EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52013PC0520

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u ċert ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni tal-Banek u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

/* COM/2013/0520 final - 2013/0253 (COD) */

52013PC0520

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u ċert ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni tal-Banek u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. /* COM/2013/0520 final - 2013/0253 (COD) */


MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI

1.           KUNTEST TAL-PROPOSTA

Kif indikat fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill "Pjan Direzzjonali lejn Unjoni Bankarja"[1], fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Pjan ta' Azzjoni għal Unjoni Ekonomika u Monetarja Profonda u Ġenwina: It-tnedija ta' Dibattitu Ewropew"[2] u r-Rapport tal-Erba' Presidenti "Lejn unjoni ekonomika u monetarja profonda u ġenwina"[3] fl-2012, qafas finanzjarju integrat jew "Unjoni Bankarja" huwa parti vitali tal-miżuri politiċi biex l-Ewropa terġa' lura fit-triq tal-irkupru u t-tkabbir ekonomiku.

Progress rapidu lejn Unjoni Bankarja huwa indispensabbli biex tiġi żgurata stabbiltà u tkabbir finanzjarji fiż-Żona tal-Euro u fis-suq intern kollu. Huwa pass kruċjali biex jingħelbu l-frammentazzjoni u l-inċertezza finanzjarji attwali, biex jiġu ssimplifikati l-kundizzjonijiet ta' finanzjament għas-sovrani u l-banek vulnerabbli u tinkiser ir-rabta bejn it-tnejn li huma, u biex titnieda mill-ġdid l-attività bankarja bejn il-fruntieri fis-suq Intern għall-benefiċċju taż-Żona tal-Euro u tal-Istati Membri mhux fiż-Żona tal-Euro. Billi tibni fuq il-qafas regolatorju komuni għat-28 membru tas-suq intern (sett ta' regoli wieħed), il-Kummissjoni Ewropea ħadet approċċ inklużiv u pproponiet pjan direzzjonali għall-Unjoni Bankarja bi strumenti u passi differenti, potenzjalment miftuħa għall-Istati Membri kollha iżda fi kwalunkwe każ li jinkludi t-18 attwalment fiż-Żona tal-Euro.

F'Marzu 2013, il-Kunsill Ewropew impenja ruħu li jlesti l-Unjoni Bankarja permezz tal-passi li ġejjin. L-ewwel, il-proċeduri leġiżlattivi li fadal biex jiġi stabbilit il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (MSU) li jagħti setgħat lill-BĊE biex jissorvelja l-banek fiż-Żona tal-Euro[4] għandhom jiġu konklużi bħala prijorità. It-tieni, għandu jintlaħaq ftehim fix-xhur tas-sajf dwar kif il-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà (MES) jista', wara l-istabbiliment tal-MSU u analiżi tal-karti tal-bilanċ tal-bank inkluża d-definizzjoni ta' "assi legati", jirrikapitalizza l-banek direttament. B'mod simili fis-sajf tal-2013, għandu jintlaħaq ftehim dwar il-proposti tal-Kummissjoni għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' [ ] li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment (aktar 'il quddiem "id-Direttiva [ ] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill"[5]). Fl-aħħar, il-proposta tal-Kummissjoni għal Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni (MUR) flimkien ma' mekkaniżmu għal pjan ta' emerġenza xieraq u effettiv għandhom jiġu eżaminati bħala prijorità bl-intenzjoni li jiġu adottati matul iċ-ċiklu parlamentari attwali.

Kif stabbilit, l-Unjoni Bankarja se tkopri l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro kollha u dawk l-Istati Membri mhux fiż-Żona tal-Euro li jixtiequ jingħaqdu. L-istess ġabra unika tar-regoli għall-UE kollha ta' rekwiżiti prudenzjali[6] u r-regoli dwar ir-riżoluzzjoni tal-banek se japplikaw fl-Unjoni Bankarja u fl-Istati Membri l-oħra kollha. L-integrità tas-suq intern għalhekk se tiġi preservata. L-istabbiltà finanzjarja msaħħa ġġenerata mill-Unjoni Bankarja se tagħti spinta lill-fiduċja u l-prospetti għat-tkabbir fis-suq intern kollu. L-applikazzjoni ċentrali u uniformi tar-regoli prudenzjali u ta' riżoluzzjoni fl-Istati Membri li qed jieħdu sehem fl-Unjoni Bankarja se jibbenefikaw minnha l-Istati Membri kollha. Billi tegħleb il-frammentazzjoni finanzjarja li bħalissa qed tostakola l-attività ekonomika, din se tgħin biex tiġi żgurata kompetizzjoni ġusta u tneħħi l-ostakoli għall-eżerċizzju ħieles tal-libertajiet fundamentali mhux biss fl-Istati Membri parteċipanti iżda fis-suq intern kollu kemm hu.

1.1.        Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni u arranġamenti finanzjarji bħala elementi ewlenin tal-Unjoni Bankarja

Il-ftehim rapidu dwar Mekkaniżmu Superviżorju Uniku f'April 2012, seba' xhur biss wara l-proposta tal-Kummissjoni ta' Settembru 2012 bena l-bażi għal Unjoni Bankarja, bħala parti integrali tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja.

Is-superviżjoni msaħħa fl-MSU se ġġib lura l-fiduċja fis-saħħa tal-banek. Il-BĊE se jieħu r-responsabbiltà aħħarija għas-superviżjoni tal-banek kollha fiż-Żona tal-Euro fl-2014. Fil-prattika, il-BĊE se jissorvelja direttament l-aktar banek kbar u internazzjonalment attivi bil-possibbiltà li "jitlob" is-superviżjoni diretta għall-oħrajn, filwaqt li l-awtoritajiet nazzjonali se jkunu responsabbli għas-superviżjoni ta' kuljum tal-banek iżgħar.

Fuq il-bażi tal-MSU, sabiex tiġi stabbilita s-sostenibbiltà tas-swieq bankarji fl-Istati Membri parteċipanti fl-MSU, l-UE trid tistabbilixxi Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni biex tindirizza l-banek f'diffikultà. Ir-riskju ta' bank li jesperjenza problema ta' likwidità jew solvenza serja qatt ma jista' jiġi eskluż. Għalhekk huwa meħtieġ li jiġi stabbilit qafas li jippermetti r-ristrutturar fil-fond tal-banek mill-awtoritajiet filwaqt li jiġu evitati r-riskji sinifikanti ħafna lill-istabbiltà ekonomika u l-kostijiet li jirriżultaw mil-likwidazzjoni diżorganizzata skont il-liġijiet nazzjonali dwar l-insolvenza, u li ttemm il-ħtieġa li jiġi ffinanzjat il-proċess mir-riżorsi pubbliċi.

Id-Direttiva dwar Irkupru u Riżoluzzjoni tal-Banek, meta tiġi adottata mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill, se tiddetermina r-regoli ta' kif jiġu ristrutturati l-banek tal-UE f'diffikultajiet finanzjarji serji, kif jinżammu l-funzjonijiet vitali għall-ekonomija reali u kif jiġu allokati t-telf u l-kostijiet lill-azzjonisti, il-kredituri u lid-depożituri mhux assigurati. Ir-rikapitalizzazzjoni interna, li hija strument ewlieni fid-direttiva dwar ir-riżoluzzjoni, talloka t-telf sekwenzjalment u tniżżel il-valur tal-pretenzjonijiet tal-azzjonisti, il-kredituri supordinati u l-kredituri superjuri. Id-depożituri taħt l-EUR 100 000 fi kwalunkwe każ huma esklużi milli jġarrbu telf għax il-pretensjonijiet tagħhom huma protetti minn Skemi ta' Garanzija tad-Depożiti nazzjonali.

Id-Direttiva tiddependi fuq netwerk ta' awtoritajiet nazzjonali u fondi ta' riżoluzzjoni għar-riżoluzzjoni tal-banek. Filwaqt li dan huwa pass kbir 'il quddiem biex jiġu minimizzati l-approċċi nazzjonali differenti u biex tiġi protetta l-integrità tas-suq intern, mhuwiex biżżejjed għal dawk l-Istati Membri li jikkondividu s-superviżjoni tal-istituzzjonijiet tal-kreditu fl-MSU. Kif rikonoxxut mill-Kunsill Ewropew, fl-Unjoni Bankarja, is-superviżjoni u r-riżoluzzjoni tal-banek iridu jiġu eżerċitati mill-istess livell ta' awtorità. Inkella jista' jkun hemm tensjonijiet bejn is-superviżur (BĊE) u l-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni dwar kif għandhom jiġu trattati l-banek f'diffikultà, filwaqt li l-istenniji tas-suq dwar l-(in)abbiltà tal-Istati Membri li jindirizzaw il-fallimenti tal-banek nazzjonalment jistgħu jkomplu jsaħħu ċ-ċirku vizzjuż bejn is-sovrani u l-banek u l-frammentazzjoni u d-distorsjonijiet kompetittivi fis-suq intern.

Meta mqabbel ma' netwerk ta' awtoritajiet ta' riżoluzzjoni, Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni b'korp ta' teħid ta' deċiżjonijiet ċentrali u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni tal-Banek jipprovdu benefiċċji ewlenin għall-Istati Membri, l-kontribwenti, il-banek u stabbiltà finanzjarja u ekonomika fl-UE kollha:

· teħid ta' deċiżjonijiet ċentrali b'saħħtu jiżgura li d-deċiżjonijiet ta' riżoluzzjoni fl-Istati Membri parteċipanti kollha jittieħdu malajr u b'mod effettiv, u tiġi evitata azzjoni mhux ikkoordinata, jitnaqqsu l-impatti negattivi fuq l-istabbiltà finanzjarja u tiġi limitata l-ħtieġa għall-appoġġ finanzjarju;

· ġabra ċentralizzata ta' għarfien espert u esperjenza dwar ir-riżoluzzjoni tal-banek tippermetti li jiġu indirizzati l-banek f'diffikultà b'mod aktar sistematiku u effettiv milli l-awtoritajiet nazzjonali individwali b'riżorsi u esperjenza aktar limitati;

· Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni tal-Banek ikun jista' jiġbor riżorsi sinifikanti mill-kontribuzzjonijiet tal-banek u għalhekk jipproteġi l-kontribwenti b'mod aktar effettiv milli l-fondi nazzjonali, filwaqt li fl-istess ħin jipprovdi kundizzjonijiet ekwi għall-banek fl-Istati Membri parteċipanti kollha. Fond Uniku jevita li jkun hemm problemi ta' koordinazzjoni li jirriżultaw fil-mobilizzazzjoni tal-fondi nazzjonali u se jkun importanti ħafna fl-eliminazzjoni tad-dipendenza tal-banek fuq l-affidabbiltà kreditizja sovrana.

Il-Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni għandu jinħoloq fil-qafas legali u istituzzjonali tal-UE. Il-Konklużjoni tal-Kunsill Ewropew tal-14 ta' Diċembru 2012 jistqarru li l-"proċess tat-tlestija tal-UEM se jibni fuq il-qafas istituzzjonali u legali tal-UE." Filwaqt li l-mobilizzazzjoni ta' għodda intergovernattivi ad hoc barra mill-qafas tal-UE kienet meħtieġa biex jiġu indirizzati ċirkustanzi tas-suq eċċezzjonali u nuqqasijiet ta' governanza fil-kostruzzjoni oriġinali tal-UEM, din thedded li ddgħajjef il-kwalità demokratika tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE u l-koerenza tas-sistema legali tal-UE. Il-ħolqien tal-MUR fil-qafas legali u istituzzjonali tal-UE, bħal ma kien l-MSU qablu, għalhekk huwa pass neċessarju biex titlesta l-UEM b'mod konformi mal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew u, b'mod aktar wiesa', sabiex tiġi protetta l-ordni demokratika u istituzzjonali tal-UE.

1.2.        Tranżizzjoni lejn Unjoni Bankarja

Huwa stabbilit li l-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku jidħol fis-seħħ f'nofs l-2014. Il-Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni sadanittant għandu jibda l-operazzjonijiet f'Jannar 2015, meta d-Direttiva [ ] li se tipprovdi l-ġabra tar-regoli li jirregolaw ir-riżoluzzjoni tal-banek fis-Suq Uniku għandha tidħol fis-seħħ[7]. L-MUR mbagħad japplika r-regoli ta’ dan ir-Regolament li huma konformi mar-regoli tad-Direttiva [ ] għall-Istati Membri li qed jieħdu sehem fl-Unjoni bankarja, filwaqt li l-awtoritajiet nazzjonali japplikaw ir-regoli tad-Direttiva [ ] għal dawk li mhumiex qed jieħdu sehem.

Fi kwalunkwe każ ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat rigward il-kondiviżjoni tal-piż se japplikaw jekk l-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni jinvolvu l-appoġġ mill-gvern. Sabiex tiġi implimentata l-kondiviżjoni tal-piż mill-azzjonisti u l-kredituri żgħar, l-MUR se jkun jista' japplika mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, ir-regoli li jippermettu t-tniżżil fil-valur tal-ishma u tad-dejn subordinat sal-punt meħtieġ biex jiġu applikati r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.

Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jimplimentaw ir-regoli l-ġodda stabbiliti fid-Direttiva [ ] fil-liġi nazzjonali tagħhom, anki qabel id-data ta' skadenza għat-traspożizzjoni ta' dik id-Direttiva. Fi kwalunkwe każ, il-kompetenzi tal-għajnuna mill-Istat tal-Kummissjoni se jkunu preservati fil-każijiet kollha ta' riżoluzzjoni li jinvolvu l-appoġġ li jikkwalifika bħala għajnuna mill-Istat. Sal-punt li l-użu tal-Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni tal-Banek mill-MUR ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat skont il-kriterji speċifiċi stabbiliti fit-Trattat, b'analoġija, dawk il-kriterji xorta jibqgħu applikabbli sabiex jiġi żgurat li meta jintuża l-Fond għar-Riżoluzzjoni japplikaw l-istess regoli għall-intervent tiegħu bħallikieku l-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni jużaw l-arranġamenti nazzjonali ta' finanzjament.

Fil-livell Ewropew, dan il-proċess ta' konverġenza jitmexxa aktar 'il quddiem minn naħa permezz tal-linji gwida tal-Istat għall-appoġġ għall-banek u, min-naħa l-oħra, permezz tal-ftehim dwar kif il-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà jista' jirrikapitalizza l-banek f'diffikultà. Il-linji gwida riveduti dwar l-għajnuna mill-Istat jimponu rekwiżiti aktar stretti għall-kondiviżjoni tal-piż għall-azzjonisti u l-kredituri żgħar fi kwalunkwe Stat Membru li jipprovdi appoġġ lill-banek tiegħu. Dan inaqqas il-frammentazzjoni kontinwa tas-suq intern skont is-saħħa tal-assi sovrani u l-preżenza tal-assi legati. Il-linji gwida dwar l-MES sadanittant jispeċifikaw b'liema kundizzjonijiet, u soġġett għar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, l-Istati Membri li ma jkunux jistgħu jipprovdu appoġġ lill-banek jkunu jistgħu jiksbu self jew jekk meħtieġ kif il-banek ikunu jistgħu jiġu rikapitalizzati direttament mill-MES.

2.           RAĠUNAMENT GĦAL MEKKANIŻMU UNIKU TA' RIŻOLUZZJONI

Il-Kummissjoni qieset l-analiżi mwettqa fil-Valutazzjoni tal-Impatti li saret għall-adozzjoni tal-proposta għad-Direttiva [ ] li vvalutat l-aspetti operazzjonali u legali rilevanti għall-istabbiliment ta' Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni (MUR).

Twettqet analiżi addizzjonali dwar il-karatteristiċi proposti tal-MUR fuq il-bażi ta' aġġornamenti tal-informazzjoni inkluża fil-Valutazzjoni tal-Impatti. Fir-rigward tal-abbiltà tal-MUR li jipproduċi deċiżjonijiet effettivi, il-ħin huwa kritiku għal żewġ raġunijiet importanti: ex ante, biex tissaħħaħ il-kredibbiltà tal-MUR reċentement stabbilit bħala għodda reattiva, li tikkontribwixxi għat-tnaqqis kemm jista' jkun tas-sorsi ta' inċertezza fis-swieq; u meta tinbeda r-riżoluzzjoni, sabiex l-MUR jippreserva l-valur tal-assi li jistgħu jiddgħajfu minn dewmien mhux meħtieġ fil-proċess ta' riżoluzzjoni. Netwerk ta' awtoritajiet nazzjonali jirrikjedi aktar ħin għal kull deliberazzjoni fir-rigward tal-istituzzjonijiet transfruntiera. Bil-kontra, id-diviżjoni proposta tar-responsabbiltajiet bejn livell ċentrali ta' teħid ta' deċiżjonijiet u l-awtoritajiet ta' implimentazzjoni lokali se tirriżulta fl-iffrankar tal-ħin. Fil-livell nazzjonali, se jieħu inqas ħin minn fil-livell ċentrali biex jinġabar l-għarfien espert għall-ġestjoni tal-implimentazzjoni, minħabba li l-liġi applikabbli hija nazzjonali; fil-livell ċentrali, se jkun hemm lok għal massa kritika akbar biex tiġbed u tiżviluppa l-aħjar kapital uman speċjalizzat aktar malajr.

Fir-rigward tal-abbiltà tal-MUR li jipproduċi deċiżjonijiet effiċjenti, livell ta' teħid ta' deċiżjonijiet ċentrali se jikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-kostijiet tar-riżoluzzjoni peress li jista' jikseb vantaġġi sinifikanti f'termini ta' ekonomiji ta' skala fuq netwerk u minħabba li għandu rwol ċentrali fl-infurzabbiltà u l-ottimizzazzjoni tad-deċiżjoni dwar ir-riżoluzzjoni. Strutturalment, sistema li ma tegħlibx il-mandat tal-awtoritajiet nazzjonali biex jitnaqqas kemm jista' jkun il-kost għall-Istat Membru tagħhom stess ma tqisx bis-sħiħ l-esternalitajiet transfruntiera. Mekkaniżmu għall-kondiviżjoni tal-piżijiet biex jitnaqqas kemm jista' jkun it-telf globali tal-welfare f'dawn is-sitwazzjonijiet ilu previst mill-Istati Membri mill-bidu tal-kriżi[8]. Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni huwa aktar adattat minn netwerk għall-garanzija tal-infurzabbiltà tat-trasferimenti tal-piż, kundizzjoni meħtieġa għall-funzjonament ta' ftehim dwar il-kondiviżjoni tal-piż. Se jiggarantixxi wkoll l-infurzabbiltà esterna tal-politika ottimali dwar ir-riżoluzzjoni, li tippermetti li jkun hemm qbil dwar regola għall-kondiviżjoni tal-piż ex ante li talloka l-kostijiet tar-riżoluzzjoni skont kriterji ekwi u bbilanċjati.

3.           ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

3.1.        Bażi legali

Il-bażi legali għal din il-proposta hija l-Artikolu 114 TFEU, li jippermetti l-adozzjoni tal-miżuri għall-approssimazzjoni tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li bħala għan għandhom l-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern.

Il-proposta timmira li tippreserva l-integrità u ssaħħaħ il-funzjonament tas-suq intern. L-applikazzjoni uniformi ta' sett uniku ta' regoli dwar ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-aċċess għal fond uniku Ewropew għar-riżoluzzjoni minn awtorità ċentrali se ġġib lura l-funzjonament ordnat tas-swieq bankarji Ewropej, li tneħħi l-ostakoli għall-eżerċizzju tal-libertajiet fundamentali u se tevita distorsjoni sinifikanti tal-kompetizzjoni mill-inqas f'dawk l-Istati Membri li jikkondividu s-superviżjoni tal-istituzzjonijiet tal-kreditu fil-livell Ewropew.

Filwaqt li d-Direttiva [ ] iġġib livell għoli ta' armonizzazzjoni, xorta tippermetti flessibbiltà lill-Istati Membri li jfisser li jista' jifdal xi frammentazzjoni fis-suq intern. L-MUR minflok jipprevedi struttura integrata għat-teħid tad-deċiżjonijiet li tallinja r-riżoluzzjoni taħt l-MUR bis-superviżjoni taħt l-MSU biex jiġi eliminat l-iżvantaġġ kompetittiv li għandhom il-banek fl-Istati Membri parteċipanti fl-MSU meta mqabbla mal-banek fl-Istati Membri mhux parteċipanti minħabba n-nuqqas ta' sistema ċentralizzata għall-indirizzar tal-banek f'diffikultà. Sabiex jiġi żgurat li l-Istati Membri kollha għandhom fiduċja sħiħa fil-kwalità u l-imparzjalità tal-proċess ta' riżoluzzjoni tal-banek b'mod partikolari fir-rigward tal-implikazzjonijiet ekonomiċi lokali, id-deċiżjonijiet dwar ir-riżoluzzjoni se jitħejjew u jiġu monitorjati b'mod ċentrali minn Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni sabiex jiġi żgurat approċċ koerenti u uniformi u l-proċess ta' riżoluzzjoni jinbeda mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni tiddeċiedi wkoll dwar il-qafas tal-għodda ta' riżoluzzjoni li se jiġi applikat fir-rigward tal-entità kkonċernata u dwar l-użu tal-Fond għall-appoġġ tal-azzjoni ta' riżoluzzjoni.

Barra minn hekk, sabiex jiġi appoġġat il-proċess ta' riżoluzzjoni u tissaħħaħ l-effettività tiegħu, ir-Regolament propost jistabbilixxi Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni tal-Banek. Ir-Regolament propost huwa infurzabbli direttament fl-Istati Membri kollha, iżda japplika għall-entitajiet kollha li qegħdin taħt superviżjoni mill-MSU. Il-ġabra unika tar-regoli stabbilita mir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment[9] u d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment[10], u d-Direttiva [ ] se japplikaw għall-Istati Membri parteċipanti peress li japplikaw fis-suq intern kollu.

L-Artikolu 114 TFEU għalhekk huwa l-bażi legali xierqa.

3.2.        Sussidjarjetà

Skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà stabbilit fl-Artikolu 5.3 TUE, f'oqsma li ma jaqgħux fir-responsabbiltà esklużiva tiegħu, l-Unjoni għandha taġixxi biss jekk u sal-punt li l-objettivi tal-azzjoni proposta ma jkunux jistgħu jinkisbu biżżejjed mill-Istati Membri, fil-livell ċentrali jew fil-livell reġjonali u lokali, iżda pjuttost, minħabba l-iskala jew l-effetti tal-azzjoni proposta, jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni.

L-azzjoni fil-livell Ewropew biss tista' tiżgura li l-banek f'diffikultà jiġu riżolti bl-inqas effetti sekondarji possibbli u b'mod konsistenti skont sett uniku ta' regoli. L-MUR se jġib ekonomiji ta' skala sinfikanti u se jevita l-esternalitajiet negattivi li jistgħu jirriżulatw minn deċiżjonijiet u fondi purament nazzjonali. Differenzi sostanzjali bejn id-deċiżjonijiet ta' riżoluzzjoni meħuda fil-livell nazzjonali, u soġġetti għal speċifitajiet lokali u restrizzjonijiet ta' finanzjament, jistgħu jdgħajfu l-istabbiltà u l-integrità tas-suq intern

Filwaqt li l-istabbiliment tal-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku jiżgura kundizzjonijiet indaqs fis-superviżjoni tal-banek u jnaqqas ir-riskju ta' moratorja, l-MUR jiżgura li meta bank ifalli, ir-ristrutturar jista' jsir bl-inqas kost, il-kredituri jirċievu trattament ġust u ugwali u l-finanzjament jista' jiġi mobilizzat malajr sal-aktar użu produttiv tiegħu fis-suq intern kollu.

Għalhekk huwa xieraq li l-Unjoni tipproponi l-azzjoni leġiżlattiva meħtieġa biex tistabbilixxi t-tali arranġament ta' riżoluzzjoni għall-banek taħt superviżjoni mill-MSU. Regolament huwa l-istrument legali xieraq biex jiġu evitati diskrepanzi fit-traspożizzjoni nazzjonali u sabiex jiġu żgurati mekkaniżmu istituzzjonali unifikat u kundizzjonijiet indaqs għall-banek kollha fl-Istati Membri parteċipanti.

3.3.        Proporzjonalità

Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, il-kontenut u l-forma tal-azzjoni tal-Unjoni ma għandhomx jaqbżu dak li huwa meħtieġ għall-kisba tal-objettivi tat-Trattati.

Fl-Unjoni Bankarja, is-superviżjoni u r-riżoluzzjoni tal-banek iridu jiġu eżerċitati mill-istess livell ta' awtorità. Inkella jista' jkun hemm tensjonijiet bejn is-superviżur Ewropew u l-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni dwar kif għandhom jiġu trattati l-banek f'diffikultà u kif għandhom jiġu koperti l-kostijiet tagħhom. Dawn it-tensjonijiet jistgħu jdgħajfu l-effettività tas-superviżjoni u r-riżoluzzjoni u jgħawġu l-kompetizzjoni bejn l-Istati Membri.

Il-kriżi reċenti enfasizzat il-ħtieġa għal azzjoni rapida u deċiżiva appoġġata minn arranġamenti ta' finanzjament fil-livell Ewropew biex jiġi evitat li r-riżoluzzjoni tal-banek immexxija b'mod nazzjonali ma jkollhiex impatti disproporzjonati fuq l-ekonomija reali, u biex titnaqqas l-inċertezza u jiġu evitati l-assalti bankarji u l-kontaġju fis-suq intern. Il-Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni jiżgura li jiġu applikati l-istess regoli bl-istess mod lil kwalunkwe bank f'diffikultà fi Stat Membru parteċipanti. Finanzjament xieraq ta' riżerva jista' jevita li l-problemi fil-banek individwali jirriżultaw fi tnaqqis tal-fiduċja fis-sistema bankarja kollha tal-Istat Membru jew ta' oħrajn li s-swieq iqisu li hija esposta għal riskji simili.

Iċ-ċertezza legali miżjuda, l-inċentivi allinjati kif suppost fil-kuntest tal-Unjoni Bankarja, u l-benefiċċji ekonomiċi tal-azzjoni ta' riżoluzzjoni ċentrali u uniformi jirrikjedu li l-proposta tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità u li ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ għall-kisba tal-objettivi mmirati.

Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, notevolment id-dritt għall-protezzjoni ta’ dejta personali, il-libertà ta’ impriża, id-dritt għal rimedju effikaċi u għal smigħ ġust, u għandu jiġi implimentat skont dawk id-drittijiet u l-prinċipji.

4.           SPJEGAZZJONI DETTALJATA TAL-PROPOSTA

4.1.        Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni

4.1.1.     Prinċipji, struttura u kamp ta' applikazzjoni

Il-Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni għandu jinkludi strutturi ta' teħid ta' deċiżjonijiet li huma legalment sodi u effettivi fi żminijiet ta' kriżi. It-teħid tad-deċiżjonijiet għandu jiżgura d-deċiżjonijiet Ewropej, iżda bl-involviment tal-SM minħabba l-importanza tar-riżoluzzjoni tal-banek għall-ekonomiji nazzjonali.

Il-Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni se japplika l-Ġabra Unika tar-Regoli dwar ir-riżoluzzjoni tal-banek stipulata fid-Direttiva dwar Irkupru u Riżoluzzjoni tal-Banek fir-rigward tal-banek f'diffikultà mill-Istati Membri parteċipanti f'dan il-mekkaniżmu. Il-Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni se jikkonsisti f'regoli u proċeduri uniformi li għandhom jiġu applikati mill-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni ("il-Bord"), flimkien mal-Kummissjoni u l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni tal-Istati Membri parteċipanti.

Il-Kummissjoni Ewropea se tipparteċipa fl-MUR biss sa fejn meħtieġ biex twettaq kompiti speċifiċi previsti f'dan ir-Regolament u b'relazzjoni mal-iskrutinju tal-għajnuna mill-Istat skont it-Trattat jew għall-fini tal-applikazzjoni, b'analoġija, il-kriterji stabbiliti għall-applikazzjoni tal-Artikolu 107 TFUE.

Madankollu, il-Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni ma jsegwix l-approċċ differenzjat tal-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku għal tipi differenti ta' banek minħabba l-karatteristiċi tal-proċess ta' riżoluzzjoni. Bil-kontra għall-kompitu kontinwu ta' superviżjoni ta' kuljum, uħud mill-banek biss x'aktarx li jfallu u jkunu f'riżoluzzjoni f'mument speċifiku. Barra minn hekk, kamp ta' applikazzjoni komprensiv għall-Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni huwa totalment konsistenti mal-loġika fejn il-BĊE jista' jwettaq superviżjoni diretta għal kwalunkwe bank fil-każ ta' problemi, inkluż fid-dawl tar-riżoluzzjoni possibbli tiegħu. Fl-aħħar nett, il-kriżi wriet li mhumiex biss il-banek internazzjonali l-kbar li jeħtieġu qafas ta' riżoluzzjoni fil-livell Ewropew. L-eżistenza ta' awtoritajiet ta' riżoluzzjoni differenzjati għal daqsijiet differenti ta' banek timplika wkoll finanzjament differenzjat u mekkaniżmi għal pjan ta' emerġenza li jistgħu jerġgħu jistabbilixxu rabtiet bejn is-sovrani u l-banek u jgħawġu l-kompetizzjoni.

4.1.2.     Prinċipji tal-azzjonijiet tal-MUR

Sabiex jiġi żgurat proċess ta' riżoluzzjoni oġġettiv u ġust, kwalunkwe diskriminazzjoni mill-Kummissjoni, il-Bord u l-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni kontra l-banek, id-depożituri, il-kredituri jew l-azzjonisti tagħhom minħabba n-nazzjonalità jew il-post tan-negozju hija projbita. Ir-riżoluzzjoni ta' gruppi transfruntiera hija mmexxija minn għadd ta' prinċipji sabiex jiġi żgurat trattament ugwali bejn l-entitajiet differenti tal-grupp, sabiex ikun hemm kunsiderazzjoni kif suppost tal-interessi tal-Istati Membri involuti fir-riżoluzzjoni, biex jiġi evitat li l-kost impost fuq il-kredituri jmur lil hinn minn dak li kien ikun f'proċedimenti ta' insolvenza normali. Meta partijiet ta' grupp biss ikunu fir-riżoluzzjoni, il-proposta għandha l-għan li tiżgura li l-proċess ta' riżoluzzjoni ma jkollux impatt negattiv fuq l-entitajiet tal-grupp li mhumiex fir-riżoluzzjoni. Bħala prinċipju, il-kost tar-riżoluzzjoni jiġġarrab mir-rikapitalizzazzjoni interna u mis-settur bankarju. Għalhekk, il-proposta tiżgura li l-Kummissjoni, il-Bord u l-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni jiddeċiedu dwar l-arranġamenti ta' finanzjament tar-riżoluzzjoni b'tali mod li jiġi minimizzat l-użu tal-appoġġ pubbliku straordinarju.

4.1.3.     Interazzjoni mal-kontroll tal-għajnuna mill-Istat tal-Kummissjoni

Fl-MUR, il-kontroll tal-għajnuna mill-Istat tal-Kummissjoni se tkun ippreservata fi kwalunkwe ċirkustanza. Dan ifisser li ladarba l-BĊE jinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Bord li bank jew grupp qed ifalli jew x'aktarx ifalli, il-proċedura ta' riżoluzzjoni fl-MUR għandha timxi b'mod parallel mal-proċedura ta' għajnuna mill-Istat fejn tapplika, sabiex l-Istat Membru jew l-Istati Membri kkonċernati għandhom jiġu mistiedna li jinnotifikaw il-miżuri previsti lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 108 TFUE. Dan jirrikjedi l-istabbiliment ta' kooperazzjoni u skambju ta' informazzjoni kontinwu bejn il-Bord u l-Kummissjoni għat-tlestija tal-proċedura ta' għajnuna mill-Istat. Barra minn hekk, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat tkun il-prekundizzjoni għall-adozzjoni mill-Kummissjoni ta' deċiżjoni li bank jitpoġġa f'riżoluzzjoni. Meta ma jkun hemm l-ebda għajnuna mill-Istat fl-użu tal-Fond, il-kriterji stabbiliti għall-applikazzjoni tal-Artikolu 107 TFUE għandhom jiġu applikati, b'analoġija, bħala prekundizzjoni għall-adozzjoni ta' deċiżjoni li bank jitpoġġa f'riżoluzzjoni, sabiex tiġi preservata l-integrità tas-suq intern bejn l-Istati Membri parteċipanti u mhux parteċipanti.

4.1.4.     Kompiti u struttura għat-teħid tad-deċiżjonijiet

Il-Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni jkopri l-kompiti ewlenin ta' riżoluzzjoni kollha li huma indispensabbli għar-riżoluzzjoni tal-banek f'diffikultà. Tali kompiti jinkludu, fost oħrajn, l-awtorizzazzjoni li jiġu applikati obbligazzjonijiet simplifikati fir-rigward tar-rekwiżit tat-tfassil ta' pjanijiet ta' riżoluzzjoni, it-tfassil ta' pjanijiet ta' riżoluzzjoni, l-analiżi tal-pjanijiet ta' riżoluzzjoni, il-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà tal-banek, id-deċiżjoni li bank jitpoġġa f'riżoluzzjoni, l-eżerċitar tas-setgħat ta' riżoluzzjoni fir-rigward ta' istituzzjoni f'riżoluzzjoni u l-implimentazzjoni ta' skemi ta' riżoluzzjoni. Barra minn hekk, l-MUR ikopri d-deċiżjonijiet dwar l-użu tal-finanzjament tar-riżoluzzjoni.

Il-kompożizzjoni tal-MUR tiżgura li l-istrutturi ta' teħid tad-deċiżjonijiet tagħha huma legalment sodi u effettivi, inkluż fi żminijiet ta' kriżi. Huma mfassla biex jiżguraw li d-deċiżjonijiet huma Ewropej u jinvolvu l-Istati Membri fid-dawl tal-importanza tar-riżoluzzjoni tal-banek għall-ekonomiji nazzjonali.

L-istrutturi għat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni jinkludu l-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni, l-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni tal-Istati Membri parteċipanti u l-Kummissjoni Ewropea. Il-kompiti tal-MUR huma kondiviżi bejn il-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni u l-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni.

Sabiex jiġu żgurati l-effettività u r-responsabbiltà tal-Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni u f'konformità mar-rekwiżiti legali, il-Kummissjoni Ewropea, bħala istituzzjoni tal-UE, għandha s-setgħa li tibda r-riżoluzzjoni ta' bank, fuq il-bażi ta' rakkomandazzjoni mill-Bord ta' Riżoluzzjoni jew b'inizjattiva tagħha stess. Jekk il-Kummissjoni tibda proċedura ta' riżoluzzjoni, hija tiddeċiedi wkoll dwar il-qafas tal-għodda ta' riżoluzzjoni li se jiġi applikat f'kull każ u dwar l-użu tal-Fond. Il-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni jieħu d-deċiżjonijiet l-oħra kollha skont ir-Regolament dwar il-MUR u jindirizzahom lill-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni għall-eżekuzzjoni fil-livell nazzjonali skont ir-Regolament dwar il-MUR u d-Direttiva [ ]. Il-Bord jimmonitorja l-eżekuzzjoni mill-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni tad-deċiżjonijiet tiegħu f'livell nazzjonali u, jekk xi awtorità nazzjonali tar-riżoluzzjoni ma tikkonformax mad-deċiżjoni tiegħu, huwa jkun jista’ jindirizza d-deċiżjonijiet direttament lill-banek.

4.1.5.     Proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet

Skont il-Ġabra Unika tar-Regoli stabbilita fid-Direttiva [ ], bank jitpoġġa f'riżoluzzjoni meta jkun qed ifalli jew meta x'aktarx ifalli, meta l-ebda arranġament fis-settur privat ikun jista' jevita l-falliment, u meta r-riżoluzzjoni tkun fl-interess pubbliku minħabba li l-bank huwa sistemiku għax il-falliment tiegħu jagħmel ħsara lill-istabbiltà finanzjarja. L-objettiv tar-riżoluzzjoni huwa li tiżgura l-kontinwità tal-funzjonijiet kritiċi tal-bank, li tipproteġi l-istabbiltà finanzjarja, li timinimizza d-dipendenza fuq il-flus tal-kontribwenti u li tipproteġi lid-depożituri.

Ir-riżoluzzjoni tibda wara proċess li jiżgura li tittieħed deċiżjoni ġustifikata u imparzjali fir-rigward ta' kwalunkwe bank f'diffikultà:

– il-BĊE, bħala superviżur tal-banek, jinnotifika li bank qed ifalli lill-Kummissjoni, lill-Bord ta' Riżoluzzjoni u lill-awtoritajiet u l-ministeri nazzjonali rilevanti;

– il-Bord ta' Riżoluzzjoni jivvaluta jekk hemmx theddida sistemika u l-ebda soluzzjoni fis-settur privat;

– jekk dan ikun il-każ, il-Bord ta' Riżoluzzjoni jirrakkomanda lill-Kummissjoni biex tibda r-riżoluzzjoni;

– il-Kummissjoni tiddeċiedi li tibda r-riżoluzzjoni u tindika lill-Bord ta' Riżoluzzjoni l-qafas għall-applikazzjoni tal-għodda ta' riżoluzzjoni u għall-użu tal-Fond bħala appoġġ tal-azzjoni ta' riżoluzzjoni. Il-Bord ta' Riżoluzzjoni jadotta, permezz ta' deċiżjoni indirizzata lill-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni, skema ta' riżoluzzjoni li tistabbilixxi l-għodda, l-azzjonijiet u l-miżuri ta' finanzjament tar-riżoluzzjoni, u li tavża lill-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni rilevanti biex timplimenta l-miżuri ta' riżoluzzjoni;

– l-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni jimplimentaw il-miżuri ta' riżoluzzjoni deċiżi mill-Bord skont il-liġi nazzjonali. Jekk l-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni ma jikkonformawx mad-deċiżjonijiet tal-Bord, il-Bord għandu s-setgħa li jaqbeż lill-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni u jindirizza ċerti deċiżjonijiet għall-implimentazzjoni tal-miżuri ta' riżoluzzjoni direttament lill-banek.

