjoni ta’ fffinanzjar doppju

L-azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni li jirċievu appoġġ finanzjarju Ewropew ieħor, b’mod partikolari skont ir-Regolament (UE) XXXX/20.. tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [ta’ … dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (COM(2011)627)[24]] jew skont ir-Regolament (UE) XXX/20… [tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ ... li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS Unika) (COM(2011)626)], ma jistgħux jirċievu finanzjament mill-Unjoni skont dan ir-Regolament.

Taqsima 2

Implimentazzjoni u ġestjoni ta’ programmi sempliċi

Artikolu 12

Għażla ta’ programmi sempliċi

1.           Il-Kummissjoni għandha tevalwa u tagħżel proposti għal programmi sempliċi wara s-sejħa għal proposti msemmija fl-Artikolu 8(3)(a).

2.           Permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni tiddeċiedi dwar il-programmi sempliċi magħżula, dwar it-tibdiliet li għandhom isiru lilhom, u dwar il-baġits korrispondenti. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni huma adottati skont il-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 24(2).

Artikolu 13

Korpi inkarigati bit-twettiq tal-programmi sempliċi

Wara sejħa għall-offerti kompetittiva bil-proċedura xierqa, l-organizzazzjoni proponenti għandha tagħżel il-korpi li se jimplimentaw programmi sempliċi magħżula bil-ħsieb, b’mod partikolari, biex jiġi żgurat li l-miżuri huma implimentati b’mod effikaċi.

Artikolu 14

Implimentazzjoni, monitoraġġ u kontroll tal-programmi sempliċi

1.           L-Istati Membri kkonċernati huma responsabbli għat-twettiq tajjeb tal-programmi sempliċi magħżula msemmija skont l-Artikolu 12, kif ukoll għall-pagamenti relatati. L-Istati Membri għandhom jieħdu ħsieb li l-materjal ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni li jiġi prodott fil-kuntest tal-programmi msemmija jikkonformaw mar-regoli tal-Unjoni.

2.           L-Istati Membri jimplimentaw, jissorveljaw u jikkontrollaw il-programmi sempliċi f’konformita mar-Regolament (UE) Nru XXXX/20.. tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [ta’... dwar il-finanzjament, l-immaniġġjar u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni (COM(2011) 628] u skont l-arranġamenti li għandhom jiġu adotatti skont il-punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 22.

Artikolu 15

Dispożizzjonijiet finanzjarji relatati mal-programmi sempliċi

1.           Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għal programmi sempliċi ma għandhiex taqbeż il-50 % tal-infiq eliġibbli għall-għajnuna. In-nefqa li tibqa’ titħallas esklussivament mill-organizzazzjonijiet proponenti.

2.           Il-perċentwal imsemmi fil-paragrafu 1 jiżdied għal 60 % għal:

a)      programm sempliċi wieħed jew aktar f’pajjiż terz jew aktar;

b)      l-azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni dwar il-frott u l-ħaxix destinati speċifikament għat-tfal fl-istabbilimenti edukattivi tal-Unjoni,

3.           L-istudji sabiex jiġu evalwati r-riżultati tal-azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni skont l-Artikolu 23 huma eliġibbli għall-finanzjament tal-Unjoni bil-kundizzjonijiet simili għal dawk li jirregolaw il-programm sempliċi.

4.           L-Unjoni tiffinanzja għalkollox l-ispejjeż ta’ konsulenza marbuta mal-għażla tal-programm f’konformità mal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru XXXX/20.. tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [ta’... dwar il-finanzjament, l-immaniġġjar u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni (COM(2011) 628].

5.           Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni xierqa tal-programmi sempliċi, l-organizzazzjonijiet proponenti għandhom jipprovdu garanziji.

7.           L-Unjoni għandha tiffinanzja azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni implimentati permezz tal-programmi sempliċi skont l-Artikolu 4(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru XXXX/20.. tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [ta’... dwar il-finanzjament, l-immaniġġjar u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni (COM (2011) 628)].

Taqsima 3

Implimentazzjoni u ġestjoni tal-programmi multi u tal-azzjonijiet bl-inizjattiva tal-Kummissjoni

Artikolu 16

Tipi ta’ finanzjament

1.           Il-finanzjament jista’ jieħu wieħed jew aktar mill-forom previsti mir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, u b’mod partikolari dan jikkonsist fi:

a)      għotjiet għall-programmi multi;

b)      swieq għall-azzjonijiet bl-inizjattiva tal-Kummissjoni.

2.           Il-finanzjament mill-Unjoni ta’ azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni implimentati permezz tal-programmi multi jew bl-inizjattiva tal-Kummissjoni jsir skont l-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru XXXX/20.. tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [ta’... dwar il-finanzjament, l-immaniġġjar u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni (COM(2011) 628)].

Artikolu 17

Evalwazzjoni tal-programmi multi

Il-proposti għal programmi multi huma evalwati u magħżula fuq il-bażi tal-għażla u tal-għoti imħabbrin fis-sejħa għal proposti msemmija fl-Artikolu 8(3)(b).

Artikolu 18

Dispożizzjonijiet finanzjarji relatati mal-programmi multi

Ir-rata massima ta’ kofinanzjament hija stabbilita għal 60 % tal-ispejjeż totali eliġibbli għall-programmi multi.  In-nefqa li tibqa’ titħallas esklussivament mill-organizzazzjonijiet proponenti.

Artikolu 19

L-akkwist għal azzjonijiet implimentati bl-inizjattiva tal-Kummissjoni

Kwalunkwe akkwist effettwat mill-Kummissjoni f’isimha stess jew flimkien ma’ Stati Membri huwa soġġett għar-regoli dwar l-akkwist stipulati fir-Regolament (UE) Nru 966/2012 u fir-Regolament ta’ delega (UE) Nru 1268/2012.

Artikolu 20

Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni

1.           Il-Kummissjoni tieħu miżuri xierqa sabiex tiżgura li, meta jiġu implimentati azzjonijiet iffinanzjati skont din it-taqsima, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jiġu mħarsa bl-applikazzjoni ta’ miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra, b’kontrolli effikaċi u, jekk jiġu skoperti irregolaritajiet, bl-irkupru tal-ammonti li jkunu tħallsu bi żball u, fejn xieraq, b’penali amministrattivi u finanzjarji effikaċi, proporzjonali u dissważivi.

2.           Il-Kummissjoni jew ir-rappreżentanti tagħha u l-Qorti tal-Awdituri jkollhom is-setgħa li jawditjaw, abbażi tad-dokumenti u fuq il-post, fir-rigward tal-benefiċjarji kollha tal-għotja, kuntratturi u subkuntratturi li jkunu rċevew il-fondi tal-Unjoni.

3.           L-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista’ jwettaq investigazzjonijiet, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, skont id-dispożizzjonijiet u l-proċeduri stipulati fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[25] u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96[26] bil-għan li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b’rabta ma’ ftehim ta’ għotja jew ma’ deċiżjoni ta’ għotja jew ma’ kuntratt iffinanzjat mill-Unjoni.

4.           Bla preġudizzju għall-paragrafi 1, 2 u 3, il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali, kuntratti, ftehimiet ta’ għotja u deċiżjonijiet ta’ għotja, li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta’ dan il-Programm fihom dispożizzjonijiet li espressament jagħtu s-setgħa lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-OLAF biex iwettqu tali awditjar u investigazzjonijiet, skont il-kompetenzi rispettivi tagħhom.

