Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52013PC0757

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1166/2008 dwar stħarriġ ta’ strutturi tal-impriżi agrikoli u stħarriġ dwar metodi ta’ produzzjoni agrikola, rigward il-qafas finanzjarju għall-perjodu 2014-2018

/* COM/2013/0757 final - 2013/0367 (COD) */

52013PC0757

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1166/2008 dwar stħarriġ ta’ strutturi tal-impriżi agrikoli u stħarriġ dwar metodi ta’ produzzjoni agrikola, rigward il-qafas finanzjarju għall-perjodu 2014-2018 /* COM/2013/0757 final - 2013/0367 (COD) */


MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI

1.           KUNTEST TAL-PROPOSTA

Din l-inizjattiva għandha l-għan li tassigura finanzjament għall-Istħarriġ dwar l-istruttura tal-impriżi agrikoli tal-2016 u għal proġetti relatati. Ir-Regolament (KE) Nru 1166/2008 dwar stħarriġ ta’ strutturi tal-impriżi agrikoli u stħarriġ dwar metodi ta’ produzzjoni agrikola jirrikjedi li l-Istħarriġiet dwar l-Istruttura tal-Impriżi Agrikoli (FSS) jitwettqu f’għamla ta’ ċensiment agrikolu fl-2010 u bħala kampjuni ta’ stħarriġ fl-2013 u fl-2016. Jirrikjedi wkoll stħarriġ dwar metodi ta’ produzzjoni agrikola li għandhom jitwettqu fl-2010 jew fl-2011. L-Istati Membri u l-Kummissjoni jeħtieġu finanzjament konsiderevoli biex dawn l-istħarriġiet jitwettqu. Skont ir-Regolament, l-UE tista’ tkopri massimu ta’ 75 % tal-ispejjeż ta’ Stat Membru biex iwettaqhom. L-ammonti massimi li għalihom huma limitati r-rimborżi huma definiti għal kull pajjiż. Minħabba li l-istħarriġiet huma mifruxa fuq żewġ perjodi ta’ qafas finanzjarju pluriennali, ma kienx possibbli li l-finanzjament kollu tagħhom jiġi stabbilit fl-istess ħin. Skont l-Artikolu 14 tar-Regolament 1166/2008, l-awtorità baġitarja u leġiżlattiva jridu jiffissaw il-qafas finanzjarju għall-FSS 2016 fuq proposta mill-Kummissjoni u abbażi tal-qafas finanzjarju ġdid għall-perjodu li jibda fl-2014.

Barra minn hekk, l-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea għandha tittieħed inkonsiderazzjoni. Dan ifisser li r-Regolament jeħtieġ li jiġi emendat biex jinkludi wkoll il-kontribuzzjoni massima lill-Kroazja.

L-istrateġija tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika (ESS), tiddikjara li l-Kumitat dwar is-Sistema tal-Istatistika Ewropea (KSSE) għandu jkollu rwol li jagħti l-pariri u jgħin lill-Kummissjoni biex teżerċita l-poteri ta’ implimentazzjoni tagħha. Dan ifisser li għal proċeduri ta’ komitoloġija l-Kumitat Permanenti għall-Istatistika Agrikola għandu jiġi sostitwit mill-ESSC.

Din il-proposta taġġorna r-Regolament 1166/2008 kif ġej: (i) tistabbilixxi qafas finanzjarju għall-2014 sal-2018; (ii) tistabbilixxi l-kontribut finanzjarju massimu tal-ispejjeż tal-Kroazja biex twettaq l-FSS; u (iii) tibdel il-kumitat li jassisti l-Kummissjoni.

L-Istħarriġiet tal-Istruttura tal-Azjendi agrikoli ilhom jitwettqu b’mod armonizzat madwar l-Unjoni Ewropea, abbażi ta' atti legali, mill-1966. Ir-Regolament Nru 1166/2008 attwali huwa wieħed f’sensiela ta’ atti legali dwar is-suġġett, u l-proposta biex dan ir-Regolament jiġi emendat hija għalhekk kompletament konsistenti mal-Programm Statistiku Ewropew u l-politiki tal-Unjoni.

2.           RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Il-konsultazzjonijiet ewlenin ma’ partijiet interessati differenti u partijiet interessati oħra seħħet meta r-Regolament Nru 1166/2008 ġie abbozzat. Il-proposta preżenti ġiet evalwata mis-servizzi tal-Kummissjoni fir-rigward tal-ħtieġa għal dejta tal-FSS.

Il-proposta ġiet diskussa mal-Kumitat Permanenti tal-Istatistika Agrikola.

Twettqet evalwazzjoni ex-ante tal-inizjattiva.

3.           ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

Ir-Regolament jemenda r-Regolament Nru 1166/2008 dwar stħarriġ ta’ strutturi tal-impriżi agrikoli u stħarriġ dwar metodi ta’ produzzjoni agrikola. Ir-Regolament jistabbilixxi l-qafas finanzjarju għall-Istħarriġiet dwar l-Istruttura tal-Impriżi Agrikoli tal-2016, jistabbilixxi kontribut finanzjarju massimu għall-kosti tal-istħarriġiet tal-Kroazja, u jissostitwixxi l-Kumitat li jgħin lill-Kummissjoni fl-eżerċizzju tal-poteri ta’ implimentazzjoni tagħha.

L-Artikolu 338 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jistipula l-bażi legali għall-istatistika Ewropea. Waqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jadottaw miżuri għall-produzzjoni ta’ statistika fejn meħtieġ għall-prestazzjoni tal-attivitajiet tal-Unjoni. Dan jistabbilixxi r-rekwiżiti marbuta mal-produzzjoni tal-istatistika Ewropea, filwaqt li jiddikjara li l-istatistika għandha tkun konformi mal-istandards ta’ imparzjalità, affidabbiltà, oġġettività, indipendenza xjentifika, effettività fl-infiq u kunfidenzjalità statistika.