4.1.6.     Responsabbiltà u baġit

Kull komponent individwali tal-Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni se jkun indipendenti fil-prestazzjoni tal-kompiti tiegħu u se jkun soġġett għal dispożizzjonijiet ta' responsabbiltà stretti sabiex jiġi żgurat li juża s-setgħat tiegħu b'mod effettiv u imparzjali, fil-limiti stabbiliti minn dan ir-Regolament u d-Direttiva [ ]. Il-Bord ta' Riżoluzzjoni għalhekk irid jagħti kont lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għal kwalunkwe deċiżjoni meħuda fuq il-bażi ta' din il-proposta. Il-Parlamenti nazzjonali tal-Istati Membri parteċipanti se jkunu infurmati wkoll dwar l-attivitajiet tal-Bord ta' Riżoluzzjoni. Il-Bord se jkollu jwieġeb għall-kummenti jew il-mistoqisijiet indirizzati lilu mill-Parlamenti nazzjonali tal-Istati Membri parteċipanti. Il-baġit tal-MUR, li jinkludi l-fond uniku ta' riżoluzzjoni, mhuwiex parti mill-baġit tal-Unjoni. In-nefqa relatata mal-kompiti tal-MUR, il-ġestjoni u l-użu tal-Fond se tkun iffinanzjata mill-kontribuzzjonijiet mis-settur bankarju.

4.1.7.     Relazzjoni mal-Istati Membri mhux parteċipanti

Id-Direttiva [ ] tistabbilixxi kulleġġi ta' riżoluzzjoni fost l-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni għall-indirzzar tal-gruppi bankarji, filwaqt li tiżgura involviment xieraq u bbilanċjat tal-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni tal-Istati Membri kollha fejn jopera l-bank. L-ABE għandha rwol ta' medjazzjoni fejn l-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni tal-post u ospitanti ma jaqblux dwar it-tħejjija tal-pjanijiet ta' riżoluzzjoni u dwar ir-riżoluzzjoni nnifisha. Fil-kuntest tal-MUR, għall-entitajiet u l-gruppi stabbiliti biss fl-Istati Membri li qed jieħdu sehem fl-MSU, l-MUR jissostitwixxi l-kulleġġi ta' riżoluzzjoni previsti fid-Direttiva [ ] li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment. Ir-rappreżentanti mill-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni minflok huma involuti fil-Bord ta' Riżoluzzjoni.

Għall-banek stabbiliti fl-Istati Membri mhux parteċipanti kif definit mir-Regolament dwar l-MSU, id-Direttiva [ ] tkompli tapplika bis-sħiħ. B'mod simili, l-interazzjoni bejn l-MUR u l-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni fl-Istati Membri mhux parteċipanti se tiġi rregolata bis-sħiħ mid-Direttiva [ ]. Id-dispożizzjonijet dwar l-interazzjoni bejn il-fondi għar-riżoluzzjoni differenti (mutwalizzazzjoni u self u tislif volontarju reċiproku) japplikaw ukoll bejn il-Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u l-fondi nazzjonali għar-riżoluzzjoni tal-Istati Membri mhux parteċipanti. Il-proposta tiċċara wkoll li r-rwol tal-ABE previst fid-Direttiva [ ] u r-Regolament dwar l-ABE, inklużi s-setgħat ta' medjazzjoni tagħha, se japplika bis-sħiħ lill-Bord ta' Riżoluzzjoni.

Barra minn hekk il-proposta tqis is-sitwazzjoni tal-banek li huma stabbiliti fl-Istati Membri li ma jieħdux sehem fl-MUR fi tliet modi.

L-ewwel, il-proposta tistabbilixxi l-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni minn kwalunkwe wieħed mill-komponenti tal-MUR kontra l-istituzzjonijiet tal-kreditu, id-detenturi ta' depożiti, l-investituri jew kredituri oħra minħabba n-nazzjonalità jew il-post tan-negozju tagħhom.

It-tieni, il-proposta tipprevedi li meta grupp jinkludi istituzzjonijiet tal-kreditu stabbiliti fi Stat Membru parteċipanti u fi Stat Membru mhux parteċipanti, il-Bord jissostitwixxi l-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni tal-Istat Membru parteċipanti fil-kulleġġi ta' riżoluzzjoni previsti fid-Direttiva [ ].

It-tielet, l-Istati Membri mhux parteċipanti dejjem għandhom il-possibbiltà li jingħaqdu mal-MSU, u għalhekk jiżguraw ukoll li l-banek stabbiliti fit-territorju tagħhom ikunu soġġetti għall-MUR.

4.1.8.     Relazzjoni mad-Direttiva [ ] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' [ ] li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment

Fil-Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni, il-Ġabra Unika tar-Regoli stabbilita fid-Direttiva [ ] li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment se tapplika lill-Istati Membri parteċipanti billi tapplika fis-suq intern kollu. Jistgħu jsiru eċċezzjonijiet għal dan biss meta l-proċeduri jew id-dispożizzjonijiet previsti f'dan ir-Regolament jieħdu post id-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva [ ] (pereżempju d-dispożizzjonijiet dwar il-kulleġġi transfruntiera, li huma sostitwiti bit-teħid tad-deċiżjonijiet fl-MUR).

Il-proposta dwar l-MUR tintegra ċerti dispożizzjonijiet li huma paralleli mad-Direttiva [ ], minħabba li l-Bord ta' Riżoluzzjoni u l-Kummissjoni għandhom jibbażaw l-azzjonijiet tagħhom fuq il-liġi tal-Unjoni direttament applikabbli. Dispożizzjonijiet oħra ta’ din il-proposta jagħmlu kontroreferenzi speċifiċi għall-proposta tal-Kummissjoni dwar id-Direttiva [ ]. Xi wħud minn dawn id-dispożizzjonijiet ġew emendati mir-rapport ivvutat mill-kumitat ECON tal-Parlament Ewropew f'Mejju u mill-approċċ ġenerali tal-Kunsill fis-26 ta' Ġunju. Ir-Regolament dwar l-MUR fl-aħħar għandu jkun konformi b'mod sħiħ mal-ftehim dwar id-Direttiva [ ] li waslu għalih il-Parlament Ewropew u l-Kunsill. Din il-proposta tirreferi għall-approċċ ġenerali tal-Kunsill, bħala l-aħħar dokument disponibbli. Peress li n-negozjati għadhom għaddejjin bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill u d-Direttiva għadha mhijiex iffinalizzata, l-objettiv tal-Kummissjoni huwa li jiġu sostitwiti dawk id-dispożizzjonijiet sostanzjali bl-eżitu finali tan-negozjati bejn il-koleġiżlaturi fuq id-Direttiva [ ].

Għal ċerti aspetti diġà koperti mid-Direttiva [ ], allinjament ieħor huwa indispensabbli għall-funzjonament tajjeb ta' MUR ma' Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni tal-Banek. L-ewwel, il-ġerarkija tal-pretensjonijiet għandha tkun armonizzata bis-sħiħ għar-riżoluzzjoni, fuq il-bażi tal-prinċipju ta' preferenza tad-depożituri. L-Artikolu 15 jipproponi li tiġi armonizzata l-ġerarkija tal-pretensjonijiet fir-riżoluzzjoni, fuq il-bażi tal-prinċipju ta' preferenza tad-depożituri. Il-Kummissjoni tqis li tali armonizzazzjoni hija meħtieġa għall-entitajiet kollha soġġetti għad-Direttiva [ ], sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet indaqs fis-suq intern. It-tieni, f'MUR, kwalunkwe flessibbiltà għall-użu tar-rikapitalizzazzjoni interna trid tkun regolata b'mod strett u soġġetta għall-istess kundizzjonijiet għall-banek kollha. L-Artikolu 24 tal-proposta għalhekk jinkludi regolamentazzjoni stretta addizzjonali fuq il-bażi tal-approċċ ġenerali tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013, u jeskludi f'dan il-kuntest l-użu ta' kwalunkwe deroga prevista fid-Direttiva [ ] (b'mod partikolari dwar il-kalkolu tal-limitu għar-rikapitalizzazzjoni interna).

4.2.        Il-Bord ta' Riżoluzzjoni

4.2.1.     Governanza

Sabiex jiġi żgurat proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet dwar ir-riżoluzzjoni effettiv u responsabbli, ir-regoli dwar l-istruttura u l-ħidma tal-Bord ta' Riżoluzzjoni jipprevedu l-involviment xieraq tal-Istati Membri kollha direttament ikkonċernati. Il-Bord huwa kompost mid-Direttur Eżekuttiv, il-Viċi Direttur Eżekuttiv, ir-rappreżentanti maħtura mill-Kummissjoni u l-BĊE, u l-membri maħtura minn kull Stat Membru parteċipant, li jirrappreżentaw l-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni. Il-Bord, ippresedut minn Direttur Eżekuttiv, se jiltaqa' u jaħdem f'żewġ sessjonijiet: waħda eżekuttiva u waħda plenarja. L-osservaturi jistgħu jiġu mistiedna biex jattendu l-laqgħat tal-Bord.

Fis-sessjoni plenarja tiegħu, il-Bord jieħu d-deċiżjonijiet kollha ta' natura ġenerali. Fis-sessjoni eżekuttiva tiegħu, il-Bord jieħu deċiżjonijiet fir-rigward tal-entitajiet individwali jew il-gruppi bankarji. Tali deċiżjonijiet jirrigwardaw bosta affarijiet, mill-ippjanar tar-riżoluzzjoni, setgħat għal intervent bikri sa deċiżjonijiet dwar skemi ta' riżoluzzjoni, inkluż dwar l-użu tal-Fond għall-finanzjament tal-proċess ta' riżoluzzjoni, u l-iggwidar tar-riżoluzzjoni nazzjonali fl-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet ta' riżoluzzjoni.

Fis-sessjoni eżekuttiva tiegħu, il-Bord jinkludi d-Direttur Eżekuttiv, il-Viċi Direttur Eżekuttiv u r-rappreżentanti maħtura mill-Kummissjoni u l-BĊE.

Skont il-banek jew gruppi li għandhom jiġu riżolti f'kull każ, meta jiltaqa' fis-sessjoni eżekuttiva tiegħu, il-Bord ilaqqa' wkoll, barra d-Direttur Eżekuttiv, il-Viċi Direttur Eżekuttiv u r-rappreżentanti maħtura mill-Kummissjoni u l-BĊE, il-membri maħtura mill-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni rilevanti. Għalhekk, fil-każ ta' riżoluzzjoni ta' gruppi bankarji transfruntiera, kemm il-membru maħtur mill-Istat Membru li fih tinsab l-awtorità ta' riżoluzzjoni tal-livell tal-grupp, kif ukoll il-membri maħtura mill-Istati Membri li fihom huma stabbiliti s-sussidjarji jew l-entitajiet koperti mis-superviżjoni konsolidata, jipparteċipaw fil-laqgħat u fil-proċess ta' teħid tad-deċiżjonijiet. Ir-regoli tal-vot li japplikaw għall-Bord iqisu l-ħtieġa li jitqies l-interess tal-Istati Membri kollha kkonċernati minn deċiżjoni ta' riżoluzzjoni. L-ebda wieħed mill-parteċipanti fid-deliberazzjoni ma għandu veto.

Madankollu, fid-dawl tas-sovranità tal-Istati Membri biex jiddeċiedu fuq l-użu tal-baġits nazzjonali, il-proposta tipprevedi b'mod espliċitu li l-MUR ma jistax jirrikjedi lill-Istati Membri biex jipprovdu appoġġ pubbliku straordinarju lil kwalunkwe entità f'riżoluzzjoni. Barra minn hekk, sabiex jitqiesu bis-sħiħ l-implikazzjonijiet fiskali fuq l-Istati Membri, il-membri maħtura mill-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni rilevanti fis-sessjoni Eżekuttiva tal-Bord jistgħu jitolbu deliberazzjoni oħra biex jiddiskutu t-tali implikazzjonijiet potenzjali.

4.2.2.     Setgħat

Il-Bord ta' Riżoluzzjoni jiċċentralizza l-informazzjoni li l-BĊE u l-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni jkollhom dwar is-saħħa finanzjarja tal-banek taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom. Meta mqabbel ma' netwerk ta' awtoritajiet nazzjonali li joperaw f'mandati nazzjonali, dan jippermetti valutazzjoni aħjar taċ-ċirkustanzi li jistgħu jwasslu għall-ħtieġa li bank jitpoġġa f'riżoluzzjoni u jiġu evitati effetti sekondarji transfruntiera. Il-proposta tibni fuq il-qafas tad-Direttiva dwar Irkupru u Riżoluzzjoni tal-Banek u tagħti s-setgħa lill-Bord ta' Riżoluzzjoni biex jintervjeni minnufih meta s-sitwazzjoni finanzjarja ta' bank jew grupp tkun qed tiddeterjora.

Il-Bord ta' Riżoluzzjoni għandu setgħat biex jiddetermina meta għandu jirrakkomanda lill-Kummissjoni biex tpoġġi bank jew grupp f'riżoluzzjoni. Ladarba l-Kummissjoni tiddeċiedi li l-kundizzjonijiet ġew ssodisfati u tpoġġi bank f'riżoluzzjoni, il-Bord jiddeċiedi fil-qafas stabbilit mill-Kummissjoni d-dettalji tal-għodda ta' riżoluzzjoni li għandhom jiġu applikati u kif għandhom jiġu allokati r-riżorsi tal-Fond. Tali setgħat jippermettu lill-Bord ta' Riżoluzzjoni jagħżel u japplika l-għodda, ir-regoli u l-proċeduri ta' riżoluzzjoni b'mod uniformi. B'mod partikolari, meta l-banek jaħdmu bejn il-fruntieri, dan iwassal għall-eliminazzjoni tad-diverġenzi attwali fir-regoli u l-approċċi tal-Istati Membri, flimkien mal-konsegwenzi negattivi li għandhom fuq il-funzjonament tas-swieq bankarji tal-Unjoni.

Tali responsabbiltà diretta għall-Bord ta' Riżoluzzjoni se tiżgura trattament ugwali tal-banek fl-Istati Membri parteċipanti kollha u l-prevedibbiltà u l-fiduċja fl-implimentazzjoni tal-Ġabra Unika tar-Regoli dwar ir-riżoluzzjoni tal-banek. Dan iżid iċ-ċertezza legali u jippreserva aħjar il-valur tal-assi finanzjarji billi jiġi evitat tfixkil mhux meħtieġ fil-fluss tal-fondi. Dan jiżgura wkoll li l-assi tal-istituzzjoni f'diffikultà jintużaw bl-aktar mod produttiv biex jitnaqqas kemm jista' jkun it-telf għall-kredituri fl-Istati Membri parteċipanti, u mhux skont it-tħassib tal-Istati Membri individwali.

Il-Bord ta' Riżoluzzjoni jiżgura li d-deċiżjonijiet ta' riżoluzzjoni jiġu implimentati b'mod leali mill-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni, skont il-liġi nazzjonali. Għal dan l-iskop, il-Bord għandu s-setgħa li jikkontrolla u jivvaluta l-implimentazzjoni mill-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni bl-abbiltà, fejn meħtieġ, li jikseb informazzjoni direttament mill-banek jew iwettaq investigazzjonijiet jew spezzjonijiet fil-post. Meta awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni ma timplimentax deċiżjoni ta' riżoluzzjoni skont l-iskema ta' riżoluzzjoni miftiehma, il-Bord għandu s-setgħa li jindirizza ċerti deċiżjonijiet direttament lill-bank ikkonċernat biex jitlob li ssir l-azzjoni meħtieġa għall-implimentazzjoni tad-deċiżjoni ta' riżoluzzjoni.

4.2.3.     Kooperazzjoni Ewropea u internazzjonali

Għall-fini tat-twettiq tal-kompiti tiegħu, il-Bord ta' Riżoluzzjoni se jikkoopera mal-BĊE u l-awtoritajiet l-oħra bis-setgħa li jwettqu superviżjoni tal-istituzzjonijiet tal-kreditu fl-MSU, kif ukoll ma' awtoritajiet oħrajn li jagħmlu parti mis-Sistema Ewropea ta' Superviżjoni Finanzjarja. Il-Bord ta' Riżoluzzjoni se jikkoopera wkoll mill-qrib mal-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni billi dawn għandhom rwol fit-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-miżuri ta' riżoluzzjoni.

Billi ħafna istituzzjonijiet tal-kreditu joperaw mhux biss fl-Unjoni, iżda internazzjonalment, il-Bord ta' Riżoluzzjoni se jkollu esklużivament is-setgħa biex jikkonkludi, f'isem l-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri parteċipanti, ftehimiet ta' kooperazzjoni mhux vinkolanti mal-awtoritajiet tal-pajjiżi terzi.

4.3.        Il-Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni tal-Banek

4.3.1.     Prinċipji, stabbiliment u missjonijiet

Il-prinċipju taħt l-azzjoni tal-Bord huwa li kwalunkwe telf, kost jew spejjeż oħra mġarrba f'konnessjoni mal-użu tal-għodda ta' riżoluzzjoni l-ewwel se jaqgħu fuq l-azzjonisti u l-kredituri tal-istituzzjoni fir-riżoluzzjoni u wara, jekk ikun meħtieġ, fuq l-industrija finanzjarja. Madankollu, anki jekk il-kost tar-ristrutturar ta' istituzzjoni għandu jiġi allokat lir-riżorsi interni tagħhom, jeħtieġ li jkun hemm mekkaniżmu li jippermetti lill-istituzzjoni (fil-forma oriġinali tagħha, permezz ta' bank tranżitorju jew bħala mezz ta' ġestjoni tal-assi – bank tal-assi ħżiena) tkompli topera. Għalhekk huwa importanti li jiġi stabbilit fond għar-riżoluzzjoni tal-banek biex tiġi żgurata l-effettività tal-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni, bħal pereżempju l-provvista ta' finanzjament fuq terminu qasir lil istituzzjoni f'riżoluzzjoni jew garanziji lil xerrejja potenzjali ta' istituzzjoni f'riżoluzzjoni.

L-objettiv ewlieni tal-Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni huwa li tiġi żgurata l-istabbiltà finanzjarja, aktar milli biex jiġi assorbit it-telf jew jiġi provdut il-kapital lil istituzzjoni f'riżoluzzjoni. Il-Fond ma għandux jitqies bħala fond ta' salvataġġ. Madankollu, jista' jkun hemm ċirkustanzi eċċezzjonali fejn, wara li jiġu eżawriti biżżejjed ir-riżorsi interni (mill-inqas 8 % tal-obbligazzjonijiet u l-fondi proprji tal-istituzzjoni f'riżoluzzjoni), l-objettiv ewlieni ma jkunx jista' jintlaħaq mingħajr ma jiġi permess li l-Fond jassorbi dan it-telf jew jipprovdi l-kapital. Huwa biss f'dawn iċ-ċirkustanzi li l-Fond jista' jaġixxi bħala pjan ta' emerġenza għar-riżorsi privati.

Il-ħolqien tal-Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni huwa ġustifikat prinċipalment mill-fatt li fis-swieq finanzjarji integrati kwalunkwe appoġġ finanzjarju għar-riżoluzzjoni ta' bank isaħħaħ l-istabbiltà finanzjarja u s-saħħa ta' banek oħrajn mhux biss fl-Istat Membru kkonċernat, iżda wkoll fi Stati Membri oħra. Billi l-banek fl-Istati Membri parteċipanti huma benefiċjarji indiretti tat-tali appoġġ, il-kontribuzzjonijiet għall-finanzjament tal-appoġġ ma għandhomx jiġu limitati għall-banek minn Stat Membru wieħed.

F'termini ta' effettività, l-abbiltà tal-Fond biex jiġbor ir-riżorsi mill-banek kollha taż-Żona tal-Euro tipprovdi bafer aktar effettiv kontra l-kriżijiet bankarji fejn it-telf huwa kkonċentrat b'mod asimettriku f'xi Stati Membri u f'dan ir-rigward isservi bħala mekkaniżmu ta' assigurazzjoni fiż-Żona tal-Euro kollha. Il-kriżi reċenti wriet li t-telf sar b'mod differenzjat fl-Istati Membri.

Billi t-telf minn kwalunkwe xokk fil-ġejjieni fl-industrija bankarja x'aktarx ikun ikkonċentrat f'mument speċifiku ta' żmien f'xi Stati Membri, mekkaniżmu għal pjan ta' emerġenza privat Ewropew komuni, bil-kontra għall-pjanijiet ta' emerġenza nazzjonali meħuda b'mod individwali, ikun aktar effettiv fl-assorbiment tat-tali xokkijiet permezz ta' kontribuzzjonijiet ex ante, u f'każijiet estremi, ex post mill-industrija bankarja taż-Żona tal-Euro kollha. Għalhekk, bil-ġbir tar-riżorsi fil-livell Ewropew, il-Fond jipprovdi qawwa akbar u jżid ir-reżiljenza tas-sistema bankarja. Fl-istess ħin, it-tixrid b'mod ugwali tal-kontribuzzjonijiet ex post straordinarji bejn il-banek fl-Istati Membri parteċipanti kollha se jnaqqas il-livell tat-tali kontribuzzjonijiet għal kull bank, u b'hekk jillimita kwalunkwe effett proċikliku tat-tali kontribuzzjonijiet.

Barra minn hekk, mekkaniżmu fejn l-assorbiment tat-telf jilħaq lil hinn mill-fruntieri nazzjonali, jista' jkisser b'mod effettiv iċ-ċirku vizzjuż tal-interdipendenza bejn il-kriżi bankarja fi Stat Membru partikolari u l-pożizzjoni fiskali tas-sovran. B'dan il-mod, il-piż attwali fuq xi Stati Membri jkun tnaqqas li kieku kien jeżisti Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni mill-bidu tal-kriżi finanzjarja.

Barra minn hekk, Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni bl-abbiltà li jiġbor fondi mill-industrija bankarja fl-Istati Membri parteċipanti kollha se jiddependi fuq bażi ta' kontribuzzjoni akbar u għalhekk se jkollu bażi ta' reputazzjoni miżjuda li tippermetti lill-Bord, jekk meħtieġ, li jissellef aktar fis-suq u b'inqas kost. Abbiltà akbar li jinkiseb il-finanzjament b'mod estern fis-suq se tnaqqas il-ħtieġa għall-Fond li jiddependi fuq il-finanzi pubbliċi f'każijiet ta' telf estrem, li mbagħad jikkontribwixxi għall-ksur tar-rabta bejn is-sovrani u l-banek u għall-protezzjoni tal-kontribwenti mill-kostijiet tar-riżoluzzjoni.

Fl-aħħar, l-allinjament tajjeb tal-inċentivi fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni Bankarja jitlob ukoll għal fond uniku. Jekk, speċjalment fil-każ tal-gruppi bankarji transfruntiera, kieku l-mezz għall-kopertura tal-kostijiet tar-riżoluzzjoni li jaqbżu dawk li huma assorbiti mill-azzjonisti u l-kredituri, kellu jiġi provdut mill-fondi nazzjonali, l-effettività mhux biss tal-Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni iżda wkoll tal-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku tiġi affettwata.

L-istabbiliment ta' Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni jirrikjedi li l-Bord ta' Riżoluzzjoni jkollu aċċess rapidu u effettiv għal Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni tal-Banek. Il-Fond joħloq saff estern privat li jista' jipprovdi finanzjament fuq terminu medju u twil biex jevita jew jimminimizza l-użu tal-flus pubbliċi fir-riżolviment tal-banek. Barra minn hekk, iżid l-effettività tal-proċess ta' riżoluzzjoni billi jevita l-kwistjonijiet ta' koordinazzjoni li jqumu fil-mobilizzazzjoni tal-fondi nazzjonali, speċjalment fil-każ tal-gruppi transfruntiera.

4.3.2.     Finanzjament tal-Fond

Sabiex jiġi żgurat li jkun hemm finanzjament biżżejjed, tiġi evitata l-proċikliċità tas-sistemi Ħallas Waqt Li Tkun Għaddej u tiġi minimizzata l-ħtieġa li jiġi rikjest appoġġ finanzjarju estern, il-Fond jeħtieġ riżorsi disponibbli faċilment. Għal dan l-għan, id-daqs immirat tal-Fond għandu jkun mill-inqas 1 % tad-depożiti koperti fis-sistema bankarja tal-Istati Membri parteċipanti u dan ikun suffiċjenti sabiex tiġi żgurata riżoluzzjoni ordnata fil-kriżi futura sakemm il-kredituri jiġu rikapitalizzati internament b'mill-inqas 8 % tal-obbligazzjonijiet totali u l-fondi proprji tal-istituzzjoni fir-riżoluzzjoni.

Fuq il-bażi tad-dejta tal-2011 dwar il-banek u ammont stmat ta' depożiti koperti miżmuma fil-banek fiż-Żona tal-Euro, il-livell immirat ta' 1 % għall-Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni se jikkorrispondi għal madwar EUR 55 biljun. Id-daqs immirat tal-Fond f'ammonti assoluti (Euro) se jibqa' dinamiku u se jiżdied awtomatikament jekk tikber l-industrija bankarja.

Huwa previst perjodu ta' tranżizzjoni ta' 10 snin qabel ma l-Fond jilħaq il-livell immirat sħiħ tiegħu. Dan jista' jiġi estiż għal 14-il sena jekk il-Fond jagħmel żborżamenti li jaqbżu nofs id-daqs immirat tal-Fond. Jekk ma jsiru l-ebda żborżamenti mill-Fond matul il-fażi inizjali ta' żvilupp, l-industrija bankarja tikkontribwixxi kull sena madwar 10 fil-mija tal-ammont immirat jew f'termini assoluti mardwar EUR 5,5 biljun.

Wara l-fażi inizjali għall-iżvilupp tal-Fond, il-banek se jkunu soġġetti għal kontribuzzjonijiet addizzjonali jekk il-bażi ta' kontribuzzjoni tagħhom jikber jew jekk ikun hemm żborżamenti mill-Fond. Jekk il-mezzi finanzjarji disponibbli tal-Fond jilħqu livell aktar baxx minn nofs id-daqs immirat tiegħu, il-banek se jsiru soġġetti għal kontribuzzjoni annwali minima ta' mill-inqas 20 fil-mija tal-obbligazzjonijiet totali (esklużi l-kapital regolatorju u d-depożiti koperti) tal-banek kollha fl-Istati Membri li qed jieħdu sehem fil-Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni.

Il-kontribuzzjonijiet se jiġu kkalkolati b'mod konformi mad-Direttiva dwar Irkupru u Riżoluzzjoni tal-Banek fuq il-bażi tal-obbligazzjonijiet tal-bank esklużi l-fondi proprji u d-depożiti koperti, u aġġustati għall-profil tar-riskju tagħhom. Dan ifisser li l-banek li huma ffinanzjati kważi esklużivament mid-depożiti fil-prattika se jkollhom kontribuzzjonijiet baxxi ħafna. Ovvjament, dawn il-banek se jikkontribwixxu għall-iskemi ta' garanzija tad-depożiti nazzjonali.

Huma previsti salvagwardji sabiex jiġi evitat li l-imposti bankarji fuq il-kontribuzzjonijiet joħolqu kwistjonijiet ta' stabbiltà finanzjarja fl-istituzzjonijiet b'saħħithom, jiġifieri eżenzjoni temporanja mill-obbligu li jitħallsu kontribuzzjonijiet ex post.

Meta l-kontribuzzjonijiet ex ante mhumiex suffiċjenti u l-kontribuzzjonijiet ex post mhumiex aċċessibbli minnufih, jista' jkun meħtieġ finanzjament ta; riżerva addizzjonali, speċjalment fil-fażi tranżitorja, sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tal-funzjonijiet sistemiċi tal-bank (tal-banek) tul il-proċess ta' ristrutturar. Il-Fond se jkun jista' jikkuntrattja self jew forom oħra ta' appoġġ minn istituzzjonijiet finanzjarji jew parti terzi oħra jekk meħtieġ biex jiffinanzja r-riżoluzzjoni (inkluż mir-riżorsi pubbliċi). Dan l-appoġġ se jitħallas lura fil-prinċipju mill-istituzzjoni nnifisha li hija fir-riżoluzzjoni. Madankollu, jekk dan ma jkunx possibbli, ir-Regolament jipprevedi li t-telf jiġi allokat lill-banek kollha soġġetti għall-mekkaniżmu minn kontribuzzjonijiet ex post. Dan se jiżgura li kwalunkwe użu tar-riżorsi pubbliċi jkun newtrali f'terminu medju.

Sabiex jiġi evitat li jinħoloq żvantaġġ għall-Istati Membri li waqqfu fond għar-riżoluzzjoni mad-dħul fis-seħħ ta' din il-proposta, ir-Regolament iħalli f'idejn l-Istati Membri kkonċernati biex jiddeċiedu b'liema mod jintużaw il-fondi nazzjonali għar-riżoluzzjoni eżistenti għall-iskop li jiġu ssodisfati l-obbligi tal-banek tagħhom skont dan ir-Regolament.

4.3.3.     Rwol tal-iskemi ta' garanzija tad-depożiti fil-kuntest tar-riżoluzzjoni

Meta bank jiġi riżolt, l-iskema ta' garanzija tad-depożiti li l-bank jkun affiljat magħha, tikkontribwixxi sal-ammont tad-depożiti koperti, għall-ammont ta' telf li kellha ġġarrab kieku l-bank ġie stralċjat skont il-proċeduri normali ta’ insolvenza. Dan huwa rwol diġà prevista għal kollox mid-Direttiva [ ].

Barra minn hekk, il-MUR ma jaffettwax l-Iskemi ta' Protezzjoni Instituzzjonali u mekkaniżmi oħra ta' appoġġ finanzjarju intragrupp stabbiliti minn ċerti gruppi ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu. L-MUR se jintervjeni biss meta tali soluzzjonijiet mis-settur privat ma jkunux ta' suċċess fl-indirizzar ta’ falliment ta’ bank.

4.3.4.     Rwol tal-Fond fir-riżoluzzjoni ta’ gruppi li jinvolvu istituzzjonijiet barra l-MUR

Għall-iskop ta’ riżoluzzjoni ta’ gruppi li jinvolvu kemm l-istituzzjonijiet soġġetti għall-MUR, il-kontribut tal-Fond se jikkorrispondi għall-partijiet tal-grupp li huma soġġetti għall-MUR, filwaqt li l-arranġamenti nazzjonali ta’ finanzjament barra mill-kontribuzzjoni tal-MUR ikopru l-kumplament.

Sabiex jissaħħaħ il-finanzjament tar-riżoluzzjoni fis-suq intern kollu, il-proposta tippermetti lill-Fond biex jissellef minn arranġamenti ta’ finanzjament ta' riżoluzzjoni oħra jew jislef lilhom, fuq bażi volontarja. Dan se jippermetti lill-Fond iġorr żborżamenti importanti mhux koperti mill-kontribuzzjonijiet ex ante u ex post. Se jappoġġa wkoll l-arranġamenti ta’ finanzjament ta’ riżoluzzjoni fi Stati Membri barra l-MUR.

4.3.5.     Sostituzzjoni tal-arranġamenti nazzjonali għall-finanzjament tar-riżoluzzjoni

Billi l-Fond jissostitwixxi l-arranġamenti nazzjonali tal-finanzjament tar-riżoluzzjoni tal-Istati Membri li qed jieħdu sehem fih, l-Istati Membri li diġà stabbilixxew arranġamenti nazzjonali ta’ finanzjament ta’ riżoluzzjoni fi żmien id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jistgħu jiddeċiedu dwar l-użu ta’ dawn l-arranġamenti skont il-liġi nazzjonali tagħhom. L-Istati Membri jistgħu wkoll jiddeċiedu li dawk l-arranġamenti nazzjonali ta’ finanzjament ta’ riżoluzzjoni iħallsu l-kontribuzzjonijiet dovuti lill-Fond f’isem il-banek tagħhom sakemm dawk l-arranġamenti jintużaw kollha.

5.           IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Il-Bord ta' Riżoluzzjoni se jiġi ffinanzjat bis-sħiħ mill-kontribuzzjonijiet mill-istituzzjonijiet finanzjarji. Madankollu, se jkun hemm xi implikazzjonijiet minimi fuq il-baġit tal-Unjoni fil-fażi tal-bidu tal-Bord. Id-dettalji huma stabbiliti fid-dikjarazzjoni finanzjarja mehmuża. 2013/0253 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u ċert ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni tal-Banek u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew[11],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[12],

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja.

Billi:

(1)       Huwa essenzjali li jkun hemm suq intern integrat aħjar għas-servizzi bankarji sabiex fl-Unjoni jitrawwem l-irkupru ekonomiku. Madankollu, il-kriżi finanzjarja u ekonomika attwali wriet li l-funzjonament tas-suq intern f’dan il-qasam huwa mhedded u li hemm riskju li dejjem qed jiżdied ta' frammentazzjoni finanzjarja. Is-swieq interbankarji saru inqas likwidi u l-attivitajiet bankarji transfruntiera qegħdin jonqsu minħabba l-biża’ ta’ kontaġju, in-nuqqas ta’ fiduċja f’sistemi bankarji nazzjonali oħra u fl-abbiltà tal-Istati Membri li jappoġġaw il-banek.

(2)       Id-diverġenzi fir-regoli nazzjonali dwar ir-riżoluzzjoni bejn Stati Membri differenti u l-prattiki amministrattivi li jikkorrispondu u n-nuqqas ta’ proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet unifikat fil-livell tal-Unjoni għar-riżoluzzjoni ta’ banek transfruntieri jikkontribwixxu għal dan in-nuqqas ta’ fiduċja u l-instabbiltà tas-suq, minħabba li ma jiżgurawx ċertezza u prevedibbiltà dwar l-eżitu possibbli ta’ falliment ta’ bank. Id-deċiżjonijiet dwar riżoluzzjoni meħuda fil-livell nazzjonali biss jistgħu jwasslu għal distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u, fl-aħħar mill-aħħar, li jiddgħajjef is-suq intern

(3)       B’mod partikolari, il-prattiki differenti tal-Istati Membri fit-trattament tal-kredituri tal-banek f’riżoluzzjoni u fis-salvataġġ tal-banek f'diffikultà għandhom impatt fuq il-perċezzjoni tar-riskju tal-kreditu, is-sodezza finanzjarja u s-solvenza tal-banek tagħhom. Dan idgħajjef l-fiduċja pubblika fis-settur bankarju u jostakola l-eżerċizzju tal-libertà tal-istabbiliment u l-provvista libera ta’ servizzi fis-suq intern minħabba li l-kostijiet ta’ finanzjament ikunu aktar baxxi mingħajr tali differenzi fil-prattiki tal-Istati Membri.

(4)       Id-diverġenzi fir-regoli nazzjonali dwar ir-riżoluzzjoni bejn Stati Membri differenti u l-prattiki amministrattivi li jikkorrispondu jistgħu jwasslu lill-banek u lill-klijenti li jkollhom kostijiet ogħla tas-self biss minħabba l-post tal-istabbiliment tagħhom u irrispettivament mill-affidabbiltà kreditizja reali tagħhom. Barra minn hekk, il-klijenti tal-banek f’ċerti Stati Membri qegħdin jaffaċċaw rati tas-self ogħla minn dawk li jħallsu l-klijenti tal-banek fi Stati Membri oħra irrispettivament mill-affidabbiltà kreditizja tagħhom.

(5)       Sakemm ir-regoli, il-prattiki u l-approċċi tar-riżoluzzjoni għall-kondiviżjoni tal-piż jibqgħu nazzjonali u r-riżorsi finanzjarji meħtieġa għall-iffinanzjar tar-riżoluzzjoni jinġabru u jintefqu fil-livell nazzjonali, is-suq intern jibqa' frammentat. Barra minn hekk, is-superviżuri nazzjonali għandhom inċentivi qawwija biex inaqqsu kemm jista’ jkun l-impatt potenzjali tal-kriżijiet bankarji fuq l-ekonomiji nazzjonali tagħhom billi jadottaw azzjoni unilaterali li tiddelimita l-operazzjonijiet bankarji, pereżempju bil-limitazzjoni tat-trasferimenti u s-self bejn il-gruppi, jew billi jiġu imposti aktar rekwiziti ta' likwidità u kapital fuq is-sussidjarji fil-ġuriżdizzjonijiet tagħhom ta’ impriżi prinċipjali li potenzjalment ifallu. Dan jirrestrinġi l-attivitajiet transfruntiera tal-banek u b’hekk joħloq ostakli għall-eżerċizzju tal-libertajiet fundamentali u jgħawweġ il-kompetizzjoni fis-suq intern.