Taqsima 4

Setgħat ta’ delega u setgħat ta’ implimentazzjoni

Artikolu 21

Setgħat ta’ delega

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ delega skont l-Artikolu 23 fir-rigward ta’:

(a) il-kondizzjonijiet speċifiċi skont liema kull waħda mill-organizzazzjonijiet proponenti msemmija fl-Artikolu 7 tista’ tissottometti programm, b’mod partikolari bil-għan li tiggarantixxi li r-rappreżentanza tal-organizzazzjonijiet u l-programm huwa ta’ skala sinifikanti;

(b) il-kondizzjonijiet skont liema l-organizzazzjoni proponenti tista’ tkun awtorizzata timplimenta hija stess ċerti partijiet tal-programm permezz ta’ deroga mill-Artikolu 13;

(c) il-kondizzjonijiet li jirregolaw offerti kompetittivi min-naħa tal-korpi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 13;

(d) il-kondizzjonijiet speċifiċi ta’ eliġibbiltà għall-programmi sempliċi, l-ispejjeż tal-azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni u, fejn meħtieġ, l-ispejjeż amministrattivi u tal-persunal.

Artikolu 22

Setgħat ta’ implimentazzjoni

Il-Kummissjoni tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni:

a)           l-arranġamenti għall-implimentazzjoni, ta’ monitoraġġ u ta’ kontroll imsemmija fl-Artikolu 14(2);

b)           ir-regoli li jikkonċernaw il-konklużjoni ta’ kuntratti għall-implimentazzjoni tal-programmi sempliċi approvati skont dan ir-Regolament,

Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni huma adottati skont il-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 24(2).

Kapitolu III

DELEGI TA’ SETGĦAT, DISPOŻIZZJONIJIET TA’ IMPLIMENTAZZJONI, TRANSITORJI U FINALI

Taqsima 1

Delega tas-setgħat u dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni

Artikolu 23

Eżerċizzju tad-delega

1.           Is-setgħa li tadotta atti ta’ delega hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.           Is-setgħa li jiġu adottati l-atti ta’ delega msemmija f’dan ir-Regolament għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien mhux determinat mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

3.           Id-delega ta’ setgħa msemmija f’dan ir-Regolament tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-Deċiżjoni. Ir-revoka tieħu effett fil-jum wara dak tal-publikazzjoni tad-Deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data oħra li tkun speċifikata fiha. M’għandhiex taffettwa l-validità ta’ atti ta’ delega diġà fis-seħħ.

4.           Hekk kif tadotta att ta’ delega, il-Kummissjoni għandha tinnotifika dan simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.           Att ta’ delega adottat skont dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun tqajmet l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn ikunu għarrfu lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 24

Proċedura ta’ kumitat

1.           Il-Kummissjoni hija assistita mill-Kumitat għall-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli stabbilit bl-Artikolu 162 tar-Regolament (UE) XXXX/20.. [tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ …. li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli (ir-Regolament dwar l-OKS Unika)].      Dak il-kumitat huwa kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.           Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.           Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Taqsima 2

Konsultazzjoni, evalwazzjoni u rapport

Artikolu 25 Konsultazzjoni

Fil-qafas tal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tista’ tikkonsulta l-grupp konsultattiv “promozzjoni tal-prodotti agrikoli” stabbilti bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/391/KE[27].

Artikolu 26

Evalwazzjoni tal-impatt tal-miżuri

B’mod koerenti mal-qafas komuni ta’ monitoraġġ u ta’ evalwazzjoni tal-politika agrikola komuni previst bl-Artikolu 110 tar-Regolament (UE) Nru …/20.. [COM(2011)628], skont l-Artikolu 24(2), il-Kummissjoni tiddetermina l-qafas komuni għall-valutazzjoni tal-impatt tal-programmi ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni ffinanzjati skont dan ir-Regolament, kif ukoll sistema ta’ indikaturi.

Il-partijiet kollha kkonċernati jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-tagħrif u l-informazzjoni kollha neċessarji biex tkun tista’ ssir il-valutazzjoni tal-impatt tal-azzjonijiet.

Artikolu 27 Rapport

Qabel il-31 ta’ Diċembru [2020], il-Kummissjoni tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, akkumpannjat minn proposti xierqa, skont il-każ.

Taqsima 3

Dispożizzjonijiet transitorji u finali

Artikolu 28 Emenda tar-Regolament (UE) Nru …/20… [COM(2011)626]

Ir-Regolament (KE) Nru …/20… [COM(2011)626] huwa emendat kif ġej:

a)           fl-Artikolu 34(2), jiżdied is-subparagrafu l-ġdid li ġej:

“L-istrateġija nazzjonali trid tkun kompatibbli mal-prijoritajiet strateġiċi definiti fil-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru XXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*.

*        Ir-Regolament (UE) Nru XXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ …. dwar azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni għall-prodotti agrikoli fis-suq intern u fil-pajjiżi terzi (ĠU L……..)”

b)           il-paragrafu li ġej jiżdied mal-Artikolu 43:

“5.     Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 huma kompatibbli mal-prijoritajiet strateġiċi definiti fil-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru°XXX.”

Artikolu 29

Għajnuna mill-Istat

B’deroga mill-Artikolu 146 tar-Regolament (UE) XXXX/20.. [tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill * ta’... li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS Unika) (COM(2011) 626)] u mill-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2006[28], u bis-saħħa tal-Artikolu 42, l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat, l-Artikoli 107, 108 u 109 tat-Trattat ma għandhomx japplikaw għal pagamenti magħmulin mill-Istati Membri skont dan ir-Regolament u f’konformità mad-dispożizzjonijiet tagħha, u lanqas mal-kontribuzzjonijiet finanzjarji li ġejjin minn dħul parafiskali jew minn kontributi obbligatorji tal-Istati Membri, fil-każ ta’ programmi eliġibbli għall-appoġġ tal-Unjoni skont l-Artikolu 42, it-tieni subparagrafu, tat-Trattat li l-Kummissjoni tkun għażlet f’konformità ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 30 Tħassir

Ir-Regolament (KE) Nru 3/2008 huwa mħassar.

Ir-referenzi għar-Regolament imħassar jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni mniżżla fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 31

Dispożizzjonijiet transitorji

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta l-atti ta’ delega f’konformita mal-Artikolu 21 biex tiżgura t-tranżizzjoni bejn id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 3/2008 u dawk ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 32

Dħul fis-seħħ u data tal-applikazzjoni

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

[Ir-Regolament japplika minn ……]

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew                           Għall-Kunsill

Il-President                                                    Il-President

ANNESS

IT-TABELLA TA’ KORRELAZZJONI msemmija fl-Artikolu 30

Ir-Regolament (KE) Nru 3/2008 || Dan ir-Regolament

L-Artikolu 1 (1), l-ewwel subparagrafu L-Artikolu 1 (1) it-tieni subparagrafu L-Artikolu 1(2) L-Artikolu 2 L-Artikoli 3 u 4. L-Artikolu 5 L-Artikolu 6(1) L-Artikolu 6(2) L-Artikolu 7 L-Artikolu 8 L-Artikolu 9 L-Artikolu 10 L-Artikolu 11 L-Artikolu 12(1) L-Artikolu 12(2) L-Artikolu 13(1) L-Artikolu 13 (2), l-ewwel subaragrafu L-Artikolu 13(2), it-tieni subparagrafu L-Artikolu 13(2), it-tielet subparagrafu L-Artikolu 13(3), (4) u (5) L-Artikolu 13(6) L-Artikolu 14 L-Artikoli 15 u 16. L-Artikolu 17 L-Artikolu 18 L-Artikolu 19 L-Artikolu 20 || L-Artikolu 1 L-Artikolu 4(3)(a) L-Artikolu 4(1) u (2) L-Artikolu 2 u 3 Artikolu 5 L-Artikolu 8(1) L-Artikolu 7 --- --- L-Artikoli 12 u 17. --- L-Artikolu 10 L-Artikolu 13 --- L-Artikolu 14 L-Artikolu 16(1)(b) L-Artikolu 15(1) L-Artikolu 15(2) --- --- L-Artikolu 29 L-Artikoli 15(6) u 16(2) L-Artikoli 23 u 24. L-Artikolu 25 L-Artikolu 27 L-Artikolu 30 L-Artikolu 32