Il-proposta hija konformi mal-prinċipji ta’ sussidjarjetà u ta’ proporzjonalità, minħabba li tikkonċerna emendi żgħar fir-Regolament Nru 1166/2008, u li xi wħud minnhom huma diġà previsti fil-proċeduri leġiżlattivi li jwasslu għall-adozzjoni ta’ dak ir-Regolament.

L-istrument propost: Regolament. Mezzi oħra ma jkunux xierqa minħabba li l-proposta temenda Regolament tal-Kunsill u tal-Parlament Ewropew fis-seħħ.

Fis-27 ta' Ġunju 2013, il-Kummissjoni adottat proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tadatta għadd ta' atti legali li jistipulaw l-użu tal-proċedura legali bi skrutinju (2013/0218 (COD), għall-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Ir-Regolament (KE) Nru 1166/2008 dwar stħarriġ ta' strutturi tal-impriżi agrikoli u stħarriġ dwar metodi ta' produzzjoni agrikola kien fost l-atti bażiċi adattati għar-reġim ta' atti delegati.

4.           IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

L-istħarriġiet tal-Istruttura tal-Azjendi Agrikoli jiswew ħafna biex jitwettqu, u għalhekk jeħtieġu finanzjament konsiderevoli mill-Istati Membri u l-Kummissjoni sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-informazzjoni. Skont ir-Regolament (KE) Nru 1166/2008, l-Istati Membri se jiġu rimborżati sa 75 % tal-ispejjeż tagħhom, limitati għal ammonti massimi definiti għal kull pajjiż. L-ammonti meħtieġa ġew stabbiliti fir-Regolament, ħlief għall-Kroazja, li ssieħbet fl-Unjoni Ewropea fl-2013. Barra minn hekk, ġew inklużi l-approprjazzjonijiet meħtieġa għall-ġestjoni, il-manutenzjoni u l-iżvilupp tas-sistemi tal-bażi ta' dejta użati fi ħdan il-Kummissjoni biex jipproċessaw id-dejta mressqa mill-Istati Membri . Il-qafas finanzjarju globali għall-perjodu mill-2014 sal-2018 jammonta għal EUR 20 650 000.

Sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta’ kwalità għolja dwar l-istatistika agrikola u biex jiġi żgurat li l-informazzjoni miġbura tkun disponibbli u tintuża bl-aktar mod effiċjenti possibbli, hemm bżonn ta’ azzjonijiet biex tittejjeb il-metodoloġija u jinstabu modi biex jitnaqqas il-piż fuq min iwieġeb u l-Istituti Nazzjonali tal-Istatistika filwaqt li fl-istess ħin jintlaħqu l-bżonnijiet il-ġodda ta’ tagħrif emerġenti. Dan wassal għal proposta għal allokazzjoni permezz ta’ proċedura interna tal-Kummissjoni, approprjazzjonijiet addizzjonali tal-Eurostat ta’ natura amministrattiva li għandhom jintużaw għall-iżvilupp tal-bażi tad-dejta u kwistjonijiet metodoloġiċi.

. 2013/0367 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1166/2008 dwar stħarriġ ta’ strutturi tal-impriżi agrikoli u stħarriġ dwar metodi ta’ produzzjoni agrikola, rigward il-qafas finanzjarju għall-perjodu 2014-2018

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 338(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)       Ir-Regolament (KE) Nru 1166/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar stħarriġ ta’ strutturi tal-impriżi agrikoli u stħarriġ dwar metodi ta’ produzzjoni agrikola u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 571/88[1] jistipula li l-Istati Membri jwettqu stħarriġiet ta’ strutturi tal-azjendi agrikoli fl-2010, fl-2013 u fl-2016, li għalihom huma għandhom jirċievu kontribuzzjoni finanzjarja massima ta’ 75 % mill-Unjoni lejn l-ispejjeż ta’ twettiq tal-istħarriġiet, soġġetti għal ammonti massimi definiti.

(2)       Sabiex l-istħarriġiet dwar strutturi tal-azjendi agrikoli jitwettqu u sabiex ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni tal-Unjoni jiġu ssodisfati, huwa meħtieġ finanzjar konsiderevoli mill-Istati Membri u mill-Unjoni.

(3)       Ir-Regolament (KE) Nru 1166/2008 ipprovda l-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-programm ta’ stħarriġiet, inklużi l-ġestjoni, il-manutenzjoni u l-iżvilupp tas-sistemi tal-bażi tad-dejta użati fi ħdan il-Kummissjoni biex jipproċessaw id-dejta mressqa mill-Istati Membri, u stabbilixxa l-ammont għall-perjodu mill-2008 sal-2013.

(4)       Skont l-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 1166/2008, l-ammont għall-perjodu mill-2014 sal-2018 għandu jiġi ffissat mill-awtorità baġitarja u leġiżlattiva fuq proposta tal-Kummissjoni skont il-qafas finanzjarju ġdid għall-perjodu li jibda fl-2014.

(5)       Il-pakkett finanzjarju propost għandu jiffinanzja biss it-twettiq tal-Istħarriġ dwar l-Istruttura tal-Azjendi Agrikoli fl-2016 u l-ġestjoni, il-manutenzjoni u l-iżvilupp relatat tas-sistemi tal-bażi ta' dejta użati fi ħdan il-Kummissjoni biex tipproċessa d-dejta mressqa mill-Istati Membri.