(6)       Id-Direttiva [ ] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[13] armonizzat sa ċertu punt ir-regoli nazzjonali dwar ir-riżoluzzjoni tal-banek u pprevediet il-kooperazzjoni fost l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni meta jiġi indirizzat il-falliment tal-banek transfruntiera. Madankollu, l-armonizzazzjoni prevista fid-Direttiva [ ] mhijiex kompluta u l-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet mhuwiex iċċentralizzat. Id-Direttiva [ ] essenzjalment tipprevedi għodod komuni ta’ riżoluzzjoni u setgħat disponibbli għall-awtoritajiet nazzjonali ta’ kull Stat Membru imma tħalli diskrezzjoni għall-awtoritajiet nazzjonali fl-applikazzjoni tal-għodod u fl-użu tal-arranġamenti nazzjonali ta’ finanzjament b’appoġġ tal-proċeduri ta’ riżoluzzjoni. Id-Direttiva [ ] ma tevitax li l-Istati Membri jieħdu deċiżjonijiet separati u potenzjalment inkonsistenti fir-rigward tar-riżoluzzjoni ta’ gruppi transfruntiera li jistgħu jaffettwaw il-kostijiet kumplessivi tar-riżoluzzjoni. Barra minn hekk, peress li tipprevedi arranġamenti nazzjonali ta’ finanzjament, din ma tnaqqasx biżżejjed id-dipendenza tal-banek fuq l-appoġġ mill-baġits nazzjonali u ma tevitax approċċi differenti mill-Istati Membri fl-użu tal-arranġamenti ta’ finanzjament.

(7)       L-iżgurar ta' deċiżjonijiet ta' riżoluzzjoni uniformi effettivi għall-banek f'diffikultà fl-Unjoni, inkluż dwar l-użu ta’ finanzjament miġbur fil-livell tal-Unjoni, huwa essenzjali għat-tlestija tas-suq intern fis-servizzi finanzjarji. Fis-suq intern, il-falliment tal-banek fi Stat Membru wieħed jista' jaffettwa l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji tal-Unjoni kollha kemm hi. L-iżgurar ta' regoli effettivi u uniformi dwar ir-riżoluzzjoni u kundizzjonijiet indaqs għall-finanzjament tar-riżoluzzjoni fl-Istati Membri kollha huwa fl-aħjar interess mhux biss tal-Istati Membri fejn joperaw il-banek, iżda wkoll tal-Istati Membri kollha inġenerali bħala mezz sabiex tiġi preservata l-kompetizzjoni u biex jitjieb il-funzjonament tas-suq intern. Is-sistemi bankarji fis-suq intern huma interkonnessi ħafna, il-gruppi bankarji huma internazzjonali u l-banek għandhom perċentwali kbir ta’ assi barranin. Fin-nuqqas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni, il-kriżijiet bankarji fl-Istati Membri li qed jieħdu sehem fil-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (MSU) jkollhom impatt sistemiku negattiv aktar b’saħħtu anki fi Stati Membri mhux parteċipanti. L-istabbiliment tal-Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni se jżid l-istabbiltà tal-banek tal-Istati Membri parteċipanti u jevita li l-kriżijiet jinxterdu fl-Istati Membri mhux parteċipanti u għalhekk se jiffaċilita il-funzjonament tas-suq intern kollu.

(8)       Wara l-istabbiliment tal-MSU bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru .../... [14]fejn il-banek fl-Istati Membri parteċipanti huma taħt superviżjoni b'mod ċentrali mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), hemm allinjament ħażin bejn is-superviżjoni tal-Unjoni tat-tali banek u t-trattament nazzjonali ta’ dawk il-banek fil-proċedimenti tar-riżoluzzjoni skont id-Direttiva [ ].

(9)       Filwaqt li l-banek fl-Istati Membri li jibqgħu barra mill-MSU jibbenefikaw fil-livell nazjonali minn arranġamenti ta' superviżjoni, riżoluzzjoni u salvagwardja finanzjarja li huma allinjati, il-banek fl-Istati Membri parteċipanti fl-MSU tal-Unjoni huma soġġetti għal arranġamenti tal-Unjoni għas-superviżjoni u arranġamenti nazzjonali għar-riżoluzzjoni u s-salvagwardji finanzjarji. Dan l-allinjament ħażin joħloq żvantaġġ kompetittiv għall-banek fl-Istati Membri li qed jieħdu sehem fl-MSU meta mqabbla ma’ dawk fl-Istati Membri l-oħra. Peress li s-superviżjoni u r-riżoluzzjoni qegħdin fuq żewġ livelli differenti mal-MSU, l-intervent u r-riżoluzzjoni fil-banek fl-Istati Membri li qed jieħdu sehem fl-MSU ma jkunux rapidi, konsistenti u effettivi daqs fil-banek fl-Istati Membri barra mill-MSU. Dan għandu riperkussjonijiet negattivi fuq il-kostijiet tal-finanzjament għal dawn il-banek u joħloq żvantaġġ kompetittiv b’effetti detrimentali għall-Istati Membri li fihom joperaw dawk il-banek u għall-funzjonament globali tas-suq intern. Għalhekk, mekkaniżmu ta’ riżoluzzjoni ċentralizzat għall-banek kollha li joperaw fl-Istati Membri li qed jieħdu sehem fl-MSU huwa essenzjali biex jiġu ggarantiti kundizzjonijiet indaqs.

(10)     Il-kondiviżjoni tar-responsabilitajiet tar-riżoluzzjoni bejn il-livell nazzjonali u dak tal-Unjoni għandha tiġi allinjata mal-kondiviżjoni tar-responsabbiltajiet ta' superviżjoni bejn dawk il-livelli. Sakemm is-superviżjoni tibqa’ nazzjonali fi Stat Membru, dak l-Istat Membru għandu jibqa’ responsabbli għall-konsegwenzi finanzjarji ta’ falliment ta’ bank. Il-Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni għalhekk għandu jkun estiż biss għall-banek u l-istituzzjonijiet finanzjarji stabbiliti fl-Istati Membri parteċipanti fil-MSU u soġġetti għas-superviżjoni tal-BĊE fil-qafas tal-MSU. Il-banek stabbiliti fl-Istati Membri mhux parteċipanti fl-MSU ma għandhomx ikunu soġġetti għall-Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni. Jekk tali Stati Membri isiru soġġetti għall-Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni, dan joħloq l-inċentivi żbaljati għalihom. B’mod partikolari, is-superviżuri f’dawn l-Istati Membri jistgħu jsiru aktar klementi lejn il-banek fil-ġuriżdizzjonijiet tagħhom peress li ma jkollhomx iġorru r-riskju finanzjarju sħiħ tal-fallimenti tagħhom. Għalhekk, biex ikun żgurat paralleliżmu mal-MSU, il-Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni għandu japplika għall-Istati Membri parteċipanti fl-MSU. Meta l-Istati Membri jingħaqdu mal-MSU, dawn għandhom awtomatikament isiru soġġetti għall-Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni wkoll. Fl-aħħar mill-aħħar, il-Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni huwa mistenni li jiġi estiż għas-suq intern kollu kemm hu.

(11)     Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni tal-Banek (minn hawn’ il quddiem imsejjaħ il-“Fond”) huwa element essenzjali li mingħajru Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni ma jistax jaħdem kif suppost. Sistemi differenti ta’ finanzjament nazzjonali ifixklu l-applikazzjoni ta’ regoli uniformi dwar ir-riżoluzzjoni tal-banek fis-suq intern. Il-Fond għandu jgħin sabiex tiġi żgurata prattika amministrattiva uniformi fil-finanzjament tar-riżoluzzjoni u jiġi evitat il-ħolqien ta' ostakoli għall-eżerċizzju tal-libertajiet fundamentali jew id-distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-suq intern minħabba prattiki nazzjonali. Il-Fond għandu jkun iffinanzjat direttament mill-banek u għandu jinġabar fil-livell tal-Unjoni sabiex ir-riżorsi tar-riżoluzzjoni jkunu jistgħu jiġu oġġettivament allokati fl-Istati Membri biex b’hekk tiżdied l-istabbiltà finanzjarja u tiġi limitata r-rabta bejn il-perċezzjoni tal-pożizzjoni fiskali tal-Istati Membri individwali u l-kostijiet tal-iffinanzjar tal-banek u l-intrapriżi li joperaw f’dawk l-Istati Membri.

(12)     Għalhekk huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri biex jinħoloq Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni għall-Istati Membri kollha parteċipanti f’Mekkaniżmu Superviżorju Uniku sabiex jiġi ffaċilitat il-funzjonament xieraq u stabbli tas-suq intern.

(13)     Applikazzjoni ċentralizzata tar-regoli dwar ir-riżoluzzjoni tal-banek stabbiliti fid-Direttiva [ ] minn awtorità tar-riżoluzzjoni unika tal-Unjoni fl-Istati Membri parteċipanti tista’ tkun żgurata biss fejn ir-regoli li jirregolaw l-istabbiliment u l-funzjonament ta’ Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni huma direttament applikabbli fl-Istati Membri sabiex jiġu evitati interpretazzjonijiet diverġenti fost l-Istati Membri. Dan għandu jġib benefiċċji għas-suq intern kollu kemm hu għaliex se tikkontribwixxi biex tiġi żgurata kompetizzjoni ġusta u biex jiġu evitati ostakoli għall-eżerċizzju liberu tal-libertajiet fundamentali mhux biss fl-Istati Membri parteċipanti iżda fis-suq intern kollu.

(14)     B'riflessjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru.../..., Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni għandu jkopri l-istituzzjonijiet ta’ kreditu kollha stabbiliti fl-Istati Membri parteċipanti. Madankollu, fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni, għandu jkun possibbli li tiġi riżolta direttament kwalunkwe istituzzjoni ta’ kreditu ta’ Stat Membru parteċipanti sabiex jiġu evitati assimetriji fis-suq intern fit-trattament ta’ istituzzjonijiet u kredituri f'diffikultà matul proċess ta’ riżoluzzjoni. Sal-punt li l-impriżi prinċipali, id-ditti tal-investiment u l-istituzzjonijiet finanzjarji jiġu inklużi fis-superviżjoni konsolidata mill-BĊE, dawn għandhom ikunu inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni. Għalkemm il-BĊE mhux se jwettaq superviżjoni ta' dawk l-istituzzjonijiet waħdu, se jkun l-uniku superviżur li se jkollu perċezzjoni globali tar-riskju li grupp, u indirettament il-membri individwali, se jkunu esposti għalih. L-esklużjoni tal-entitajiet li jiffurmaw parti mis-superviżjoni konsolidata fil-kamp ta' applikazzjoni tal-BĊE mill-kamp ta' applikazzjoni tal-Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni tagħmilha impossibbli li wieħed jippjana għar-riżoluzzjoni ta’ gruppi bankarji u li tiġi adottata strateġija ta' riżoluzzjoni ta’ grupp, u tagħmel kwalunkwe deċiżjoni ta' riżoluzzjoni ħafna inqas effettiva.

(15)     Fil-Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni, id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu fil-livell l-aktar xieraq.

(16)     Il-BĊE, bħala s-superviżur fl-MSU, huwa fl-aqwa pożizzjoni biex jevalwa jekk istituzzjoni ta’ kreditu hijiex qed tfalli jew probabbli tfalli u jekk ma hemm l-ebda prospett raġonevoli li azzjoni alternattiva mis-settur privat jew superviżorja tkun tista' tevita li din tfalli fi żmien raġonevoli. Il-Bord, malli ssir in-notifika tal-BĊE, għandu jipprovdi rakkomandazzjoni lill-Kummissjoni. Minħabba l-ħtieġa li jiġu bbilanċjati l-interessi differenti involuti, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk istituzzjoni għandhiex titpoġġa taħt riżoluzzjoni jew le u għandha tiddeċiedi wkoll fuq qafas ta’ riżoluzzjoni ċar u dettaljat li jistabbilixxi l-azzjonijiet tar-riżoluzzjoni li għandhom jittieħdu mill-Bord. F'dan il-qafas, il-Bord għandu jiddeċiedi dwar skema ta' riżoluzzjoni u jagħti struzzjonijiet lill-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni dwar l-għodod u s-setgħat ta' riżoluzzjoni li għandhom jiġi eżekwiti fil-livell nazzjonali.

(17)     Il-Bord għandu jkollu s-setgħa li jieħu deċiżjonijiet, partikolarment, f'konnessjoni mar-riżolvibbiltà u tneħħija tal-impedimenti għar-riżolvibbiltà u t-tħejja għall-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni. L-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni għandhom jassistu l-Bord fl-ippjanar u fit-tħejjija tad-deċiżjonijiet tar-riżoluzzjoni. Barra minn hekk, peress li l-eżerċizzju tas-setgħat tar-riżoluzzjoni jinvolvi l-applikazzjoni tal-liġi nazzjonali, l-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni għandhom ikunu responsabbli għall-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet tar-riżoluzzjoni.

(18)     Huwa strumentali għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern li l-istess regoli japplikaw għall-miżuri tar-riżoluzzjoni kollha, irrispettivament minn jekk jittieħdux mill-awtoritajiet nazzjonali ta’ risoluzzjoni skont id-Direttiva [ ] jew fil-qafas tal-Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni. Il-Kummissjoni se tivvaluta dawk il-miżuri skont l-Artikolu 107 TFUE. Meta l-użu ta' arranġamenti tal-finanzjament ta' riżoluzzjoni ma jinvolvix l-għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107(1) TFUE, il-Kummissjoni għandha, sabiex tiżgura kundizzjonijiet indaqs fis-suq intern, tivvaluta dawk il-miżuri b'analoġija mal-Artikolu 107 TFUE. Jekk ma tkunx meħtieġa notifika skont l-Artikolu 108 TFUE billi l-ebda għajnuna mill-istat skont l-Artikolu 107 TFUE ma tkun involuta fl-użu propost tal-Fond mill-Bord, sabiex tiġi żgurata l-integrità tas-suq intern bejn l-Istati Membri parteċipant u dawk li mhumiex, il-Kummissjoni għandha tapplika r-regoli rilevanti tal-għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107 TFUE b'analoġija meta tivvaluta l-użu propost tal-Fond. Il-Bord ma għandux jiddeċiedi dwar skema ta' riżoluzzjoni qabel ma l-Kummissjoni tkun żgurat, b'analoġija mar-regoli tal-għajnuna mill-Istat li l-użu tal-Fond isegwi l-istess regoli bħall-interventi minn arranġamenti nazzjonali tal-finanzjament.

(19)     Sabiex jiġi żgurat proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet mingħajr dewmien u effettiv fir-riżoluzzjoni, il-Bord għandu jkun aġenzija tal-Unjoni speċifika bi struttura speċifika, li tikkorrispondi għall-kompiti speċifiċi tiegħu, u li tkun ibbażata fuq il-mudell ta’ kull aġenzija oħra tal-Unjoni. Il-kompożizzjoni tiegħu għandha tiżgura li jitqiesu kif dovut l-interessi rilevanti kollha involuti fil-proċedimenti ta' riżoluzzjoni. Il-Bord għandu jopera f'sessjonijiet eżekuttivi u plenarji. Fis-sessjoni eżekuttiva tiegħu, għandu jkun magħmul minn Direttur Eżekuttiv, Viċi-Direttur Eżekutti u rappreżentanti tal-Kummissjoni u l-BĊE. Minħabba l-missjonijiet tal-Bord, id-Direttur Eżekuttiv u l-Viċi-Direttur Eżekuttiv għandhom jinħatru mill-Kunsill fuq proposta mill-Kummissjoni u wara li jinstema' mill-Parlament Ewropew. Meta tkun qed tiddelibera dwar riżoluzzjoni ta' bank jew grupp stabbilit fi Stat Membru parteċipanti wieħed, is-sessjoni eżekuttiva tal-Bord għandha ssejjaħ u tinvolvi wkoll fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet il-membru maħtur mill-Istat Membru konċernat li jirrappreżenta lill-awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni tiegħu. Meta tiddelibera dwar grupp transfruntiera, il-membri maħtura kemm mill-Istat Membru tad-domiċilju kif ukoll mill-Istati Membri ospitanti kollha kkonċernati li jirrappreżentaw lill-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni rilevanti għandhom jissejħu wkoll u jkunu involuti fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tas-sessjoni eżekuttiva tal-Bord. Madankollu, l-awtoritajiet tad-domiċilju u dawk ospitanti għandu jkollhom influwenza bbilanċjata fuq id-deċiżjoni, u għalhekk l-awtoritajiet tad-domiċilju għandu jkollhom vot wieħed b’mod konġunt. L-osservaturi, inkluż rappreżentant tal-MES u tal-Grupp tal-Euro, jistgħu wkoll jiġu mistiedna biex jattendu l-laqgħat tal-Bord.

(20)     Fid-dawl tal-missjonijiet tal-Bord u l-objettivi tar-riżoluzzjoni li jinkludu l-protezzjoni tal-fondi pubbliċi, il-funzjonament tal-Bord għandu jiġi ffinanzjat minn kontribuzzjonijiet imħallsa mill-istituzzjonijiet fl-Istati Membri parteċipanti.

(21)     Il-Bord, u l-Kummissjoni, fejn rilevanti, għandhom jissostitwixxu l-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni maħtura skont id-Direttiva [ ] fir-rigward tal-aspetti kollha relatati mal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tar-riżoluzzjoni. L-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni maħtura skont id-Direttiva [ ] għandhom ikomplu jwettqu attivitajiet relatati mal-implimentazzjoni tal-iskemi tar-riżoluzzjoni adottati mill-Bord. Sabiex jiġu żgurati t-trasparenza u l-kontroll demokratiku, kif ukoll sabiex jiġu salvagwardjati d-drittijiet tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, il-Bord għandu jagħti rendikont lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għal kull deċiżjoni meħuda fuq il-bażi ta’ din il-proposta. Għall-istess raġunijiet ta’ trasparenza u kontroll demokratiku, il-parlamenti nazzjonali għandu jkollhom ċerti drittijiet biex jiksbu informazzjoni dwar l-attivitajiet tal-Bord u biex jidħlu fi djalogu miegħu.

(22)     Fejn id-Direttiva [ ] tipprevedi l-possibbiltà li jiġu applikati obbligi ssimplifikati jew eżenzjonijiet mill-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni fir-rigward tar-rekwiżit tal-abbozzar tal-pjanijiet ta’ riżoluzzjoni, għandu jkun ipprovdut għal proċedura li biha l-Bord ikun jista' jawtorizza al-applikazzjoni tat-tali obbligi simplifikati.

(23)     Biex jiġi żgurat approċċ uniformi għall-istituzzjonijiet u l-gruppi l-Bord għandu jingħata s-setgħa li jfassal pjanijiet ta’ riżoluzzjoni għal tali istituzzjonijiet u gruppi. Il-Bord għandu jivvaluta r-riżolvabbiltà tal-istituzzjonijiet u l-gruppi, u jieħu miżuri bil-għan li jitneħħew l-impedimenti għar-riżolvibbiltà, jekk ikun hemm. Il-Bord għandu jeħtieġ li l-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni japplikaw it-tali miżuri xierqa mfassla biex ineħħu l-impedimenti għar-riżolvibbiltà sabiex tiġi żgurata l-konsistenza u r-riżolvibbiltà tal-istituzzjonijiet ikkonċernati.

(24)     L-ippjanar tar-riżoluzzjoni huwa komponent essenzjali ta' riżoluzzjoni effettiva. Il-Bord għalhekk għandu s-setgħa jitolob bidliet fl-istruttura u l-organizzazzjoni ta' istituzzjonijiet jew gruppi sabiex ineħħu impedimenti prattiċi għall-applikazzjoni tal-għodod tar-riżoluzzjoni u jiżguraw ir-riżolvibbiltà tal-entitajiet konċernati. Minħabba n-natura potenzjalment sistemika tal-istituzzjonijiet kollha, huwa kruċjali, sabiex tinżamm l-istabbiltà finanzjarja, li l-awtoritajiet ikollhom il-possibbiltà jirriżolvu kwalunkwe istituzzjoni. Sabiex jiġi rispettat id-dritt li jitwettaq negozju stabbilit fl-Artikolu 16 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, id-diskrezzjoni tal-Bord għandha tkun limitata biss għal dak li huwa meħtieġ sabiex jiġu ssimplifikati l-istruttura u l-operati tal-istituzzjoni biex titjieb r-riżoluzzjoni tagħha. Barra minn dan, kwalunkwe miżura imposta għal dawn l-għanijiet għandha tkun konsistenti mal-liġi tal-UE. Il-miżuri la għandhom ikunu direttament u lanqas indirettament diskriminatorji abbażi tan-nazzjonalità, u għandhom jiġu ġġustifkati mir-raġuni prevalenti tal-interess pubbliku fl-istabbiltà finanzjarja. Sabiex jiġi ddeterminat jekk azzjoni tteħditx fl-interess pubbliku ġenerali, il-Bord, li jaġixxi fl-interess pubbliku ġenerali, għandu jkun jista' jilħaq l-objettivi tiegħu ta' riżoluzzjoni mingħajr ma jiltaqa' ma' impedimenti għall-applikazzjoni tal-għodod ta' riżoluzzjoni jew għall-abbiltà tiegħu li jeżerċita s-setgħat mogħtija lilu. Barra minn hekk, azzjoni ma għandhiex tmur lil hinn mill-minimu meħtieġ sabiex jinkisbu l-objettivi.

(25)     Il-Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni għandu jinbena fuq l-oqsfa tad-Direttiva [ ] u l-MSU. Għalhekk, il-Bord għandu jingħata s-setgħa li jintervjeni fi stadju bikri fejn is-sitwazzjoni finanzjarja jew is-solvenza ta’ istituzzjoni tkun qiegħda tiddeterjora. L-informazzjoni li l-Bord jirċievi mingħand l-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni jew il-BĊE f’dan l-istadju hija strumentali biex issir determinazzjoni dwar l-azzjoni li jista' jieħu sabiex iħejji għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjoni kkonċernata.

(26)     Sabiex tiġi żgurata azzjoni ta’ riżoluzzjoni rapida meta issir neċessarja, il-Bord għandu jimmonitorja mill-qrib, f’kooperazzjoni mal-awtorità kompetenti rilevanti jew il-BĊE, is-sitwazzjoni tal-istituzzjonijiet ikkonċernati u l-konformità ta’ dawk l-istituzzjonijiet ma' kwalunkwe miżura ta' intervent bikri meħuda fir-rigward tagħhom.

(27)     Sabiex jiminimizza x-xkiel fis-suq finanzjarju u fl-ekonomija, il-proċess tar-riżoluzzjoni għandu jitwettaq f’perjodu ta’ żmien qasir. Il-Kummissjoni għandha, matul il-proċedura ta’ riżoluzzjoni, ikollha aċċess għal kwalunkwe informazzjoni li tqis meħtieġa sabiex tieħu deċiżjoni infurmata fil-proċess tar-riżoluzzjoni. Fejn il-Kummissjoni tiddeċiedi li tqiegħed istituzzjoni f'riżoluzzjoni, il-Bord għandu minnufih jadotta skema ta’ riżoluzzjoni li tistabbilixxi d-dettalji tal-għodod u s-setgħat tar-riżoluzzjoni li għandhom jiġu applikati, u l-użu ta’ kwalunkwe arranġamenti ta’ finanzjament.

(28)     Il-likwidazzjoni ta' istituzzjoni f'diffikultà skont proċeduri normali ta’ insolvenza tista’ tipperikola l-istabbiltà finanzjarja, titterrompi l-provvista ta’ servizzi essenzjali u taffettwa l-protezzjoni tad-depożituri. F’dan il-każ hemm interess pubbliku fl-applikazzjoni ta’ għodod ta’ riżoluzzjoni. L-objettivi tar-riżoluzzjoni għandhom għalhekk ikunu li tiġi żgurata l-kontinwità ta’ servizzi finanzjarji essenzjali, li tinżamm l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, li jitnaqqas il-periklu morali billi tiġi mminimizzata d-dipendenza fuq l-għajnuna finanzjarja pubblika għal istituzzjonijiet f'diffikultà, u li jiġu protetti d-depożituri.

(29)     Madankollu, dejjem għandu jitqies l-istralċ ta' istituzzjoni insolventi permezz ta' proċeduri normali ta' insolvenza qabel ma tkun tista' tittieħed deċiżjoni li l-istituzzjoni tinżamm bħala negozju avvjat. Istituzzjoni insolventi għandha tinżamm bħala negozju avvjat għal skopijiet ta' stabbiltà politika, u kemm jista' jkun bl-użu ta’ fondi privati. Dan jista’ jinkiseb jew permezz ta’ bejgħ jew fużjoni ma’ akkwirent mis-settur privat jew permezz ta’ tnaqqis fil-valur tal-obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni jew wara l-konverżjoni tad-dejn tagħha għal ekwità, sabiex isseħħ rikapitalizzazzjoni.

(30)     Fl-eżerċizzju tas-setgħat ta' riżoluzzjoni, il-Kummissjoni u l-Bord għandhom jaċċertaw ruħhom li l-azzjonisti u l-kredituri jġarrbu sehem xieraq mit-telf, li l-maniġers jiġu ssostitwiti, li l-kostijiet tar-riżoluzzjoni tal-istituzzjoni jiġu mminimizzati, u li l-kredituri kollha tal-istituzzjoni insolventi li huma tal-istess klassi jiġu ttrattati b’mod simili.

(31)     Il-limitazzjonijiet fuq id-drittijiet tal-azzjonisti u l-kredituri għandhom ikunu konformi mal-Artikolu 52 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. L-għodod tar-riżoluzzjoni għandhom għalhekk jiġu applikati biss lil dawk l-istituzzjonijiet li jkunu qed ifallu jew probabbli li jfallu, u dan biss meta jkun neċessarju biex jintlaħaq l-objettiv tal-istabbiltà finanzjarja fl-interess ġenerali. Partikolarment, l-għodod ta' riżoluzzjoni għandhom jiġu applikati fejn l-istituzzjoni ma tistax tiġi stralċjata skont proċeduri normali ta’ insolvenza mingħajr ma tiġi distabbilizzata s-sistema finanzjarja u l-miżuri jkunu neċessarji sabiex jiġi żgurat trasferiment rapidu u l-kontinwazzjoni ta' funzjonijiet sistemikament importanti u fejn ma hemm l-ebda prospett raġonevoli għal kwalunkwe soluzzjoni privata alternattiva, inklużi kwalunkwe żieda fil-kapital mill-azzjonisti eżistenti jew minn kwalunkwe parti terza biżżejjed biex tiġi restawrata l-vijabbiltà sħiħa tal-istituzzjoni.

(32)     Interferenza mad-drittijiet tas-sjieda ma għandhiex tkun sproporzjonata. Bħala konsegwenza, l-azzjonisti u l-kredituri affettwati ma għandhomx iġarrbu iktar telf minn dawk li kienu jġarrbu kieku l-istituzzjoni ġiet stralċjata fiż-żmien meta ttieħted id-deċiżjoni tar-riżoluzzjoni. Fil-każ ta' trasferiment parzjali tal-assi ta' istituzzjoni f'riżoluzzjoni lil xerrej privat jew istituzzjoni tranżitorja, il-parti residwa tal-istituzzjoni fir-riżoluzzjoni għandha tiġi stralċjata skont il-proċeduri normali ta’ insolvenza. Sabiex jiġu protetti l-azzjonisti u l-kredituri eżistenti tal-istituzzjoni fil-proċedimenti tal-istralċ, dawn għandhom ikunu intitolati jirċievu bi ħlas għall-pretensjonijiet tagħhom mhux inqas minn dak li huwa stmat li kienu jirkupraw kieku l-istituzzjoni kollha ġiet stralċjata skont proċeduri normali ta’ insolvenza.

(33)     Sabiex jiġi protett id-dritt tal-azzjonisti u jiġi żgurat li l-kredituri ma jirċevux inqas minn dak li kienu jirċievu fi proċeduri normali ta' insolvenza, għandhom jiġu stabbiliti obbligi ċari fir-rigward tal-valwazzjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni u żmien suffiċjenti għandu jitħalla biex issir stima xierqa tat-trattament li kienu jirċievu kieku l-istituzzjoni ġiet stralċjata skont proċeduri normali ta’ insolvenza. Għandu jkun hemm il-possibbiltà li tali valwazzjoni tinbeda diġà fil-fażi ta' intervent bikri. Qabel tittieħed kwalunkwe azzjoni ta' riżoluzzjoni, għandha titwettaq stima tal-valur tal-assi u l-obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni u tat-trattament li l-azzjonisti u l-kredituri kienu jirċievu taħt il-proċeduri normali ta’ insolvenza.

(34)     Huwa importanti li t-telf jiġi rrikonoxxut mal-falliment tal-istituzzjoni. Il-prinċipju ta' gwida għall-valwazzjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet ta' istituzzjonijiet li qed ifallu għandu jkun il-valur tagħhom fis-suq fil-mument meta l-għodod tar-riżoluzzjoni jiġu applikati u sakemm is-swieq ikunu qed jiffunzjonaw sew. Meta s-swieq verament ma jkunux qed jiffunzjonaw sew, il-valwazzjoni għandha titwettaq fuq il-valur ekonomiku fit-tul ta' żmien debitament ġustifikat tal-assi u l-obbligazzjonijiet. Għandu jkun possibbli, għar-raġunijiet ta’ urġenza, li l-Bord jagħmel valwazzjoni provviżorja rapida tal-assi jew l-obbligazzjonijiet ta’ istituzzjoni f'diffikultà li għandha tapplika sakemm titwettaq valwazzjoni indipendenti.

(35)     Sabiex jiġi żgurat li l-proċess ta' riżoluzzjoni jibqa' oġġettiv u ċert, jeħtieġ li jiġi stabbilit l-ordni li biha l-pretensjonijiet skoperti tal-kredituri kontra istituzzjoni f'riżoluzzjoni għandhom jitnaqqsu fil-valur jew jiġu konvertiti. Sabiex jiġi limitat ir-riskju li l-kredituri jġarrbu telf akbar milli kieku l-istituzzjoni ġiet stralċjata skont proċeduri normali ta’ insolvenza, l-ordni li għandha tiġi stabbilita għandha tkun applikabbli kemm fil-proċeduri normali ta’ insolvenza u fit-tnaqqis fil-valur jew il-konverżjoni mwettqa fi proċedura ta' riżoluzzjoni. Dan għandu wkoll jiffaċilita l-ipprezzar tad-dejn.

(36)     Il-Kummissjoni għandha tipprovdi l-qafas biex tittieħed l-azzjoni tar-riżoluzzjoni skont iċ-ċirkustanzi tal-każ u għandha tkun tista’ taħtar għall-użu l-għodda kollha meħtieġa għar-riżoluzzjoni. Fi ħdan dak il-qafas ċar u preċiż, il-Bord għandu jiddeċiedi dwar l-iskema tar-riżoluzzjoni dettaljata. L-għodod ta’ riżoluzzjoni rilevanti għandhom jinkludu tal-għodda tal-bejgħ tan-negozju, l-għodda tal-istituzzjoni tranżitorja, l-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna u l-għodda tas-separazzjoni tal-assi, li huma wkoll previsti fid-Direttiva [ ]. Il-qafas għandu wkoll jagħmilha possibbli li jiġi evalwat jekk il-kundizzjonijiet għal tat-tniżżil fil-valur u l-konverżjoni tal-istrumenti kapitali humiex ssodisfati.

(37)     L-għodda ta' bejgħ ta’ negozju għandha tippermetti l-bejgħ tal-istituzzjoni jew parti minn negozju tagħha lil akkwirent wieħed jew aktar mingħajr il-kunsens tal-azzjonisti.

(38)     L-għodda tas-separazzjoni tal-assi għandha tippermetti lill-awtoritajiet jittrasferixxu assi bi prestazzjoni baxxa jew danneġġati lil vettura separata. Din l-għodda għandha tintuża biss flimkien ma’ għodod oħra sabiex jiġi evitat vantaġġ kompetittiv mhux mistħoqq għall-istituzzjoni li qed tfalli.

(39)     Reġim ta’ riżoluzzjoni effettiv għandu jnaqqas l-ispejjeż tar-riżoluzzjoni ta' istituzzjoni li tkun qed tfalli li jġarrbu l-kontribwenti. Għandu jiżgura wkoll li anki istituzzjonijiet kbar ta' importanza sistemika jkunu jistgħu jiġu riżolti mingħajr ma jipperikolaw l-istabbiltà finanzjarja. L-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna tilħaq dak l-objettiv billi tiżgura li l-azzjonisti u l-kredituri tal-entità jġarrbu telf xieraq u parti xierqa minn dawk il-kostijiet. Għal dan il-għan, is-setgħat statutorji tat-tniżżil fil-valur tad-dejn għandhom jiġu inklużi f'qafas għar-riżoluzzjoni, bħala alternattiva addizzjonali flimkien ma’ għodod oħra tar-riżoluzzjoni, kif rakkomandat mill-Bord għall-Istabbiltà Finanzjarja.

(40)     Sabiex jiġi żgurat li l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jkollhom il-flessibbiltà meħtieġa sabiex jallokaw telf lill-kredituri f’firxa ta' ċirkustanzi, huwa xieraq li dawk l-awtoritajiet ikunu jistgħu japplikaw l-għodda tal-ippleġġjar intern kemm fejn l-objettiv huwa li l-istituzzjoni li qed tfalli tiġi riżolta bħala negozju avvjat, kif ukoll fejn ikun hemm prospett realistiku li l-vijabbiltà tal-istituzzjoni tista' tiġi restawrata u fejn servizzi sistemikament importanti jiġu ttrasferiti lil istituzzjoni tranżitorja u l-parti reżidwa tal-istituzzjoni tieqaf topera u tiġi stralċjata.

(41)     Fejn l-għodda tal-ippleġġjar intern tiġi applikata bil-għan li jiġi restawrat il-kapital tal-istituzzjoni li qed tfalli sabiex tkun tista’ tkompli topera bħala negozju avvjat, ir-riżoluzzjoni permezz tal-ippleġġjar intern għandha dejjem tiġi akkompanjata mis-sostituzzjoni tal-maniġment u ristrutturar sussegwenti tal-istituzzjoni u l-attivitajiet tagħha b’mod li jiġu indirizzati r-raġunijiet tal-falliment tagħha. Dak ir-ristrutturar għandu jinkiseb permezz tal-implimentazzjoni ta’ pjan ta’ riorganizzazzjoni tan-negozju.

(42)     Mhuwiex xieraq li tiġi applikata l-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna fuq pretensjonijiet safejn dawn ikunu ggarantiti, ikkollateralizzati jew iggarantiti mod ieħor. Madankollu, sabiex jiġi żgurat li l-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna tkun effettiva u tikseb l-objettivi tagħha, għandu jkun possibbli li tiġi applikata għal firxa kemm jista’ jkun wiesgħa ta’ obbligazzjonijiet mhux garantiti ta’ istituzzjoni f'diffikultà. Madankollu, huwa xieraq li jiġu esklużi ċerti tipi ta’ obbligazzjonijiet mhux garantiti mill-ambitu tal-applikazzjoni tal-għodda tal-ippleġġjar intern. Għar-raġunijiet ta' politika pubblika u ta' riżoluzzjoni effettiva, l-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna ma għandhiex tapplika għal dawk id-depożiti li huma protetti skont id-Direttiva 94/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[15], għall-obbligazzjonijiet lejn l-impjegati tal-istituzzjoni li qed tfalli jew għal pretensjonijiet kummerċjali relatati ma’ oġġetti u servizzi meħtieġa għall-funzjonament ta’ kuljum tal-istituzzjoni.

(43)     Id-depożituri li jkollhom depożiti garantiti minn skema ta' garanzija tad-depożiti ma għandhomx ikunu soġġetti għal eżerċizzju tal-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna. L-iskema tal-garanziji tad-depożiti, madankollu, tikkontribwixxi għall-finanzjament tal-proċess tar-riżoluzzjoni sal-punt li kienet tagħmel li kieku kellha tikkumpensa lid-depożituri. L-eżerċizzju tas-setgħat tal-ippleġġjar intern se jiżgura li d-depożituri jkomplu jkollhom aċċess għad-depożiti tagħhom, li hija r-raġuni ewlenija għaliex ġew stabbiliti l-iskemi ta' garanzija tad-depożiti. In-nuqqas ta' previżjoni tal-involviment ta' dawk l-iskemi f'każijiet bħal dawn jikkostitwixxi vantaġġ inġust fil-konfront tal-kredituri l-oħra li jkunu soġġetti għall-eżerċizzju tas-setgħat mill-awtorità tar-riżoluzzjoni.

(44)     Sabiex tiġi implimentata l-kondiviżjoni tal-piż mill-azzjonisti u l-kredituri żgħar, kif meħtieġ skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, il-Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni jkun kapaċi japplika, permezz ta’ analoġija, mad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, l-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna.