Ir-Regolament (KE) Nru 3/2008 kif allinjati mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat ta’ Liżbona fuq il-proposta għal Regolament (UE) Nru°  XXX/20.. [COM(2011)663] || Dan ir-Regolament

L-Artikolu 1(1), l-ewwel subparagrafu L-Artikolu 1(1), it-tieni u t-tielet subparagrafi L-Artikolu 1(2) L-Artikolu 1(3) L-Artikolu 1(4) L-Artikolu 2 L-Artikoli 3 u 4. L-Artikolu 5 L-Artikolu 6(1) L-Artikolu 6(2) L-Artikolu 7 L-Artikolu 8 L-Artikolu 9 L-Artikolu 10 L-Artikolu 11 L-Artikolu 12(1) L-Artikolu 12(2) u (3) L-Artikolu 13(1) L-Artikolu 13 (2), l-ewwel subparagrafu L-Artikolu 13(2), it-tieni subparagrafu L-Artikolu 13(2), it-tielet subparagrafu L-Artikolu 13(3), (4) u (5) L-Artikolu 13(6) L-Artikolu 13(7) L-Artikolu 13(8) L-Artikolu 13(9) L-Artikolu 14 L-Artikolu 15(a) L-Artikolu 16(a) L-Artikolu 16(b) L-Artikolu 17 L-Artikolu 18 L-Artikolu 19 L-Artikolu 20 || L-Artikolu 1 L-Artikoli 4(3) u 8(2) L-Artikolu 4(1) u (2) L-Artikolu 8(2) --- L-Artikoli 2 u 3 L-Artikolu 5 L-Artikolu 8(2) L-Artikolu 7 --- --- L-Artikoli 12, 17 u 18 --- L-Artikolu 10 L-Artikoli 13, 19 u 21(b) 14 L-Artikolu 16(2) L-Artikolu 15 L-Artikolu 15(2) L-Artikolu 29 L-Artikolu 11 L-Artikolu --- L-Artikolu 15(5) L-Artikolu 22 L-Artikoli 15(6) u 16(2) --- L-Artikolu 23 L-Artikolu 24 L-Artikolu 25 L-Artikolu 27 L-Artikolu 30 L-Artikolu 32

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.           QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

1.1.        Titolu tal-proposta

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) dwar azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni għall-prodotti agrikoli fis-suq intern u fil-pajjiżi terzi

1.2.        Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernata/i fl-istruttura ABM/ABB[29]

Titolu tal-Qasam ta’ Politika 05 tal-Intestatura 2

1.3.        Natura tal-proposta

X Il-proposta hija relatata ma’ azzjoni ġdida

¨ Il-proposta hija relatata ma’ azzjoni ġdida li ssegwi proġett pilota/azzjoni preparatorja[30]

X Il-proposta hija relatata mal-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti

¨ Il-proposta hija relatata ma’ azzjoni diretta mill-ġdid lejn azzjoni ġdida

Il-proposta tikkonċerna estensjoni ta’ azzjoni eżistenti iżda bl-introduzzjoni ta’ aspetti ġodda.

1.4.        Għan(ijiet)

1.4.1.     Għan(ijiet) strateġiċi pluriennali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta

Il-proposta għandha fil-mira tagħha l-użu effikaċi tar-riżorsi, għall-fini ta’ tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv għas-settur tal-agrikoltura tal-UE f’konformità mal-Istrateġia Ewropa 2020.

B’mod simili bħall-politika agrikola komuni (PAK) tal-UE, il-politika tal-promozzjoni Ewropea favur il-prodotti agrikoli ssegwi l-għanijiet tar-riforma tal-PAK għall-programm Orizzont 2020 u b.mod partikolari, l-għan tat-tisħiħ tal-kompetittività tas-settur agrikolu kemm fis-suq intern kif ukoll fil-pajjiżi terzi.

1.4.2.     Għan(ijiet) speċifiku(iċi) u attività(jiet) ABM/ABB ikkonċernati

L-għan speċifiku

Li titjieb il-kompetittività tas-settur agrikolu u jissaħħaħ is-sehem tal-valur tagħha fil-katina alimentari

Attività(jiet) ABM/ABB ikkonċernata(i)

05 02 “Interventi fis-swieq agrikoli”

1.4.3.     Riżultat(i) u impatt(i) mistennija

Skont din il-proposta, il-politika tal-promozzjoni se jkollha strateġija globali li bis-saħħa tagħha tkun tista’ twieġeb b’mod immirat u effikaċi għall-opportunitajiet ekonomiċi fil-pajjiż terzi, pereżempju b’rabta mal-ftehimiet tal-kummerċ liberu, u mal-ħtieġa ta’ informazzjoni dwar il-vantaġġi ta’ prodotti agrikoli Ewropej.

L-istrateġija tal-promozzjoni se tiddefinixxi l-messaġġi li għandhom jitwasslu, li b’mod partikolari se jisħqu fuq l-elementi speċifiċi tal-PAK jiġifieri l-metodi tal-produzzjoni sostenibbli u l-iskemi tal-kwalita tagħha.

F’termini ta’ impjiegi, l-impatt se jkun marbut ma’ riperkussjonijiet ekonomiċi mistennija, iżda din il-proposta għandha tikkontribwixxu biex jinżammu l-impjiegi fis-settur agrikolu u tal-ikel, speċjalment fl-intrapriżi żgħar u medji (bis-saħħa tal-prijorità li l-istrateġija tagħti lilhom), li jirrappreżentaw 99 % tal-intrapriżi agroalimentari u 63 % tal-impjiegi f’dan is-settur.

Żieda fl-għadd ta’ programmi li jinvolvu organizzazzjonijiet minn pajjiżi differenti tal-UE (imsejħa programmi ta’ pajjiżi multipli), b’valur miżjud Ewropew għoli, hija mistennija b’konsegwenza tas-semplifikazzjoni tal-għażla u tal-ġestjoni, realizzati fil-livell tal-Kummissjoni, mingħajr ma l-Istati Membri jkunu involuti fi stadju intermedjarju.

1.4.4.     Indikaturi tar-riżultati u tal-impatti

L-indikaturi ġew stabbiliti fi tliet livelli differenti skont l-għanijiet:

Indikaturi tal-impatt:

-        Il-Bilanċ Kummerċjali Agrikolu Ewropew;

-        Dħul agrikolu.

Indikaturi tar-riżultati:

-        L-esportazzjonijiet agrikoli Ewropej;

-        Il-valur tal-produzzjoni ta’ prodotti bid-denominazzjonijiet Ewropej ta’ kwalità u l-importanza tal-biedja organika (indikaturi li jkejlu indirettament is-suċċess tal-istrateġija — temi ta’ prijorità...);

-        Il-perċezzjoni tal-konsumaturi tar-reputazzjoni tal-prodotti (stħarriġ, rapporti tal-Eurobarometer, eċċ.).

Indikaturi tal-implimentazzjoni:

-        L-għadd ta’ programmi (Suq intern/Pajjiżi terzi);

-        Benefiċjarji ġodda (l-organizzazzjonijiet proponenti bħala proporzjon tan-numru totali ta’ organizzazzjonijiet proponenti);

-        L-għadd ta’ programmi ta’ pajjiżi multipli.