(6)       Fid-dawl tal-adeżjoni tal-Kroazja u l-ħtieġa li jitwettqu stħarriġiet dwar l-istruttura tal-impriżi agrikoli f’dan l-Istat Membru fl-2016, għandha tiġi ffissata kontribuzzjoni massima tal-Unjoni għal kull stħarriġ għall-Kroazja; dan l-adattament huwa meħtieġ minħabba l-adeżjoni u ma ġiex previst fl-Att ta' Adeżjoni.

(7)       Il-Kumitat Permanenti għall-Istatistika Agrikola (SCAS) stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 72/279/KEE tal-31 ta’ Lulju 1972[2] jipprovdi pariri lill-Kummissjoni u jgħinha teżerċita s-setgħat ta' implementazzjoni tagħha skont l-atti leġislattivi msemmija fl-istatistika agrikola.

(8)       Skont l-istrateġija għal struttura ġdida tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika (l-SSE), bl-għan li jitjiebu l-koordinazzjoni u s-sħubija fi struttura piramida ċara fi ħdan l-SSE, il-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika (ESSC), stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea[3], għandu jkollu rwol ta' konsulenza u jgħin lill-Kummissjoni biex teżerċita s-setgħat ta' implimentazzjoni tagħha. Il-Kummissjoni se tkompli tiddjaloga mal-esperti fl-istatistika agrikola u tas-sajd qabel ma tressaq il-kawża quddiem l-ESSC.

(9)       Ir-referenza għall-Kumitat Permanenti għall-Istatistika Agrikola għandu jiġi sostitwit b’referenza għall-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika.

(10)     Il-Kumitat Permanenti għall-Istatistika Agrikola ġie kkonsultat.

(11)     Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 1166/2008 għandu jiġi emendat skont dan,

(12)     .

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1166/2008 huwa emendat kif ġej:

(1) Fl-Artikolu 13, jiżdied il-paragrafu li ġej bħala l-paragrafu 5 ġdid:

“(5) Għall-istħarriġ dwar l-istruttura tal-azjendi agrikoli fl-2016, l-ammont massimu għall-Kroazja għandu jkun ta’ EUR 500 000.”

Il-paragrafu 5 jsir il-paragrafu 6.

(2) L-Artikolu 14 huwa emendat kif ġej:

            (a)        Il-paragrafu 2 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“2. Il-pakkett finanzjarju tal-Unjoni għall-implimentazzjoni tal-istħarriġiet tal-istrutturi tal-azjendi agrikoli fl-2016, inklużi l-approprjazzjonijiet meħtieġa għall-ġestjoni, il-manutenzjoni u l-iżvilupp tas-sistemi tal-bażijiet tad-dejta użati fil-Kummissjoni biex jipproċessaw id-dejta pprovduta mill-Istati Membri skont id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, għandu jkun ta' EUR 20 650 000 għall-perjodu mill-2014 sal-2018.";

            (b)        Għandu jiżdied il-paragrafu 4 li ġej:

“4. Il-Kummissjoni għandha timplimenta l-programm skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni[4]."

(3) Għandu jiddaħħal l-Artikolu 14a li ġej:

"Artikolu 14 a

Ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea

1.           Il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri xierqa kollha li jiżguraw li meta attivitajiet iffinanzjati skont dan ir-Regolament jiġu implimentati, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jitħarsu permezz tal-applikazzjoni ta' miżuri ta’ prevenzjoni kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra, permezz ta' verifiki effettivi u konsistenti u, jekk jinstabu xi irregolaritajiet, permezz tal-irkupru tal-ammonti mħallsa bi żball u, fejn ikun xieraq penali effettivi, proporzjonati u li jservu ta’ deterrent.

2.           Il-Kummissjoni jew ir-rappreżentanti tagħha u l-Qorti tal-Awdituri għandu jkollhom is-setgħa ta' verifika, fuq il-bażi ta' dokumenti u verifiki fuq il-post, fuq il-benefiċjarji tal-għotja, il-kuntratturi u s-sottokuntratturi kollha li jkunu rċevew fondi tal-Unjoni skont il-Programm.

              L-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista' jwettaq verifiki u spezzjonijiet fuq il-post fuq l-operaturi ekonomiċi kkonċernati direttament jew indirettament minn finanzjament bħal dan skont il-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, bl-għan li jiġi stabbilit jekk ikunux twettqu frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b’konnessjoni ma’ ftehim ta’ għotja, deċiżjoni ta’ għotja jew kuntratt li jikkonċerna l-finanzjament tal-Unjoni.

              Mingħajr ħsara għall-ewwel u t-tieni subparagrafi, il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali u l-ftehimiet ta’ għotja u d-deċiżjonijiet ta’ għotja u l-kuntratti li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jagħtu espressament is-setgħa lill-Kummissjoni, il-Qorti tal-Awdituri u l-OLAF li jwettqu tali awditjar, verifiki u spezzjonijiet fuq il-post."

(4) L-Artikolu 15 għandu jinbidel b’dan li ġej:

"Artikolu 15

Kumitat

1.           Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat tas-Sistema Statistika Ewropea stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 223/2009. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni mill-Kummissjoni[5].