(45)     Sabiex jiġi evitat li l-istituzzjonijiet jistrutturaw l-obbligazzjonijiet tagħhom b’mod li jfixkel l-effettività tal-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna, il-Bord għandu jkun jista’ jistabbilixxi li l-istituzzjonijiet ikollhom ammont aggregat ta’ fondi proprji, dejn subordinat u obbligazzjonijiet ta’ preferenza soġġett għall-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna espressa bħala perċentwali tal-obbligazzjonijiet totali tal-istituzzjoni, li ma jikkwalifikawx bħala fondi proprji għall-finijiet tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[16] u tad-Direttiva 2013/36/UE tas-26 ta' Ġunju 2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[17], li l-istituzzjonijiet għandu jkollhom f’kull ħin.

(46)     Għandu jintgħażel l-aħjar metodu ta’ riżoluzzjoni skont iċ-ċirkustanzi tal-każ u għal dan l-iskop, l-għodod kollha tar-riżoluzzjoni previsti mid-Direttiva [ ] għandhom ikunu disponibbli.

(47)     Id-Direttiva [ ] tat is-setgħa lill-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni li jniżżlu l-valur jew jikkonvertu l-istrumenti kapitali, minħabba li l-kundizzjonijiet għat-tniżżil fil-valur u l-konverżjoni tal-istrumenti kapitali jistgħu jikkonċidu mal-kundizzjonijiet għar-riżoluzzjoni u f’każ bħal dan, għandha ssir valutazzjoni ta’ jekk it-tniżżil fil-valur u l-konverżjoni biss tal-istrumenti kapitali humiex biżżejjed sabiex terġa’ tinkiseb is-sodezza finanzjarja tal-entità kkonċernata jew jekk huwiex ukoll meħtieġ li tittieħed azzjoni ta’ riżoluzzjoni. Bħala regola, din se tintuża fil-kuntest ta’ riżoluzzjoni. Il-Kummissjoni għandha ssostitwixxi l-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni wkoll f’din il-funzjoni u għandha għalhekk tingħata s-setgħa li tivvaluta jekk il-kundizzjonijiet għat-tniżżil fil-valur u l-konverżjoni tal-istrumenti kapitali humiex issodisfati u li tiddeċiedi jekk għandhiex tqiegħed entità taħt riżoluzzjoni, jekk ir-rekwiżiti għar-riżoluzzjoni huma ssodisfati wkoll.

(48)     L-effiċjenza u l-uniformità tal-azzjoni ta’ riżoluzzjoni għandhom jiġu żgurati fl-Istati Membri parteċipanti kollha. Għal dan l-għan, il-Bord għandu jingħata setgħat f’każijiet eċċezzjonali u fejn awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni ma tkunx applikat jew applikat biżżejjed id-Deċiżjoni tal-Bord li jiġu trasferiti lil persuna oħra drittijiet speċifikati, assi jew obbligazzjonijiet ta’ istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jew li tiġi meħtieġa l-konverżjoni ta’ strumenti ta’ dejn li jkun fihom terminu kuntrattwali għall-konverżjoni f’ċerti ċirkustanzi. Kwalunkwe azzjoni mill-awtoritajiet nazzjonali ta’ risoluzzjoni li se żżomm jew taffettwa l-eżerċizzju tas-setgħat jew il-funzjonijiet tal-Bord se tiġi eskluża.

(49)     Sabiex tiżdied l-effettività tal-Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni, il-Bord għandu jtikkoopera mill-qrib mal-Awtorità Bankarja Ewropea f’kull ċirkustanza. Fejn xieraq, il-Bord għandu jikkoopera wkoll mal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq, l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol u l-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku, u l-awtoritajiet l-oħra li jiffurmaw parti mis-Sistema Ewropea ta’ Superviżjoni Finanzjarja. Barra minn hekk, il-Bord għandu jikkoopera mill-qrib mal-BĊE u l-awtoritajiet l-oħra bis-setgħa li jagħmlu superviżjoni tal-istituzzjonijiet tal-kreditu fl-MSU, b’mod partikolari għall-gruppi soġġetti għas-superviżjoni konsolidata mill-BĊE. Biex jimmaniġġa b’mod effettiv il-proċess ta’ riżoluzzjoni tal-banek f'diffikultà, il-Bord għandu jikkoopera mal-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni fl-istadji kollha tal-proċess tar-riżoluzzjoni. Għalhekk, il-kooperazzjoni ma’ dawn tal-aħħar hija meħtieġa mhux biss għall-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet tar-riżoluzzjoni meħuda mill-Bord, iżda wkoll qabel l-adozzjoni ta’ kwalunkwe deċiżjoni ta' riżoluzzjoni, fl-istadju tal-ippjanar ta’ riżoluzzjoni jew matul il-fażi ta’ intervent bikri.

(50)     Billi l-Bord jissostitwixxi l-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni tal-Istati Membri parteċipanti fid-deċiżjonijiet tagħhom ta' riżoluzzjoni, il-Bord għandu wkoll jieħu post dawk l-awtoritajiet għall-iskopijiet tal-kooperazzjoni mal-Istati Membri mhux parteċipanti fir-rigward tal-funzjonijiet tar-riżoluzzjoni. B’mod partikolari, il-Bord għandu jirrappreżenta lill-awtoritajiet kollha mill-Membri parteċipanti fil-kulleġġi tar-riżoluzzjoni inklużi l-awtoritajiet mill-Istati Membri mhux parteċipanti.

(51)     Peress li ħafna istituzzjonijiet joperaw mhux biss fl-Unjoni, iżda wkoll internazzjonalment, jeħtieġ li mekkaniżmu ta’ riżoluzzjoni effettiv jistabbilixxi prinċipji ta’ kooperazzjoni mal-awtoritajiet tal-pajjiż terz rilevanti. Għandu jiġi provdut appoġġ lill-awtoritajiet tal-pajjiżi terzi skont il-qafas legali previst mill-Artikolu 88 tad-Direttiva [ ]. Għal dan l-għan, peress li l-Bord għandu jkun l-awtorità unika bis-setgħa li jirriżolvi l-banek f'diffikultà fl-Istati Membri parteċipanti, il-Bord għandu jkollu esklużivament s-setgħa li jikkonkludi ftehimiet ta’ kooperazzjoni mhux vinkolanti ma’ dawk l-awtoritajiet tal-pajjiżi terzi, f’isem l-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri parteċipanti.

(52)     Sabiex iwettaq il-kompiti tiegħu b’mod effettiv, il-Bord għandu jkollu s-setgħat investigattivi xierqa. Għandu jkun jista’ jitlob l-informazzjoni kollha meħtieġa direttament jew permezz tal-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni, u jkun jista’ jwettaq investigazzjonijiet u spezzjonijiet fuq il-post, fejn xieraq b’kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. Fil-kuntest tar-riżoluzzjoni, l-ispezzjonijiet fuq il-post ikunu disponibbli għall-Bord biex jimmonitorja b’mod effettiv l-implimentazzjoni mill-awtoritajiet nazzjonali u biex jiġi żgurat li l-Kummissjoni u l-Bord jieħdu d-deċiżjonijiet tagħhom fuq il-bażi ta’ informazzjoni preċiża għal kollox.

(53)     Sabiex jiġi żgurat li l-Bord ikollu aċċess għall-informazzjoni rilevanti kollha, l-impjegati ma għandhomx ikunu jistgħu jinvokaw ir-regoli tas-sigriet professjonali biex jimpedixxu d-divulgazzjoni ta' informazzjoni lill-Bord.

(54)     Sabiex jiġi żgurat li d-deċiżjonijiet adottati fil-qafas tal-Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni jiġu rispettati, f'każ ta' ksur għandhom jiġu imposti sanzjonijiet proporzjonati u dissważivi. Il-Bord għandu jkun intitolat li jagħti struzzjonijiet lill-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni biex jimponu multi jew pagamenti perjodiċi ta' penali fuq l-impriżi talli jonqsu li jikkomformaw mal-obbligi tad-deċiżjonijiet tiegħu. Sabiex jiżgura prattiki tal-infurzar konsistenti, effiċjenti u effettivi l-Bord għandu jkun intitolat li joħroġ linji gwida indirizzati lill-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni dwar l-applikazzjoni ta’ multi u ta’ ħlasijiet ta' penali.

(55)     Meta awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni tikser ir-regoli tal-Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni billi ma tużax is-setgħat mogħtija lilha skont il-liġi nazzjonali biex timplimenta struzzjoni mill-Bord, l-Istat Membru kkonċernat jista’ jkun responsabbli biex jagħmel tajjeb għal kwalunkwe ħsara kkawżata lil individwi, inkluż fejn applikabbli lill-entità jew il-grupp f'riżoluzzjoni, jew kull kreditur ta’ kwalunkwe parti ta’ dik l-entità jew grupp fi kwalunkwe Stat Membru, skont dik il-ġurisprudenza.

(56)     Għandhom jiġu stabbiliti regoli xierqa li jirregolaw il-baġit tal-Bord, it-tħejjija tal-baġit, l-adozzjoni ta' regoli interni li jispeċifikaw il-proċedura għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit tiegħu, u l-awditjar intern u estern tal-kontijiet.

(57)     Hemm ċirkustanzi fejn l-effikaċja tal-għodod tar-riżoluzzjoni applikati tkun tiddependi fuq id-disponibbiltà ta' finanzjament fil-qosor għall-istituzzjoni jew istituzzjoni tranżitorja, il-forniment ta' garanziji lil xerrejja potenzjali, jew il-forniment ta' kapital lill-istituzzjoni tranżitorja. Għalhekk huwa importanti li jiġi stabbilit fond biex jiġi evitat li jintużaw il-fondi pubbliċi għal dawn l-għanijiet.

(58)     Huwa meħtieġ li jiġi żgurat li l-Fond ikun disponibbli bis-sħiħ għall-iskop ta' riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet li qed ifallu. Għalhekk, il-Fond ma għandu jintuża għall-ebda skop ieħor għajr l-implimentazzjoni effiċjenti tal-għodod u s-setgħat ta' riżoluzzjoni. Barra minn hekk, għandu jintuża biss skont l-objettivi u l-prinċipji tar-riżoluzzjoni applikabbli. Għalhekk, il-Bord għandu jiżgura li kwalunke telf, kostijiet jew spejjeż oħra imġarrba b'rabta mal-użu tal-għodod ta' riżoluzzjoni l-ewwel jinġarru mill-azzjonisti u l-kredituri tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni. It-telf, il-kostijiet jew spejjeż oħra mġarrba bl-użu tal-għodod ta' riżoluzzjoni jinġarru mill-Fond fil-każ biss li r-riżorsi tal-azzjonisti u l-kredituri jispiċċaw.

(59)     Bħala regola, il-kontribuzzjonijiet għandhom jinġabru mill-industrija qabel kwalunkwe operazzjoni ta’ riżoluzzjoni u indipendentement minnhom. Meta l-finanzjament minn qabel ma jkunx biżżejjed biex ikopri t-telf jew il-kostijiet imġarrba bl-użu tal-Fond, għandhom jinġabru kontribuzzjonijiet oħra biex ikopru l-kostijiet jew it-telf addizzjonali. Barra minn hekk, il-Fond għandu jkun jista' jikkuntratta teħid ta' self jew forom oħra ta' għajnuna minn istituzzjonijiet finanzjarji jew partijiet terzi meta l-fondi disponibbli tiegħu ma jkunux biżżejjed biex ikopru t-telf, il-kostijiet u l-ispejjeż l-oħra mġarrba bl-użu tal-Fond u ma jkunux immedjatament aċċessibbli kontribuzzjonijiet straordinarji ex post.

(60)     Sabiex tintlaħaq massa kritika u jiġu evitati effetti proċikliċi li jinħolqu kieku l-Fond kellu jiddependi biss fuq kontribuzzjonijiet ex post fi kriżi sistemika, huwa indispensabbli li l-mezzi finanzjarji disponibbli ex ante tal-Fond jammontaw sa ċertu livell prestabbilit.

(61)     Qafas ta' żmien xieraq għandu jiġi stipulat biex jintlaħaq il-livell ta' finanzjament prestabbilit għall-Fond. Madankollu, għandu jkun possibbli għall-Bord li jaġġusta l-perjodu tal-kontribuzzjoni biex iqis l-iżborżamenti sinifikanti li jkunu saru mill-Fond.

(62)     Meta l-Istati Membri parteċipanti jkunu diġà stabbilixxew arranġamenti nazzjonali ta’ finanzjament ta’ riżoluzzjoni, għandhom ikunu jistgħu jipprevedu li l-arranġamenti nazzjonali ta’ finanzjament ta’ riżoluzzjoni jużaw il-mezzi finanzjarji disponibbli, miġbura minn istituzzjonijiet fil-imgħoddu permezz ta’ kontribuzzjonijiet ex ante, biex jikkumpensaw lill-istituzzjonijiet għall-kontribuzzjonijiet ex ante li dawk l-istituzzjonijiet għandhom iħallsu lill-Fond. Din ir-restituzzjoni għandha tkun bla preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri skont id-Direttiva 94/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[18].

(63)     Sabiex tkun żgurta kalkolazzjoni ġusta tal-kontribuzzjonijiet u jingħataw inċentivi biex joperaw b'mudell li jippreżenta inqas riskji, il-kontribuzzjonijiet tal-Fond għandhom iqisu l-grad ta' riskju mġarrab mill-istituzzjoni ta' kreditu.

(64)     Sabiex jiġi żgurat li l-kostijiet tar-riżoluzzjoni jinqasmu kif xieraq bejn l-iskemi ta' garanzija tad-depożiti u l-Fond, l-iskema ta' garanzija tad-depożiti li hija affiljata magħha l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni tista' tkun responsabbli, sal-ammont kopert mid-depożiti, għall-ammont ta' telf li kien ikollha terfa' kieku l-istituzzjoni ġiet stralċata bi proċedimenti normali ta' insolvenza.

(65)     Sabiex jiġi protett il-valur tal-ammonti miżmuma fil-Fond, dawn l-ammonti għandhom jiġu investiti f'assi sikuri, diversifikati u likwidi biżżejjed.

(66)     Il-Kumissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 290 TFUE sabiex tiddetermina it-tip ta' kontribuzzjonijiet lill-Fond u l-kwistjonijiet li għalihom huma dovuti kontribuzzjonijiet, il-mod li bih l-ammont tal-kontribuzzjonijiet jiġi kkalkulat u l-mod li bih għandhom jitħallsu; tispeċifika r-reġistrazzjoni, il-kontabbiltà, ir-rapportar u regoli oħra meħtieġa biex jiġi żgurat li l-kontribuzzjonijiet jitħallsu kollha u fil-ħin; tiddetermina s-sistema tal-kontribuzzjonijiet għall-istituzzjonijiet li ġew awtorizzati joperaw wara li l-Fond ikun laħaq il-livell fil-mira tiegħu; tiddetermina l-kriterji biex il-kontribuzzjonijiet jinfirxu matul iż-żmien; tiddetermina ċ-ċirkustanzi meta l-pagament tal-kontribuzzjonijiet ikun jista' jsir akkont bil-quddiem; tiddetermina l-kriterji biex jiġu stipulati l-kontribuzzjonijiet annwali; tiddetermina l-miżuri biex tispeċifika ċ-ċirkustanzi u l-modalitajiet li bihom istituzzjoni tista' tiġi parzjalment u totalment eżentata minn kontribuzzjonijiet ex post, u l-miżuri biex tispeċifika ċ-ċirkustanzi u l-modalitajiet li bihom istituzzjoni tista' tiġi parzjalment u totalment eżentata minn kontribuzzjonijiet ex post.

(67)     Biex tinżamm il-kunfidenzjalità tal-ħidma tal-Bord, il-membri tiegħu, il-persunal tal-Bord, inkluż il-persunal ta' skambju jew issekondat mill-Istati Membri bil-għan li jwettqu doveri ta' riżoluzzjoni għandhom ikunu soġġetti għal rekwiżiti tas-sigriet professjonali, anki wara li d-doveri tagħhom jintemmu. Bil-għan li jitwettqu l-kompiti kkonferiti lilu, il-Bord għandu jkun awtorizzat, soġġett għal kundizzjonijiet, li jiskambja informazzjoni mal-awtoritajiet u l-korpi nazzjonali jew tal-Unjoni.

(68)     Sabiex jiġi zgurat li l-Bord ikun repreżentat fis-Sistema Ewropea tas-Superviżjoni Finanzjarja, ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 għandu jiġi emendat sabiex jinkludi l-Bord fil-kunċett tal-awtoritajiet kompetenti stabbiliti minn dak ir-Regolament. Din l-assimilazzjoni bejn il-Bord u l-awtorità kompetenti skont ir-Regolament Nru°1093/2010 hija konsistenti mal-funzjonijiet attribwiti lill-ABE skont l-Artikolu 25 tar-Regolament Nru 1093/2010 biex tikkontribwixxi u tipparteċipa attivament fl-iżvilupp u l-koordinazzjoni tal-pjanijiet ta' rkupru u riżoluzzjoni u li jkollha l-għan li tiffaċilita r-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet li qed ifallu u partikolarment ta' gruppi transfruntieri.

(69)     Sakemm il-Bord isiri operattiv għal kollox, il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-operazzjonijiet inizjali fosthom il-ġbir tal-kontribuzzjonijiet meħtieġa biex jiġu koperti l-ispejjeż amministrattivi u l-ħatra ta' direttur eżekuttiv interim biex jawtorizza l-pagamenti meħtieġa kollha f'isem il-Bord.

(70)     Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, notevolment id-dritt għall-propjetà, il-protezzjoni ta’ dejta personali, il-libertà ta’ impriża, id-dritt għal rimedju effikaċi u għal smigħ ġust, u għandu jiġi implimentat skont dawk id-drittijiet u l-prinċipji.

(71)     Peress li l-objettivi ta' dan ir-Regolament, jiġifieri l-istabbiliment ta' qafas Ewropew uniku għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet tal-kreditu u li tiġi żgurata applikazzjoni konsistenti tar-regoli tar-riżoluzzjoni, ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed fil-livell tal-Istati Membri u jistgħu għalhekk jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jintlaħqu dawn l-objettivi.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

PARTI I DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1 Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 2 li huma stabbiliti fl-Istati Membri parteċipanti msemmija fl-Artikolu 4.

Dawn ir-regoli u l-proċeduri uniformi jiġu applikati mill-Kummissjoni flimkien ma' Bord u l-awtoritajiet nazzjonali ta' rizoluzzjoni tal-Istati Membri parteċipanti fil-qafas ta' mekkaniżmu uniku ta' riżoluzzjoni stabbilit minn dan ir-Regolament. Il-mekkaniżmu uniku ta' riżoluzzjoni jkun sostnut minn fond uniku għar-riżoluzzjoni tal-banek (minn hawb 'il quddiem imsejjaħ il-Fond).

Artikolu 2 Kamp ta' applikazzjoni

Dan ir-Regolament japplika għall-entitajiet li ġejjin:

(a) istituzzjonijiet tal-kreditu stabbiliti fl-Istati Membri parteċipanti;

(b) impriżi prinċipali stabbiliti f'wieħed mill-Istati Membri parteċipanti, inklużi kumpaniji azzjonarji finanzjarji u kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta meta jkunu soġġetti għal superviżjoni konsolidata mwettqa mill-BĊE skont [l-Artikolu 4(1)(i) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru [ ] li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward tal-politiki marbuta mas-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet tal-kreditu;

(c) ditti tal-investiment u istituzzjonijiet finanzjarji stabbiliti fl-Istati Membri partċipanti meta jkunu koperti minn superviżjoni konsolidata tal-impriża prinċipali mwettqa mill-BĊE skont l-Artikolu 4(1)(i) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru [ ].

Artikolu 3 Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 2 tad-Direttiva [ ] u l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2013/36/UE tas-26 ta' Ġunju 2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[19]. Barra minn dan, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) "awtorità nazzjonali kompetenti" tfisser kwalunkwe awtorità nazzjonali kompetenti kif definit fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru [ ];

(2) "awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni" tfisser awtorità maħtura minn Stat Membru skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva [ ];

(3) "azzjoni ta' riżoluzzjoni" tfisser l-applikazzjoni ta' għodda ta' riżoluzzjoni fuq istituzzjoni jew entità msemmija fl-Artikolu 2, jew l-eżerċizzju ta' setgħa jew setgħat ta' riżoluzzjoni fir-rigward tagħha;

(4) "depożiti koperti" tfisser depożiti li huma ggarantiti minn skemi ta' garanzija tad-depożiti skont il-liġi nazzjonali skont id-Direttiva 94/19/KE u sal-livell ta' kopertura previst fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 94/19/KE;

(5) "depożiti eliġibbli" tfisser depożiti kif definit fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 94/19/KE li mhumiex esklużi mill-protezzjoni skont l-Artikolu 2 ta' dik id-Direttiva, irrispettivament mill-ammont tagħhom;

(6) "awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell ta' grupp" tfisser l-awtorità nazzjonali ta' rizoluzzjoni tal-Istat Membru parteċipanti li fih hija stabbilita l-istituzzjoni, jew l-impriża prinċipali soġġetta għas-superviżjoni konsolidata;

(7) "istituzzjoni tal-kreditu" tfisser istituzzjoni tal-kreditu kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013[20];

(8) "ditta tal-investiment" tfisser ditta tal-investiment kif definit fil-punt (2) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li hija soġġetta għar-rekwiżit tal-kapital inizjali speċifikat fl-Artikolu 9 ta' dak ir-Regolament;

(9) "istituzzjoni finanzjarja" tfisser istituzzjoni finanzjarja kif definit fil-punt 26 tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(10) "impriża prinċipali" tfisser impriża prinċipali kif definit fil-punt (15) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, inklużi istituzzjoni, kumpanija azzjonarja finanzjarja jew kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta;

(11) "istituzzjoni taħt riżoluzzjoni" tfisser entità msemmija fl-Artikolu 2, li fir-rigward tagħha qed tittieħed azzjoni ta' riżoluzzjoni;

(12) "istituzzjoni" tfisser istituzzjoni ta' kreditu, jew ditta tal-investiment koperta b'superviżjoni konsolidata skont il-punt (c) tal-Artikolu 2;

(13) "grupp" tfisser impriża prinċipali u s-sussidjarji tagħha, li huma entitajiet kif imsemmi fl-Artikolu 2;

(14) "sussidjarji" tfisser sussidjarji kif definit fil-punt (16) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(15) "għodda tal-bejgħ ta' operat" tfisser it-trasferiment ta' sjieda, jew assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet ta' istituzzjoni li tilħaq il-kundizzjonijiet għal riżoluzzjoni lil xerrej li mhuwiex istituzzjoni tranżitorja;

(16) "għodda ta' istituzzjoni tranżitorja" tfisser it-trasferiment ta' assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet ta' istituzzjoni li tilħaq il-kundizzjonijiet għal riżoluzzjoni lil istituzzjoni tranżitorja;

(17) "għodda tas-separzzjoni tal-assi" tfisser it-trasferiment ta' assi u drittijiet ta' istituzzjoni li tilħaq il-kundizzjonijiet għal riżoluzzjoni lil mezz tal-immaniġġar tal-assi;

(18) "għodda rikapitalizzazzjoni interna" tfisser setgħat ta' tniżżil fil-valur u konverżjoni ta' obbligazzjonijiet ta' istituzzjoni li tilħaq il-kundizzjonijiet għal riżoluzzjoni;

(19) "mezzi finanzjarji disponibbli" tfisser il-flus, id-depożiti, l-assi u l-impenji irrivokabbli ta' pagament disponibbli għall-Fond għall-għanijiet elenkati fl-Artikolu 74;

(20) "livell fil-mira tal-fond" tfisser l-ammont ta' mezzi finanzjarji disponibbli li għandu jintlaħaq skont l-Artikolu 68.

Artikolu 4 Stati Membri parteċipanti

Stat Membru parteċipanti jkun Stat Membru li l-munita tiegħu hija l-euro jew Stat Membru li l-munita tiegħu mhijiex l-euro li stabbilixxa kooperazzjoni mill-qrib skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru [ ].

Artikolu 5 Relazzjoni mad-Direttiva [ ] u l-liġi nazzjonali applikabbli

1.           Fejn, bis-saħħa ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni jew il-Bord jeżerċita kompiti jew setgħat, li skont id-Direttiva [ ] għandhom jiġu eżerċitati mill-awtorità nazzjonali tar-riżoluzzjoni ta' Stat Membru parteċipanti, il-Bord, għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u d-Direttiva [ ], jitqies li huwa l-awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni rilevanti jew fil-każ ta' riżoluzzjoni ta' grupp transfruntier l-awtorità nazzjonali tar-riżoluzzjoni tal-grupp rilevanti.

2.           Il-Bord, meta jaġixxi bħala awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni, jaġixxi, fejn rilevanti, taħt l-awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni.

3.           Soġġett għad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, l-awtoritajiet nazzjonali tar-riżoluzzjoni tal-Istati Membri parteċipanti jaġixxu fuq il-bażi ta' u f'konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi nazzjonali, kif armonizzati mid-Direttiva [ ].

Artikolu 6 Prinċipji ġenerali

1.           L-ebda azzjoni, proposta jew politika tal-Bord, il-Kummissjoni jew awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni ma għandha tiddiskrimina kontra entitajiet imsemmija fl-Artikolu 2, detenturi ta' depożiti, investituri jew kredituri oħra stabbiliti fl-Unjoni minħabba n-nazzjonalità jew il-post tal-operat tagħhom.

2.           Meta jittieħdu deċiżjonijiet jew azzjonijiet, li jista' jkollhom impatt f'aktar minn Stat Membru parteċipanti wieħed, u partikolarment meta jittieħdu deċiżjonijiet fir-rigward ta' grupp stabbilit f'żewġ Stati Membri jew aktar, il-Kummissjoni għandha tqis kif dovut il-fatturi li ġejjin kollha:

(a) l-interessi tal-Istati Membri parteċipanti fejn il-grupp jopera u partikolarment l-impatt ta' kwalunkwe deċiżjoni jew azzjoni jew nuqqas ta' azzjoni fuq l-istabbiltà finanzjarja, l-ekonomija, l-iskema ta' garanzija tad-depożiti jew l-iskema ta' kumpens għall-investituri ta' kwalunkwe minn dawn l-Istati Membri;

(b) l-objettiv li jiġu bbilanċjati l-interessi ta' diversi Stati Membri involuti u jiġi evitat li jiġu ppreġudikati jew protetti inġustament l-interessi ta' Stat Membru parteċipanti;

(c) il-ħtieġa li jiġi evitat impatt negattiv fuq partijiet oħra ta' grupp li entità tiegħu msemmija fl-Artikolu 2, li hija soġġetta għal riżoluzzjoni, hija membru;

(d) il-ħtieġa li tiġi evitata żieda sproporzjonata fil-kostijiet imposti fuq il-kredituri ta' dawn l-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 2, sal-punt li tkun akbar minn dik li kienu jġarrbu li kieku ġew riżolti permezz ta' proċedimenti normali ta' insolvenza;

(e) id-deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu skont l-Article 107 TFUE u msemmija fl-Artikolu 16(10).

3.           Il-Kummissjoni tibbilanċja l-fatturi msemmija fil-paragrafu 2 mal-objettivi tar-riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 12 kif xieraq skont in-natura u ċ-ċirkustanzi ta' kull każ.

4.           L-ebda deċiżjoni tal-Bord jew tal-Kummissjoni ma għandha teħtieġ lill-Istati Membri jipprovdu għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja.

PARTI II DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI

TITOLU I

Funzjonijiet fil-Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni u regoli proċedurali

Kapitoli 1

Ippjannar ta' riżoluzzjoni

Artikolu 7 Pjanijiet ta' riżoluzzjoni

1.           Il-Bord iħejji pjanijiet ta' riżoluzzjoni għall-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 2 u l-gruppi.

2.           Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet nazzjonali tar-riżoluzzjoni jibagħtu lill-Bord l-informazzjoni kollha meħtieġa biex iħejji u jimplimenta pjanijiet ta' riżoluzzjoni, kif miksuba minnhom skont l-Artikoli 10 u 12(1) tad-Direttiva [ ], mingħajr preġudizzju għall-Kapitolu 5 ta' dan it-Titolu.

3.           Il-pjan ta' riżoluzzjoni jistipula l-alternattivi għall-applikazzjoni tal-għodda tar-riżoluzzjoni u s-setgħat ta' riżoluzzjoni msemmija f'dan ir-Regolament għall-entitajiet msemmija fl-Artikolu 2.

4.           Il-pjan ta' riżoluzzjoni jipprevedi l-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni li jistgħu jieħdu l-Kummissjoni u l-Bord meta entità msemmija fl-Artikolu 2 jew grupp jilħqu l-kundizzjonijiet għal riżoluzzjoni. Il-pjan ta' riżoluzzjoni jqis firxa ta' xenarji inklużi l-każ li falliment ikun idiosinkratiku jew li jista' jseħħ fi żmien ta' instabbiltà finanzjarja usa' jew ta' avvenimenti mas-sistema kollha. Il-pjan ta' riżoluzzjoni ma għandu jassumi l-ebda għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja minbarra l-użu tal-Fond stabbilit skont dan ir-Regolament.

5.           Il-pjan ta' riżoluzzjoni għal kull entità jinkludi dan li ġej kollu:

(a) sommarju tal-elementi ewlenien tal-pjan;

(b) sommarju tal-bidliet materjali fl-istituzzjoni li seħħew wara li kienet ippreżentata l-aħħar informazzjoni dwar ir-riżoluzzjoni;

(c) demostrazzjoni ta' kif il-funzjonijiet kritiċi u l-linji operazzjonali prinċipali jistgħu legalment u ekonomikament jiġu sseparati, sal-punt meħtieġ, minn funzjonijiet oħra sabiex tiġi żgurata l-kontinwità malli tfalli l-istituzzjoni;

(d) stima tal-qafas ta' żmien għall-eżekuzzjoni ta' kull aspett materjali tal-pjan;

(e) deskrizzjoni dettaljata tal-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà mwettqa skont l-Artikolu 8;

(f) deskrizzjoni ta' kwalunkwe miżura meħtieġa skont l-Artikolu 8(5) biex jiġu indirizzati jew jitneħħew l-impediment għar-riżolvibbiltà identifikati bħala riżultat tal-valutazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 8;

(g) deskrizzjoni tal-proċessi għad-determinazzjoni tal-valur u l-kummerċjabbiltà tal-funzjonijiet kritiċi, linji operazzjonali prinċipali u l-assi tal-istituzzjoni;

(h) deskrizzjoni dettaljata tal-arranġamenti biex jiġi żgurat li l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 8 hija aġġornata u għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni il-ħin kollu;

(i) spjegazzjoni mill-awtorità tar-riżoluzzjoni dwar kif l-alternattivi tar-riżoluzzjoni jistgħu jiġu ffinanzjati mingħajr is-suppożizzjoni ta' għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja;

(j) deskrizzjoni dettaljata tal-istrateġiji differenti ta' riżoluzzjoni li jistgħu jiġu applikati skont ix-xenarji differenti possibbli;

(k) deskrizzjoni tal-interdependenzi ta' importanza kritika;

(l) analiżi tal-impatt tal-pjan fuq istituzzjonijiet oħra fil-grupp;

(m) deskrizzjoni tal-alternattivi biex jiġu ppriżervati l-aċċess għall-pagamenti u s-servizzi tal-ikklerjar u infrastrutturi oħra;

(n) pjan għall-komunikazzjoni mal-midja u l-pubbliku;

(o) ir-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli meħtieġa skont l-Artikolu 10 u skadenza biex jintlaħaq dak il-livell fejn applikabbli;

(p) fejn applikabbli, ir-rekwiżit minimu għal fondi proprji u strumenti kuntrattwali ta' rikapitalizzazzjoni interna skont l-Artikolu 10 u skadenza biex jintlaħaq dak il-livell fejn applikabbli;

(q) deskrizzjoni tal-operazzjonijiet u s-sistemi essenzjali biex jinżamm il-funzjonament kontinwu tal-proċessi operazzjonali tal-istituzzjoni;

(r) deskrizzjoni tal-impatt fuq l-impjegati tal-implimentazzjoni tal-pjan inkluż valutazzjoni ta' kwalunkwe kostijiet assoċċjati.

6.           Pjanijiet ta' riżoluzzjoni ta' grupp għandhom jinkludu r-riżoluzzjoni tal-grupp sħiħ u għandhom jidentifikaw il-miżuri għar-riżoluzzjoni tal-impriżi prinċipali u tas-sussidjarji li huma parti mill-grupp.

7.           Il-Bord ifassal il-pjanijiet tar-riżoluzzjoni f'kooperazzjoni mas-superviżur jew is-superviżur tal-konsolidazzjoni u mal-awtoritajiet nazzjonali tar-riżoluzzjoni tal-Istati Membri parteċipanti li fihom huma stabbiliti l-entitajiet.

8.           Il-Bord jista' jitlob lill-awtoritajiet nazzjonali tar-riżoluzzjoni biex iħejju abbozz ta' pjanijiet preliminari ta' riżoluzzjoni u lill-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell ta' grupp biex tħejji abbozz ta' pjan preliminari ta' riżoluzzjoni tal-grupp.

9.           Pjanijiet ta' riżoluzzjoni jiġu rieżaminati u fejn xieraq aġġornati tal-anqas kull sena u wara kwalunkwe bidla fl-istruttura legali jew organizzazzjonali ta' istituzzjoni jew fl-operat jew il-pożizzjoni finanzjarja tagħha li jista' jkollha effett jew teħtieġ bidla fil-pjan.

Artikolu 8 Valutazzjoni tar-riżolvibbiltà

1.           Meta jiġu abbozzati l-pjanijiet tar-riżoluzzjoni f'konformità mal-Artikolu 7, il-Bord, wara konsultazzjoni mal-awtorità kompetenti, inkluż il-BĊE, u l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni tal-Istati Membri mhux parteċipanti fejn jinsabu fergħat sinifikanti sal-punt rilevanti għall-fergħa sinifikanti, iwettaq valutazzjoni ta' kemm l-istituzzjonijiet u l-gruppi huma riżolvibbli mingħajr suppożizzjoni ta' għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja apparti l-użu tal-Fond stabbiliti skont l-Artikolu 64.

2.           Meta jabbozza pjan ta' riżoluzzjoni għall-entitajiet msemmija fl-Artikolu 2, il-Bord jivvaluta l-punt safejn din l-entità hija riżolvibbli skont dan ir-Regolament. Entità għandha titqies riżolvibbli jekk ikun fattibbli u kredibbli li l-awtorità tar-riżoluzzjoni jew tillikwidaha skont proċeduri normali ta' insolvenza jew tirriżolviha billi tapplikalha għodod u setgħat differenti ta' riżoluzzjoni mingħajr ma toħloq konsegwenzi ħżiena sinifikanti fis-sistemi finanzjarji, fosthom ċirkustanzi għal instabbiltà finanzjarja usa' jew avvenimenti mas-sistema kollha, tal-Istat Membru li fih tinsab l-entità, jew Stati Membri oħra, jew l-Unjoni u bil-ħsieb li tiżgura l-kontinwità tal-funzjonijiet kritiċi li twettaq l-entità.

3.           Meta jabbozza pjanijiet ta' riżoluzzjoni għal gruppi, il-Bord jivvaluta l-punt safejn il-gruppi huma riżolvibbli skont dan ir-Regolament. Grupp jitqies riżolvibbli jekk ikun fattibbli u kredibbli li l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jew iwettqu stralċ ta' entitajiet tal-grupp skont proċedimenti normali ta' insolvenza jew jirriżolvuh billi japplikaw għodod u setgħat ta' riżoluzzjoni lil entitajiet tal-grupp mingħajr ma joħolqu konsegwenzi ħżiena sinifikanti fis-sistemi finanzjarji, fosthom ċirkustanzi għal instabbiltà finanzjarja usa' jew avvenimenti mas-sistema kollha, tal-Istati Membri li fihom ikunu jinsabu l-entitajiet tal-grupp, jew Stati Membri oħra, jew l-Unjoni u bil-ħsieb li tiġi żgurata l-kontinwità tal-funzjonijiet kritiċi mwettqa minn dawn l-entitajiet jew minħabba li jistgħu jiġu separati faċilment fil-ħin jew b'mezzi oħra.

4.           Għall-finijiet tal-valutazzjoni, il-Bord, bħala minimu, jeżamina il-kwistjonijiet speċifikati fit-Taqsima C tal-Anness tad-Direttiva [ ].

5.           Jekk skont valutazzjoni tar-riżolvibbiltà ta' entità jew grupp imwettqa kont il-paragrafi 2 u 3 il-Bord, wara konsultazzjoni mal-awtorità kompetenti, inkluż il-BĊE, jiddetermina li hemm impediment potenzjali sustanzjali għar-riżolvibbiltà ta' dik l-entità jew grupp, il-Bord iħejji rapport, f'konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti, indirizzat lill-istituzzjoni jew lill-impriża prinċipali li janalizza l-impedimenti sustanzjali għall-applikazzjoni effettiva tal-għodod tar-riżoluzzjoni u l-eżerċitar tas-setgħat ta' riżoluzzjoni. Dak ir-rapport għandu wkoll jirrakkomanda kwalunkwe miżura, li fl-opinjoni tal-Bord, hija meħtieġa jew xierqa biex jitneħħew dawk l-impedimenti skont il-paragrafu 8.