1.5.        Raġuni(jiet) għall-proposta

1.5.1.     Rekwiżit(i) li għandhom jiġu ssodisfati fuq perjodu qasir jew twil

Il-problema prinċipali hija aktar pressjoni fuq il-kompetittività tas-settur agrikolu li tirriżulta minn tliet fatturi differenti:

-        Kompetizzjoni qawwija min-naħa tal-pajjiżi terzi vis-a-vis il-prodotti agrikoli Ewropej;

-        Żieda fir-rekwiżiti li għandhom jiġu rispettati mill-agrikolturi u fl-ispejjeż għall-ekonomija agrikola fl-UE. Pereżempju, fil-perjodu 2000-12 il-prezzijiet agrikoli dinjin, żdiedu bi 82 % filwaqt li l-prezzijiet tal-enerġija żdiedu b’261 % u l-prezzijiet tal-fertilizzanti b’286 %, u b’hekk is-settur qed jiffaċċja l-ogħla livell ta’ volatilità f’dawn l-aħħar tliet deċennji;

-        Livell baxx ta’ għarfien dwar il-merti tal-prodotti agrikoli tal-UE, speċjalment fuq is-suq intern. Pereżempju, il-maġġoranza tal-Ewropej iqisu li l-prijorità ewlenija għall-Unjoni Ewropea  f’termini tal-politika agrikola u l-politika dwar l-iżvilupp rurali hija li jiġi żgurat li prodotti agrikoli huma ta’ kwalità tajba, b’saħħithom u sikuri. Fl-istess ħin, 14 % biss tal-Ewropej jirrikonoxxu l-lowgos DPO[31]/IĠP[32], li jikkostitwixxu wieħed mill-fatturi ewlenin ta’ skemi Ewropej ta’ kwalità stabbilita mill-Unjoni.

1.5.2.     Valur miżjud tal-involviment tal-UE

Il-politika agrikola komuni hija politika Ewropea ġenwina. Minflok 28 politika agrikola, l-Istati Membri jikkondividu r-riżorsi tagħhom sabiex iħaddmu politika Ewropea b’baġit komuni u b’regoli komuni, inkluż dwar il-kwistjoni ta’ promozzjoni. B’mod partikolari, f’suq uniku azzjoni fil-livell tal-UE se jkollha effett importanti ta’ ingranaġġ biex (a) ikun eħfef li wieħed iwaqqaf programmi ta’ informazzjoni ġenerika li, min-natura tagħhom stess, rarament huma implimentati mill-Istati Membri jew mill-intrapriżi, u fil-kuntest attwali b’mod partikolari minħabba l-kriżi ekonomika, u (b)  jiġu implimentati programmi ta’ pajjiżi multipli li jwasslu biex ikun hemm skambju ta’ esperjenzi bejn l-Istati Membri kif ukoll ekonomiji ta’ skala.

1.5.3.     Tagħlimiet minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

Azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni dejjem iffurmaw parti mill-PAK. Sa mill-1999, il-PAK b’mod speċifiku ssostni azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni fi ħdan is-setturi agrikoli u agroalimentari Ewropej fis-suq intern u fil-pajjiżi terzi permezz ta’ skema orizzontali ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni tal-prodotti agrikoli.

Hemm bosta indikazzjonijiet li politika ta’ promozzjoni Ewropea għandha rwol pożittiv, u fl-aħħar mill-aħħar tippermetti lill-produtturi agrikoli Ewropej li jiġu kkumpensati għall-isforzi tagħhom biex jikkonformaw mal-istandards għoljin tal-PAK:

-        Fl-2009, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri wettqet awditjar tal-iskema, li kien iffoka fuq l-effikaċja tal-azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni u fuq ir-regolarità tan-nefqa. Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri għandha opinjoni favorevoli tal-iskema, ukoll jekk huwa diffiċli biex jiġi kkwantifikat l-impatt tagħha[33];

-        Il-konklużjonijiet tal-evalwazzjoni tal-iskema ppermettew ukoll analiżi tal-iskema attwali[34];

-        Għalkemm hija rilevanti għal politika pubblika differenti, analiżi tal-kostbenefiċċju tal-programmi tal-iżvilupp tas-swieq ġestiti mill-USDA kkonkludiet li l-esportazzjonijiet agrikoli tal-Istati Uniti żdiedu b’USD 35 għal kull dollaru żejjed minfuq permezz ta’ dawn il-programmi ta’ promozzjoni, u li tnaqqis fil-baġit pubbliku għall-promozzjoni jirriżulta fi tnaqqqis ta’ 50 % tal-esportazzjonijiet agrikoli li huwa stmat għal USD 9 biljun. Għalkemm il-valur ta’ dawn il-proporzjonijiet mhuwiex garantit, huwa interessanti li wieħed jinnota l-aspett pożittiv ċar ħafna tagħhom li appoġġja l-valur pożittiv tal-politiki pubbliċi ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni tal-prodotti agrikoli[35].

1.5.4.     Kompatibilità u sinerġija possibbli ma’ strumenti oħra rilevanti

Meta wieħed iqis il-karatteristiċi speċifiċi tas-setturi differenti, il-proposta tipprevedi li ssaħħaħ is-sinerġiji bejn din l-iskema orizzontali ta’ promozzjoni u l-iskemi settorjali li jeżistu fil-PAK permezz tal-istrateġija ta’ promozzjoni u l-iżvilupp ta’ identità komuni, billi tinkludi l-elementi viżwali u l-kontenut għall-azzjonijiet kollha ta’ promozzjoni.

1.6.        Tul ta’ żmien u impatt finanzjarju:

¨ Proposta b’tul ta’ żmien limitat:

– ¨  Il-proposta fis-seħħ minn … sa …

– ¨  Impatt finanzjarju minn … sa …

X Proposta b’tul ta’ żmien mhux limitat

– Implimentazzjoni b’perjodu tal-bidu fi: (Ara l-punt 3.2.1 hawn taħt),

– segwita minn operazzjoni fuq skala sħiħa.

1.7.        Metodu(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i)[36]

X Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

– ¨ mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

– X  mill-aġenziji eżekuttivi

X Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

¨ Ġestjoni indiretta permezz tad-delega tal-kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja lil:

– ¨ pajjiżi terzi jew il-korpi li jkunu nnominaw;

– ¨ organizzazzjonijet internazzjonali u l-aġenziji tagħhom (jridu jiġu speċifikati);

– ¨il-BEI u l-Fond Ewropew tal-Investiment;

– ¨ korpi msemmijin fl-Artikoli 208 u 209 tar-Regolament Finanzjarju;

– ¨ korpi tal-liġi pubblika;

– ¨ korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku safejn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

– ¨ korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li huma inkarigati biex jimplimentaw sħubija pubblika-privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

– ¨ persuni li huma inkarigati biex jimplimentaw azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, identifikati fl-att bażiku rilevanti.

– Jekk ikun indikat aktar minn metodu wieħed ta’ ġestjoni, jekk jogħġbok agħti d-dettalji fit-taqsima “Kummenti”.

Kummenti

L-iskema hija attwalment ġestita fuq il-bażi ta’ ġestjoni kondiviża (in-nefqa ewlenija marbuta mal-implimentazzjoni tal-programmi) u ta’ ġestjoni diretta ċentralizzata (azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni bl-inizjattiva tal-Kummissjoni).

Il-metodi ta’ ġestjoni involuti fil-proposta huma l-ġestjoni kondiviża u l-ġestjoni diretta.

B’konformità mal-Artikolu 3(4) tar-Regolament (KE) Nru 58/2003, il-Kummissjoni għandha l-intenzjoni li testernalizza ċerti kompiti dwar il-ġestjoni diretta tal-programmi ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni, b’mod partikolari għall-programmi ta’ pajjiżi multipli, lil aġenzija eżekuttiva eżistenti, bil-għan li jipprovdu servizz aktar effiċjenti u jtejbu l-viżibilità tal-UE fl-azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni tal-prodotti agrikoli.