2.           Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew                           Għall-Kunsill

Il-President                                                    Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.           QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

              1.1.    Titolu tal-proposta/inizjattiva

              1.2.    Qasam/oqsma tal-politika kkonċernat/i fl-istruttura ABM/ABB

              1.3.    Natura tal-proposta/inizjattiva

              1.4.    Objettiv(i)

              1.5.    Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

              1.6.    Tul tal-perjodu u impatt finanzjarju

              1.7.    Metodu/i ta’ ġestjoni previst(i)

2.           MIŻURI TA' ĠESTJONI

              2.1.    Regoli ta’ monitoraġġ u rappurtar

              2.2.    Sistema ta’ ġestjoni u kontroll

              2.3.    Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet

3.           IMPATT FINANZJARJU SMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

              3.1.    Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-intestatura/i baġitarja tan-nefqa affettwata/i

              3.2.    Impatt stmat fuq in-nefqa

              3.2.1. Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

              3.2.2. Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

              3.2.3. Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

              3.2.4. Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

              3.2.5. Parteċipazzjoni minn partijiet terzi fil-finanzjament

              3.3.    Impatt stmat fuq id-dħul

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.           QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

1.1.        Titolu tal-proposta/inizjattiva

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1166/2008 dwar stħarriġ tal-strutturi tal-azjendi agrikoli u l-istħarriġ dwar metodi ta’ produzzjoni agrikola, rigward il-qafas finanzjarju għall-perjodu 2014-2018

1.2.        Qasam/oqsma tal-politika kkonċernat/i fl-istruttura ABM/ABB[6]

3403 — Produzzjoni ta’ informazzjoni statistika

1.3.        Natura tal-proposta/inizjattiva:

¨ Il-proposta/l-inizjattiva hija marbuta ma' azzjoni ġdida

¨ Il-proposta/inizjattiva hija marbuta ma' azzjoni ġdida li ssegwi proġett pilota/azzjoni ta' tħejjija[7]

x Il-proposta/inizjattiva hija marbuta mal-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti

¨ Il-proposta/l-inizjattiva hija marbuta ma’ azzjoni indirizzata mill-ġdid lejn azzjoni ġdida

1.4.        Objettivi

1.4.1.     L-objettiv(i) strateġiku/speċifiċi pluriennali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/inizjattiva

It-titjib ta’ sorsi ġodda għat-tkabbir u l-koeżjoni soċjali u ekonomija rurali b’saħħitha

1.4.2.     L-objettiv(i) speċifiku/speċifiċi u l-attività(jiet) ABM/ABB ikkonċernata/ikkonċernati

Objettiv speċifiku Nru 1

Biex jiġi żgurat li dawk li jfasslu l-politika u partijiet interessati oħra, inkluż il-pubbliku ġenerali, ikollhom għad-dispożizzjoni tagħhom dejta statistika armonizzata dwar l-istruttura ta’ azjendi agrikoli tal-Unjoni Ewropea mis-sena 2016.

Attività/attivitajiet ABM/ABB ikkonċernata/i

3403 — Produzzjoni ta’ informazzjoni statistika

1.4.3.     Riżultat(i) u impatt mistennija

Speċifika l-effetti li għandu jkollha l-proposta/inizjattiva fuq il-benefiċjarji/gruppi fil-mira.

Il-proposta għandha l-għan li tiżgura li jkun hemm iktar appoġġ finanzjarju għall-Istati Membri biex jiġbru dejta dwar l-istruttura ta’ azjendi agrikoli, billi jiffissaw il-pakkett finanzjarju għall-perjodu 2014-2018 għall-appoġġ tal-SSF 2016.

Il-programm propost għandu jipprovdi l-kontinwazzjoni tal-appoġġ għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni tal-politika agrikola komuni (inkluż il-PAK 2020 il-ġdida) billi jippermetti l-kontinwazzjoni ta’ ġbir ta’ informazzjoni sabiex jitkejlu l-bidliet strutturali fl-agrikoltura matul iż-żmien, li huma meħtieġa biex jiġu analizzati x-xejriet fil-qasam tal-agrikoltura tal-UE.

Il-Politika Agrikola Komuni kienet, u jekk il-Politika tal-Iżvilupp Rurali tittieħed inkonsiderazzjoni, xorta għadha politika tal-UE ferm importanti, kif espress f’termini baġitarji (jiġifieri 30 sa 40 % tal-baġit totali tal-UE) u huwa ferm importanti li tkun kapaċi tevalwa l-impatt tal-politika dwar l-iżvilupp agrikolu. Din l-inizjattiva tipprovdi appoġġ finanzjarju kontinwu lill-Istati Membri għall-ġbir ta’ dejta dwar l-istruttura tal-azjendi agrikoli sabiex tiżgura s-serje tad-dejta u l-provvista kontinwa ta’ informazzjoni meħtieġa għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni tal-Politika Agrikola Komuni. L-aspetti l-oħra kollha tal-qafas legali eżistenti ser jibqgħu mingħajr tibdil u ma huwa mistenni l-ebda impatt ġdid.

1.4.4.     L-indikaturi tar-riżultati u l-impatt

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

L-implimentazzjoni tal-proposta se tiġi mmonitorjata permezz ta’: (i) laqgħat tal-grupp ta' ħidma mal-Istati Membri; (ii) validazzjoni tas-settijiet tad-dejta skont ir-regoli speċifikati fil-Manwal tal-Fornitur tad-Dejta; u (iii) analiżi ta’ Rapporti Metodoloġiċi Nazzjonali.

1.5.        Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

1.5.1.     Rekwiżit(i) li għandu/hom jiġi/u ssodisfat(i) fuq perjodu qasir jew twil

L-istħarriġiet tal-istruttura tal-azjendi agrikoli (iċ-ċensiment agrikolu tal-2010 u l-istħarriġiet kampjunarji tal-2013 u l-2016) huma koperti bir-Regolament (KE) Nru 1166/2008.