6.           Ir-rapport jiġi nnotifikat lill-entità jew l-impriża prinċipali konċernata, lill-awtoritajiet kompetenti u lill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni tal-Istati Membri mhux parteċipanti li fihom jinsabu fergħat sinifikanti. Għandu jkun sostnut bir-raġunijiet għall-valutazzjoni jew id-determinazzjoni inkwestjoni u għandu jindika kif il-valutazzjoni jew id-determinazzjoni tikkonforma mar-rekwiżit tal-applikazzjoni proporzjonata stipulat fl-Artikolu 6.

7.           Fi żmien erba' xhur mid-data tal-wasla tar-rapport, l-entità jew l-impriża prinċipali jistgħu jissottomettu kummenti u jipproponu lill-Bord miżuri alternattivi biex jirrimedjaw l-impedimenti identifikati fir-rapport. Il-Bord jikkomunika kwalunkwe miżura proposta mill-entità jew l-impriża prinċipali, lill-awtoritajiet kompetenti u lill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni tal-Istati Membri mhux parteċipanti li fihom jinsabu fergħat sinifikanti.

8.           Jekk il-miżuri proposti mill-entità jew l-impriża prinċipali konċernata effettivamentma jneħħux l-impediment għar-riżolvibbiltà, il-Bord jieħu deċiżjoni, wara konsultazzjoni mal-awtorità kompetenti u, fejn xieraq, l-awtorità makroprudenzjali, li tindika li l-miżuri proposti effettivament ma jneħħux l-impedimenti għar-riżolvibbiltà u jagħti struzzjonijiet lill-awtoritajiet nazzjonali tar-riżoluzzjoni biex jitolbu lill-istituzzjoni, l-impriża prinċipali jew kwalunkwe sussidjarja tal-grupp konċernat, biex tieħu kwalunkwe miżura elenkata fil-paragrafu 9, abbażi tal-kriterji li ġejjin:

(a) l-effikaċja tal-miżura biex tneħħi l-impedimenti għar-riżolvibbiltà;

(b) il-ħtieġa li jiġi evitat impatt negattiv fuq l-istabbiltà finanzjarja tal-Istati Membri parteċipanti;

(c) il-ħtieġa li jiġi evitat impatt fuq l-istituzzjoni jew grupp konċernat li jmur lil hinn minn dak neċessarju biex jitneħħa l-impediment għar-riżolvibbiltà jew ikun sproporzjonat.

9.           Għall-finijiet tal-paragrafu 8, il-Bord jagħti struzzjonijiet lill-awtoritajiet nazzjonali tar-riżoluzzjoni biex jieħdu l-miżuri segwenti:

(a) li jeħtieġu lill-entità tħejji ftehimiet ta' servizz (kemm jekk intragrupp kif ukoll jekk ma' partijiet terzi) biex tkopri l-forniment tal-funzjonijiet kritiċi;

(b) li jeħtieġu lill-entità tillimita l-iskoperturi individwali u aggregati massimi tagħha;

(c) li jimponu rekwiżiti speċifiċi jew regolari ta' informazzjoni rilevanti għall-finijiet ta' riżoluzzjoni;

(d) li jeħtieġu lill-entita teħles minn assi speċifiċi;

(e) li jeħtieġu lill-entità tillimita jew twaqqaf attivitajiet eżistenti speċifiċi jew proposti;

(f) li jirrestrinġu jew jimpedixxu l-iżvilupp jew l-eżistenza ta' linji ta' operat ġodda jew eżistenti jew il-bejgħ ta' prodotti ġodda jew eżistenti;

(g) li jeħtieġu tibdiliet fl-istrutturi ġuridiċi jew operazzjonali tal-entità jew kwalunkwe entità ta' grupp, kemm direttament kif ukoll indirettament taħt il-kontroll tagħha, biex titnaqqas il-kumplessità ħalli jiġi żgurat li l-funzjonijiet kritiċi jkunu jistgħu jiġu sseparati legalment u operazzjonalment minn funzjonijiet oħra permezz tal-applikazzjoni tal-għodod ta' riżoluzzjoni;

(h) li jeħtieġu lil entità tistabbilixxi kumpanija azzjonarja finanzjarja prinċipali fi Stat Membru jew kumpanija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-Unjoni;

(i) li jeħtieġu lil entità toħroġ obbligazzjonijiet eliġibbli biex tilħaq ir-rekwiżiti tal-Artikolu 10;

(j) li jeħtieġu lil entità tipprova tinnegozja mill-ġdid kwalunkwe obbligazzjoni eliġibbli, strument tal-Grad 1 jew strument tal-Grad 2 addizzjonali li tkun ħarġet, bil-għan li jiġi żgurat li kwalunkwe deċiżjoni tal-Kummissjoni li tniżżel il-valur jew tikkonverti dik l-obbligazzjoni u dak l-istrument tkun effettiva skont il-liġi tal-ġuriżduzzjoni li tirregola dik l-obbligazzjoni jew dak l-istrument.

10.         L-awtoritajiet nazzjonali tar-riżoluzzjoni jimplimentaw l-istruzzjonijiet tal-Bord skont l-Artikolu 26.

Artikolu 9 Obbligi u rinunzji ssimplifikati

1.           Il-Bord, b'nizjattiva tiegħu stess jew bi proposta mill-awtorità nazzjonali tar-riżoluzzjoni jista' japplika obbligi simplifikati fir-rigward tal-abbozzar tal-pjanijiet ta' riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 7 jew jista' jneħħi l-obbligu tal-abbozzar ta' dawn il-pjanijiet.

2.           L-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni jistgħu jipproponu lill-Bord biex japplika obbligi simplifikati jew biex ineħħi l-obbligu tal-abbozzar ta' pjanijiet ta' riżoluzzjoni għall-istituzzjonijiet jew gruppi speċifiċi. Dik il-proposta għandha tkun immotivata u għandha tkun sostnuta mid-dokumentazzjoni rilevanti kollha.

3.           Mal-wasla ta' proposta skont il-paragrafu 1 jew meta jaġixxi b'inizjattiva tiegħu stess, il-Bord iwettaq valutazzjoni tal-istituzzjonijiet jew il-gruppi konċernati. Il-valutazzjoni għandha ssir fir-rigward tal-impatt potenzjali li l-falliment tal-istituzzjoni jew il-grupp jista' jkollu, minħabba n-natura tal-operat tiegħu, id-daqs jew interkonnessjonijiet ma' istituzzjonijiet oħra jew għas-sistema finanzjarja inġenerali, fuq is-swieq finanzjarji, fuq istituzzjonijiet oħra jew fuq il-kundizzjonijiet tal-finanzjar.

4.           Il-Bord jivvatula l-kontinwazzjoni tal-applikazzjoni tar-rinunzji tal-anqas dabra fis-sena u mid-data tal-għoti jew wara bidla fl-istruttura ġuridika jew organizzazzjonali, l-operat jew sitwazzjonijiet finanzjarji tal-istituzzjoni jew il-grupp konċernat. Il-Bord ma għandux jagħti rinunzji lil istituzzjoni fil-każijiet meta dik l-istituzzjoni jkollha sussidjarja jew aktar jew fergħat sinifikanti fi Stat Membru ieħor jew f'pajjiż terz.

Il-Bord jieqaf japplika l-obbligi simplifikati jew jirrinunzja għall-obbligu tal-abbozzar ta' pjanijiet ta' riżoluzzjoni jekk kwalunkwe ċirkustanza li ġġustifikathom ma għandhiex teżisti.

Meta awtorità nazzjonali tar-riżoluzzjoni li tkun ipproponiet l-applikazzjoni tal-obbligu ssimplifikat jew tat rinunzja skont il-paragrafu 1 tqis li d-deċiżjoni li tapplika obbligu ssimplifikat jew li tagħti rinunzja rridu jiġu rtirati, għandha tissottometti proposta lill-Bord għal dak il-għan. F'dak il-każ il-Bord jieħu deċiżjoni dwar l-irtirar propost filwaqt li jqis bis-sħiħ il-ġustifikazzjoni tal-irtirar ippreżentata mill-awtorità nazzjonali tar-riżoluzzjoni fid-dawl tal-elementi stipulati fil-paragrafu 3.

5.           Il-Bord jista' jagħti, skont il-paragrafi 3 u 4, rinunzja mill-obbligu tal-abbozzar ta' pjanijiet ta' rkupru lil istituzzjonijiet individwali affiljati ma' korp ċentrali skont l-Artikolu 21 tad-Direttiva 2013/36/UE u eżentati għal kollox jew parzjalment mir-rekwiżiti prudenzjali fil-liġi nazzjonali skont l-Artikolu 2(5) tad-Direttiva 2013/36/UE. F'dak il-każ l-obbligu tal-abbozzar tal-pjan ta' riżoluzzjoni għandu japplika fuq bażi konsolidata għall-korp ċentrali.

6.           Il-Bord jista' jagħti rinunzja mill-applikazzjoni tal-obbligu tal-abbozzar tal-pjanijiet ta' riżoluzzjoni lil istituzzjonijiet li huma fl-istess skema ta' protezzjoni istituzzjonali skont l-Artikolu 113(7) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Meta jiddeċiedi li jagħti rinunzja lil istituzzjoni li tagħmel parti minn skema ta' protezzjoni istituzzjonali, il-Bord iqis jekk l-iskema ta' protezzjoni istituzzjonali hijiex f'pożizzjoni li x'aktarx tkun tista' tlaħħaq ma' domandi simultanji fuq l-iskema b'rabta mal-membri tagħha.

7.           Il-Bord jinforma lill-ABE dwar l-applikazzjoni tal-paragrafi 1, 4 u 5.

Artikolu 10 Rekwiżit minimu għall-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli

1.           Il-Bord, f'konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti, inkuż il-BĊE, jiddetermina r-rekwiżit minimu ta' fondi proprji, kif imsemmi fil-paragrafu 2, soġġett għat-tniżżil fil-valur u s-setgħat ta' konverżjoni, li l-istituzzjonijiet u l-impriżi prinċipali msemmija fl-Artikolu 2 ikunu meħtieġa jżommu.

2.           Ir-rekwiżit minimu jiġi kkalkulat bħala l-ammont ta' fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli espressi bħala perċentwali tal-obbligazzjonijiet totali u fondi proprji, esklużi l-obbligazzjonijiet li jiġu minn derivati, tal-istituzzjonijiet u impriżi prinċipali msemmija fl-Artikolu 2.

3.           Id-determinazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 issir fuq il-bażi tal-kriterji li ġejjin:

(a) il-ħtieġa li jiġi żgurat li l-istituzzjoni u l-impriża prinċipali msemmija fl-Artikolu 2 tista' tiġi riżolta bl-applikazzjoni tal-għodod ta' riżoluzzjoni inkluż, fejn xieraq, l-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna, b'mod li jintlaħqu l-objettivi tar-riżoluzzjoni;

(b) il-ħtieġa li jiġi żgurat, fil-każijiet xierqa, li l-istituzzjoni u l-impriża prinċipali msemmija fl-Artikolu 2 ikollhom biżżejjed obbligazzjonijiet eliġibbli biex tiżgura li, li kieku tiġi applikata l-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna, it-telf ikun jista' jiġi assorbit u l-proporzjon tal-Ekwità Komuni tal-Grad 1 tal-istituzzjoni jew l-intrapriża msemmija fl-Artikolu 2 ikun jista' jiġi restawrat għal-livell meħtieġ biex tkun tista' tkompli tikkonforma mal-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni u twettaq l-attivitajiet li hija awtorizzata għalihom skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u biex iżżomm biżżejjed fiduċja tas-suq fl-istituzzjoni u l-impriża prinċipali msemmija fl-Artikolu 2;

(c) il-ħtieġa li jiġi żgurat, jekk il-pjan ta' riżoluzzjoni jantiċipa li ċerti klassijiet ta' obbligazzjonijiet eliġibbli jistgħu jiġu esklużi minn rikapitalizzazzjoni interna skont l-Artikolu 24(5), jew li ċerti klassijiet ta' obbligazzjonijiet eliġibbli jistgħu jiġu trasferiti għand il-benefiċjarju bis-sħiħ bi trasferiment parzjali, li l-istituzzjoni ju l-impriża prinċipali msemmija fl-Artikolu 2 ikollhom biżżejjed obbligazzjonijiet eliġibbli biex jiġi żgurat li t-telf ikun jista' jiġi assorbit u l-proporzjon tal-Ekwità Komuni tal-Grad 1 tal-istituzzjoni u l-impriża prinċipali msemmija fl-Artikolu 2 ikun jista' jiġi restawrat għal-livell meħtieġ biex tkun tista' tkompli tikkonforma mal-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni u twettaq l-attivitajiet li hija awtorizzata għalihom skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(d) id-daqs, il-mudell operazzjonali u l-profil tar-riskju tal-istituzzjoni u l-impriża prinċipali msemmija fl-Artikolu 2, inklużi l-fondi proprji;

(e) il-punt safejn l-Iskema ta' Garanzija tad-Depożiti tkun tista' tikkontribbwixxi għall-finanzjament tar-riżoluzzjoni skont l-Artikolu 73;

(f) il-punt safejn il-falliment tal-istituzzjoni u l-impriża prinċipali msemmija fl-Artikolu 2 jkollu effett negattiv fuq l-istabbiltà finanzjarja, inkluż minħabba l-interkonnessjonijiet tagħha ma' istituzzjonijiet oħrajn jew mal-bqija tas-sistema finanzjarja permezz ta' kontaġju lil istituzzjonijiet oħra.

Id-determinazzjoni għandha tispeċifika r-rekwiżit minimu li l-istituzzjonijiet għandhom ikunu meħtieġa jikkonformaw miegħu fuq bażi individwali u li l-impriżi prinċipali għandhom ikun meħtieġa jikkonformaw miegħu fuq bażi konsolidata. Il-Bord jista' jiddeċiedi li jneħħi r-rekwiżit minimu fuq bażi konsolidata minn fuq l-impriża prinċipali sakemm il-kundizzjonijiet stipulati fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 39(4ca) tad-Direttiva [ ] ikunu ssodisfati. Il-Bord jista' jiddeċiedi li jagħti rinunzja fir-rigward tar-rekwiżit minimu fuq bażi konsolidata lil xi sussidjarja sakemm il-kundizzjonijiet stipulati fil-punti minn (a) sa (c) tal-Artikolu 39(4d) tad-Direttiva [ ] ikunu ssodifati.

4.           Id-determinazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jipprevedu li r-rekwiżit minimu tal-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli jkun parzjalment issodisfat fuq bażi konsolidata jew individwali permezz ta' strument ta' rikapitalizzazzjoni interna kuntrattwali.

5.           Biex jikkwalifika bħala strument kuntrattwali ta' rikapitalizzazzjoni interna skont il-paragrafu 4, il-Bord irid ikun issodisfat li l-istrument:

(a) ikun fih terminu kuntrattwali li jipprevedi li, fejn il-Kummissjoni tiddeċiedi li tapplika għodda ta' rikapitalizzazzjoni interna lill-istituzzjoni, l-istrument għandu jitniżżel fil-valur jew jiġi konvertit sal-punt meħtieġ qabel ma jitniżżlu fil-valur jew jiġu konvertiti obbligazzjonijiet eliġibbli oħra; u

(b) jkun soġġett għal ftehim, impenn jew dispożizzjoni ta' subordinazzjoni vinkolanti skont liema fil-każ ta' proċedimenti normali ta' insolvenza, jikklassifika skont l-obbligazzjonijiet eliġibbli l-oħra u ma jistax jitħallas lura sakemm l-obbligazzjonijiet eliġibbli pendenti l-oħra f'dawk il-waqt ikun ġew saldati.

6.           Il-Bord jieħu kwalunkwe determinazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 waqt li jkun qed jiżviluppa u jżomm pjanijiet ta' riżoluzzjoni skont l-Artikolu 7.

7.           Il-Bord jindirizza d-determinazzjoni tiegħu lill-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni. L-awtoritajiet nazzjonali tar-riżoluzzjoni jimplimentaw l-istruzzjonijiet tal-Bord skont l-Artikolu 26. Il-Bordjesiġi li l-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni jivverifikaw u jiżguraw li l-istituzzjonijiet u l-impriżi prinċipali jżommu r-rekwiżit minimu previst fil-paragrafu 1.

8.           Il-Bord jinforma lill-BĊE u l-ABE bir-rekwiżit minumu li jkun iddetermina għal kull istituzzjoni u impriża prinċipali skont il-paragrafu 1.

Kapitolu 2

Intervent bikri

Artikolu 11 Intervent bikri

1.           Il-BĊE jew l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri parteċipanti jinformaw lill-Bord bi kwalunkwe miżura li jeħtieġu lil istituzzjoni jew grupp jieħdu jew li jieħdu huma stess skont l-Artikolu 13b tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru [ ], skont l-Artikoli 23(1) jew 24 tad-Direttiva [ ], skont l-Artikolu 104 tad-Direttiva 2013/36/UE.

Il-Bord jinnotifika lill-Kummissjoni bi kwalunkwe informazzjoni li jkun rċieva skont l-ewwel subparagrafu.

2.           Mid-data tal-wasla tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, u mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-BĊE u l-awtoritajiet kompetenti skont liġijiet oħra tal-Unjoni, il-Bord jista' jipprepara għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjoni jew gropp konċernat.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-Bord jimmonitorja mill-qrib, f'kooperazzjoni mal-BĊE u l-awtoritajiet nazzjonali rilevanti, il-kundizzjonijiet tal-istituzzjoni jew l-impriża prinċipali, u l-konformità tagħhom ma' kwalunkwe miżura ta' intervent bikri li kienet meħtieġa tittieħed.

3.           Il-Bord ikollu s-setgħa:

(a) jeħtieġ, skont il-Kapitolu 5 ta' dan it-Titolu, l-informazzjoni neċessarja sabiex iħejji għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjoni jew il-grupp;

(b) li jwettaq valutazzjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni jew il-grupp skont l-Artikolu 17;

(c) li jikkuntattja xerrejja potenzjali sabiex iħejji għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjoni jew il-grupp, jew jeħtieġ lill-istituzzjoni, l-impriża prinċipali jew lill-awtorità nazzjonali tar-riżoluzzjoni biex tagħmel hekk, soġġett għall-konformità mar-rekwiżiti tal-kunfidenzjalità stabbiliti f'dan ir-Regolament u fl-Artikolu 76 tad-Direttiva [ ];

(d) jeħtieġ lill-awtorità nazzjonali rilevanti biex tabbozza skema preliminari ta' riżoluzzjoni għall-istituzzjoni jew il-grupp konċernat.

4.           Jekk il-BĊE jew l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri parteċipanti jkun beħsiebhom jimponu fuq istituzzjoni jew grupp kwalunkwe miżura addizzjonali skont l-Artikolu 13b tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru [ ] jew skont l-Artikolu 23 jew 24 tad-Direttiva [ ] jew skont l-Artikolu 104 tad-Direttiva 2013/36/UE, qabel l-istituzzjoni jew il-grupp ikunu kkonformaw bis-sħiħ mal-ewwel miżura nnotifikata lill-Bord, huma għandhom jikkonsultaw lill-Bord, qabel jimponu din il-miżura addizzjonali fuq l-istituzzjoni jew il-grupp konċernat.

5.           Il-BĊE jew l-awtorità kompetenti, u l-Bord jiżguraw li l-miżura addizzjonali msemmija fil-paragrafu 4 u kwalunkwe azzjoni tal-Bord bil-għan li titħejja riżoluzzjoni skont il-paragrafu 2 ikunu konsistenti.

Kapitolu 3

Riżoluzzjoni

Artikolu 12 Objettivi tar-Riżoluzzjoni

1.           Meta jaġixxu skont il-proċedura ta' riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 16, il-Kummissjoni u l-Bord, skont ir-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom, iqisu l-objettivi tar-riżoluzzjoni, u jagħżlu l-għodod u s-setgħat li, fil-fehma tagħhom, jilħqu l-aħjar l-objettivi li huma rilevanti fiċ-ċirkustanzi tal-każ.

2.           L-objettivi tar-riżoluzzjoni msemmija fil-paragrafu 1 huma dawn li ġejjin:

(a) li tiġi żgurata l-kontinwità tal-funzjonijiet kritiċi;

(b) li jiġu evitati effetti negattivi sinifikanti fuq l-istabbiltà finanzjarja, inkluża l-prevenzjoni tal-kontaġju u ż-żamma tad-dixxiplina tas-suq;

(c) li jiġu protetti l-fondi pubbliċi billi tiġi mminimizzata d-dipendenza fuq l-għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja;

(d) li jiġu protetti d-depożituri koperti mid-Direttiva 94/19/KE u l-investituri koperti mid-Direttiva 97/9/KE[21].

Meta jsegwu dawn l-objettivi, il-Kummissjoni u l-Bord jippruvaw jevitaw id-distruzzjoni bla ħtieġa ta' valur u jimminimizzaw il-kost tar-riżoluzzjoni.

3.           Il-Kummissjoni tibbilanċja l-objettivi msemmija fil-paragrafu 2 kif xieraq skont in-natura u ċ-ċirkustanzi ta' kull każ.

Artikolu 13 Prinċipji ġenerali li jirregolaw ir-riżoluzzjoni

1.           Meta jaġixxu skont il-proċedura ta' riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 16, il-Kummissjoni u l-Bord jieħdu l-miżuri xierqa kollha biex jiżguraw li l-azzjoni ta' riżoluzzjoni tittieħed skont il-prinċipji li ġejjin:

(a) l-azzjonisti tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jġarrbu l-ewwel telf;

(b) il-kredituri tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jġarrbu t-telf wara l-azzjonisti skont l-ordni ta' prijorità tal-pretensjonijiet tagħhom skont l-Artikolu 15;

(c) il-maniġment tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jiġi sostitwit, ħlief f'dawk il-każijiet fejn iż-żamma tal-maniġment, kollu jew parti minnu, kif xieraq fiċ-ċirkustanzi, titqies meħtieġa għall-kisba tal-objettivi tar-riżoluzzjoni;

(d) f'konformità mal-proċess dovut tal-liġi, individwi u entitajiet jinżammu responsabbli għall-falliment tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni sal-massimu tar-responsabbiltà tagħhom skont il-liġi nazzjonali;

(e) il-kredituri tal-istess klassi jiġu trattati bl-istess mod;

(f) l-ebda kreditur ma jġarrab telf akbar milli kien iġarrab li kieku l-entità msemmija fl-Artikolu 2 ġiet stralċata skont proċedimenti normali ta' insolvenza.

2.           Meta istituzzjoni tkun entità ta' grupp, il-Kummissjoni, fejn applikabbli, u l-Bord japplikaw għodod u setgħat ta' riżoluzzjoni b'mod li jiġi mminimizzat impatt fuq entitajiet oħra tal-grupp u fuq il-grupp sħiħ u li jiġi mminimizzat effett ħażin fuq l-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni u partikolarment fl-Istati Membri fejn jopera l-grupp.

3.           Meta l-għodda tal-bejgħ ta' operat, l-għodda ta' istituzzjoni tranżitorja jew l-għodda tas-separazzjoni tal-assi tiġi applikata fuq entità msemmija fl-Artikolu 2, dik l-entità għandha titqies li hija soġġetta għal proċediment ta' falliment jew proċedimenti analogi ta' insolvenza għall-finijiet tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2001/23/KE[22].

Artikolu 14 Riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet finanzjarji u impriżi prinċipali

1.           Il-Kummissjoni tieħu azzjoni ta' riżoluzzjoni b'rabta ma' istituzzjoni finanzjarja, meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 16(2) kemm fil-konfront tal-istituzzjoni finanzjarja kif ukoll fil-konfront tal-impriża prinċipali.

2.           Il-Kummissjoni tieħu azzjoni ta' riżoluzzjoni fir-rigward ta' impriża prinċipali msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 2, meta jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 16(2) fir-rigward ta' kemm dik l-impriża prinċipali kif ukoll fir-rigward ta' sussidjarja jew aktar li huma istituzzjonijiet.

3.           B'deroga mill-paragrafu 2 u minkejja li impriża prinċipali tista' ma tilħaqx il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 16(2), il-Kummissjoni tista' tieħu azzjoni ta' riżoluzzjoni fir-rigward tal-impriża prinċipali meta sussidjarja jew aktar li huma istituzzjonijiet tikkonformaw mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 16(2) u azzjoni fir-rigward tal-impriża prinċipali tkun neċessarja għar-riżoluzzjoni ta' sussidjarja jew aktar li huma istituzzjonijiet jew għar-riżoluzzjoni tal-grupp sħiħ.

Artikolu 15 Ordni tal-prijorità tal-pretensjonijiet

Meta japplikaw l-għodda ta' rikapitalizzazzjoni interna għal istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, u mingħajr preġudizzju għall-obbligazzjonijiet esklużi mill-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna skont l-Artikolu 24(3), il-Kummissjoni tiddeċiedi dwar, u l-Bord u l-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni tal-Istati Membri parteċipanti jeżerċitaw is-setgħat ta' tniżżil fil-valur u ta' konverżjoni fuq pretensjonijiet billi jsegwu bir-rivers il-klassifikazzjoni ta' prijorità għall-klassifikazzjoni li ġejja għall-proċeduri normali ta' insolvenza:

(a) pretensjonijiet marbuta ma' depożiti eliġibbli u pretensjonijiet minn skemi ta' garanzija tad-depożiti;

(b) pretensjonijiet mhux preferenzjali mhux garantiti;

(c) pretensjonijiet subordinati apparti dawk imsemmijin fil-punti minn (d) sa (f);

(d) pretensjonijiet minn diretturi u uffiċjali eżekuttivi superjuri;

(e) pretensjonijiet marbuta ma' strumenti tal-Grad 1 u l-Grad 2;

(f) pretensjonijiet marbuta ma' strumenti tal-ekwità komuni tal-Grad 1;

jibdew minn punt (f) u jispiċċaw bil-punt (a).

Artikolu 16 Proċedura ta' Riżoluzzjoni

1.           Meta l-BĊE jew awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni jivvalutaw li l-kundizzjonijiet msemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 2 huma ssodisfati fir-rigward ta' entità msemmija fl-Artikolu 2, huma jikkommunikaw dik il-valutazzjoni mingħajr dewmien lill-Kummissjoni u lill-Bord.

2.           Mal-wasla ta' komunikazzjoni skont il-paragrafu 1 jew b'inizjattiva tiegħu stess, il-Bord iwettaq valutazzjoni ta' jekk il-kundizzjonijiet li ġejjin humiex ssodisfati:

(a) l-entità qed tfalli jew x'aktarx li tfalli;

(b) filwaqt li jikkonsidra ż-żmien u ċirkustanzi rilevanti oħra, ma hemmx prospett raġonevoli li xi settur privat alternattiv jew azzjoni ta' superviżjoni (inklużi miżuri ta' intervent bikri jew tnaqqis fil-valur jew konverżjoni tal-istrumenti kapitali skont l-Artikolu 14), meħuda fir-rigward tal-entità, jistgħu jimpedixxu l-falliment f'qafas ta' żmien raġonevoli;

(c) azzjoni ta' riżoluzzjoni hija meħtieġa fl-interess pubbliku skont il-paragrafu 4.

3.           Għall-finijiet tal-punt (a) tal-paragrafu 2, l-entità titqies li qed tfalli jew x'aktarx tfalli fi kwalunkwe minn dawn iċ-ċirkustanzi:

(a) l-entità qed tikser jew hemm elementi oġġettivi li jsostnu deteminazzjoni li l-istituzzjoni se tkun qed tikser, fil-futur qrib, ir-rekwiżiti għall-kontinwazzjoni tal-awtorizzazzjoni b'mod li jkun jiġġustifika l-irtirar tal-awtorizzazzjoni mill-BĊE jew mill-awtorità kompetenti inkluż, iżda mhux biss, minħabba li l-istituzzjoni ġarrbet jew x'aktarx iġġarrab telf li se juża l-fondi proprji kollha jew ammont sinifikanti minnhom.

(b) l-assi tal-entità huma jew hemm elementi oġġettivi li jsostnu determinazzjoni li l-assi tal-entità se jkunu, fil-futur qrib, inqas mill-obbligazzjonijiet;

(c) l-entità hija jew hemm elementi oġġettivi biex isostnu deteriminazzjoni li l-entità se tkun, fil-futur qrib, f'pożizzjoni li ma tistax tħallas id-dejn tagħha malli jsir dovut;

(d) hija meħtieġa għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja ħlief meta, sabiex jiġi rimedjat tfixkil fl-ekonomija ta' Stat Membru u l-preżervazzjoni tal-istabbiltà finanzjarja, li l-għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja tieħu xi waħda minn dawn l-għamliet:

(i)      garanzija tal-Istat biex issostni l-faċilitajiet tal-likwidità minn banek ċentrali skont il-kundizzjonijiet tal-banek ċentrali;

(ii)      garanzija tal-Istat għal obbligazzjonijiet maħruġa ġodda;

(iii)     injezzjoni ta' fondi proprji jew ix-xiri ta' strumenti ta' kapital bi prezzijiet u termini li ma jagħtux vantaġġ lill-entità fejn la ċ-ċirkustanzi stipulati fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 2 u lanqas iċ-ċirkustanzi stipulati fl-Artikolu 14 ma jkunu jeżistu fiż-żmiem li tingħata l-għajnuna pubblika.

F'kull każ imsemmi fil-punti (i), (ii) u (iii) il-garanzija jew il-miżuri ekwivalenti msemmija fihom ikun ikkonfinati għall-entitajiet solventi u jkunu bil-kundizzjoni tal-approvazzjoni skont ir-regoli tal-għajnuna mill-Istat. Dawn il-miżuri jkunu ta' natura prekawzjonarja u temporanja u jkunu proporzjonati biex jirrimedjaw il-konsegwenzi ta' tfixkil serju u ma għandhomx jintużaw biex ipaċu telf li entità ġarrbet jew x'aktarx iġġarrab fil-futur qrib.

4.           Għall-finijiet tal-punt (c) tal-paragrafu 2, azzjoni ta' riżoluzzjoni għandha tiġi trattata bħala fl-interess pubbliku jekk tilħaq u hija proporzjonata ma' objettiv wieħed jew aktar tar-riżoluzzjoni kif speċifikat fl-Artikolu 12 u l-istralċ ta' entità skont proċedimenti normal ta' insolvenza ma jilħqux dawn l-objettivi tar-riżoluzzjoni sal-istess punt.

5.           Jekk jintlaħqu l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fil-paragrafu 2, il-Bord jirrakkomanda lill-Kummissjoni li l-entità tqiegħed taħt riżoluzzjoni. Ir-rakkomandazzjoni tinkludi tal-inqas dan li ġej:

(a) ir-rakkomandazzjoni li l-entità tqiegħed taħt riżoluzzjoni;

(b) il-qafas tal-għodod ta' riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 19(3);

(c) il-qafas tal-użu tal-Fond biex jappoġġa l-azzjoni ta' riżoluzzjoni skont l-Artikolu 71.

6.           Wara li tqis l-urġenza taċ-ċirkustanzi tal-każ, il-Kummissjoni tiddeċiedi, b'inizjattiva tagħha stess jew billi tqis, jekk ikun hemm, il-komunikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 jew ir-rakkomandazzjoni tal-Bord imsemmija fil-paragrafu 5, jekk tpoġġix jew le lill-entità taħt riżoluzzjoni u dwar il-qafas tal-għodod ta' riżoluzzjoni li għandhom jiġu applikati fir-rigward tal-entità konċernata u tal-użu tal-Fond biex jappoġġa l-azzjoni ta' riżoluzzjoni. Il-Kummissjoni, b'inizjattiva tagħha stess, tista' tiddeċiedi li tpoġġi entità taħt riżoluzzjoni jekk jintlaħqu l-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2.

7.           Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tkun indirizzata lill-Bord. Jekk il-Kummissjoni tiddeciedi li ma tpoġġix lill-entità taħt riżoluzzjoni, minħabba li l-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 2(c) ma jkunux intlaħqu, l-entità konċernata għandha tiġi stralċata skont il-liġi nazzjonali tal-insolvenza.

8.           Fil-qafas stipulat mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni, il-Bord jiddeċiedi dwar l-iskema tar-riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 20 u għandu jiżgura li l-azzjoni meħtieġa ta' riżoluzzjoni titwettaq ħalli titwettaq l-iskema ta' riżoluzzjoni mill-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni rilevanti. Id-deċiżjoni tal-Bord tkun indirizzata lill-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni rilevanti u għandha tagħti struzzjonijiet lil dawk l-awtoritajiet, li għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha biex jimplimentaw id-deċiżjoni tal-Bord f'konformità mal-Artikolu 26, billi jeżerċitaw kwalunkwe setgħa ta' riżoluzzjoni prevista fid-Direttiva [ ], partikolarment dawk fl-Artikolu minn 56 sa 64 tad-Direttiva [ ]. Meta jkun hemm għajnuna mill-Istat, il-Bord jista' jiddeċiedi biss wara li l-Kummissjoni tkun ħadet deċiżjoni dwar l-għajnuna mill-Istat.

9.           Mal-wasla ta' komunikazzjoni skont il-paragrafu 1, jew b'inzijattiva tiegħu stess, jekk il-Bord iqis li l-miżuri ta' riżoluzzjoni jistgħu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107(1) TFUE, jistieden lill-Istat Membru jew lill-Istati Membri parteċipanti konċernati biex immedjadament jinnotifikaw il-miżuri previsti lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 108(3) TFUE.

10.         Sal-punt li l-azzjoni ta' riżoluzzjoni kif proposta mill-Bord tinvolvi l-użu tal-Fond u ma tinvolvix għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107(1) TFUE, il-Kummissjoni tapplika b'mod parallel, b'analoġija, il-kriterji stabbiliti għall-applikazzjoni tal-Artikolu 107 TFUE.

11.         Il-Kummissjoni jkollha s-setgħa tikseb mingħand il-Bord kwalunkwe informazzjoni li tqis rilevanti biex taqdi l-kompiti tagħha skont dan ir-Regolament u, fejn applikabbli l-Artikolu 107 TFUE. Il-Bord ikollu s-setgħa jikseb mingħand kwalunkwe persuna, skont il-Kapitolu 5 ta' dan it-Titolu, kwalunkwe informazzjoni meħtieġa biex jipprepara u jiddeċiedi dwar azzjoni ta' riżoluzzjoni inklużi aġġornamenti u supplimenti ta' informazzjoni previsti fil-pjanijiet ta' riżoluzzjoni.

12.         Il-Bord ikollu s-setgħa jirrakkomanda lill-Kummissjoni temenda l-qafas għall-għodod ta' riżoluzzjoni u għall-użu tal-Fond fir-rigward ta' entità taħt riżoluzzjoni.

Artikolu 17 Valwazzjoni

1.           Qabel jieħu azzjoni ta' riżoluzzjoni jew jeżerċita s-setgħa li jniżżel il-valur jew jikkonverti strumenti ta' kapital, il-Bord jiżgura li titwettaq valwazzjoni ġusta u realistika tal-assi u l-obbligazzjonijiet ta' entità msemmija fl-Artikolu 2 minn persuna indipendenti minn kwalunkwe awtorità pubblika, inkluz il-Bord, l-awtorità ta' riżoluzzjoni u l-entità konċernata.

2.           Soġġett għall-paragrafu 13, meta r-rekwiżiti kollha stipulati fil-paragrafi minn 3 sa 14 jiġu rrispettati, il-valwazzjoni għandha titqies definittiva.

3.           Meta valwazzjoni indipendenti skont il-paragrafu 1 ma tkunx possibbli, il-Bord jista' jwettaq valwazzjoni provviżorja tal-assi u l-obbligazzjonijiet tal-entità msemmija fl-Artikolu 2, skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 9.

4.           L-objettiv tal-valwazzjoni jkun li tivvaluta l-valur tal-assi u l-obbligazzjonijiet tal-entità msemmija fl-Artikolu 2 li qed tfalli jew x'aktarx tfalli.