2.           MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.        Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rappurtar:

Ir-regoli jipprovdu għall-evalwazzjoni tal-programmi. Attwalment dawn l-evalwazzjonijiet isiru kull sena u huma ssupplimentati minn valutazzjoni globali fi tmiem il-programm. Qafas komuni għall-valutazzjoni tal-impatt tal-azzjonijiet se jiġi stabbilit f’konformità mal-qafas komuni ta’ monitoraġġ u ta’ evalwazzjoni tal-PAK.

L-evalwazzjoni ta’ azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni se tiġi ssupplimentata minn evalwazzjonijiet regolari esterni tal-iskema.

Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni tal-iskema huwa previst għal mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru [2020].

2.2.        Sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

2.2.1.     Riskju/i identifikat/i

L-iskema orizzontali ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni tal-prodotti agrikoli ilha teżisti mis-sena 2000. Din hija kkontrollata regolarment, u jsiru aġġustamenti fil-proċeduri ta’ monitoraġġ u ta’ kontroll kull meta jitqiesu neċessarji. Fuq il-bażi tal-awditi mwettqa mid-DĠ AGRI u tal-awditi tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, ir-riskji ewlenin li ġew identifikati għall-azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni huma marbutin man-natura intanġibbli ta’ ċerti nfiq u mal-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet lil hinn mill-fruntieri tal-UE.

2.2.2.     Informazzjoni li tikkonċerna s-sistema stabbilita ta’ kontroll intern

Sabiex ikunu limitati r-riskji, se jiġu definiti l-proċeduri tal-għażla, tal-implimentazzjoni, tal-monitoraġġ, tal-kontroll u tal-evalwazzjoni.

B’mod partikolari, il-Kummissjoni se tistabbilixxi proċeduri għall-għażla tal-aħjar programmi u mbagħad dawn tbiddilhom għal strumenti ġuridiċi. Hija se tistabbilixxi wkoll il-kundizzjonijiet speċifiċi ta’ eliġibbiltà tal-ispejjeż tal-azzjonijiet u, skont in-natura tan-nefqa, jista’ jkun il-każ li japplikaw somom f’daqqa, skali ta’ spejjeż, eċċ.  Hija se tqis ukoll l-implimentazzjoni ta’ programmi mill-korpi ta’ implimentazzjoni speċjalizzati, li wħud minnhom se jkunu ġejjin minn barra l-Unjoni Ewropea. Il-proċeduri ta’ kontroll se jiġu stabbiliti għal kull metodu ta’ ġestjoni baġitarja fir-rigward tan-nefqa.

Fil-każ tal-ġestjoni kondiviża, il-qafas tal-kontroll se jkun ibbażat fuq proċeduri komuni ta’ kontroll għall-PAK, kif riveduti fil-qafas tar-riforma (COM (2011) 628), u b’mod partikolari d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni li għandha tiġi pprovduta kull sena minn kull aġenzija ta’ pagamenti.

Fil-każ tal-ġestjoni diretta, il-qafas tal-kontroll tal-għotjiet se jkun ibbażat fuq ir-regoli stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju (UE, Euratom) Nru 966/2012, b’mod partikolari rigward l-implimentazzjoni tal-istandards ta’ kontroll intern tal-Kummissjoni, il-kontrolli ex ante tad-dikjarazzjonijiet kollha u ċ-ċertifikazzjoni tal-metodoloġiji tal-kostijiet, l-awditi ex post fuq kampjun ta’ dikjarazzjonijiet.

Fil-kuntest tal-esternalizzazzjoni tal-ġestjoni tal-programm ta’ promozzjoni, il-Kummissjoni se twettaq ukoll il-miżuri ta’ kontroll meħtieġa għall-Aġenziji Eżekuttivi skont l-Artikolu 65 tar-Regolament Finanzjarju. Hija se tissorvelja u tikkontrolla li l-Aġenzija Eżekuttiva tikseb l-objettivi ta’ kontroll xierqa għall-azzjonijiet li se tkunu fdata biex tamministra. Dan il-monitoraġġ se jkun previst fl-arranġamenti ta’ kooperazzjoni bejn id-Direttorat Ġenerali u l-Aġenzija.

Il-Kummissjoni se tkompli tagħmel awditjar tan-nefqa agrikola, billi tuża approċċ ibbażat fuq ir-riskju sabiex tiżgura li l-eżerċizzji tal-awditjar huma mmirati lejn dawk l-oqsma bl-akbar riskju.

2.2.3.     Stima tal-kosti u tal-benefiċċji tal-kontrolli u valutazzjoni tal-livell mistenni tar-riskju ta’ żball

Il-miżuri ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni se jkunu koperti dejjem bis-sistema eżistenti ta’ ġestjoni u ta’ kontroll għan-nefqa tal-FAEG.

Fir-rigward tal-kostijiet għall-Istati Membri għall-kontrolli, fl-Anness 8 qed tingħata analiżi tal-valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja l-proposti leġiżlattivi dwar ir-riforma tal-PAK (COM (2011) 626).

Fir-rigward tal-kostijiet għall-Kummissjoni, dawn se jkunu ogħla milli fil-preżent minħabba żieda globali fin-nefqa (inkluż irduppjar fin-nefqa attwali taħt ġestjoni kondiviża) u, b’mod partikolari, in-nefqa marbuta ma’ programmi taħt ġestjoni diretta.

Il-ġestjoni diretta tal-programmi ta’ pajjiżi multipli se tkun fattur ġdid għal din l-iskema. Stima bbażata biss fuq il-kostijiet għall-kontroll ta’ programm tal-istess tip se tkun possibbli. Pereżempju, wieħed jista’ jikkwota l-programmi għall-kompetittività tal-intrapriżi u tal-intrapriżi żgħar u medji (COM (2011)834)

Mhuwiex maħsub li l-proposta se twassal għal żieda fir-rata ta’ żball għall-FAEG .

2.3.        Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet

Il-pakkett leġiżlattiv għar-riforma tal-PAK, b’mod partikolari l-proposta għal Regolament dwar il-finanzjament, l-immaniġġjar u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni, għandu l-għan li jżomm u jsaħħaħ is-sistemi dettaljati attwali ta’ kontroll u l-penalitajiet li għandhom jiġu applikati mill-aġenziji ta’ pagamenti, b’karatteristiċi bażiċi komuni u regoli speċifiċi magħmula apposta skont il-partikolaritajiet ta’ kull skema ta’ għajnuna. Ir-Regolament dwar il-finanzjament, l-immaniġġjar u l-monitoraġġ tal-PAK se japplika wkoll għar-regolament futur dwar il-politika ta’ promozzjoni.

Ġeneralment, is-sistemi ta’ kontroll jistipulaw kontrolli amministrattivi eżawrjenti ta’ 100 % tal-applikazzjonijiet tal-għajnuna, kontrolli reċiproċi ma’ bażijiet ta’ dejta oħra fejn dan huwa meqjus xieraq kif ukoll kontrolli fuq il-post ta’ ħlas minn qabel ta’ għadd minimu ta’ tranżazzjonijiet, skont ir-riskju assoċjat mas-sistema inkwistjoni. Jekk dawn il-kontrolli fuq il-post jiżvelaw għadd kbir ta’ irregolaritajiet, għandhom jitwettqu kontrolli addizzjonali.