1.5.2.     Valur miżjud tal-involviment tal-UE

Hemm bżonn ta’ ġbir armonizzat tad-dejta biex wieħed ikun jista' jasal għal konklużjonijiet komparabbli fil-livell tal-UE fil-kuntest tal-Politika Agrikola Komuni. Id-diversi sitwazzjonijiet klimatiċi u reġjuni ambjentali fl-Unjoni Ewropea, bil-prattiki differenti ta’ biedja tagħhom, isaħħu l-argument ta’ approċċ fil-livell tal-Unjoni. L-azzjoni, skont il-prinċipju ta’ sussidjarjetà tħalli f’idejn il-pajjiżi biex jiddeċiedu l-mod li bih tinġabar id-dejta (intervisti personali, stħarriġ postali, l-użu ta’ sorsi amministrattivi oħra abbażi tal-internet jew it-telefon eċċ.), madankollu fi ħdan ir-Regolament għandu jinġabar ammont ta’ informazzjoni armonizzata, bl-użu ta’ definizzjonijiet komuni (li jistgħu jinftiehmu b’mod differenti bejn l-Istati Membri skont ir-realtà agrikola tagħhom). Għalhekk l-azzjoni mill-UE hija meħtieġa sabiex tinkiseb informazzjoni komparabbli dwar l-agrikoltura fil-livell tal-UE.

1.5.3.     It-tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fil-passat

L-istruttura tal-istħarriġ tal-SSF hija pjuttost kumplessa u teħtieġ ħidma sostanzjali fl-Istati Membri, skont x'jirrappurtaw fil-gruppi ta’ ħidma r-rappreżentanti tal-Istati Membri li implimentaw l-istħarriġ fil-pajjiżi tagħhom (bħalissa, informazzjoni dwar madwar 200 varjabbli hija miġbura għal kull azjenda agrikola mistħarrġa). Konsultazzjoni dwar il-piż għal min iwieġeb u organizzazzjonijiet responsabbli għall-ġbir tad-dejta twettqet fil-laqgħat tal-gruppi ta’ ħidma tal-FSS. Din uriet li l-ġbir tad-dejta meħtieġa jpoġġi piż sinifikanti fuq l-Istati Membri (uffiċċji tal-istatistika u dawk li jwieġbu), u li l-intervisti personali huma ta' spiss bżonnjużi sabiex jiżguraw dejta ta’ kwalità għolja. L-Istati Membri u l-Kummissjoni jeħtieġu finanzjament konsiderevoli biex iwettqu l-istħarriġiet u jiġbru l-informazzjoni meħtieġa — l-esperjenza turi li l-ispejjeż tal-Istati Membri jistgħu jaqbżu b'mod konsiderevoli l-kontribut tal-UE (limitu massimu ta’ 75 % ta’ ammonti fissi għal kull pajjiż). Waqt li l-qafas finanzjarju għall-istħarriġiet tal-2010 u l-2013 ġie ffissat fir-Regolament Nru 1166/2008, il-qafas finanzjarju għall-FSS tal-2016 irid jiġi ffissat mill-awtorità baġitarja u leġiżlattiva dwar il-proposta mill-Kummissjoni u bbażat fuq il-qafas finanzjarju ġdid għall-perjodu li jibda fl-2014, kif stipulat fir-Regolament Nru 1166/2008.

Il-koerenza u s-sinerġija possibbli ma' strumenti rilevanti oħra

L-istħarriġiet tal-istruttura tal-azjendi agrikoli għandhom storja twila li jitwettqu fuq bażi tal-UE mill-1966/67 u li huma koperti b’qafas legali. L-att legali attwali fis-seħħ (ir-Regolament Nru 1166/2008) ikopri l-istħarriġiet skedati għaċ-ċensiment tal-agrikoltura fl-2010 u l-istħarriġiet kampjunarji għall-2013, kif ukoll għall-2016. Inizjattiva leġiżlattiva ġdida għat-tkomplija ta’ dan il-programm ta’ stħarriġiet wara l-2016 hija prevista, sabiex tkompli taqdi l-għan ta’ appoġġ għat-tfassil, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-PAK 2020 u lil hinn minnha.

1.6.        Tul tal-perjodu u impatt finanzjarju

× Proposta/inizjattiva ta' tul tal-perjodu limitat

– ×   Proposta/inizjattiva b'effett mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2018.

– ×   Impatt finanzjarju mill-2014 sal-2019

¨ Proposta/inizjattiva ta' tul tal-perjodu illimitat

– Implimentazzjoni b'perjodu tat-tnedija mill-SSSS sal-SSSS,

– segwita b'operazzjoni fuq skala sħiħa.

1.7.        Metodu(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i) [8]

x Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

– x mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

– ¨  mill-aġenziji eżekuttivi;

¨ Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

¨ Ġestjoni indiretta permezz tad-delega ta' kompiti ta' implimentazzjoni lil:

– ¨ pajjiżi terzi jew lil korpi li jkunu nnominaw;

– ¨ organizzazzjonijiet internazzjonali u l-aġenziji tagħhom (għandhom jiġu speċifikati);

– ¨il-BEI u l-Fond Ewropew tal-Investiment;

– ¨ korpi msemmijin fl-Artikoli 208 u 209 tar-Regolament Finanzjarju;

– ¨ korpi tal-liġi pubblika;

– ¨ korpi rregolati b'liġi privata b'missjoni ta' servizz pubbliku sal-punt li jipprovdu garanziji finanzjarji xierqa;

– ¨ korpi rregolati mil-liġi privata ta' Stat Membru li huma inkarigati biex jimplimentaw sħubija pubblika privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji xierqa;

– ¨ persuni inkarigati biex jimplimentaw azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

– Jekk tindika aktar minn metodu wieħed ta’ ġestjoni, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima “Kummenti”.

Kummenti

2.           MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.        Regoli ta’ monitoraġġ u rappurtar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet

Dawk li jirċievu l-għotjiet għandhom jibagħtu d-dejta miġbura u r-rapport ta’ kwalità korrispondenti.