5.           L-għanijiet tal-valwazzjoni għandhom:

(a) jitqiesu għad-determinazzjoni ta' jekk il-kundizzjonijiet tar-riżoluzzjoni jew il-kundizzjonijiet għat-tniżżil fil-valur jew il-konverżjoni tal-instrumenti tal-kapital intlaħqux;

(b) jekk il-kundizzjonijiet għar-riżoluzzjoni ntlaħqu, għandhom jitqiesu fid-deċiżjoni dwar l-azzjoni xierqa ta' riżoluzzjoni li għandha tittieħed fir-rigward tal-entità msemmija fl-Artikolu 2;

(c) meta tiġi applikata s-setgħa ta' tniżżil fil-valur jew tal-konverżjoni tal-istrument tal-kapital, dan għandu jitqies fid-deċiżjoni dwar kemm għandhom jiġu kkanċellati jew dilwiti l-ishma jew l-istrumenti oħra ta' sjieda u kemm għandu jitniżżel il-valur u jiġu kkonvertiti l-istrumenti ta' kapital;

(d) meta tiġi applikata l-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna, dan għandu jitqies fid-deċiżjoni dwar kemm għandu jitniżżel il-valur jew jiġu kkonvertiti l-obbligazzjonijiet eliġibli;

(e) meta tiġi applikata l-għodda ta' istituzzjoni tranżitorja jew l-għodda tas-separazzjoni tal-assi, dan għandu jitqies fid-deċiżjoni dwar l-assi, id-drittijiet, l-obbligazzjonijiet jew l-ishma jew strumenti oħra ta' sjieda li għandhom jiġu trasferiti u d-deċiżjoni dwar il-valur ta' kwalunkwe korrispettiv li għandu jitħallas lill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jew, skont il-każ, lis-sidien tal-ishma jew l-istrumenti l-oħra ta' sjieda;

(f) meta tiġi applikata l-għodda tal-bejgħ ta' operat, dan għandu jitqies fid-deċiżjoni dwar l-assi, id-drittijiet, l-obbligazzjonijiet jew l-ishma jew l-istrumenti l-oħra ta' sjieda li għandhom jiġu ttrasferiti u biex jgħinu lill-Bord jifhem x'jikkostitwixxi termini kummerċjali għall-finijiet tal-Artikolu 21(2)(b);

(g) fil-każijiet kollha, biex jiġi żgurat li kwalunkwe telf fuq l-assi tal-entità msemmija fl-Artikolu 2 jiġi rikonoxxut bis-sħiħ mal-mument li jiġu applikati l-għodod ta' riżoluzzjoni jew jiġu eżerċitati s-setgħat tat-tniżżil fil-valur jew il-konverżjoni tal-istrumenti tal-kapital.

6.           Fejn applikabbli, il-valwazzjoni tkun ibbażata fuq suppożizzjonijiet prudenzjali, inklużi r-rati ta' inadempjenza u l-gravità tat-telf. Il-valwazzjoni ma tassumi l-ebda għoti potenzjali fil-futur ta' għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja lill-entità msemmija fl-Artikolu 2 hekk malli tittieħed l-azzjoni ta' riżoluzzjoni jew jiġu eżerċitati s-setgħat tat-tniżżil fil-valur jew il-konverżjoni tal-istrumenti tal-kapital. Aktar minn hekk, il-valwazzjoni tqis li jekk tiġi applikata kwalunkwe għodda ta' riżoluzzjoni:

(a) il-Bord jista' jirkupra kwalunkwe spiża raġonevoli imġarrba kif xieraq mill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni;

(b) il-Fond jista' jimponi imgħax jew tariffi fir-rigward ta' kwalunkwe self jew garanziji mogħtija lill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, skont l-Artikolu 71.

7.           Il-valwazzjoni għandha tkun issupplimentata bl-informazzjoni li ġejja kif tidher fil-kotba tal-kontabbiltà u r-reġistri tal-entità msemmija fl-Artikolu 2:

(a) karta bilanċjali aġġornata u rapport dwar il-pożizzjoni tal-entità msemmija fl-Artikolu 2;

(b) analiżi u stima tal-valur kontabilistiku tal-assi;

(c) il-lista tal-obbligazzjonijiet pendenti murija fil-kotba u r-reġistri tal-entità msemmija fl-Artikolu 2, b'indikazzjoni tal-krediti rispettivi u l-prijorità tal-pretensjonijiet msemmija fl-Artikolu 15;

(d) il-lista tal-assi miżmuma mill-entità msemmija fl-Artikolu 2 f'isem partijiet terzi li għandhom drittijiet ta' sjieda fir-rigward ta' dawk l-assi.

8.           Fejn xieraq, sabiex tingħata raġuni għad-deċiżjonijiet msemmija fil-punti (e) u (f) tal-paragrafu 5, l-informazzjoni fil-punt (b) tal-paragrafu 7 tista' tiġi kkumplimentata minn analiżi u stima tal-valur tal-assi u l-obbligazzjonijiet tal-entità msemmija fl-Artikolu 2 abbażi tal-valur tas-suq.

9.           Il-valwazzjoni għandha tindika s-subdiviżjoni tal-kredituri fi klassijiet skont il-prijorità tal-pretensjonijiet imsemmija fl-Artikolu 15 u stima tat-trattament li kull klassi ta' azzjonist u kreditur kienu jkunu mistennija jirċievu kieku l-entità msemmija fl-Artikolu 2 kellha tiġi stralċata skont proċedimenti normali ta' insolvenza.

10.         Fejn, minħabba l-urġenza taċ-ċirkustanzi tal-każ, jew ma tkunx possibbli konformità mar-rekwiżiti fil-paragrafi 6 u 8, jew ikun japplika l-paragrafu 2, għandha titwettaq valwazzjoni provviżorja. Il-valwazzjoni provviżorja għandha tkun konformi mar-rekwiżiti fil-paragrafu 4 u, sal-punt li jkun raġonevolment prattikabbli fiċ-ċirkustanzi, mar-rekwiżiti fil-paragrafi 1, 7 u 9.

Il-valwazzjoni provviżorja msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tinkludi buffer għal telf addizzjonali, b'ġustifikazzjoni xierqa.

11.         Valwazzjoni li ma tikkonformax mar-rekwiżiti stipulati f'dan l-Artikolu għandha titqies bħala provviżorja sakemm persuna indipendenti twettaq valwazzjoni li tkun konformi bis-sħiħ mar-rekwiżiti stipulati f'dan l-Artikolu. Dik il-valwazzjoni ex post definittiva għandha titwettaq hekk malli jkun prattikabbli.

L-għanijiet tal-valwazzjoni expost definittiva għandhom ikunu:

(a) li jiġi żgurat li kwalunkwe telf fl-assi tal-entità msemmija fl-Artikolu 2 jiġu rikonoxxuti bis-sħiħ fil-kotba tal-kontabbiltà tal-entità;

(b) li tingħata raġuni għad-deċiżjoni li jitniżżel il-valur tal-pretensjonijiet tal-kredituri jew li jiżdied il-valur tal-korrispettiv imħallas, skont il-paragrafu 12.

12.         Fil-każ li l-istima tal-valwazzjoni ex post definittiva tal-valur tal-assi netti tal-entità msemmija fl-Artikolu 2 tkun ogħla mill-istima tal-valwazzjoni provviżorja tal-valur tal-assi netti ta' dik l-entità, il-Bord jista' jitlob lill-awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni biex:

(a) teżerċita s-setgħat tagħha li żżid il-valur tal-pretensjonijiet tal-kredituri li tniżżlilhom il-valur bl-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna;

(b) jagħti struzzjonijiet lil istituzzjoni tranżitorja jew veikolu tal-immaniġġar tal-assi li jħallas aktar korrispettiv fir-rigward tal-assi, id-drittijiet, l-obbligazzjonijiet lill-entità msemmija fl-Artikolu 2 taħt riżoluzzjoni, fir-rigward tal-ishma jew l-istrumenti tas-sjieda lis-sidien tal-ishma jew l-istrumenti oħra ta' sjieda.

13.         B'deroga mill-paragrafu 1, valwazzjoni provviżorja mwettqa skont il-paragrafi 10 u 11 għandha tkun bażi valida għall-Bord biex jieħu azzjonijiet ta' riżoluzzjoni jew jeżerċita setgħat ta' tniżżil fil-valur jew ta' konverżjoni tal-istrumenti ta' kapital.

14.         Il-valwazzjoni ma għandu jkollha l-ebda effett legali u tkun pass proċedurali li jħejji għar-rakkomandazzjoni tal-Bord li japplika għodda ta' riżoluzzjoni jew jeżerċita setgħa ta' riżoluzzjoni.

15.         Il-valwazzjoni għandha wkoll tikkonforma mal-atti delegati li jikkonċernaw iċ-ċirkustanzi li fihom persuna tkun indipendenti, il-metodoloġija tal-valutazzjoni tal-valur tal-assi u l-obbligazzjonijiet tal-entità, u l-metodoloġija biex jiġi kkalkolat u inkluż buffer għal telf addizzjonali fil-valwazzjoni provviżorja adottata mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 30(7) tad-Direttiva [ ].

16.         Wara li titwettaq azzjoni ta' riżoluzzjoni, għall-finijiet li jiġi vvalutat jekk l-azzjonisti u l-kredituri kinux jieħdu trattament aħjar li kieku l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni daħlet fi proċedimenti normali ta' insolvenza, il-Bord għandu jiżgura li tiġi mwettqa valwazzjoni minn persuna indipendenti. Dik il-valwazzjoni għandha tkun tisdinta mill-valwazzjoni mwettqa skont il-paragrafi minn (1) sa (14).

17.         Il-valwazzjoni msemmija fil-paragrafu 16 tiddetermina:

(a) it-trattament li l-azzjonisti u l-kredituri kienu jirċievu li kieku l-entità msemmija fl-Artikolu 2 taħt riżoluzzjoni li fir-rigward tagħha jkun sar trasferiment parzjali, tniżżil fil-valur jew konverżjoni, daħlet fi proċedimenti normali ta' insolvenza immedjatament qabel twettqu t-trasferiment, it-tniżżil fil-valur jew il-konverżjoni;

(b) it-trattament reali li l-azzjonisti u l-kredituri jirċievu fir-riżoluzzjoni tal-entità msemmija fl-Artikolu 2 taħt riżoluzzjoni;

(c) jekk hemmx xi differenza bejn it-trattament imsemmi fil-punt (a) u t-trattament imsemmi fil-punt (b).

18.         Il-valwazzjoni msemmija fil-paragrafu 16 għandha:

(a) tassumi li l-entità msemmija fl-Artikolu 2 taħt riżoluzzjoni li fir-rigward tagħha jkun sar trasferiment parzjali, tniżżil fil-valur jew konverżjoni, tkun daħlet fi proċedimenti normali ta' insolvenza immedjatament qabel twettqet l-azzjoni ta' riżoluzzjoni;

(b) tassumi li t-trasferiment parzjali, jew it-trasferimenti ta' drittijiet, assi jew obbligazzjonijiet jew it-tniżżil fil-valur jew il-konverżjoni ma sarux.

(c) ma tqis l-ebda għoti ta' għajnuna pubblika straordinarja lill-entità msemmija fl-Artikolu 2 taħt riżoluzzjoni.

Artikolu 18 Tniżżil fil-valur u l-konverżjoni ta' strumenti ta' kapital

1.           Il-BĊE, awtorità kompetenti jew awtorità ta' riżoluzzjoni, kif maħtura minn Stat Membru skont l-Artikoli 51(1)(ba) u (bb), u 54 tad-Direttiva [ ], għandha tinforma lill-Bord meta tivvaluta li jkunu ntlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin fir-rigward ta' entità msemmija fl-Artikolu 2 jew grupp stabbilit fi Stat Membru parteċipanti:

(a) l-entità mhux se tibqa' vijabbli sakemm l-istrumenti ta' kapital ma jitniżżlilhomx il-valur jew jiġu konvertiti f'ekwità;

(b) hija meħtieġa għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja għall-entità jew il-grupp, ħlief fi kwalunkwe ċirkustanza stipulata fil-punt (d)(iii) tal-Artikolu 16(3).

2.           Għall-finijiet tal-paragrafu 1, entità msemmija fl-Artikolu 2 jew grupp għandhom jitqiesu li mhumiex aktar vijabbli fil-każ biss li jintlaħqu dawn iż-żewġ kundizzjonijiet:

(a) l-entità jew il-grupp qed ifalli jew x'aktarx li jfalli;

(b) filwaqt li jiġi kunsidrat iż-żmien u ċirkustanzi rilevanti oħra, ma hemmx prospett raġonevoli li kwalunkwe azzjoni, inkluża azzjoni minn settur privat alternattiv jew ta' superviżjoni (inklużi miżuri ta' intervent bikri) apparti t-tnaqqis fil-valur jew il-konverżjoni tal-istrumenti kapitali, kemm weħidhom jew flimkien ma' azzjoni ta' riżoluzzjoni, jistgħu jimpedixxu l-falliment tal-entità jew il-grupp f'qafas ta' żmien raġonevoli.

3.           Għall-finijiet tal-punt (a) tal-paragrafu 1, dik l-entità għandha titqies li qed tfalli jew probabbli tfalli fejn ikun hemm waħda jew aktar miċ-ċirkustanzi stabbiliti fl-Artikolu 16(3).

4.           Għall-finijiet tal-punt (a) tal-paragrafu 2, grupp għandu jitqies li qed ifalli jew x'aktarx ifalli meta l-grupp ikun qed jikser jew hemm elementi oġġettivi li jsostnu deteminazzjoni li dak il-grupp se jkun qed jikser, fil-futur qrib, ir-rekwiżiti prudenzjali konsolidati tiegħu b'mod li jkun jiġġustifika azzjoni mill-awtorità kompetenti inkluż, iżda mhux biss, minħabba li l-grupp ikun ġarrab jew x'aktarx iġarrab telf li jiekol il-fondi proprji kollha jew ammont sinifikanti minnhom.

5.           Il-Kummissjoni, b'rakkomandazzjoni tal-Bord jew b'inizjattiva tagħha stess, tivverifika li l-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 huma ssodifati. Il-Kummissjoni tiddetermina jekk is-setgħat ta' tniżżil fil-valur u ta' konverżjoni tal-istrumenti ta' kapital għandhomx jiġu eżerċitati weħidhom jew skont il-proċedura fl-Artikolu 16 minn (4) sa (7), flimkien ma' azzjoni ta' riżoluzzjoni.

6.           Fejn il-Kummissjoni tiddetermina li l-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 huma ssodisfati, iżda l-kundizzjonijiet għar-riżoluzzjoni skont l-Artikolu 16(2) mhumiex issodisfati, il-Bord, wara deċiżjoni tal-Kummissjoni, jagħti struzzjonijiet lill-awtoritajiet nazzjonali tar-riżoluzzjoni biex jeżerċitaw is-setgħat tat-tniżżil fil-valur jew ta’ konverżjoni skont l-Artikoli 51 u 52 tad-Direttiva [ ].

7.           Meta l-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 jiġu ssodisfati, u l-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 16(2) ikunu ssodisfati wkoll, għandha tapplika l-proċedura stipulata fl-Artikolu 16 minn (4) sa (7).

8.           Il-Bord jiżgura li l-awtoritajiet nazzjonali tar-riżoluzzjoni jeżerċitaw is-setgħat tat-tniżżil fil-valur jew ta’ konverżjoni b’mod li jipproduċu r-riżultati li ġejjin:

(a) L-Ekwità Komuni tal-Grad 1 tonqos l-ewwel, f'proporzjon tat-telf u sal-kapaċità tagħha;

(b) l-ammont prinċipali tal-istrumenti kapitali relevanti jitniżżel fil-valur jew jiġi kkonvertiti fi strumenti tal-Grad 1 tal-Ekwità Komuni jew it-tnejn, sal-punt meħtieġ u sal-kapaċità tal-istrumenti kapitali rilevanti.

9.           L-awtoritajiet nazzjonali tar-riżoluzzjoni jimplimentaaw l-istruzzjonijiet tal-Bord u jeżerċitaw is-setħgat tat-tniżżil fil-valur jew tal-konverżjoni ta’ strumenti tal-kapital skont l-Artikolu 26.

Artikolu 19 Prinċipji ġenerali tal-għodod tar-riżoluzzjoni

1.           Fejn il-Bord jiddeċiedi li japplika għodda ta’ riżoluzzjoni fuq entità msemmija fl-Artikolu 2, u dik l-azzjoni ta’ riżoluzzjoni tirriżulta f’telf li jiġġarrab mill-kredituri jew il-pretensjonijiet tagħhom jiġu kkonvertiti, il-Bord jeżerċita s-setgħa skont l-Artikolu 18 immedjatament qabel jew flimkien mal-applikazzjoni tal-għodda tar-riżoluzzjoni.

2.           L-għodod ta' riżoluzzjoni msemmija fil-punt be tal-Artikolu 16(5)(b) huma dawn li ġejjin:

(a) l-għodda tal-bejgħ ta' operat;

(b) l-għodda ta' istituzzjoni tranżitorja;

(c) l-għodda tas-separazzjoni tal-assi;

(d) l-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna.

3.           Meta jadotta r-rakkomandazzjoni msemmija fl-Artikolu 16(5), il-Bord għandu jqis il-fatturi li ġejjin:

(a) l-assi u l-obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni fuq il-bażi ta’ valwazzjoni skont l-Artikolu 17;

(b) il-pożizzjoni tal-likwidità tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni;

(c) il-kummerċjabbiltà tal-valur tal-franchise tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni fid-dawl tal-kundizzjonijiet ekonomiċi u kompetittivi tas-suq;

(d) iż-żmien disponibbli.

4.           Bla ħsara għall-paragrafu 5, l-għodod tar-riżoluzzjoni jistgħu jiġu applikati separatament jew flimkien, ħlief għall-għodda tas-separazzjoni tal-assi li tista’ tiġi applikata biss flimkien ma’ għodod oħra tar-riżoluzzjoni.

Artikolu 20 Skema ta' Riżoluzzjoni

L-iskema tar-riżoluzzjoni adottata mill-Bord skont l-Artikolu 16(8) għandha tistabbilixxi, f’konformità mad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni dwar il-qafas tar-riżoluzzjoni skont l-Artikolu 16(6) u ma' kwalunkwe deċiżjoni dwar l-għajnuna mill-Istat, fejn applikabbli b’analoġija id-dettalji tal-għodod tar-riżoluzzjoni li għandhom jiġu applikati lill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni li jirrigwardaw mill-inqas il-miżuri msemmija fl-Artikoli 21(2), 22(2), 23(2) u 24(1) u tiddetermina l-ammonti speċifiċi u l-għanijiet li għalihom il-Fond għandu jintuża.

Matul il-proċess tar-riżoluzzjoni, il-Bord jista’ jemenda u jaġġorna l-iskema tar-riżoluzzjoni kif xieraq fid-dawl taċ-ċirkustanzi fil-każ u fil-qafas tar-riżoluzzjoni kif deċiż dwarha mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(6).

Artikolu 21 Għodda tal-bejgħ ta' operat

1.           Fil-qafas deċiż mill-Kummissjoni, l-għodda ta’ bejgħ ta’ operat għandha tikkonsisti fit-trasferiment għand xerrej li mhuwiex istituzzjoni tranżitorja ta' dan li ġej:

(a) ishma jew strumenti oħra ta' sjieda ta' istituzzjoni taħt riżoluzzjoni; jew

(b) l-assi, id-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet kollha jew dawk speċifikati ta’ istituzzjoni taħt riżoluzzjoni.

2.           Dwar l-għodda tal-bejgħ ta’ operat, l-iskema tar-riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 16(8) għandha tistabbilixxi b’mod partikolari:

(a) l-istrumenti, l-assi, id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet li għandhom jiġu ttrasferiti minn awtorità nazzjonali tar-riżoluzzjoni f’konformità mal-Artikolu 32(1) u minn (7) sa (11) tad-Direttiva [ ]

(b) it-termini kummerċjali, wara li jiġu kkunsidrati ċ-ċirkustanzi u l-kostijiet u l-infiq imġarrab fil-proċess tar-riżoluzzjoni, skont liema l-awtorità nazzjonali tar-riżoluzzjoni għandha tagħmel trasferiment f’konformità mal-Artikolu 32 minn (2) sa (4) tad-Direttiva [ ];

(c) jekk is-setgħat ta' trasferiment jisgħux jiġu eżerċitati mill-awtorità nazzjonali tar-riżoluzzjoni aktar minn darba skont l-Artikolu 32(5) u (6) tad-Direttiva [ ];

(d) l-arranġamenti għall-kummerċjalizzazzjoni mill-awtorità nazzjonali tar-riżoluzzjoni ta’ dik l-entità jew dawk l-istrumenti, l-assi, id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet skont l-Artikolu 33(1) u (2) tad-Direttiva;

(e) jekk il-konformità mar-rekwiżiti tal-kummerċjalizzazzjoni mill-awtorità nazzjonali tar-riżoluzzjoni x’aktarx li thedded l-objettivi tar-riżoluzzjoni skont il-paragrafu 3.

3.           Il-Bord jista' japplika l-għodda tal-bejgħ ta' operat mingħajr ma jissodisfa r-rekwiżiti tal-kummerċjalizzazzjoni fil-punt (e) tal-paragrafu 2 meta jiddetermina li l-konformità ma' dawk ir-rekwiżiti x'aktarx thedded xi wieħed jew aktar mill-objettivi tar-riżoluzzjoni u partikolarment jekk ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) iqis li hemm theddida materjali għall-istabbiltà finanzjarja li tinħoloq jew tiġi aggravata mill-falliment u l-falliment potenzjali tal-istituzzjoni taħt ir-riżoluzzjoni;

(b) jqis li l-konformità ma' dawk ir-rekwiżiti x'aktarx thedded l-effettività tal-għodda tal-bejgħ ta' operat fl-indirizzar ta' dik it-theddida jew biex jintlaħaq l-objettiv tar-riżoluzzjoni speċifikat fil-punt (b) tal-Artikolu 12(2).

Artikolu 22 Għodda tal-istituzzjoni tranżitorja

1.           Fil-qafas deċiż mill-Kummissjoni, l-għodda ta’ istituzzjoni tranżitorja għandha tikkonsisti fit-trasferiment għand istituzzjoni tranżitorja ta' kwalunkwe minn dan li ġej:

(a) ishma jew strumenti oħra ta' sjieda maħruġa minn istituzzjoni jew istituzzjonijiet taħt riżoluzzjoni;

(b) l-assi, id-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet kollha jew kwalunkwe wieħed minnhom ta' istituzzjoni jew istituzzjonijiet taħt riżoluzzjoni.

2.           Dwar l-għodda ta' istituzzjoni tranżitorja, l-iskema tar-riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 20 għandha tistabbilixxi b’mod partikolari:

(a) l-istrumenti, l-assi, id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet li għandhom jiġu ttrasferiti minn awtorità nazzjonali tar-riżoluzzjoni f’konformità mal-Artikolu 34 minn (1) sa (9) tad-Direttiva [ ];

(b) l-arranġamenti għall-ħolqien, l-operat u t-terminazzjoni tal-istituzzjoni tranżitorja minn awtorità nazzjonali tar-riżoluzzjoni f’konformità mal-Artikolu 35 minn (1) sa (3) u minn (5) sa (8) tad-Direttiva [ ];

(c) l-arranġamenti għall-kummerċjalizzazzjoni mill-awtorità nazzjonali tar-riżoluzzjoni tal-istituzzjoni tranżitorja jew tal-assi jew l-obbligazzjonijiet tagħha skont l-Artikolu 35(4) tad-Direttiva [ ].

3.           Il-Bord jiżgura li l-valur totali tal-obbligazzjonijiet trasferiti mill-awtorità nazzjonali tar-riżoluzzjoni lill-istituzzjoni tranżitorja ma jaqbżux il-valur totali tad-drittijiet u l-assi trasferiti mill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jew ipprovduti minn sorsi oħra.

Artikolu 23 Għodda tas-separazzjoni tal-assi

1.           Fil-qafas deċiż mill-Kummissjoni, l-għodda tas-separazzjoni tal-assi għandha tikkonsisti fit-trasferiment ta’ assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet ta’ istituzzjoni taħt riżoluzzjoni lil mezz tal-immaniġġar tal-assi.

Mezz tal-immaniġġar tal-assi għandu jkun entità ġuridika li tissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a) ikun totalment jew parzjalment proprjetà ta' jew ikkontrollat minn awtorità pubblika waħda jew aktar, li jistgħu jinkludu l-awtorità tar-riżoluzzjoni jew l-arranġament tal-finanzjament tar-riżoluzzjoni;

(b) ikun inħoloq biex jirċievi l-assi, id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet kollha jew xi wħud minnhom ta’ istituzzjoni jew istituzzjonijiet taħt riżoluzzjoni jew istituzzjoni tranżitorja.

2.           Dwar l-għodda tas-separazzjoni tal-assi, l-iskema tar-riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 20 għandha tistabbilixxi b’mod partikolari:

(a) l-istrumenti, l-assi, id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet li għandhom jiġu ttrasferiti minn awtorità nazzjonali tar-riżoluzzjoni lil mezz tal-immaniġġar tal-assi f’konformità mal-Artikolu 36 minn (1) sa (4) u minn (6) sa (10) tad-Direttiva [ ];

(b) il-korrispettiv li għalih l-assi għandhom jiġu ttrasferiti mill-awtorità nazzjonali ta’ riżoluzzjoni lill-mezz tal-immaniġġar tal-assi, skont il-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 17. Din id-dispożizzjoni ma timpedixxix li l-korrispettiv ikollu valur nominali jew negattiv.

Artikolu 24 Għadda ta' rikapitalizzazzjoni interna

1.           L-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna tista’ tiġi applikata għal kwalunkwe minn dawn l-iskopijiet:

(a) biex tiġi rikapitalizzata entità msemmija fl-Artikolu 2 li tissodisfa l-kundizzjonijiet għal riżoluzzjoni sal-punt suffiċjenti biex tiġi restawrata l-kapaċità tagħha li tikkonforma mal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni u li twettaq l-attivitajiet li għalihom hija awtorizzata skont id-Direttiva 2013/36/UE jew id-Direttiva 2004/39/KE;

(b) tiġi konvertita l-ekwità jew jitnaqqas l-ammont kapitali tal-pretensjonijiet jew l-istrumenti ta' dejn li huma ttrasferiti lill-istituzzjoni tranżitorja bil-għan li jiġi pprovdut kapital għal dik l-istituzzjoni tranżitorja.

Fil-qafas deċiż mill-Kummissjoni dwar l-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna, l-iskema tar-riżoluzzjoni għandha tistabbilixxi b’mod partikolari:

(a) l-ammont aggregat li bih l-obbligazzjonijiet eliġibbli jridu jiġu mnaqqsa jew konvertiti, skont il-paragarfu 6;

(b) l-obbligazzjonijiet li jistgħu jiġu esklużi skont il-paragrafi mill-5 sat-13;

(c) l-objettivi u l-kontenut minimu tal-pjan ta’ riorganizzazzjoni tal-operat li għandhom jiġu ppreżentati skont il-paragrafu 16.

2.           L-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna tista' tiġi applikata għall-iskop imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1 biss jekk ikun hemm prospett realistiku li l-applikazzjoni ta' dik l-għodda, flimkien mal-miżuri implimentati skont il-pjan ta' riorganizzazzjoni tal-operat meħtieġ mill-Artikolu 16 se, apparti li tilħaq l-objettivi rilevanti tar-riżoluzzjoni, tirrestawra l-istituzzjoni inkwistjoni għal sodizza finanzjarja u vijabbiltà fit-tul.

Jekk il-kundizzjoni stipulata fl-ewwel subparagrafu ma tkunx issodisfata, għandhom japplikaw kwalunkwe għodda tar-riżoluzzjoni msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragarfu 2 tal-Artikolu 19, u l-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna msemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 2 tal-Artkolu 19, kif xieraq.

3.           L-obbligazzjonijiet li ġejjin ma għandhomx ikunu soġġetti għal tniżżil fil-valur u konverżjoni:

(a) depożiti koperti;

(b) obbligazzjonijiet iggarantiti inklużi bonds koperti;

(c) kwalunkwe obbligazzjoni li tinħoloq bis-saħħa taż-żamma mill-entità msemmija fl-Artikolu 2 ta’ assi ta’ klijenti jew flus ta’ klijenti, jew relazzjoni fiduċjarja bejn l-entità msemmija fl-Artikolu 2 bħala fiduċjarja u persuna oħra bħala benefiċjarja, sakemm tali klijent jew benefiċjarju jkun protett taħt il-liġi applikabbli ta’ insolvenza jew ċivili;

(d) obbligazzjonijiet tal-istituzzjonijiet, minbarra entitajiet li huma parti mill-istess grupp, b’maturità oriġinali ta’ inqas minn sebat ijiem;

(e) obbligazzjonijiet li joriġinaw minn parteċipazzjoni f’sistema magħżula skont id-Direttiva 98/26/KE[23] li jkun fadlilhom maturità ta’ inqas minn sebat ijiem;

(f) obbligazzjoni għal kwalunkwe minn dawn li ġejjin:

(i)      impjegat, b’rabta mas-salarju, benefiċċji tal-pensjoni jew remunerazzjoni oħra fissa dovuta, ħlief għall-komponent varjabbli tar-rimunerazzjoni li mhix regolata bil-liġi jew ftehim ta’ negozjar kollettiv;

(ii)      kreditur kummerċjali jew ta' negozju li jinħoloq mill-forniment lill-istituzzjoni jew l-entità msemmija fil-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1 ta' oġġetti jew servizzi li huma essenzjali għall-funzjonament ta' kuljum tal-operazzjonijiet tagħha, inklużi servizzi tal-IT, utilitajiet u l-kiri, il-manutenzjoni u ż-żamma ta' postijiet;

(iii)     awtoritajiet tat-taxxa u tas-sigurtà soċjali, sakemm dawk l-obbligazzjonijiet huma ppreferuti skont il-liġi applikabbli ta’ insolvenza jew ċivili.

4.           L-iskop tal-għodda ta' rikapitalizzazzjoni interna stipulata fil-paragrafu 3 ma għandux jimpedixxi, fejn xieraq, l-eżerċizzju tas-setgħat ta' salvataġġ fuq kwalunkwe parti ta’ obbligazzjoni ggarantita jew obbligazzjoni li għaliha ġie ppleġġjat kollateral li jaqbeż il-valur tal-assi, il-pleġġ, ir-rahan jew il-kollateral li huwa garanti tiegħu. Bonds koperti kif definit fl-Artikolu 52(4) tad-Direttiva 2009/65/KE[24] jistgħu jiġu eżentati minn din id-dispożizzjoni.

5.           F’ċirkustanzi eċċezzjonali, ċerti obbligazzjonijiet jistgħu jiġu esklużi jew parzjalment esklużi mill-applikazzjoni tas-setgħat tat-tnaqqis fil-valur u l-konverżjoni fi kwalunkwe waħda miċ-ċirkustanzi li ġejjin:

(a) Fejn mhuwiex possibbli ssir rikapitalizzazzjoni interna ta' dik l-obbligazzjoni fi żmien raġonevoli minkejja sforzi b’rieda tajba tal-awtorità tar-riżoluzzjoni; jew

(b) Fejn l-esklużjoni hija strettament meħtieġa u tkun proporzjonata sabiex tinkiseb il-kontinwità tal-funzjonijiet kritiċi u l-linji ewlenin tal-operat b’mod li tinżamm l-abbiltà tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni li tkompli bl-operazzjonijiet, is-servizzi u t-tranżazzjonijiet ewlenin; jew

(c) Fejn l-esklużjoni tkun strettament meħtieġa u proporzjonali sabiex jiġi evitat li jkun hemm kontaġju wiesa' li jfixkel severament il-funzjonament tas-swieq finanzjarji b’mod li jista' jikkawża tfixkil serju fl-ekonomija ta’ Stat Membru jew tal-Unjoni; jew

(d) Fejn l-applikazzjoni tal-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna għal dawn l-obbligazzjonijiet tikkawża qerda fil-valur b'mod li t-telf imġarrab minn kredituri oħra jkun ogħla milli kieku dawn l-obbligazzjonijiet ġew esklużi mir-rikapitalizzazzjoni interna.

Fejn tiġi eskluża obbligazzjoni eliġibbli jew klassi ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli, għal kollox jew parzjalment, il-livell ta’ tniżżil fil-valur jew konverżjoni applikat fuq obbligazzjonijiet eliġibbli oħra jista’ jiżdied sabiex iqis dawn l-esklużjonijiet, sakemm il-livell ta’ tniżżil fil-valur u konverżjoni applikat fuq obbligazzjonijiet eliġibbli oħra jirrispetta l-prinċipju stipulat fil-punt (f) tal-Artikolu 13(1).

6.           Fejn obbligazzjoni eliġibbli jew klassi ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli jiġu esklużi għal kollox jew parzjalment, skont il-paragrafu 5, u t-telf li kien jiġġarrab minn dawk l-obbligazzjonijiet ma jkunx għadda kollu fuq kredituri oħrajn, tista’ ssir kontribuzzjoni mill-Fond lill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni biex:

(a) tkopri kwalunkwe telf li ma jkunx ġie assorbit minn obbligazzjonijiet eliġibbli u jiġi restawrat għal żero il-valur nett tal-assi tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni skont il-punt (a) tal-paragrafu 1;

(b) jinxtraw ishma jew strumenti oħra ta’ sjieda jew strumenti kapitali fl-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, sabiex l-istituzzjoni tiġi rikapitalizzata f’konformità mal-punt (b) tal-paragrafu 1.

7.           Il-Fond jista’ jagħmel kontribuzzjoni msemmija fil-paragrafu 6 biss jekk il-kontribuzzjoni tissodisfa ż-żewġ kriterji li ġejjin:

(a) kontribuzzjoni għall-assorbiment tat-telf u r-rikapitalizzazzjoni tkun ta' ammont mhux inqas minn 8 % tal-obbligazzjonijiet totali inkluż il-fondi proprji tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, imkejlin fil-mument tal-azzjoni tar-riżoluzzjoni f’konformità mal-valwazzjoni prevista fl-Artikolu 17, tkun saret mill-azzjonisti u d-detenturi ta’ strumenti oħra ta’ sjieda, detenturi ta’ strumenti kapitali rilevanti u obbligazzjonijiet eliġibbli oħra, permezz ta’ tniżżil fil-valur u konverżjoni jew mod ieħor;

(b) il-kontribuzzjoni mill-Fond ma taqbiżx 5 % tal-obbligazzjonijiet totali inklużi l-fondi proprji tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, imkejlin fil-mument tal-azzjoni tar-riżoluzzjoni f’konformità mal-valwazzjoni prevista fl-Artikolu 17.

8.           Il-kontribuzzjoni tal-Fond tista' tiġi ffinanzjata permezz ta’:

(a) l-ammont disponibbli għall-Fond li nġabar permezz tal-kontribuzzjonijiet minn entitajiet imsemmija fl-Artikolu 2 skont l-Artikolu 66;

(b) l-ammont li jista’ jinġabar permezz ta’ kontribuzzjonijiet ex post skont l-Artikolu 67 fi żmien perjodu ta’ tliet snin; u

(c) fejn l-ammonti msemmija fil-punti (a) u (b) ma jkunux suffiċjenti, l-ammonti miġbura minn sorsi alternattivi ta’ finanzjament skont l-Artikolu 69.

9.           F’ċirkustanzi straordinarji, finanzjament ulterjuri tista’ jinkiseb minn sorsi alternattivi ta’ finanzjament wara:

(a) li jkun intlaħaq il-limitu ta’ 5 % speċifikat fil-punt (b) tal-paragrafu 7; u

(b) obbligazzjonijiet mhux garantiti, mhux bi preferenza, minbarra d-depożiti eliġibbli, ikunu ġew imniżżla fil-valur jew ikkonvertit b’mod sħiħ.

10.         Bħala alternattiva jew flimkien ma', meta l-kundizzjonijiet fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 7 jkunu ssodisfati, tista’ ssir kontribuzzjoni mir-riżorsi li jkunu nġabru permezz ta’ kontribuzzjonijiet ex ante skont l-Artikolu 66 u li jkunu għadhom ma ntużawx.

11.         Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, is-subparagrafu 5 tal-Artikolu 38 (3cab) tad-Direttiva [ ] ma għandux japplika.

12.         Meta tittieħed id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 5, kunsiderazzjoni dovuta tingħata għal dawn il-fatturi li ġejjin:

(a) il-prinċipju li t-telf għandu jiġġarrab l-ewwel mill-azzjonisti u mbagħad, b’mod ġenerali, mill-kredituri tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni f’ordni ta’ preferenza;

(b) il-livell ta’ kapaċità ta’ assorbiment ta' telf li jibqa’ fl-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jekk l-obbilgazzjoni jew klassi ta' obbligazzjonijiet jiġu esklużi;

(c) il-ħtieġa li jinżammu riżorsi adegwati għall-finanzjament tar-riżoluzzjoni.

13.         Il-Bord għandu jagħmel il-valutazzjoni tiegħu dwar il-punti li ġejjin fuq il-bażi ta’ valwazzjoni li tikkonforma mar-rekwiżiti tal-Artikolu 17:

(a) l-ammont aggregat li bih l-obbligazzjonijiet eliġibbli jridu jiġu mnaqqsa sabiex jiġi żgurat li l-valur nett tal-assi tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jkun żero;

(b) fejn relevanti, l-ammont aggregat li bih l-obbligazzjonijiet eliġibbli jridu jiġu kkonvertiti f’ishma sabiex jiġi rrestawrat il-proporzjon tal-kapital ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jew tal-istituzzjoni tranżitorja.

Meta tiġi deċiża l-applikazzjoni tal-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna għall-iskop imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1, il-valutazzjoni msemmija fil-ewwel subparagrafu għandha tistabbilixxi l-ammont li bih l-obbligazzjonijiet eliġibbli jeħtiġilhom jiġu kkonvertiti sabiex jiġi restawrat il-proporzjon kapitali tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, jew fejn applikabbli tal-istituzzjoni tranżitorja filwaqt li titqies kwalunkwe kontribuzzjoni ta' kapital mill-fond ta' riżoluzzjoni skont il-punt (d) tal-Artikolu 71(1) u biex tiġi sostnuta biżżejjed konfidenza tas-suq fl-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jew l-istituzzjoni tranżitorja u jippermettilha tkompli tikkonforma mal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni u twettaq l-attivitajiet li għalihom hija awtorizzata skont id-Direttiva 2013/36/UE jew id-Direttiva 2004/39/KE.