Il-pakkett leġiżlattiv għar-riforma tal-PAK, fost l-oħrajn, għandu  l-għan li l-Istati Membri jipprevjenu, jidentifikaw u jikkoreġu l-irregolaritajiet u l-frodi, li jimponu penalitajiet effettivi, dissważivi u proporzjonati kif inhu stabbilit fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew fil-liġi nazzjonali, u li jirkupraw kwalunkwe pagament irregolari flimkien mal-imgħax. Il-pakkett jinkludi mekkaniżmu awtomatiku ta’ approvazzjoni għall-każijiet ta’ irregolarità, li jipprevedi li jekk l-irkupru ma jkunx seħħ fi żmien erba’ snin mid-data tat-talba tal-irkupru, jew fi żmien tmien snin f’każ ta’ proċedimenti legali, l-ammonti li ma jiġux irkuprati għandhom jitħallsu mill-Istat Membru konċernat. Dan il-mekkaniżmu se jkun inċentiv qawwi biex l-Istati Membru jirkupraw pagamenti irregolari malajr kemm jista’ jkun. Barra minn hekk, fir-rigward tal-kompiti esternalizzati relatati mal-ġestjoni tal-politika futura ta’ promozzjoni, l-Aġenzija Eżekuttiva se tkun meħtieġa li tinnotifika lill-Kummissjoni każijiet potenzjali ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet, fuq il-bażi ta’ każ b’każ u fir-rapporti regolari li hi tippubblika.

Proċedura ta’ kontroll rigoruża hija dejjem iktar importanti minħabba li l-implimentazzjoni ta’ azzjonjiet ta’ promozzjoni hija fdata lil korpi ta’ implimentazzjoni li l-benefiċjarji, magħhom biss ikollhom rabta kuntrattwali. Billi l-korpi ta’ implimentazzjoni huma entitajiet kummerċjali li għandhom id-dritt li jagħmlu profitti, jenħtieġ azzjoni intensiva biex ikun żgurat li l-azzjonijiet huma implimentati b’mod regolari.

3.           IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA

3.1.        Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i:

· Linji baġitarji eżistenti

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || Linja baġitarja || Tip ta'  nefqa || Kontribuzzjoni

Numru [Deskrizzjoni………………...……………] || Diff/mhux diff.  ([37]) || mill-pajjiżi tal-EFTA[38] || mill-pajjiżi kandidati[39] || minn pajjiżi terzi || skont it-tifsira tal-Artikolu 18(1)(aa), tar-Regolament Finanzjarju

2 || 05 02 10 01 – Azzjonijiet ta’ promozzjoni — Pagamenti mill-Istati by Membri 05 02 10 02 – Azzjonijiet ta’ promozzjoni — Pagamenti Diretti mill-Unjoni || Mhux diff. Diff. || LE LE || LE LE || LE LE || LE LE

· Linji baġitarji ġodda mitluba

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || Linja baġitarja || Tip ta’ nefqa || Kontribuzzjoni

Numru [Intestatura………………………………………] || Diff/Mhux diff. || mill-pajjiżi tal-EFTA || mill-pajjiżi kandidati || minn pajjiżi terzi || skont it-tifsira tal-Artikolu 18(1)(aa), tar-Regolament Finanzjarju

2 || 05 01 04 xx – Aġenzija Eżekuttiva || Mhux diff. || LE || LE || LE || LE

Noti:

Il-Kummissjoni qed tippjana biex tiddelega parti mill-implimentazzjoni lil Aġenzija Eżekuttiva. Jekk tagħmel dan, iridu jinħolqu xi linji baġitarji fi ħdan it-titolu 05.

3.2.        Impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.1.     Sommarju tal-istima tal-impatt fuq in-nefqa

F’miljuni ta’ EUR

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali: || 2 || Tkabbir Sostenibbli: riżorsi naturali: Sublimitu “Nefqa relatata mas-suq u pagamenti diretti”

DG: AGRI || || || 2014[40] || 2015[41] || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || TOTAL

Ÿ Approprjazzjonijiet operazzjonali || || || || || || || ||

05 02 10 01 || Impenji || (1) || 0,0 || 0,0 || 4,0 || 5,0 || 9,0 || 36,0 || 36,0 || 90,0

Pagamenti || (2) || 0,0 || 0,0 || 4,0 || 5,0 || 9,0 || 36,0 || 36,0 || 90,0

05 02 10 02 || Impenji || (1a) || 0,5 || 0,5 || 15,0 || 54,0 || 90,0 || 103,0 || 103,0 || 366,0

Pagamenti || (2a) || 0,2 || 0,2 || 0,5 || 12,7 || 31,1 || 58,6 || 84,2 || 187,5

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għall-programmi speċifiċi[42] || || || || || || || ||

05 01 04 xx || || (3) || pm || pm || pm || pm || pm || pm || pm || pm

TOTAL tal-approprjazzjonijiet għad-DĠ AGRI || Impenji || =1+1a +3 || 0,5 || 0,5 || 19,0 || 59,0 || 99,0 || 139,0 || 139,0 || 456, 0

Pagamenti || =2+2a +3 || 0,2 || 0,2 || 4,5 || 17,7 || 40,1 || 94,6 || 120,2 || 277,5

Ÿ TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali || Impenji || (4) || 0,5 || 0,5 || 19,0 || 59,0 || 99,0 || 139,0 || 139,0 || 456,0

Pagamenti || (5) || 0,2 || 0,2 || 4,5 || 17,7 || 40,1 || 94,6 || 120,2 || 277,5

Ÿ TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għall-programmi speċifiċi || (6) || pm || pm || pm || pm || pm || pm || pm || pm

TOTAL tal-approprjazzjonijiet għall-INTESTATURA 2 Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || Impenji || =4+ 6 || 0,5 || 0,5 || 19,0 || 59,0 || 99,0 || 139,0 || 139,0 || 456,0

Pagamenti || =5+ 6 || 0,2 || 0,2 || 4,5 || 17,7 || 40,1 || 94,6 || 120,2 || 277,5

Noti:

- L-ammonti indikati huma stima tal-impatt finanzjarju addizzjonali mqabbla mal-baġit tal-2013. It-tqassim tal-ammonti bejn il-linji baġitarji jistgħu jiġu aġġustati skont l-implimentazzjoni tal-programm.

- Il-Kummissjoni qed tippjana li mill-2016 tiddelega parti mill-implimentazzjoni lil Aġenzija Eżekuttiva. Jista’ jkun li l-ammonti u r-rendikont tal-kostijiet stmati jkollhom jiġu aġġustati skont il-livell ta’ delega finalment approvat.

Għall-informazzjoni: Stima tan-nefqa totali || || || || || || || || || || || ||

|| || || || || || || || || || || || F’miljuni ta’ EUR

Is-sena || || || || || || Baġit     2013 || 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || Total                                 2014-2020

|| || || || || || || || || || || || || || ||

05 02 10 01 - Azzjonijiet ta’ promozzjoni - Pagamenti mill-Istati Membri || || 60,0 || 60,0 || 60,0 || 64,0 || 65,0 || 69,0 || 96,0 || 96,0 || 510,0

05 02 10 02 - Azzjonijiet ta’ promozzjoni - Pagamenti mill-Unjoni || Impenji || 1,0 || 1,5 || 1,5 || 16,0 || 55,0 || 91,0 || 104,0 || 104,0 || 373,0

|| || || || || || Pagamenti || 1,1 || 1,4 || 1,4 || 1,6 || 13,9 || 32,2 || 59,8 || 85,4 || 195,5

|| || || || || || || || || || || || || || ||

05 01 04 XX – Aġenzija Eżekuttiva || || || || || || pm || pm || pm || pm || pm || pm || pm || pm

|| || || || || || || || || || || || || || ||

TOTAL || || || || || || Impenji || 61,0 || 61,5 || 61,5 || 80,0 || 120,0 || 160,0 || 200,0 || 200,0 || 883,0

|| || || || || || Pagamenti || 61,1 || 61,4 || 61,4 || 65,6 || 78,9 || 101,2 || 155,8 || 181,4 || 705,5