2.2.        Sistema ta’ ġestjoni u kontroll

2.2.1.     Ir-riskju/riskji identifikat(i)

Kwistjonijiet potenzjali tal-kwalità u l-puntwalità tad-dejta.

2.2.2.     Il-metodu/i tal-kontroll previst(i)

Ir-regoli ta’ validazzjoni applikati għal settijiet tad-dejta li għandhom jiġu kkomunikati lill-Istati Membri bil-quddiem; il-konformità mad-dati ta’ skadenza se tiġi mmonitorjata. Rapporti Metodoloġiċi Nazzjonali se jkunu meħtieġa għal kull stħarriġ. L-ispejjeż eliġibbli se jiġu ċċekkjati.

2.3.        Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet

Speċifika l-miżuri ta' prevenzjoni u ta' protezzjoni eżistenti jew previsti.

Barra milli japplika l-mekkaniżmi ta’ kontroll regolatorji kollha, il-Eurostat se jiżviluppa strateġija kontra l-frodi għall-2014-17, skont l-istrateġija ġdida tal-Kummissjoni kontra l-frodi (CAFS) adottata fl-24 ta’ Ġunju 2011. Din se tiżgura, pereżempju, li l-monitoraġġ intern marbut mal-ġlieda kontra l-frodi jkun totalment allinjat mal-CAFS u li l-approċċ tal-ġestjoni tar-riskju ta’ frodi jkun immirat biex jidentifika l-oqsma ta’ riskju ta’ frodi u r-reazzjonijiet adegwati. Gruppi ta’ netwerking u għodod tal-IT speċifiċi ddedikati għall-analiżi tal-każijiet ta’ frodi se jitwaqqfu fejn meħtieġ.

Il-Eurostat iddefinixxa strateġija ta’ kontroll tal-2013 sal-2017 li takkumpanja l-implimentazzjoni tan-nefqa. Il-miżuri u l-għodod f’din l-istrateġija huma applikabbli b’mod sħiħ għar-Regolament propost. It-tnaqqis tal-kumplessità, l-applikazzjoni ta’ proċeduri ta’ monitoraġġ kosteffettivi kif ukoll it-twettiq ta’ kontrolli ex-ante u ex-post ibbażati fuq ir-riskji se jkollhom l-għan li jnaqqsu l-probabbiltà u jikkontribwixxu għall-prevenzjoni ta’ frodi. Miżuri speċifiċi għaż-żieda fl-għarfien u t-taħriġ rilevanti rigward il-prevenzjoni tal-frodi huma parti mill-istrateġija ta' kontroll.

3.           L-IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

3.1.        Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-intestatura/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i

· Intestaturi baġitarji tan-nefqa eżistenti

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-intestaturi baġitjarji.

L-intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || Intestatura baġitjarja || Tip ta’ riżultat nefqa || Kontribut

Numru Deskrizzjoni: || Diff./mhux diff. ([9]) || minn pajjiżi tal-EFTA[10] || minn pajjiżi kandidati[11] || minn pajjiżi terzi || fit-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

2 || 05 08 02 Tkabbir Sostenibbli: riżorsi naturali || Diff || LE || LE || LE || LE

· Intestaturi baġitarji ġodda mitluba

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-intestaturi baġitjarji.

L-intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || Intestatura baġitjarja || Tip ta’ nefqa || Kontribut

Numru [Intestatura ……………………………………..] || Diff./mhux diff. || minn pajjiżi tal-EFTA || minn pajjiżi kandidati || minn pajjiżi terzi || fit-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

|| [XX.SS.SS.SS] || || IVA/LE || IVA/LE || IVA/LE || IVA/LE

3.2.        Impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.1.     Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

EUR miljun (sa 3 punti deċimali)

L-intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali: || Numru 2 || Tkabbir Sostenibbli: riżorsi naturali

DĠ: AGRI || || || 2014 || 2015 [12] || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || TOTAL

Ÿ Approprjazzjonijiet operazzjonali || || || || || || ||

Numru tal-linja baġitarja 05 08 02 [13] || Impenji || (1) || 0.250 || 19.500 || 0.300 || 0.300 || 0.300 || || 20.650

Pagamenti || (2) || || 9.850 || 0.300 || 0.300 || 9.900 || 0.300 || 20.650

Numru tal-linja baġitarja || Impenji || (1a) || || || || || || ||

Pagamenti || (2 a) || || || || || || ||

Approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għall-programmi speċifiċi[14] || || || || || || ||

Numru tal-linja baġitarja || || (3) || || || || || || ||

TOTAL ta' approprjazzjonijiet operazzjonali għad-DĠ AGRI || Impenji || =1+1a+3 || 0.250 || 19.500 || 0.300 || 0.300 || 0.300 || || 20.650

Pagamenti || =2+2A+3 || || 9.850 || 0.300 || 0.300 || 9.900 || 0.300 || 20.650

Ÿ TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali || Impenji || (4) || 0.250 || 19.500 || 0.300 || 0.300 || 0.300 || || 20.650

Pagamenti || (5) || || 9.850 || 0.300 || 0.300 || 9.900 || 0.300 || 20.650

Ÿ TOTAL ta' approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta' programmi speċifiċi || (6) || || || || || || ||

TOTAL ta' approprjazzjonijiet operazzjonali taħt l-INTESTATURA 2 tal-qafas finanzjarju pluriennali || Impenji || =4+ 6 || 0.250 || 19.500 || 0.300 || 0.300 || 0.300 || || 20.650