14.         Esklużjonijiet skont il-paragrafu 5 jistgħu jiġu applikati jew biex obbligazzjoni tiġi eskluża għal kollox mit-tniżżil fil-valur jew sabiex ġie limitat it-tniżżil fil-valur applikat għal dik l-obbligazzjoni.

15.         Is-setgħat tat-tniżżil fil-valur u l-konverżjoni għandhom jirrispettaw ir-rekwiżiti ta' prijorità tal-pretensjonijiet stabbilita fl-Artikolu 15.

16.         L-awtorità nazzjonali tar-riżoluzzjoni għandha tgħaddi minnufih lill-Bord il-pjan tar-riorganizzazzjoni tal-operat li jasallha wara l-applikazzjoni tal-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna mill-amministratur maħtur skont l-Artikolu 47(1) tad-Direttiva [ ].

Fi żmien ġimagħtejn mid-data tas-sottomissjoni tal-pjan ta’ riorganizzazzjoni tal-operat, l-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tipprovdi lill-Bord bil-valutazzjoni tagħha tal-pjan. Fi żmien xahar mid-data tas-sottomissjoni tal-pjan ta' riorganizzazzjoni tal-operat, il-Bord għandu jivvaluta l-probabbilità li l-pjan, jekk jiġi implimentat, jirrestawra l-vijabbiltà fit-tul tal-entità msemmija fl-Artikolu 2. Il-valutazzjoni għandha ssir bi ftehim mal-awtorità kompetenti.

Fejn il-Bord ikun issodisfat li l-pjan se jinkiseb dak l-għan, għandu jippermetti lill-awtorità nazzjonali tar-riżoluzzjoni tapprova l-pjan f’konformità mal-Artikolu 47(5) tad-Direttiva [ ]. Fejn il-Bord ma jkunx issodisfat li l-pjan se jilħaq dak l-objettiv, jagħti struzzjonijiet l-awtorità nazzjonali tar-riżoluzzjoni biex tinnotifika lill-amministratur dwar it-tħassib tiegħu u teħtieġ lill-amministratur jemenda l-pjan b’mod li jindirizza dan it-tħassib skont l-Artikolu 47(6) tad-Direttiva [ ]. Dan għandu jsir bi ftehim mal-awtorità kompetenti.

L-awtorità nazzjonali tar-riżoluzzjoni għandha tgħaddi lill-Bord il-pjan emendat. Il-Bord jagħti struzzjonijiet lill-awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni biex tinnotifika lill-amministratur fi żmien ġimgħa dwar jekk huwiex issodisfat li l-pjan, kif emendat, jindirizza t-tħassib innotifikat jew jekk hux meħtieġ aktar emendar.

Artikolu 25 Monitoraġġ mill-Bord

1.           Il-Bord jimmonitorja mill-qrib l-eżekuzzjoni tal-iskema tar-riżoluzzjoni mill-awtoritajiet nazzjonali tar-riżoluzzjoni. Għal dak l-iskop l-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni għandhom:

(a) jikkooperaw ma’ u jassistu lill-Bord fit-twettiq tad-dmir tiegħu ta’ monitoraġġ;

(b) jipprovdu, f’intervalli regolari stabbiliti mill-Bord, informazzjoni preċiża, affidabbli u sħiħa dwar l-eżekuzzjoni tal-iskema ta' riżoluzzjoni, l-applikazzjoni tal-għodod ta' riżoluzzjoni u l-eżerċizzju tas-setgħat tar-riżoluzzjoni, li jistgħu jintalbu mill-Bord, inkluż dwar dan li ġej:

(i)      is-sitwazzjoni operazzjonali u finanzjarja tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, l-istituzzjoni tranżitorja u l-mezz tal-immaniġġar tal-assi;

(ii)      it-trattament li l-azzjonisti u l-kredituri kienu jirċievu li kieku saret likwidazzjoni tal-istituzzjoni bi proċedimenti normali ta’ insolvenza;

(iii)     kwalunkwe proċedimenti fil-qorti fis-seħħ relatati mal-likwidazzjoni tal-assi tal-istituzzjoni li falliet, kontestazzjonijiet għad-deċiżjoni tar-riżoluzzjoni u għall-valwazzjoni jew marbuta mal-applikazzjonijiet għal kumpens ippreżentati mill-azzjonisti jew il-kredituri;

(iv)     il-ħatra, it-tneħħija jew is-sostituzzjoni ta’ evalwaturi, amministraturi, kontabilisti, avukati u professjonisti oħra li tista’ tkun meħtieġa b'assistenza għall-awtorità nazzjonali tar-riżoluzzjoni, u minħabba l-qadi ta’ dmirijiethom;

(v)     kwalunkwe kwistjoni oħra li tista' tissemma mill-Bord;

(vi)     il-punt sa fejn u l-mod li bih is-setgħat tal-awtoritajiet nazzjonali tar-riżoluzzjoni elenkati fil-Kapitolu V tad-Direttiva [ ] huma eżerċitati minnhom;

(vii)    il-vijabbiltà ekonomika, il-fattibilità, u l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ riorganizzazzjoni tal-operat previst fl-Artikolu 24(16).

L-awtoritajiet nazzjonali tar-riżoluzzjoni għandhom jissottomettu għand il-Bord rapport finali dwar l-eżekuzzjoni tal-iskema tar-riżoluzzjoni.

2.           Fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta, il-Bord jista’ jagħti struzzjonijiet lill-awtoritajiet nazzjonali tar-riżoluzzjoni dwar kwalunkwe aspett tal-eżekuzzjoni tal-iskema tar-riżoluzzjoni, u b’mod partikolari l-elementi msemmija fl-Artikolu 20 u biex jeżerċitaw is-setgħat tar-riżoluzzjoni.

3.           Fejn ikun meħtieġ biex jinkisbu l-objettivi tar-riżoluzzjoni, il-Kummissjoni, wara rakkomandazzjoni tal-Bord jew b'inizjattiva tagħha stess, tista’ tirrieżamina d-deċiżjoni tagħha dwar il-qafas tar-riżoluzzjoni u tadotta l-emendi xierqa.

Artikolu 26 Implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet tar-riżoluzzjoni

1.           L-awtoritajiet nazzjonali tar-riżoluzzjoni għandhom jieħdu l-azzjoni meħtieġa biex jimplimentaw id-deċiżjoni tar-riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 16(8), b’mod partikolari billi jeżerċitaw kontroll fuq l-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 2, billi jieħdu l-miżuri meħtieġa skont l-Artikolu 64 tad-Direttiva [ ] u billi jiżguraw li s-salvagwardji previsti f'dik id-Direttiva jiġu rrispettati. L-awtoritajiet nazzjonali tar-riżoluzzjoni għandhom jimplimentaw id-deċiżjonijiet kollha indirizzati lilhom mill-Bord.

Għal dawn l-għanijiet, għandhom jagħmlu użu mis-setgħat tagħhom skont il-liġi nazzjonali li tittrasponi d-Direttiva [ ] u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti mil-liġi nazzjonali. L-awtoritajiet nazzjonali tar-riżoluzzjoni għandhom jinformaw bis-sħiħ lill-Bord dwar l-eżerċizzju ta’ dawn is-setgħat. Kwalunkwe azzjoni li jieħdu għandha tikkonforma mad-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 16(8).

2.           Meta awtorità nazzjonali tar-riżoluzzjoni ma tkunx applikat deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 16, jew applikata b’tali mod li tonqos milli tikseb l-objettivi tar-riżoluzzjoni skont dan ir-Regolament, il-Bord ikollu s-setgħa jordna lil istituzzjoni taħt riżoluzzjoni:

(a) tittrasferixxi għand persuna oħra drittijiet, assi jew obbligazzjonijiet speċifikati ta’ istituzzjoni taħt riżoluzzjoni;

(b) jeħtieġ il-konverżjoni ta' strumenti ta' dejn li jkun fihom terminu kuntrattwali għall-konverżjoni fiċ-ċirkustanzi previsti fl-Artikolu 18;

3.           L-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni għandha tikkonforma ma’ kwalunkwe deċiżjoni meħuda msemmija fil-paragrafu 2. Id-deċiżjonijiet adottati għandhom jipprevalu fuq kwalunkwe deċiżjoni preċedenti adottata mill-awtoritajiet nazzjonali fl-istess kwistjoni.

4.           Meta tittieħed azzjoni fir-rigward ta’ kwistjonijiet li huma soġġetti għal deċiżjoni li ttieħdet skont il-paragrafu 2, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jikkonformaw ma’ dik id-deċiżjoni.

Kapitolu 4

Kooperazzjoni

Artikolu 27 Obbligu ta' kooperazzjoni

1.           Il-Bord jinforma lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe azzjoni li jieħu sabiex iħejji għal riżoluzzjoni. Fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni li tasal mingħand il-Bord, il-membri tal-Kummissjoni u l-persunal tal-Kummissjoni jkunu soġġetti għar-rekwiżit tas-sigriet professjonali stipulat fl-Artikolu 79.

2.           Fl-eżerċizzju tar-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom skont dan ir-Regolament, il-Bord, il-Kummissjoni, il-BĊE u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jikkooperaw mill-qrib. Il-BĊE u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jipprovdu lill-Bord u lill-Kummissjoni bl-informazzjoni kollha meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti tagħhom.

3.           Fl-eżerċizzju tar-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom skont dan ir-Regolament, il-Bord, il-Kummissjoni, il-BĊE u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jikkooperaw mill-qrib fl-ippjanar tar-riżoluzzjoni, l-intervent bikri u l-fażijiet tar-riżoluzzjoni skont l-Artikoli minn 7 sa 26. Il-BĊE u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jipprovdu lill-Bord u lill-Kummissjoni bl-informazzjoni kollha meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti tagħhom.

4.           Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, meta l-BĊE jistieden rappreżentant tal-Bord biex jipparteċipa fil-Bord ta' Superviżjoni tal-BĊE stabbilit skont l-Artikolu 19 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru [ ], il-Bord jaħtar rappreżentant.

5.           Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, il-Bord jappunta rappreżentant li għandu jipparteċipa fil-Kumitat tar-Riżoluzzjoni tal-Awtorità Bankarja Ewropea stabbilit skont l-Artikolu 113 tad-Direttiva [ ].

6.           Il-Bord jikkoopera mill-qrib mal-Faċilità Ewropea ta' Stabbiltà Finanzjarja (EFSF) u mal-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà (MES), partikolarment fejn l-EFSF jew il-MES ikun ta jew x'aktarx jagħti għotja, għajnuna finanzjarja diretta jew indiretta lil entitajiet stabbiliti fl-Istati Membri parteċipanti, partikolarment f'dawk iċ-ċirkustanzi straordinarji msemmija fl-Artikolu 24(9).

7.           Il-Bord u l-BĊE jinkonkludu memorandum ta' qbil li jiddeskrivi t-termini ġenerali ta' kif se jikkooperaw skont il-paragrafu 2. Il-memorandum jiġi rieżaminat fuq bażi regolari u jiġi ppubblikat soġġett għat-trattament xieraq tal-informazzjoni kunfidenzjali.

Artikolu 28 Skambju ta' informazzjoni fil-MUR

1.           Kemm il-Bord kif ukoll l-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni jkunu soġġetti għal dmir li jikkooperaw in bona fede u għal obbligu ta' skambju ta' informazzjoni.

2.           Il-Bord jipprovdi lill-Kummissjoni bi kwalunkwe informazzjoni rilevanti biex taqdi l-kompiti tagħha skont dan ir-Regolament u, fejn applikabbli l-Artikolu 107 TFUE.

Artikolu 29 Kooperazzjoni fil-MUR u t-trattament ta' grupp]

Il-paragrafi 4, 5, 6 u 15 tal-Artikolu 12 l-Artikoli mit-80 sat-83 fi-Direttiva [ ] ma japplikawx għar-relazzjonijiet bejn awtoritajiet ta' riżoluzzjoni nazzjonali tal-Istati Membri parteċipanti. Minflok japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 30 Kooperazzjoni mal-Istati Membri mhux parteċipanti

Fejn grupp jinkludi entitajiet stabbiliti fl-Istati Membri parteċipanti kif ukoll fi Stati Membri mhux parteċipanti, mingħajr preġudizzju għal ebda approvazzjoni mill-Kummissjoni meħtieġa skont dan ir-Regolament, il-Bord jirrappreżenta l-awtoritajiet nazzjonali tar-riżoluzzjoni tal-Istati Membri parteċipanti, għall-iskopijiet ta’ kooperazzjoni mal-Istati Membri mhux parteċipanti skont l-Artikoli 7, 8, 11, 12, 15, 50, u minn 80 sa 83 tad-Direttiva [ ].

Artikolu 31 Kooperazzjoni mal-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi

Il-Kummissjoni u l-Bord fir-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom ikunu esklużivament responsabbli biex jikkonkludi, f'isem l-awtoritajiet nazzjonali tar-riżoluzzjoni tal-Istati Membri parteċipanti, l-arranġamenti mhux vinkolanti ta' kooperazzjoni msemmija fl-Artikolu 88(4) tad-Direttiva [ ] u għandhom jinnotifikahom skont il-paragrafu 6 ta' dak l-Artikolu.

Kapitolu 5

Setgħat ta' investigazzjoni

Artikolu 32 Talbiet għall-informazzjoni

1.           Għall-finijiet tal-eżerċitar tal-kompiti msemmija fl-Artikoli 7, 8, 11, 16, u 17, il-Bord jista', direttament jew permezz tal-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni, jitlob lil persuni ġuridiċi jew fiżiċi li ġejjin biex jipprovdu l-informazzjoni kollha neċessarja sabiex iwettaq il-kompiti konferiti lilu minn dan ir-Regolament:

(a) l-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 2;

(b) l-impjegati tal-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 2;

(c) partijiet terzi li l-entitajiet msemmija fl-Artikolu 2 ikunu esternalizzawlhom funzjonijiet jew attivitajiet.

2.           L-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 2 u kwalunkwe persuna msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 għandha tipprovdi l-informazzjoni mitluba skont il-paragrafu 1. Is-sigriet professjonali ma għandux jeżenta lil dawk l-entitajiet u l-persuni mid-dover li jipprovdu dik l-informazzjoni. L-għoti tal-informazzjoni mitluba ma għandux jitqies bħala ksur tas-sigriet professjonali.

3.           Fejn il-Bord jikseb informazzjoni direttament mingħand dawk l-entitajiet u l-persuni, iqiegħed dik l-informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali tar-riżoluzzjoni konċernati.

4.           Il-Bord ikun jista' jikseb fuq bażi kontinwa kwalunkwe informazzjoni dwar il-kapital, il-likwidità, l-assi u l-obbligazzjonijiet li jikkonċernaw kwalunkwe istituzzjoni soġġetta għas-setgħat tiegħu ta' riżoluzzjoni u li hija materjali għall-finijiet tar-riżoluzzjoni.

5.           Il-Bord, l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet nazzjonali tar-riżoluzzjoni jistgħu jfasslu memorandum ta’ ftehim bi proċedura dwar l-iskambju ta’ informazzjoni.

6.           L-awtoritajiet kompetenti, inkluż il-BĊE fejn rilevanti, u l-awtoritajiet nazzjonali tar-riżoluzzjoni jikkooperaw mal-Bord sabiex jiġi vverifikat jekk xi informazzjoni jew l-informazzjoni kollha mitluba hijiex diġà disponibbli. Fejn din l-informazzjoni hija disponibbli, l-awtoritajiet kompetenti, inkluż il-BĊE fejn rilevanti, jew l-awtoritajiet nazzjonali tar-riżoluzzjoni jipprovdu dik l-informazzjoni lill-Bord.

Artikolu 33 Investigazzjonijeit ġenerali

1.           Għall-fini tal-eżerċizzju tal-kompiti msemmija fl-Artikoli 7, 8, 11, 16 u 17, u suġġett għal kwalunkwe kundizzjoni oħra stipulata fil-liġi rilevanti tal-Unjoni, il-Bord jista’ jwettaq l-investigazzjonijiet kollha meħtieġa dwar kwalunkwe persuna msemmija fl-Artikolu 32(1) stabbilita jew li tinsab fi Stat Membru parteċipanti.

Għal dak il-għan, il-Bord ikollu d-dritt li:

(a) jeżiġi s-sottomissjoni ta’ dokumenti;

(b) jeżamina l-kotba u r-reġistri tal-persuni msemmija fl-Artikolu 32(1) u jieħu kopji jew estrazzjonijiet mit-tali kotba u reġistri;

(c) jikseb spjegazzjonijiet bil-miktub jew orali minn kwalunkwe persuna msemmija fl-Artikolu 32(1) jew mir-rappreżentanti jew il-persunal tagħhom;

(d) jintervista lil kwalunkwe persuna oħra li tagħti l-kunsens li tiġi intervistata għall-iskop li tinġabar informazzjoni relatata mas-suġġett ta' investigazzjoni;

2.           Il-persuni msemmijin fl-Artikolu 32(1) għandhom ikunu soġġetti għall-investigazzjonijiet imnedija abbażi ta' deċiżjoni tal-Bord.

Meta persuna tfixkel it-twettiq tal-investigazzjoni, l-awtoritajiet nazzjonali tar-riżoluzzjoni tal-Istat Membru parteċipanti fejn ikunu jinsabu l-uffiċċji rilevanti għandhom joffru, f’konformità mal-liġi nazzjonali, l-assistenza neċessarja inkluż l-iffaċilitar għall-aċċess mill-Bord fil-bini minfejn joperaw il-persuni ġuridiċi msemmija fl-Artikolu 32(1), ħalli b'hekk id-drittijiet msemmija qabek ikunu jistgħu jiġu eżerċitati.

Artikolu 34 Spezzjonijiet fuq il-post

1.           Għall-fini tal-eżerċizzju tal-kompiti msemmija fl-Artikoli 7, 8, 11, 16 u 17, u soġġett għal kundizzjonijiet oħra stipulati fil-liġi rilevanti tal-Unjoni, il-Bord jista’, soġġett għal notifika minn qabel lill-awtoritajiet nazzjonali tar-riżoluzzjoni konċernati, iwettaq l-ispezzjonijiet kollha meħtieġa fuq il-post fil-bini tal-operat tal-persuni ġuridiċi msemmija fl-Artikolu 32(1). Meta t-twettiq u l-effiċjenza xierqa tal-ispezzjonijiet ikunu jeħtieġu hekk, il-Bord jista’ jwettaq spezzjonijiet fuq il-post mingħajr avviż minn qabel lil dawk il-persuni ġuridiċi.

2.           L-uffiċjali tal-Bord u persuni oħra awtorizzati minnu biex iwettqu spezzjoni fuq il-post jistgħu jidħlu fi kwalunkwe bini u art tal-persuni ġuridiċi soġġetti għal deċiżjoni ta’ investigazzjoni adottata mill-Bord skont l-Artikolu 32(2) u għandu jkollhom is-setgħat kollha stipulati fl-Artikolu 32(1).

3.           Il-persuni ġuridiċi msemmija fl-Artikolu 32(1) għandhom ikunu soġġetti għal spezzjonijiet fuq il-post abbażi ta' deċiżjoni tal-Bord.

4.           L-uffiċjali u persuni oħra li jakkumpanjawhom awtorizzati jew maħtura mill-awtoritajiet nazzjonali tar-riżoluzzjoni tal-Istati Membri fejn se titwettaq l-ispezzjoni għandhom, taħt is-superviżjoni u l-koordinazzjoni tal-Bord, jgħinu attivament lill-uffiċjali u persuni oħra awtorizzati mill-Bord. Għal dak il-għan, huma jgawdu s-setgħat stabbiliti fil-paragrafu 2. Uffiċjali tal-awtoritajiet nazzjonali tar-riżoluzzjoni tal-Istati Membri parteċipanti konċernat għandu jkollhom ukoll id-dritt li jipparteċipaw fl-ispezzjonijiet fil-post.

5.           Meta l-uffiċjali tal-BĊE u persuni oħra li jakkumpanjawhom, awtorizzati jew maħtura mill-Bord isibu li persuna topponi xi spezzjoni ordnata skont il-paragrafu 1, l-awtoritajiet nazzjonali tar-riżoluzzjoni tal-Istati Membri parteċipanti konċernat għandhom joffrulhom l-għajnuna meħtieġa skont il-liġi nazzjonali. Sal-limitu meħtieġ għall-ispezzjoni, din l-għajnuna għandha tinkludi l-issiġillar ta’ kwalunkwe post tal-operat u kotba jew reġistri. Fejn dik is-setgħa ma tkunx disponibbli għall-awtoritajiet nazzjonali konċernati, huma għandhom jużaw is-setgħat tagħhom biex jitolbu l-assistenza meħtieġa ta' awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni oħrajn.

Artikolu 35 Awtorizzazzjoni minn awtorità ġudizzjarja

1.           Jekk spezzjoni fuq il-post prevista fl-Artikolu 34(1) u (2) jew l-assistenza prevista fl-Artikolu 34(5) teżiġi awtorizzazzjoni minn awtorità ġudizzjarja skont ir-regoli nazzjonali, għandha ssir applikazzjoni għat-tali awtorizzazzjoni.

2.           Fejn l-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 issir applikazzjoni għaliha, l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali tikkontrolla li d-deċiżjoni tal-Bord tkun awtentika u li l-miżuri ta' koerċizzjoni maħsuba la huma arbitraraji u lanqas eċessivi fid-dawl tas-suġġett inkwistjoni tal-ispezzjoni. Fil-kontroll tagħha tal-proporzjonalità tal-miżuri ta' koerċizzjoni, l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali tista' titlob lill-Bord għal spjegazzjonijiet dettaljati, partikolarment fir-rigward ta' raġunijiet li l-Bord għandu biex jissuspetta li sar ksur tal-atti msemmija fl-Artikolu 26 u s-serjetà ta' ksur issuspettat u n-natura tal-involviment tal-persuni suġġetti għall-miżuri ta' koerċizzjoni. Madankollu, l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali mhux se tanalizza n-neċessità għall-ispezzjoni jew titlob li tkun provduta bl-informazzjoni fil-faxxikolu tal-Bord. Il-leġalità tad-deċiżjoni tal-Bord tkun suġġetta għal rieżami mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea biss.

Kapitolu 6

Setgħat ta' sanzjonar

Artikolu 36 Multi

1.           Fejn il-Bord isib li xi entità msemmija fl-Artikolu 2 b’mod intenzjonali jew b’negliġenza wettqet wieħed mit-tipi ta’ ksur imsemmija fil-paragrafu 2, il-Bord jagħti struzzjonijiet lill-awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni kkonċernata biex timponi multa fir-rigward tal-entità rilevanti msemmija fl-Artikolu 2 skont id-Direttiva [ ].

Ksur minn tali entità jkun ikkunsidrat li sar intenzjonalment jew hemm fatturi oġġettivi li juru li l-entità jew il-maniġment anzjan tagħha aġixxew deliberatament biex iwettqu l-ksur.

2.           Il-multi jistgħu jkunu imposti fuq entitajiet imsemmija fl-Artikolu 2 għall-ksur segwenti:

(a) Fejn ma jipprovdux l-informazzjoni mitluba skont l-Artikolu 32;

(b) Fejn ma jaċċettawx li jkunu suġġetti għal-investigazzjoni ġeneralli skont l-Artikolu 33 jew spezzjoni fil-post u ma jipprovdux l-informazzjoni mitluba skont l-Artikolu 32;

(c) Fejn ma jikkontribwixxux għall-Fond skont l-Artikoli 66 jew 67;

(d) Fejn ma jikkonformawx mad-deċiżjoni indirizzata lilhom mill-Bord skont l-Artikolu 24.

3.           L-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni jippubblikaw kwalunkwe multi imposti skont il-paragrafu 1. Fejn il-pubblikazzjoni tkun tikkawża ħsara sproporzjonata għall-partijiet involuti, l-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni jippubblikaw is-sanzjoni mingħajr ma jiżvelaw l-identità tal-partijiet.

4.           Bil-ħsieb li jiġu stabbiliti prattiċi ta’ infurzar konsistenti, effiċjenti u effikaċi u biex jiżgura l-applikazzjoni komuni, uniformi u konsistenti ta’ dan ir-Regolament, il-Bord joħroġ linji gwida dwar l-applikazzjoni ta’ multi u ta’ pagamenti perjodiċi ta' penali indirizzati lill-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni.

Artikolu 37 Pagamenti perjodiċi ta' penali

1.           Il-Bord jagħti struzzjonijiet lill-awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni kkonċernata biex jimponi l-pagamenti perjodiċi ta’ penali fir-rigward tal-entità rilevanti msemmija fl-Artikolu 2 skont id-Direttiva [ ] sabiex iġġiegħel lil:

(a) istituzzjoni ta' kreditu tikkonforma ma' deċiżjoni adottata skont l-Artikolu 32;

(b) persuna msemmija fl-Artikolu 32(1) biex tipprovdi informazzjoni li kienet meħtieġa minn deċiżjoni skont dak l-Artikolu;

(c) lil persuna msemmija fl-Artikolu 33(1) tissottometti ruħha għal investigazzjoni u b’mod partikolari tipproduċi reġistri, dejta, proċeduri jew kwalunkwe materjal ieħor meħtieġ b’mod komplut u ttemm u tikkoreġi informazzjoni oħra pprovduta f’investigazzjoni mnedija b’deċiżjoni meħuda skont dak l-Artikolu;

(d) persuna msemmija fl-Artikolu 34(1) biex taċċetta li ssirilha spezzjoni fuq il-post ordnata minn deċiżjoni skont dak l-Artikolu;

2.           Pagament perjodiku ta’ penali għandu jkun effettiv u proporzjonat. Il-pagament perjodiku tal-penali ikun impost fuq bażi ta' kuljum sakemm l-istituzzjoni ta' kreditu jew persuna kkonċernata tikkonforma mad-deċiżjonijiet relevanti msemmija fil-punti minn (a) sa (d) tal-paragrafu 1.

3.           Pagament perjodiku ta' penali jista' jkun impost għal perjodu ta' mhux iktar minn sitt xhur.

PARTI III QAFAS ISTITUZZJONALI

TITOLU I

Il-Bord

Artikolu 38 Status ġuridiku

1.           Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni huwa b'dan stabbilit. Il-Bord ikun Aġenzija tal-Unjoni Ewropea bi struttura speċifika li tikkorrispondi mal-kompiti tiegħu. Huwa jkollu personalità ġuridika.

2.           F'kull Stat Membru l-Bord igawdi mill-iktar kapaċità ġuridika estensiva mogħtija lill-persuni ġuridiċi skont il-liġi nazzjonali. Il-Bord jista', partikolarment, jikseb jew jiddisponi minn proprjetà mobbli u immobbli u jkun parti għall-proċedimenti legali.

3.           Il-Bord ikun rappreżentat mid-Direttur Eżekuttiv tiegħu.

Artikolu 39 Kompożizzjoni

1.           Il-Bord ikun kompost minn:

(a) id-Direttur Eżekuttiv;

(b) il-Viċi Direttur Eżekuttiv;

(c) membru maħtur mill-Kummissjoni;

(d) membru maħtur mill-BĊE;

(e) membru maħtur minn kull Stat Membru parteċipati, li jirrappreżenta l-awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni.

2.           It-terminu ta' uffiċċju tad-Direttur Eżekuttiv, il-Viċi Direttur Eżekuttiv u tal-membri tal-Bord maħtura mill-Kummissjoni u l-BĊE ikun ta' ħames snin. Suġġett għall-Artikolu 53(6), dak it-terminu ma jkunx jiġġedded.

3.           L-istruttura amministrattiva u maniġerjali tal-Bord tkun magħmula minn:

(a) sessjoni plenarja tal-Bord, li teżerċita l-kompiti stipulati fl-Artikolu 47

(b) sessjoni eżekuttiva tal-Bord, li teżerċita l-kompiti stipulati fl-Artikolu 51

(c) Direttur Eżekuttiv, li jeżerċita l-kompiti stipulati fl-Artikolu 53

Artikolu 40 Konformità mal-liġi tal-Unjoni

Il-Bord jaġixxi f'konformità mal-liġi tal-Unjoni, partikolarment mad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni skont dan ir-Regolament.

Artikolu 41 Obbligu ta' rendikont

1.           Il-Bord ikun responsabbli lejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, skont il-paragrafi mit-2 sat-8.

2.           Kull sena l-Bord jippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri, rapport dwar l-eżekuzzjoni tal-kompiti kkonferit lilu b’dan ir-Regolament.

3.           Id-Direttur Eżekutti jippreżenta dan ir-rapport annwali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

4.           Fuq it-talba tal-Parlament Ewropew, id-Direttur Eżekuttiv jieħu sehem f’seduta ta’ smigħ dwar l-eżekuzzjoni tal-kompiti ta' riżoluzzjoni tiegħu mill-kumitati kompetenti tal-Parlament Ewropew.

5.           Id-Direttur Eżekuttiv jista’, fuq talba tal-Kunsill, jinstemà mill-Kunsill fir-rigward tal-eżekuzzjoni tal-kompiti ta' riżoluzzjoni tiegħu.

6.           Il-Bord iwieġeb bil-fomm jew bil-miktub għall-mistoqsijiet indirizzati lilu mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill, skont il-proċeduri tiegħu, fil-preżenza ta’ rappreżentanti minn kull Stat Membru parteċipanti li l-munita tagħhom mhix l-Euro.

7.           Fuq talba, id-Direttur Eżekuttiv ikollu diskussjonijiet kunfidenzjali bil-fomm fil-magħluq mal-President u l-Viċi President tal-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew fejn tali diskussjonijiet huma meħtieġa għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-Parlament Ewropew skont it-Trattat. Ftehim bejn il-Parlament Ewropew u l-Bord dwar il-modalitajiet dettaljati tal-organizzazzjoni ta’ dawn id-diskussjonijiet, ikun konkluż bil-ħsieb li tiġi żgurata kunfidenzjalità sħiħa skont l-obbligi tal-kunfidenzjalità imposti fuq il-BĊE bħala awtorità kompetenti taħt il-liġi rilevanti tal-Unjoni.

8.           Matul kwalunkwe investigazzjoni mill-Parlament, il-Bord jikkoopera mal-Parlament, suġġett għat-TFUE. Il-Bord u l-Parlament jikkonkludu arranġamenti xierqa dwar il-modalitajiet prattiċi tal-eżerċizzju tal-obbligu ta' rendikont u ta’ sorveljanza demokratiċi fuq it-twettiq tal-kompiti konferiti fuq il-Bord minn dan ir-Regolament. Dawk l-arranġamenti jkopru, inter alia, aċċess għall-informazzjoni, kooperazzjoni fl-investigazzjonijiet u informazzjoni dwar il-proċedura ta’ għażla tad-Direttur Eżekuttiv.

Artikolu 42 Parlamenti nazzjonali

1.           Minħabba l-kompiti speċifiċi tal-Bord, il-parlamenti nazzjonali tal-Istati Membri parteċipanti, jistgħu, permezz tal-proċeduri tagħhom stess, jiotlbu lill-Bord li jwieġeb bil-miktub għal kwalunkwe kummenti jew mistoqsijiet magħmula minnhom lill-Bord fir-rigward tal-funzjonijiet tal-Bord skont dan ir-Regolament.

2.           Il-Parlament nazzjonali ta’ Stat Membru parteċipanti jista’ jistieden lid-Direttur Eżekuttiv biex jipparteċipa fi skambju ta’ opinjonijiet fir-rigward tar-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu f’dak l-Istat Membru flimkien ma’ rappreżentant tal-awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni.

3.           Dan ir-Regolament ikun mingħajr preġudizzju għall-obbligu ta' rendikont li l-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni għandhom lejn il-parlamenti nazzjonali skont il-liġi nazzjonali għat-twettiq tal-kompiti kollha li mhumiex konferiti lill-Bord jew lill-Kummissjoni permezz ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 43 Indipendenza

1.           Meta jwettqu l-kompiti kkonferiti lilu b’dan ir-Regolament, il-Bord u l-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni jaġixxu b’mod indipendenti u fl-interess pubbliku.

2.           Il-membri tal-Bord imsemmija fl-Artikolu 40(2) jaġixxu b’mod indipendenti u oġġettiv fl-interess tal-Unjoni kollha kemm hi u la jfittxu u lanqas jieħdu struzzjonijiet mill-istituzzjonijiet jew il-korpi tal-Unjoni, jew minn xi Gvern ta’ Stat Membru jew minn xi entità pubblika jew privata oħra.

Artikolu 44 Sede

Il-Bord ikollu s-sede tiegħu fi Brussell, il-Belġju.

TITOLU II

Sessjoni Plenarja tal-Bord

Artikolu 45 Parteċipazzjoni f'sessjonijiet plenarji

Il-Membri kollha tal-Bord jieħdu sehem fis-sessjonijiet plenarji tiegħu.

Artikolu 46 Kompiti

1.           Fis-sessjoni plenarja tiegħu, il-Bord:

(a) jadotta, sat-30 ta’ Novembru ta’ kull sena, il-programm ta’ ħidma annwali tal-Bord għas-sena suċċessiva skont l-Artikolu 49(1), abbażi ta’ abbozz ippreżentat mid-Direttur Eżekuttiv u jittrażmettih għall-informazzjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, u lill-Bank Ċentrali Ewropew;

(b) jadotta l-baġit annwali tal-Bord skont l-Artikolu 59(2);

(c) jiddeċiedi dwar is-self volontarju bejn arranġamenti ta’ finanzjament skont l-Artikolu 68, il-mutwalizzazzjoni tal-arranġamenti nazzjonali ta’ finanzjament skont l-Artikolu 72 u fuq it-tislif lil skema ta’ garanzija tad-depożiti skont l-Artikolu 73;

(d) jadotta rapport annwali ta’ attività dwar l-attivitajiet tal-Bord msemmija fl-Artikolu 42. Dan ir-rapport jippreżenta spjegazzjonijiet dettaljati dwar l-implimentazzjoni tal-baġit;

(e) jadotta r-regoli finanzjarji applikabbli għall-Bord f’konformità mal-Artikolu 61;

(f) jadotta strateġija kontra l-frodi, proporzjonata mar-riskji ta’ frodi, filwaqt li jqis il-kostijiet u l-benefiċċji tal-miżuri li għandhom ikunu implimentati;

(g) jadotta regoli għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess fir-rigward tal-membri tiegħu;

(h) jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu;

(i) f'konformità mal-paragrafu 2, jeżerċita, fir-rigward tal-persunal tal-Bord, is-setgħat mogħtija lill-Awtorità tal-Ħatra mir-Regolamenti tal-Persunal u mill-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta' Uffiċjali Oħra lill-Awtorità bis-Setgħa Tikkonkludi Kuntratti ta’ Impjieg[25] ("setgħat tal-awtorità li taħtar");

(j) jadotta regoli ta' implimentazzjoni xierqa biex jimplimenta r-Regolamenti tal-Persunal u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta' Uffiċjali Oħra skont l-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal;

(k) jaħtar Uffiċjal tal-Kontijiet, soġġetti għar-Regolamenti tal-Persunal u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Uffiċjali oħra, li għandu jkun funzjonalment indipendenti fit-twettiq ta' dmirijietu;

(l) jiżgura segwitu xieraq tas-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet li joħorġu mir-rapporti u l-evalwazzjonijiet tal-awditjar interni jew esterni, kif ukoll minn investigazzjonijiet tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF);

(m) jieħu d-deċiżjoni kollha dwar il-ħolqien tal-istrutturi interni tal-Bord u fejn meħtieġ, il-modifiki tagħhom.

2.           Fis-sessjoni plenarja, skont l-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal, il-Bord jadotta deċiżjoni bbażata fuq l-Artikolu 2(1) tar-Regolamenti tal-Persunal u fuq l-Artikolu 6 tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta' Uffiċjali Oħra, li tiddelega s-setgħat rilevanti ta' awtorità li taħtar lid-Direttur Eżekuttiv u li tiddefinixxi l-kundizzjonijiet skont liema dawn il-delegi ta' setgħat jistgħu jiġu sospiżi. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun awtorizzat li jissottodelega dawn is-setgħat.

Fejn ikun meħtieġ minħabba ċirkustanzi eċċezzjonali, fis-sessjoni plenarja tiegħu, il-Bord, permezz ta’ deċiżjoni, jista’ temporanjament jissospendi d-delega tas-setgħat tal-awtorità tal-ħatra lid-Direttur Eżekuttiv u dawk sottodelegati mid-Direttur Eżekuttiv u jeżerċitahom huwa stess jew jiddelega dawk is-setgħat lil wieħed mill-membri tiegħu jew lil membru tal-persunal li mhuwiex id-Direttur Eżekuttiv.

Artikolu 47 Laqgħa tas-sessjoni plenarja tal-bord

1.           Id-Direttur Eżekuttiv jorganizza laqgħat tas-sessjoni plenarja tal-Bord.

2.           Fis-sessjoni plenarja tiegħu l-Bord ikollu mill-inqas żewġ laqgħat ordinarji fis-sena. Barra minn hekk, huwa jiltaqa' b'inizjattiva tal-President, fuq talba tal-Kummissjoni jew fuq it-talba ta' mill-inqas terz tal-membri tiegħu.