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali: || 5 || “Nefqa amministrattiva” (imqabbla mal-baġit tal-2013)

F’miljuni ta’ EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

|| || || 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || TOTAL

DĠ: AGRI ||

Ÿ Riżorsi umani || 0,019 || 0,099 || -0.499 || -0.147 || 0.188 || 0.675 || 0,922 || 1,257

Ÿ Nefqa amministrattiva oħra || 0,000 || 0,000 || 0,002 || 0,006 || 0,003 || -0,001 || -0,001 || 0,009

TOTAL DĠ AGRI || Approprjazzjonijiet || 0,019 || 0,099 || -0,497 || -0,141 || 0,191 || 0,674 || 0,921 || 1,266

TOTAL tal-approprjazzjonijiet għall-INTESTATURA 5 Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || (Total tal-impenji = Total tal-pagamenti) || 0,019 || 0,099 || -0,497 || -0,141 || 0,191 || 0,674 || 0,921 || 1,266

F’miljuni ta’ EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

|| || || 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || TOTAL

TOTAL tal-approprjazzjonijiet għall-INTESTATURI 1 sa 5 Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || Impenji || 0,519 || 0,559 || 18,501 || 58,583 || 99,188 || 139,675 || 139,922 || 457,266

Pagamenti || 0,219 || 0,299 || 4,003 || 17,559 || 40,291 || 95,274 || 121,122 || 278,766

3.2.2.     Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

– ¨  Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġ l-ebda użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

– X  Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR

Indika l-għanijiet u r-riżultati || || || 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || TOTAL

RIŻULTATI (outputs)

Tip[43] || Kost medju || Numru || Kost || Numru || Kost || Numru || Kost || Numru || Kost || Numru || Kost || Numru || Kost || Numru || Kost || Numru totali || Kost totali

GĦAN SPEĊIFIKU[44] || Li titjieb il-kompetittività tas-settur agrikolu u li jissaħħaħ il-valur miżjud tiegħu fil-katina alimentari

Riżultat[45] || Numru ta’ programmi (suq intern/pajjiżi terzi) || || || || || || || || || || || || || || || ||

RiżultatError! Bookmark not defined. || Benefiċjarji ġodda (il-proporzjon ta’ organizzazzjonijiet proponenti ġodda imqabbel man-numru totali tal-organizzazzjonijiet proponenti) || || || || || || || || || || || || || || || ||

RiżultatError! Bookmark not defined. || Numru ta’ programmi ta’ pajjiż multipli || || || || || || || || || || || || || || || ||

KOST TOTALI || || || || || || || || || || || || || || || ||

3.2.3.     Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.3.1.  Sommarju

– ¨  Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġ l-ebda użu ta’ approprjazzjonijiet amministrattivi

– X  Il-proposta teħtieġ l-użu tal-approprjazzjonijiet amministrattivi, kif spjegat hawn taħt:

F’miljuni ta’ EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

|| 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || TOTAL

INTESTATURA nru 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || || || || || || || ||

Riżorsi umani || 2,508 || 2,588 || 1,990 || 2,342 || 2,677 || 3,164 || 3,411 || 18,680

Nefqa amministrattiva oħra || 0,110 || 0,110 || 0,111 || 0,116 || 0,113 || 0,109 || 0,109 || 0,778

Subtotal għall-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || 2,618 || 2,698 || 2,101 || 2,458 || 2,790 || 3,273 || 3,520 || 19,458

Minbarra l-INTESTATURA 5[46] tal-qafas finanzjarju pluriennali || || || || || || || ||

Riżorsi umani || || || || || || || ||

Nefqa amministrattiva oħra || || || || || || || ||

Subtotal minbarra l-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || || || || || || || ||

TOTAL (*) || 2,618 || 2,698 || 2,101 || 2,458 || 2,790 || 3,273 || 3,520 || 19,458

(*) Dawn iċ-ċifri jistgħu jiġu aġġustati bħala riżultat tal-proċedura ta’ delega prevista.

3.2.3.2.  Stima tar-riżorsi umani meħtieġa

– ¨  Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġ l-ebda użu ta’ riżorsi umani

– X  Il-proposta teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima trid tiġi espressa f’ammonti sħaħ (jew sa mhux aktar minn ċifra waħda wara l-punt deċimali)

|| || 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 ||

|| Ÿ Karigi fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u persunal temporanju) ||

|| XX 01 01 01 (fil-Kwartieri Ġenerali u fl-Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni) || 19 || 19,5 || 13,7 || 15,3 || 17,1 || 20,1 || 21,6 ||

|| XX 01 01 02 (delegazzjonijiet) || || || || || || || ||

|| XX 01 05 01 (riċerka indiretta) || || || || || || || ||

|| 10 01 05 01 (riċerka diretta) || || || || || || || ||

Ÿ Persunal estern (f’unità ekwivalenti għal “full-time” – FTE)[47]

|| XX 01 02 01 (CA, SNE, INT mill-“pakkett globali”) || 0 || 0.2 || 2.6 || 4.6 || 6.0 || 7.3 || 8.0 ||

|| XX 01 02 02 (CA, INT, JED, LA u SNE fid-Delegazzjonijiet) || || || || || || || ||

|| XX 01 04 ss [48] || - fil-Kwartieri Ġenerali || || || || || || || ||

|| - fid-Delegazzjoni || || || || || || || ||

|| XX 01 05 02 (AC, END, INT fuq riċerka indiretta) || || || || || || || ||

|| 10 01 05 02 (AK, INT, ENS fuq Riċerka diretta) || || || || || || || ||

|| Linji baġitarji oħra (speċifika) || || || || || || || ||

|| TOTAL || 19 || 19.7 || 16.3 || 19.9 || 23.1 || 27.4 || 29.6 ||

XX huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu tal-baġit ikkonċernat.

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jkunu mill-persunal tad-DĠ li diġà huma assenjati bil-ġestjoni tal-azzjoni u/jew ġew allokati mill-ġdid fi ħdan id-DĠ, flimkien ma’, jekk ikun meħtieġ, kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ ta’ ġestjoni taħt il-proċedura ta’ allokazzjoni annwali u fid-dawl tal-limiti baġitarji.

(*) Din il-proposta tifforma parti mill-programmi li għalihom hija prevista d-delega lil Aġenzija Eżekuttiva. Dawn iċ-ċifri jistgħu għalhekk jiġu aġġustati bħala riżultat tad-delega finalment approvata.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u persunal temporanju || Implimentazzjoni tal-politika tal-promozzjoni ta’ prodotti agrikoli

Persunal estern ||

3.2.4.     Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali

– X  Il-proposta/inizjattiva hija kompatibbli mal-proposti għall-qafas finanzjarju pluriennali 2014-2020.

– ¨  Il-proposta se tinvolvi l-ipprogrammar mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali.

– ¨  Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-applikazzjoni tal-istrument tal-flessibilità jew reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali.

Noti:

Il-proposta dwar il-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) 2014-2020[49]  jinkludi l-ammonti ta’ pagamenti diretti u n-nefqa relatata mal-miżuri tas-suq tal-ewwel pilastru tal-PAK.  Bħala miżura ta’ prekawzjoni, il-Kummissjoni qieset il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-8 ta’ Frar 2013, dwar il-qafas finanzjarju pluriennali. Soġġett għall-adozzjoni tar-Regolament dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali, il-miżuri ta’ promozzjoni se jiġu ffinanzjati fil-limiti tal-ammonti tas-sublimitu tal-FAEG miftiehma mill-Kunsill Ewropew fit-8 ta’ Frar 2013.