Pagamenti || =5+ 6 || || 9.850 || 0.300 || 0.300 || 9.900 || 0.300 || 20.650

Jekk hija affettwata iżjed minn intestatura waħda mill-proposta / inizjattiva:

Ÿ TOTAL ta' approprjazzjonijiet operazzjonali || Impenji || (4) || || || || || || ||

Pagamenti || (5) || || || || || || ||

Ÿ TOTAL ta' approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta' programmi speċifiċi || (6) || || || || || || ||

TOTAL ta' approprjazzjonijiet operazzjonali taħt l-INTESTATURI minn 1 sa 4 tal-qafas finanzjarju pluriennali (Ammont ta' referenza) || Impenji || =4+ 6 || || || || || || ||

Pagamenti || =5+ 6 || || || || || || ||

L-intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali: || 5 || “ Nefqa amministrattiva ”

EUR miljun (sa 3 punti deċimali)

|| || || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || TOTAL

DĠ: ESTAT ||

Ÿ Riżorsi umani || 0.537 || 0.537 || 0.537 || 0.537 || 0.537 || 2.685

Ÿ Nefqa amministrattiva oħra || 0.30 || 0.45 || 0.55 || 0.45 || 0.45 || 2.2

TOTAL DĠ ESTAT || Approprjazzjonijiet || 0.837 || 0.987 || 1.077 || 0.987 || 0.987 || 4.885

|| || || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || TOTAL

TOTAL ta' approprjazzjonijiet operazzjonali taħt l-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || (Impenji totali = Pagamenti totali) || 0.837 || 0.987 || 1.077 || 0.987 || 0.987 || 4.885

EUR miljun (sa 3 punti deċimali)

|| || || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || TOTAL

TOTAL ta' approprjazzjonijiet operazzjonali taħt l-INTESTATURI 1 sa 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || Impenji || 1.087 || 20.487 || 1.377 || 1.287 || 1.287 || || 25.525

Pagamenti || 0.837 || 10.837 || 1.377 || 1.287 || 10.887 || 0.300 || 25.525

3.2.2.     Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

– ¨  Il-proposta/inizjattiva ma tirrikjedix l-użu ta' approprjazzjonijiet operazzjonali

– x   Il-proposta/inizjattiva tirrikjedi l-użu ta' approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (sa 3 punti deċimali)

L-objettivi u r-riżultati indikattivi ò || || || 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || ||

|| Tip ta’ riżultat[15] || Kost medju tar-riżultat || Għadd ta' riżultati || Kost || Għadd ta' riżultati || Kost || Għadd ta' riżultati || Kost || Għadd ta' riżultati || Kost || Għadd ta' riżultati || Għadd || Għadd totali ta' riżultati || Total kost

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1[16]... || || || || || || || || || || || || || ||

- Riżultat || Bażi tad-dejta || 1.45 || || 0.25 || || 0.3 || || 0.3 || || 0.3 || || 0.3 || || 1.45

- Riżultat || Mikrodejta || EUR 11.4 għal kull rekord || || || || 9.6 || || || || || || 9.6 || 1.685 miljun rekord || 19.2

- Riżultat || || || || || || || || || || || || || ||

Subtotal għall-objettiv speċifiku Nru 1 || || || || || || || || || || || || || ||

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 2… || || || || || || || || || || || || || ||

- Riżultat || || || || || || || || || || || || || ||

Subtotal għall-objettiv speċifiku Nru 2 || || || || || || || || || || || || || ||

KOST TOTALI || || || || 0.25 || || 9.9 || || 0.3 || || 0.3 || || 9.9 || || 20.65

3.2.3.     Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.3.1.  Sommarju

– ¨  Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet amministrattivi

– ¨  Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet amministrattivi, kif spjegat hawn taħt:

EUR miljun (sa 3 punti deċimali)

|| Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || TOTAL

INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || || || || || ||

Riżorsi umani || 0.537 || 0.537 || 0.537 || 0.537 || 0.537 || 2.685

Nefqa amministrattiva oħra || 0.3 || 0.45 || 0.55 || 0.45 || 0.45 || 2.2

Subtotal tal-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || 0.837 || 0.987 || 1.077 || 0.987 || 0.987 || 4.885

Barra mill-INTESTATURA 5[17] tal-qafas finanzjarju pluriennali || || || || || ||

Riżorsi umani || || || || || ||

Nefqa amministrattiva oħra ta' natura amministrattiva || || || || || ||

Subtotal barra mill-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || || || || || ||

TOTAL || 0.837 || 0.987 || 1.077 || 0.987 || 0.987 || 4.885

3.2.3.2.  Rekwiżiti stmati ta' riżorsi umani

– ¨  Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani

– x   Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima għandha tiġi espressa f’ammonti sħaħ (jew l-iktar sa ċifra waħda wara l-punt deċimali)

|| Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || … daħħal snin daqskemm ikun meħtieġ sabiex turi t-tul tal-perjodu tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Ÿ Karigi fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji)

XX 01 01 01 (Kwartieri Ġenerali u l-Uffiċċji ta’ Rappreżentanza tal-Kummissjoni) || 4.1 || 4.1 || 4.1 || 4.1 || 4.1 || ||

XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet) || || || || || || ||

XX 01 05 01 (Riċerka indiretta) || || || || || || ||

10 01 05 01 (Riċerka diretta) || || || || || || ||

Ÿ Persunal estern (f’Unità Ekwivalenti għal Full-Time: UEF)[18]

XX 01 02 01 (AK, INT, ENS mill-"pakkett globali") || || || || || || ||

XX 01 02 02 (CA, INT, JED, LA u SNE fid-delegazzjonijiet) || || || || || || ||

XX 01 04 ss [19] || - fil-Kwartieri Ġenerali[20] || || || || || || ||

- fid-delegazzjonijiet || || || || || || ||

XX 01 05 02 (AK, INT, ENS – Riċerka indiretta) || || || || || || ||

10 01 05 02 (CA, INT, SNE - Riċerka Diretta) || || || || || || ||

Intestaturi baġitarji oħra (speċifika) || || || || || || ||

TOTAL || 4.1 || 4.1 || 4.1 || 4.1 || 4.1 || ||

XX huwa l-qasam ta’ politika jew titolu baġitarju kkonċernat.