3.2.5.     Kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi fil-finanzjament

– Il-proposta ma tipprevedi l-ebda kofinanzjament minn partijiet terzi

– X Il-proposta/l-inizjattiva tipprovdi għall-kofinanzjament stmat hawn taħt:

Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-miżuri tal-programm hija indikata fl-Artikoli 15 u 18 tal-abbozz tar-Regolament. F’dan l-istadju mhuwiex possibbli li jiġi kkwantifikat l-ammont totali tal-kontribuzzjoni tal-partijiet terzi, minħabba li rati ta’ kontribuzzjoni jvarjaw skont il-kundizzjonijiet definiti fl-Artikoli 15 u 18.

3.3.        Impatt stmat fuq id-dħul

– X  Il-proposta ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

– ¨  Il-proposta għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

– ¨            fuq ir-riżorsi proprji

– ¨            fuq id-dħul mixxellanju

[1]               Sors: Rapport annwali tal-IAAC għall-2010

[2]               L-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tax-Xlokk tal-Asja.

[3]               Ir-rapport "What Asia wants Long-term food consumption trends in Asia" Australian Bureau of Agricultural and Resource Economics and Sciences, October 2013.

[4]               Sors: Centre for Economic Policy Research (2013): Reducing Transatlantic Barriers to Trade and Investment – An Economic Assessment (imħejji għad-DĠ TRADE), London.

[5]               Sors: Copenhagen Economics (2010): Assessment of Barriers to Trade and Investment between the EU and Japan (final report to DG TRADE).

[6]               Ir-Regolament tal-Kunsilll (KE) Nru 2826/2000 tad-19 ta’ Diċembru 2000 dwar l-azzjonijiet ta’ tagħrif u ta’ promozzjoni għall-prodotti agrikoli fis-suq intern (ĠU L 328, 23.12.2000, p. 2) u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru°2702/1999 tal-14 ta’ Diċembru 1999 dwar miżuri sabiex jipprovdu t-tagħrif fuq, u jippromwovu, il-prodotti agrikoli f’pajjiżi terzi (ĠU L 327, 21.12.1999, p. 7).

[7]               Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3/2008 tas-17 ta’ Diċembru 2007 dwar azzjonijiet ta’ informazzjoni u promozzjoni għall-prodotti agrikoli fis-suq intern u fil-pajjiżi terzi (ĠU L 3, 5.1.2008, p. 1).

[8]               Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 501/2008 tal-5 ta’ Ġunju 2008 dwar termini u kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3/2008 rigward azzjonijiet ta’ informazzjoni u promozzjoni għall-prodotti agrikoli fis-suq intern u fil-pajjiżi terzi (ĠU L 147, 6.6.2008, p. 3).

[9]               Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002, ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

[10]             COM(2011)500 (il-punt 6.1.3).

[11]             Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta’ Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1).

[12]             Ir-Regolament (UE) Nru …, ĠU…

[13]             ĠU C , , p. .

[14]             ĠU C ,  p. .

[15]             Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3/2008 tas-17 ta’ Diċembru 2007 dwar azzjonijiet ta’ informazzjoni u promozzjoni għall-prodotti agrikoli fis-suq intern u fil-pajjiżi terzi (ĠU L 3, 5.1.2008, p. 1).

[16]             Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi ta’ kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 343, 14.12.12, p. 1).

[17]             Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

[18]             Ir-Regolament (UE) Nru XXX/20.. tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli, ĠU ….

[19]             Ir-Regolament (UE) Nru [COM(2011)416] ta’…dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura ĠU …...

[20]             Ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2008 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi, ta’ xorb spirituż u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89 (ĠU L 39, 13.2.2008, p. 16).

[21]             Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1).

[22]             Ir-Regolament (UE) Nru 228/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Marzu 2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni (ĠU L 78, 20.3.2013, p. 23).

[23]             Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

[24]             Ir-Regolament (UE) Nru ... tal-Parlament u tal-Kunsill li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli (ĠU ....).

[25]             Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1–22).

[26]             Ir-Regolament tal-Kunsill (EURATOM, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2–5).

[27]             Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/391/KE tat-23 ta’ April 2004 dwar il-gruppi ta’ konsulenza li jittrattaw mal-kwistjonijiet koperti bil-politika agrikola komuni (ĠU L 120, 24.4.2004, p. 50).

[28]             Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2006 tal-24 ta’ Lulju 2006 li japplika ċerti regoli ta’ kompetizzjoni għall-produzzjoni ta’, u l-kummerċ fi, prodotti agrikoli (ĠU L 214, 4.8.2006, p. 7).

[29]             ABM: Ġestjoni Bbażata fuq l-Attività (’Activity-Based Management’) – ABB: Baġit Ibbażat fuq l-Attività (Activity-Based Budgeting).

[30]             Kif imsemmi fl-Artikolu 54(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.

[31]             Denominazzjoni tal-oriġini protetta

[32]             Indikazzjoni ġeografika protetta

[33]             Il-punt V tas-Sommarju Eżekuttiv tar-Rapport Nru 10/2009 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar “Azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni għal prodotti agrikoli”.

[34]             http://ec.europa.eu/agriculture/eval/reports/promotion/index_en.htm

[35]             http://www.wheatworld.org/wp-content/uploads/trade-global-insight-map-report-march2010-20100423.pdf

[36]             Id-dettalji tal-metodi ta’ ġestjoni u r-referenzi tar-Regolament Finanzjarju huma disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html

[37]             Diff. = Approprjazzjonijiet Differenzjati/ Mhux Diff. = Approprjazzjonijiet Mhux Differenzjati

[38]             EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.

[39]             Pajjiżi kandidati u fejn applikabbli, kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.

[40]             Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva. L-istimi huma bbażati fuq is-suppożizzjoni li l-implimentazzjoni se tibda fl-2016.

[41]             L-ammonti għall-2015 — skont l-arranġamenti ta’ qabel ir-riforma — li huma ppreżentati bħala gwida, ma nbidlux mill-2014 u huma bla preġudizzju għall-estimi dettaljati għall-2015 li se jiġu stabbiliti fil-qafas tal-Abbozz tal-Baġit tal-2015.

[42]             Għajnuna teknika u/jew amministrattiva u nefqa b’appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew azzjonijiet tal-UE (dawk li qabel kienu linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.

[43]             Ir-riżultati jirreferu għall-prodotti u s-servizzi li se jingħataw (pereżempju: numru ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati, numru ta’ kilometri ta’ toroq mibnija, eċċ.).

[44]             Kif ġie deskritt fit-Taqsima 1.4.2. “Għan(ijiet) speċifiku(ċi)...”.

[45]             Skont il-qafas komuni ta’ monitoraġġ u ta’ evalwazzjoni tal-PAK, kif previst fl-Artikolu 110 tar-Regolament (UE) Nru [xxx/xxxx] dwar il-finanzjament, l-immaniġġjar u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni [fir-Regolament orizzontali tal-PAK], qafas komuni ta’ monitoraġġ u ta’ evalwazzjoni se jkun stabbilit, u għalhekk it-tabelli tal-indikaturi se jkunu mimlija fi stadju aktar tard.

[46]             Għajnuna teknika u/jew amministrattiva u nefqa b’appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew azzjonijiet tal-UE (dawk li qabel kienu linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.

[47]             CA= persunal kuntrattwali; AL= aġent locali; SNE = espert nazzjonali ssekondat; INT = impjegati permezz ta’ aġenzija; JED = esperti żgħażagħ f’delegazzjonijiet

[48]             Sublimiti għall-persunal estern kopert minn approprjazzjonijiet operazzjonali (ex-linji “BA’).

[49]             COM (2011)500, 29.6.2011

Top