Ir-rekwiżiti tar-riżorsi umani meħtieġa se jintlaħqu mill-persunal tad-Direttorat Ġenerali (DĠ) li huwa diġà assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li ġie allokat mill-ġdid fid-DĠ. Jekk ikun meħtieġ, jistgħu jiġu allokati riżorsi umani addizzjonali għall-ġestjoni tad-DĠ skont il-proċedura ta' allokazzjoni annwali u fid-dawl tal-limiti baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u aġenti temporanji || - ġestjoni ta' għotjiet marbuta mal-inizjattiva - validazzjoni tad-dejta - ħidma metodoloġika u ta' sostenn - analiżi tar-rapporti

Persunal estern ||

3.2.4.     Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

– x   Il-proposta/inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali.

– ¨  Il-proposta/inizjattiva sejra tinvolvi r-riprogrammazzjoni tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali.

Spjega l-programmazzjoni mill-ġdid meħtieġa, billi tispeċifika l-intestaturi baġitarji kkonċernati u l-ammonti ekwivalenti.

– ¨  Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-applikazzjoni tal-istrumenti ta’ flessibbiltà jew ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali[21].

Spjega x’inhu meħtieġ, billi tispeċifika l-intestaturi u l-intestaturi baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

3.2.5.     Kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi

– Il-proposta/inizjattiva ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi

– Il-proposta/inizjattiva tipprevedi l-kofinanzjament stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (sa 3 punti deċimali)

|| Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || … daħħal snin daqskemm ikun meħtieġ sabiex turi t-terminu tal-impatt (ara l-punt 1.6) || Total

Speċifikal-korp ta’ kofinanzjament || || || || || || || ||

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati || || || || || || || ||

3.3.        Impatt stmat fuq id-dħul

– x   Il-proposta/inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

– ¨  Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

– ¨         fuq ir-riżorsi proprji

– ¨         fuq id-dħul mixxellanju

EUR miljun (sa 3 punti deċimali)

Intestatura baġitarja tad-dħul: || Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena baġitarja attwali || L-impatt tal-proposta/inizjattiva[22]

Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || … daħħal il-kolonni li hemm bżonn biex turi t-tul tal-perjodu tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Artikolu …………. || || || || || || || ||

Għad-dħul mixxellanju assenjat, speċifika l-intestatura/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.

Speċifika l-metodu għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul.

[1]               ĠU L 321, 1.12.2008, p. 14.

[2]               ĠU L 179, 7.8.1972, p.1.

[3]               ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164.

[4]               ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

[5]               ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

[6]               ABM: Ġestjoni bbażata fuq l-attività — ABB: Ibbaġitjar Ibbażat fuq l-Attività.

[7]               Kif imsemmi fl-Artikolu 54(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.

[8]               Id-dettalji tal-metodi ta' ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju huma disponibbli fis-sit tal-BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_mt.html.

[9]               Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.

[10]             L-EFTA: L-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.

[11]             Il-pajjiżi kandidati u, meta applikabbli, il-pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.

[12]             l-eżekuzzjoni tal-pagamenti tal-intestatura 05 08 02 matul il-perjodu 2014-2020 se ssir fil-biċċa l-kbira matul is-sena 2015 (pagamenti bil-quddiem tal-istħarriġ 2016) u l-pagamenti finali fl-2018

[13]             L-intestatura 05 08 02 tappartjeni lill-FAEG matul il-perjodu 2014-2020 u hija koperta bis-sublimitu speċifiku.

[14]             Għajnuna teknika u/jew amministrattiva u nefqa f'għajnuna għall-implimentazzjoni tal-programmi u/jew l-azzjonijiet tal-UE (dawk li kienu l-intestaturi "BA"), ir-riċerka indiretta, ir-riċerka diretta.

[15]             Ir-riżultati huma prodotti u servizzi li jridu jiġu pprovduti (eż.: l-għadd ta’ skambji tal-istudenti ffinanzjati, l-għadd ta' km ta' toroq mibnija, eċċ.).

[16]             Kif deskritt fit-Taqsima 1.4.2. “Objettiv(i) speċifiku(ċi)…”

[17]             Għajnuna teknika u/jew amministrattiva u nefqa biex tgħin fl-implimentazzjoni tal-programmi u/jew l-azzjonijiet tal-UE (dawk li kienu l-intestaturi "BA"), ir-riċerka indiretta, ir-riċerka diretta.

[18]             AK = Aġent Kuntrattwali; INT= persunal tal-aġenzija ("Intérimaire"); JED= "Jeune Expert en Délégation" (Esperti Żgħażagħ fid-Delegazzjonijiet); LA = Aġent Lokali; SNE= Espert Nazzjonali Ssekondat;

[19]             Taħt il-limitu massimu għall- persunal estern minn approprjazzjonijiet operazzjonali (l-intestaturi "BA" preċedenti).

[20]             Essenzjalment għall-Fondi Strutturali, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u l-Fond Ewropew għas-Sajd (FES).

[21]             Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali.

[22]             Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (imposti tad-dwana, dazji taz-zokkor), l-ammonti indikati għandhom ikunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 25 % għall-ispejjeż tal-ġbir.

Top