3.           Fis-sessjoni plenarja tiegħu, il-Bord jista’ jistieden osservaturi biex jattendu għall-laqgħat tiegħu fuq bażi ad hoc.

4.           Il-Bord jipprovdi s-segretarjat għas-sessjoni plenarja tal-Bord.

Artikolu 48 Proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet

1.           Fis-sessjoni plenarja tiegħu, il-Bord jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu b’maġġoranza sempliċi tal-membri tiegħu. Madankollu, id-deċiżjonijiet imsemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 47(1) jittieħdu b'maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tiegħu.

2.           Id-Direttur Eżekuttiv jieħu sehem fil-votazzjoni.

3.           Il-Bord jadotta u jippubblika r-regoli ta' proċedura tiegħu. Ir-regoli ta' proċedura jistabbilixxu arranġamenti ta' votazzjoni aktar dettaljati b'mod partikolari ċ-ċirkustanzi li fihom membru jista' jaġixxi f'isem membru ieħor u inkluż, fejn xieraq, ir-regoli rigward il-kworum.

TITOLU III

Sessjoni eżekuttiva tal-Bord

Artikolu 49 Parteċipazzjoni f'sessjonijiet eżekuttivi

1.           Soġġett għall-paragrafi 2 u 3, il-membri tal-Bord msemmija fl-Artikolu 40(1) minn (a) sa (d) jipparteċipaw f’sessjonijiet eżekuttivi tal-Bord.

2.           Meta jiddeliberaw dwar entità msemmija fl-Artikolu 2 jew grupp ta’ entitajiet stabbiliti biss fi Stat Membru parteċipanti wieħed, il-membru maħtur minn dak l-Istat Membru jipparteċipaw ukoll fid-deliberazzjonijiet u fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet b’konformità mal-Artikolu 52(1) u (3).

3.           Meta jiddeliberaw dwar grupp transfruntiera l-membru maħtur mill-Istat Membru li fih tkun tinsab l-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp, kif ukoll il-membri maħtura mill-Istati Membri li fih l-entità jew is-sussidjarja koperta mis-superviżjoni konsolidata tkun stabbilita, jipparteċipaw fid-deliberazzjonijiet u fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet skont l-Artikolu 52(2) u (3).

Artikolu 50 Kompiti

1.           Il-Bord, fis-sessjoni plenarja tiegħu, ikun assistit minn sessjoni eżekuttiva tal-Bord.

2.           Il-Bord, fis-sessjoni eżekuttiva tiegħu:

(a) iħejji deċiżjonijiet li għandhom ikunu adottati mill-Bord fis-sessjoni plenarja tiegħu;

(b) jieħu d-deċiżjonijiet kollha biex ikun implimentat dan ir-Regolament.

Dan jinkludi li:

(i)      jipprovdi lill-Kummissjoni bi kwalunkwe informazzjoni rilevanti, mill-aktar fis possibbli, biex jippermetti lill-Kummissjoni tevalwa u tieħu deċiżjoni motivata skont l-Artikolu 16(6);

(ii)      jiddeċiedi fuq il-Parti II tal-baġit fuq il-Fond tal-Bord.

3.           Meta meħtieġ, minħabba l-urġenza, il-Bord, fis-sessjoni eżekuttiva tiegħu jista’ jieħu ċerti deċiżjonijiet provviżorji f’isem il-Bord fis-sessjoni plenarja tiegħu, b’mod partikolari dwar kwistjonijiet ta’ ġestjoni amministrattiva, inklużi kwistjonijiet baġitarji.

4.           Il-Bord, fis-sessjoni eżekuttiva tiegħu, jiltaqa’ b'inizjattiva tad-Direttur Eżekuttiv jew fuq talba tal-membri tiegħu.

5.           Il-Bord, fis-sessjoni plenarja tiegħu, jistabbilixxi r-regoli ta’ proċedura tal-Bord fis-sessjoni eżekuttiva tiegħu.

Artikolu 51 Teħid ta’ deċiżjonijiet

1.           Meta jiddeliberaw dwar entità individwali jew ta’ grupp stabbiliti biss fi Stat Membru parteċipanti wieħed, il-Bord jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu fis-sessjonijiet eżekuttivi tiegħu b’maġġoranza sempliċi tal-membri parteċipanti tiegħu. F’każ ta’ parità d-Direttur Eżekuttiv ikollu l-vot deċiżiv.

2.           Meta jiddeliberaw fuq grupp transfruntiera, il-Bord jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu fis-sessjonijiet eżekuttivi tiegħu b’maġġoranza sempliċi tal-membri parteċipanti tiegħu. Il-membri tal-Bord msemmija fl-Artikolu 40(2) u l-membru maħtur mill-Istat Membru li fih tkun tinsab l-awtorità ta' riżoluzzjoni fil-livell ta’ grupp ikollhom vot wieħed kull wieħed. Il-membri parteċipanti l-oħra jkollhom dritt tal-vot daqs frazzjoni ta’ vot wieħed u n-numru tal-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni tal-Istati Membri fejn kumpanija sussidjarja jew entità koperta b’superviżjoni konsolidata tkun stabbilita. F’każ ta’ parità d-Direttur Eżekuttiv ikollu l-vot deċiżiv.

3.           Sa ma jintlaħaq il-livell ta' finanzjament immirat imsemmi fl-Artikolu 65, kull membru maħtur minn Stat Membru jkun jista' jitlob għal darba deliberazzjoni ulterjuri tal-Bord fejn deċiżjoni li tkun qed tiġi diskussa taffettwa r-responsabbiltajiet fiskali ta’ dak l-Istat Membru.

4.           Il-Bord, fis-sessjoni eżekuttiva tiegħu, jadotta u jagħmel pubbliċi r-regoli ta’ proċedura għas-sessjonijiet eżekuttiv tiegħu.

Il-laqgħat tal-Bord fis-sessjoni eżekuttiva tiegħu jitlaqqgħu mid-Direttur Eżekuttiv bl-inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba ta’ żewġ membri, u jkun ippresedut mid-Direttur Eżekuttiv. Il-Bord jista’ jistieden osservaturi biex jattendu s-sessjonijiet eżekuttivi tiegħu fuq bażi ad hoc.

TITOLU IV

Direttur Eżekuttiv u Viċi Direttur Eżekuttiv

Artikolu 52 Ħatra u kompiti

1.           Il-Bord jitmexxa minn Direttur Eżekuttiv full-time li ma jkollu l-ebda kariga fil-livell nazzjonali.

2.           Id-Direttur Eżekuttiv ikun responsabbli għal:

(a) jipprepara x-xogħol tal-Bord, fis-sessjonijiet plenarji u eżekuttivi tiegħu, u jlaqqa' u jippresjedi l-laqgħat tiegħu;

(b) kull kwistjoni tal-persunal;

(c) il-kwistjonijiet ta' amministrazzjoni ta' kuljum;

(d) l-implimentazzjoni tal-baġit annwali tal-Bord skont l-Artikolu 59(3);

(e) il-ġestjoni tal-Bord;

(f) l-implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma annwali tal-Bord;

(g) kull sena, id-Direttur Eżekuttiv iħejji abbozz ta’ rapport b’taqsima dwar l-attivitajiet ta' riżoluzzjoni tal-Bord u taqsima dwar il-kwistjonijiet finanzjarji u amministrattivi.

3.           Id-Direttur Eżekuttiv ikun assistit minn Viċi Direttur Eżekuttiv.

Il-Viċi-Direttur Eżekuttiv iwettaq il-funzjonijiet tad-Direttur Eżekuttiv fl-assenza tiegħu.

4.           Id-Direttur Eżekuttiv u l-Viċi Direttur Eżekuttiv jinħatar fuq il-bażi tal-mertu, il-ħiliet, l-għarfien dwar kwistjonijiet bankarji u finanzjarji, u tal-esperjenza rilevanti għas-superviżjoni u r-regolamentazzjoni finanzjarji.

5.           Wara li tisma' lill-Bord, fis-sessjoni plenarja tiegħu, il-Kummissjoni tipproponi lista ta’ kandidati lill-Kunsill għall-ħatra tad-Direttur Eżekuttiv u tal-Viċi Direttur Eżekuttiv. Il-Kunsill jaħtar id-Direttur Eżekuttiv u l-Viċi Direttur Eżekuttiv wara s-seduta tal-Parlament Ewropew.

6.           B’deroga mill-Artikolu 40(2), it-terminu tal-kariga tal-ewwel Viċi Direttur Eżekuttiv maħtur wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament ikun ta’ tliet snin; dan it-terminu jista’ jiġġedded għal darba waħda għal perjodu ta’ ħames snin. Id-Direttur Eżekuttiv u l-Viċi Direttur Eżekuttiv jibqgħu fil-kariga sakemm jinħatru s-suċċessuri tagħhom.

7.           Direttur Eżekuttiv jew Viċi Direttur Eżekuttiv li l-mandat tiegħu ikun ġie estiż ma għandux jipparteċipa fi proċedura ta' għażla oħra għall-istess kariga fi tmiem il-perjodu globali.

8.           Jekk id-Direttur Eżekuttiv jew Viċi Direttur Eżekuttiv ma jkunux għadhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet meħtieġa għall-eżerċizzju tad-dmirijiet tagħhom jew jekk jinsabu ħatja ta’ mġiba ħażina serja, il-Kunsill jista’, fuq proposta mill-Kummissjoni u wara li jikkonsulta mal-Parlament Ewropew, ineħħi lid-Direttur Eżekuttiv jew Viċi Direttur Eżekuttiv mill-kariga.

Artikolu 53 Indipendenza

1.           Id-Direttur Eżekuttiv u l-Viċi Direttur Eżekuttiv jeżerċitaw il-kompiti tagħhom f’konformità mad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni u tal-Bord.

Meta jieħdu sehem fid-deliberazzjonijiet u l-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fil-Bord, id-Direttur Eżekuttiv u l-Viċi Direttur Eżekuttiv la jfittxu li jkollhom struzzjonijiet mill-istituzzjonijiet jew il-korpi tal-Unjoni u lanqas jieħdu tali struzzjonijiet, iżda jesprimu l-opinjonijiet tagħhom u jivvutaw b’mod indipendenti. F’dawk d-deliberazzjonijiet u l-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Viċi Direttur Eżekuttiv ma jkunux taħt l-awtorità tad-Direttur Eżekuttiv.

2.           La l-Istati Membri, u lanqas ebda korp pubbliku jew privat ieħor ma għandu jfittex li jinfluwenza lid-Direttur Eżekuttiv jew lill-Viċi Direttur Eżekuttiv fil-qadi ta’ dmirijiethom.

3.           F’konformità mar-Regolamenti tal-Persunal msemmija fl-Artikolu 78(6), id-Direttur Eżekuttiv u l-Viċi Direttur Eżekuttiv, wara li jitlaq mis-servizz, jibqa’ marbut bid-dover tiegħu li jaġixxi b’integrità u diskrezzjoni fir-rigward tal-aċċettazzjoni ta’ ċerti ħatriet jew benefiċċji.

TITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET FINANZJARJI

Kapitolu 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 54 Riżorsi

Il-Bord għandu jkun responsabbli biex jalloka r-riżorsi finanzjarji u umani meħtieġa għall-eżerċitar tal-kompiti konferiti lilu b’dan ir-Regolament.

Artikolu 55 Baġit

1.           L-estimi tad-dħul u n-nefqa kollha tal-Bord jitħejjew għal kull sena finanzjarja, li tikkorrespondi għas-sena kalendarja, u jidhru fil-baġit tal-Bord.

2.           Id-dħul fil-Baġit tal-Bord ikun ibbilanċjat man-nefqa.

3.           Il-baġit jinkludi żewġ partijiet: Parti I għall-amministrazzjoni tal-Bord u l-Parti II għall-Fond.

Artikolu 56 Parti I tal-baġit dwar l-amministrazzjoni tal-Bord

1.           Id-dħul tal-Parti I tal-baġit jikkonsistu fil-kontributi annwali meħtieġa biex tkun koperta n-nefqa amministrattiva skont l-Artikolu 62 (1)(a).

2.           In-nefqa tal-Parti I tal-baġit tinkludi, tal-anqas, il-kostijiet tal-persunal, ir-remunerazzjoni, l-amministrazzjoni, l-infrastruttura, it-taħriġ professjonali u l-ispiża operazzjonali.

Artikolu 57 Parti II tal-baġit dwar il-Fond

1.           Id-dħul tal-Parti II tal-baġit jikkonsistu, b’mod partikolari, minn dan li ġej:

(a) kontribuzzjonijiet imħallsa minn istituzzjonijiet stabbiliti fi Stati Membri parteċipanti f’konformità mal-Artikolu 62 għajr il-kontribuzzjoni annwali msemmija fl-Artikolu 62(1)(a);

(b) selfiet riċevuti minn arranġamenti ta’ finanzjament ta' riżoluzzjoni oħra fi Stati Membri mhux parteċipanti skont l-Artikolu 68(1);

(c) selfiet riċevuti minn istituzzjonijiet finanzjarji jew partijiet terzi oħra skont l-Artikolu 69;

(d) redditi fuq l-investimenti tal-ammonti miżmuma fil-Fond skont l-Artikolu 70.

2.           In-nefqa tal-Parti II tal-baġit għandha tikkonsisti minn dan li ġej:

(a) spejjeż għall-għanijiet indikati fl-Artikolu 71;

(b) investimenti skont l-Artikolu 70;

(c) imgħax imħallas fuq selfiet riċevuti minn arranġamenti ta’ finanzjament ta' riżoluzzjoni oħra fi Stati Membri mhux parteċipanti skont l-Artikolu 68(1);

(d) imgħax imħallas selfiet riċevuti minn istituzzjonijiet finanzjarji jew partijiet terzi oħra skont l-Artikolu 69.

Artikolu 58 Stabbiliment u implimentazzjoni tal-baġit

1.           Sal-15 ta’ Frar ta’ kull sena, id-Direttur Eżekuttiv iħejji estimi tad-dħul u n-nefqa tal-bord għas-sena segwenti u jibgħatha lill-Bord, fis-sessjoni plenarja tiegħu, għall-approvazzjoni, mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu ta’ kull sena.

2.           Il-baġit tal-Bord ikun adottat fis-sessjoni plenarja tal-Bord fuq il-bażi tad-dikjarazzjoni tal-estimi. Fejn ikun hemm bżonn, dan jiġi aġġustat kif meħtieġ.

3.           Id-Direttur Eżekuttiv jimplimenta l-baġit tal-Bord.

Artikolu 59 Awditjar u kontroll

1.           Funzjoni ta' awditjar intern tiġi stabbilita fil-Bord biex tkun implimentata skont l-istandards internazzjonali rilevanti. L-awditur intern, maħtur mill-bord, ikun responsabbli lejh għall-verifika tal-operat xieraq tas-sistemi ta' implimentazzjoni tal-baġit u tal-proċeduri tal-Bord.

2.           L-awditur intern jagħti parir lill-Bord f'każijiet ta' riskju, billi joħroġ opinjonijiet indipendenti dwar il-kwalità tas-sistemi tal-ġestjoni u l-kontroll u billi jagħti rakkomandazzjonijiet għat-titjib fil-kundizzjonijiet tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet u l-promozzjoni ta' ġestjoni finanzjarja tajba.

3.           Il-Bord huwa responsabbli sabiex jiddaħħlu fis-seħħ sistemi ta' kontroll intern u proċeduri addattati għat-twettiq tal-kompiti tiegħu.

Artikolu 60 Preżentazzjoni tal-kontijiet u l-kwittanza

1.           Id-Direttur Eżekuttiv jaġixxi bħala uffiċjal awtorizzanti.

2.           Sal-1 ta’ Marzu tas-sena finanzjarja segwenti, l-Uffiċjal tal-Kontabilità tal-Bord jibgħat il-kontijiet provviżorji lill-Qorti tal-Awdituri.

3.           Sal-31 ta’ Marzu ta’ kull sena l-Bord, fis-sessjoni eżekuttiva tiegħu, jittrażmetti lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, u lill-Qorti tal-Awdituri l-kontijiet tal-kontijiet provviżorji tal-Bord għas-sena finanzjarja preċedenti.

4.           Malli jirċievi l-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet provviżorji tal-bord, id-Direttur Eżekuttiv ifassal il-kontijiet finali tal-Bord fir-responsabbiltà tiegħu stess, u jibgħathom lill-Bord fis-sessjoni plenarja tiegħu, għall-approvazzjoni.

5.           Sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju wara kull sena finanzjarja, id-Direttur Eżekuttiv, jibgħat il-kontijiet finali lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, u lill-Qorti tal-Awdituri.

6.           Id-Direttur Eżekuttiv jibgħat lill-Qorti tal-Awdituri tweġiba għall-kummenti tagħha sat-30 ta’ Settembru.

7.           Il-kontijiet finali jiġu ppubblikati f'Iil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sal-15 ta’ Novembru tas-sena ta’ wara.

8.           Il-Bord, fis-sessjoni plenarja tiegħu, jagħti r-rilaxx lid-Direttur Eżekuttiv fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit.

9.           Fuq it-talba tal-Parlament Ewropew, id-Direttur Eżekuttiv jippreżentalu kwalunkwe informazzjoni meħtieġa b’rabta mal-kontijiet tal-Bord.

Artikolu 61 Regoli finanzjarji

Wara li jikkonsulta lill-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni u lill-Kummissjoni, il-Bord jadotta dispożizzjonijiet finanzjarji interni li jispeċifikaw, partikolarnent, il-proċedura għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit.

Sa fejn ikun kumpatibbli mal-karatteristiċi partikolari tal-Bord, id-dispożizzjonijiet finanzjarji jkunu ibbażati fuq ir-Regolament Finanzjarju ta’ qafas għal korpi mwaqqfa skont it-TFUE skont l-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni.[26]

Artikolu 62 Kontribuzzjonijiet

1.           Entitajiet imsemmija fl-Artikolu 2 jikkontribwixxu għall-baġit tal-Bord skont ir-Regolament u l-atti delegati fuq kontribuzzjonijiet adottati skont il-paragrafu 5. Il-kontribuzzjonijiet ikunu magħmula minn dan li ġej:

(a) kontribuzzjonijiet annwali meħtieġa biex ikopru nefqa amministrattiva;

(b) kontribuzzjonijiet ex ante annwali neċessarji biex jilħqu livell immirat ta’ finanzjament tal-Fond speċifikat fl-Artikolu 65, ikkalkulat skont l-Artikolu 66;

(c) kontribuzzjonijiet straordinarji ex post, ikkalkulati skont l-Artikolu 67.

2.           L-ammonti tal-kontribuzzjonijiet ikun iffisat f’tali livell li jiżgura li d-dħul fir-rigward tagħhom huwa fil-prinċipju suffiċjenti biex il-baġit tal-Bord jiġi bbilanċjat kull sena u għall-missjonijiet tal-Fond.

3.           Il-Bord jiddetermina, f’konformità mal-atti delegati msemmija fil-paragrafu 5, il-kontribuzzjonijiet dovuti minn kull entità msemmija fl-Artikolu 2 b’deċiżjoni indirizzata lill-entità konċernata. Il-Bord japplika regoli proċedurali, rappurtar u regoli oħra li jiżguraw li l-kontribuzzjonijiet huma mħallsa b’mod sħiħ u f’waqtu.

4.           l-ammonti miġbura skont il-paragrafi 1, 2, 3 jintużaw biss għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.

5.           Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 82 biex:

(a) tiddetermina t-tip ta’ kontribuzzjonijiet u l-kwistjonijiet li għalihom huma dovuti kontribuzzjonijiet, il-mod li bih l-ammont tal-kontribuzzjonijiet huwa kkalkulat, il-mod li bih għandhom jitħallsu;

(b) tispeċifika r-reġistrazzjoni, il-kontabbiltà, ir-rappurtar u regoli oħra neċessarji msemmija fil-paragrafu 3 biex ikun żgurat li l-kontribuzzjonijiet jitħallsu kollha u fil-ħin;

(c) tiddetermina s-sistema tal-kontribuzzjonijiet għall-istituzzjonijiet li ġew awtorizzati joperaw wara li l-Fond ikun laħaq il-livell fil-mira tiegħu;

(d) tiddetermina l-kontributi annwali neċessarju biex ikopri n-nefqa amministrattiv tal-Bord qabel ma jsir kompletament operazzjonali.

Artikolu 63 Miżuri kontra l-frodi

1.           Sabiex tiġi ffaċilitata l-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra skont ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999, fi żmien sitt xhur mill-jum li l-Bord isir operazzjonali, huwa jaderixxi mal-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta' Mejju 1999 dwar l-investigazzjonijiet interni mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) u jadotta d-dispożizzjonijiet xierqa applikabbli għall-personal kollu tal-Bord bl-użu tal-mudell li jidher fl-Anness ma' dak il-Ftehim.

2.           Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri jkollha s-setgħa ta’ awditjar, fuq il-bażi ta’ dokumenti u ta’ żjarat fuq il-post, fuq il-benefiċjarji, il-kuntratturi u s-sottokuntratturi kollha li jkunu rċevew fondi tal-Unjoni mingħand il-Bord.

3.           OLAF jista' jwettaq investigazzjonijiet, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post bil-ħsieb li jiġi stabbilit jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b’rabta ma’ kuntratt iffinanzjat mill-Bord skont id-dispożizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96.

Kapitolu 2

Il-Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni tal-Banek

Taqsima 1

KOSTITUZZJONI TAL-FOND

Artikolu 64 Dispożizzjonijiet ġenerali

1.           Il-Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni tal-Banek huwa b'dan stabbilit.

2.           Il-Bord juża l-Fond biss għall-finijiet li jkun żgurat l-implimentazzjoni effiċjenti tal-għodod u s-setgħat ta' riżoluzzjoni speċifikati fil-Parti II, Titolu I u skont l-objettivi ta' riżoluzzjoni u l-prinċipji li jirregolaw ir-riżoluzzjoni stabbiliti fl-Artikoli 12 u 13. Fl-ebda ċirkustanzi ma għandu l-baġit tal-Unjoni jinżamm responsabbli għal spejjeż jew telf tal-Fond.

3.           Is-sid tal-Fond ikun il-Bord.

Artikolu 65 Livell immirat ta' fondi

1.           F'perjodu mhux itwal minn 10 snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-mezzi finanzjarji disponibbli tal-Fond, jilħqu mill-inqas 1 % tal-ammont tad-depożiti tal-istituzzjonijiet ta' kreditu kollha awtorizzati fl-Istati Mebri parteċipanti li huma ggarantiti skont id-Direttiva 94/19/KE.

2.           Matul il-perjodu inizjali ta’ żmien imsemmi fil-paragrafu 1, kontribuzzjonijiet lill-Fond kkalkulati skont l-Artikolu 66, u ġġenerati f’konformità mal-Artikolu 62 jitqassmu maż-żmien bl-aktar mod ekwu possibbli sakemm jintlaħaq il-livell fil-mira sakemm, skont iċ-ċirkustanzi, jistgħu jkunu antiċipati minħabba kundizzjonijiet tas-suq favorevoli jew l-ħtiġijiet ta’ finanzjament.

3.           Il-Bord jista' jestendi l-perjodu inizjali ta' żmien b'massimu ta' erba' snin fil-każ li l-Fond jagħmel żborzi akkumulati ta' aktar minn 0,5 % tal-ammont totali msemmi fil-paragrafu 1.

4.           Jekk, wara l-perjodu inizjali ta' żmien imsemmi fil-paragrafu 1, il-mezzi finanzjarji disponibbli jonqsu taħt il-livell fil-mira speċifikat fil-paragrafu 1, il-kontribuzzjonijiet ikunu kkalkolati skont l-Artikolu 66 għandhom jiżdiedu sakemm jintlaħaq il-livell fil-mira. Meta l-mezzi finanzjarji disponibbli jammontaw għal anqas minn nofs il-livell fil-mira, il-kontribuzzjonijiet annwali ma jkunux inqas minn kwart tal-livell fil-mira.

5.           Il-Kummissjoni jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelgati skont l-Artikolu 82 biex tispeċifika dan li ġej:

(a) kriterji biex il-kontribuzzjonijiet għall-Fond ikkalkulati skont il-paragrafu 2 jitqassmu tul iż-żmien;

(b) ċirkustanzi li fihom il-pagament tal-kontribuzzjonijiet jista’ jiġi avvanzat skont il-paragrafu 2;

(c) kriterji għad-determinazzjoni tal-għadd ta’ snin li bihom il-perjodu inizjali msemmi fil-paragrafu 1 jista' jkun estiż skont il-paragrafu 3;

(d) kriterji għall-istabbiliment tal-kontribuzzjonijiet annwali provdut għalihom fil-paragrafu 4.

Artikolu 66 Kontribuzzjonijiet ex ante

1.           Il-kontribuzzjoni individwali ta’ kull istituzzjoni jiżdied mill-inqas kull sena u jiġi kkalkolat prorata skont l-ammont tal-obbligazzjonijiet tagħha minbarra l-fondi proprji u d-depożiti koperti, fir-rigward tat-total tal-obbligazzjonijiet, minbarra l-fondi proprji u d-depożiti koperti, tal-istituzzjonijiet kollha awtorizzati fit-territorji tal-Istati Membri parteċipanti.

Din tkun aġġustata proporzjonalment mal-profil tar-riskju ta’ kull istituzzjoni, skont il-kriterji speċifikati fl-atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 94(7) tad-Direttiva [ ].

2.           Il-mezzi finanzjarji disponibbli li għandhom jitqiesu biex jintlaħaq il-livell ta' finanzjament fil-mira speċifikat fl-Artikolu 65 jistgħu jinkludu impenji ta' pagamenti li huma kompletament sostnuti b'kollateral ta’ assi b'riskju baxx mhux ostakolati b'xi drittijiet ta' parti terza, għad-dispożizzjoni ħielsa u allokati għall-użu esklużiv tal-Bord għall-finijiet speċifikati fl-Artikolu 71(1). Is-sehem ta' dawn l-impenji irrevokabbli ta' pagament ma jaqbiżx it-30 % tal-ammont totali ta' kontribuzzjonijiet miġbura skont il-paragarfu 1.

3.           Il-Kummissjoni jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelgati skont l-Artikolu 82 biex tispeċifika dan li ġej:

(a) il-metodu ta’ kalkolu ta’ kontribuzzjonijiet individwali msemmija fil-paragrafu 1;

(b) il-kwalità tal-kollateral li jsostni l-impenji ta' pagament fil-paragrafu 2;

(c) il-kriterji għall-kalkolu tas-sehem tal-impenji ta’ pagament imsemmija fil-paragrafu 2.

Artikolu 67 Kontribuzzjonijiet straordinarji ex post

1.           Meta l-mezzi finanzjarji disponibbli mhumiex suffiċjenti biex ikopru t-telf, il-kostijiet jew spejjeż oħra mġarrba bl-użu tal-Fond, skont l-Artikolu 62 il-Bord jiġbor kontribuzzjonijiet straordinarji ex post mingħand l-istituzzjonijiet awtorizzati fit-territorji tal-Istati Membri parteċipanti, sabiex ikunu koperti l-ammonti addizzjonali. Dawn il-kontribuzzjonijiet straordinarji jiġu allokati bejn l-istituzzjonijiet skont ir-regoli stipulati fl-Artikolu 66.

2.           Skont l-atti delegati msemmija fil-paragrafu 3, il-Bord jista' jeżenta parzjalment jew kompletament istituzzjoni mill-obbligu li tħallas kontribuzzjonijiet ex post skont il-paragrafu 1 jekk it-total tal-pagamenti msemmija fl-Artikolu 66 u fil-paragrafu 1 ta’ dan Artikolu jhedded is-saldu tal-pretensjonijiet ta’ kredituri oħra fuqha. Tali eżenzjoni ma għandhiex issir għal perjodu itwal minn sitt xhur iżda tista' tiġġedded fuq talba tal-istituzzjoni.

3.           Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 82 biex tispeċifika ċ-ċirkustanzi u l-kundizzjonijiet li fihom entità msemmija fl-Artikolu 2 tista' tkun parzjalment jew kompletament eżentata minn kontribuzzjonijiet ex post skont il-paragrafu 2.

Artikolu 68 Self volontarju bejn arranġamenti ta' finanzjament

1.           Il-Bord jista’ jagħmel talba biex jissellef għall-Fond mill-arranġamenti l-oħra kollha ta' finanzjament tar-riżoluzzjonifl-Istati Membri mhux parteċipanti, f’każ li:

(a) l-ammonti miġbura skont l-Artikolu 66 mhumiex suffiċjenti biex ikopru telf, kostijiet jew spejjeż oħra imġarrab bl-użu tal-Fond;

(b) il-kontribuzzjonijiet straordinarji ex post previsti fl-Artikolu 67 mhumiex immedjatament aċċessibbli;

(c) il-mezzi alternattivi ta’ finanzjament previsti fl-Artikolu 69 mhumiex immedjatament aċċessibbli b'kundizzjonijiet raġonevoli.

2.           Dawk l-arranġamenti finanzjarji ta' riżoluzzjoni jiddeċiedu fuq it-tali talba skont l-Artikolu 97 tad-Direttiva [ ]; Il-kundizzjonijiet tas-self ikunu suġġetti għall-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 97(3) ta' dik id-Direttiva [ ].

Artikolu 69 Mezzi alternattivi ta’ finazjament

1.           Il-Bord jista’ jikkuntratta għas-self tal-Fond jew forom oħra ta’ sostenn min istituzzjonijiet finanzjarji jew partijiet terzi oħra, fil-każ li l-ammonti miġbura skont l-Artikoli 66 u 67 mhumiex immedjatament aċċessibbli jew suffiċjenti biex ikopru l-ispejjeż imġarrba mill-użu tal-Fond.

2.           Is-self jew forom oħra ta’ sostenn imsemmija fil-paragrafu 1 ikunu kompletament rkuprati f’konformità mal-Artikolu 62 fil-perjodu ta' maturità tas-selfa.

3.           Kwalunkwe spejjeż imġarrba mill-użu tas-self speċifikat fil-paragrafu 1 jkollhom jinġarru mill-Bord innifsu u mhux mill-baġit tal-Unjoni jew l-Istati Membri parteċipanti.

Taqsima 2

Amministrazzjoni tal-fond

Artikolu 70 Investimenti

1.           Il-Bord jamministra l-Fond u jista’ jitlob lill-Kummissjoni biex twettaq ċerti kompiti relatati mal-amministrazzjoni tal-Fond.

2.           L-ammonti rċevuti mingħand istituzzjoni f'riżoluzzjoni jew istituzzjoni tranżitorja, l-imgħax u gwadann ieħor fuq l-investimenti u kwalunkwe gwadann ieħor ikun biss għall-benefiċċju tal-Fond.

3.           Il-Bord jinvesti l-ammonti miżmuma fil-Fond f’obbligi tal-Istati Membri parteċipanti, jew ta’ organizzazzjonijiet intergovernattivi, jew f'assi likwidi ħafna b'affidabbiltà għolja tal-kreditu. L-investimenti għandhom ikunu ġeografikament diversifikat biżżejjed. Ir-redditu fuq dawk l-investimenti jkun ta' benefiċċju għall-Fond.

4.           Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati dwar ir-regoli dettaljati għall-amministrazzjoni tal-Fond, skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 82.

Taqsima 3

Użu tal-fond

Artikolu 71 Missjoni tal-Fond

1.           Fil-qafas deċiż mill-Kummissjoni, meta jiġu applikati l-għodod tar-riżoluzzjoni fuq l-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 2, il-Bord jista’ jiġi uża l-Fond għall-iskopijiet li ġejjin:

(d) biex jiggarantixxu l-assi jew l-obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, tas-sussidjarji tagħha, tal-istituzzjoni tranżitorja jew ta' vettura tal-immaniġġar tal-assi;

(e) biex jagħtu self lill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, lis-sussidjarji tagħha, lill-istituzzjoni tranżitorja jew lil vettura tal-immaniġġar tal-assi;

(f) biex jinxtraw assi tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni;

(g) biex tingħata kontribuzzjoni għall-kapital tal-istituzzjoni tranżitorja jew tal-mezz tal-immaniġġar tal-assi;

(h) biex jitħallas kumpens lill-azzjonisti jew lill-kredituri jekk, wara evalwazzjoni skont l-Artikolu 17(5), ikunu rċevew inqas, f'pagament għall-krediti tagħhom, minn dak li kienu jirċievu, wara valwazzjoni skont l-Artikolu 17(16), fi stralċ skont proċeduri normali ta’ insolvenza;

(i) biex issir kontribuzzjoni lill-istituzzjoni f'riżoluzzjoni minflok il-kontribuzzjoni li kienet se tinkiseb bit-tnaqqis fil-valur ta’ ċerti kredituri, meta tiġi applikata l-għodda ta' rikapitalizzazzjoni u l-awtorità ta' riżoluzzjoni tiddeċiedi li teskludi ċerti kredituri minn l-ambitu tar-rikapitalizzazzjoni skont l-Artikolu 24(3);

(j) biex tittieħed kwalunkwe kombinazzjoni ta' azzjonijiet imsemmija fil-punti minn (a) sa (f).

2.           Il-Fond jista' jintuża sabiex jittieħdu l-azzjonijiet imsemmija fil-punti minn (a) sa (g) anki fir-rigward tax-xerrej fil-kuntest tal-għodda tal-bejgħ tal-operat.

3.           Il-Fond ma għandux jintuża direttament biex jassorbi t-telf ta’ istituzzjoni jew entità msemmija fl-Artikolu 2 jew biex tiġi rikapitalizzata istituzzjoni jew entità msemmija fl-Artikolu 2. F’każ li l-użu tal-arranġament ta’ finanzjament tar-riżoluzzjoni għall-finijiet fil-paragrafu 1 indirettament, iwassal biex parti mit-telf ta’ istituzzjoni jew entità msemmija fl-Artikolu 2 jgħaddi fuq il-Fond, għandhom japplikaw il-prinċipji li jirregolaw l-użu tal-arranġament ta’ finanzjament tar-riżoluzzjoni stabbiliti fl-Artikolu 24.

4.           Il-Bord ma jistax iżomm il-kapital li ssir kontribuzzjoni għalih skont il-punt (f) tal-paragrafu 1 għal perjodu li jaqbeż il-ħames snin.

Artikolu 72 Mutwalizzazzjoni ta' arranġamenti nazzjonali ta' finanzjament fil-każ ta' riżoluzzjoni ta' grupp  li tinvolvi istituzzjonijiet fi Stati Membri mhux parteċipanti

Fil-każ ta’ riżoluzzjoni ta’ grupp li tinvolvi istituzzjonijiet awtorizzati fi Stat Membru parteċipanti wieħed jew aktar minn naħa waħda, u istituzzjonijiet awtorizzati fi Stat Membru mhux parteċipanti wieħed jew aktar min-naħa l-oħra, il-Fond għandu jikkontribwixxi għall-finanzjament tar-riżoluzzjoni tal-grupp skont id-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 98 tad-Direttiva [ ].

Artikolu 73 Użu tal-iskemi ta' garanzija tad-depożiti fil-kuntest ta' riżoluzzjoni

1.           L-Istati Membri parteċipanti għandhom jiżguraw li, meta l-Bord jieħu azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni, u sakemm dawn l-azzjonijiet jiżguraw li d-depożituri jibqa' jkollhom aċċess għad-depożiti tagħhom, l-iskema ta’ garanzija tad-depożiti li l-istituzzjoni tkun affiljata magħha għandha tkun responsabbli għall-ammonti speċifikati fl-Artikolu 99(1) u (4) tad-Direttiva [ ].

2.           Id-determinazzjoni tal-ammont li l-iskema ta' garanzija tad-depożiti hija responsabbli għalih skont il-paragrafu 1 għandha tkun konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 17.

3.           Qabel ma jiddeċiedi, skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-ammont li l-iskema ta’ garanzija tad-depożiti hija responsabbli għalih f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 39(3)(d) tad-Direttiva [ ], il-Bord għandu jikkonsulta mill-iskema ta’ garanzija tad-depożiti konċernata, b’kunsiderazzjoni sħiħa tal-urġenza tal-kwistjoni.

4.           Fil-każ li r-riżorsi ta’ skema ta’ garanzija tad-depożiti ma jkunux suffiċjenti biex ikopru l-pagamenti li għandhom isiru lid-depożituri, u riżorsi oħra ma jkunux disponibbli minnufih mill-Istat Membru parteċipanti rilevanti, il-Fond jista’ jsellef ir-riżorsi meħtieġa lill-iskema ta’ garanzija tad-depożiti sakemm il-kundizzjonijiet kollha fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 94/19/KE ikunu ssodisfati.

TITOLU VI

Dispożizzjonijiet oħra

Artikolu 74 Privileġġi u immunitajiet

Il-Protokoll (Nru 7) dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandu japplika għall-Bord u għall-persunal tiegħu.

Artikolu 75 Lingwi

1.           Ir-Regolament tal-Kunsill Nru 1[27] japplika għall-Bord.

2.           Il-Bord jiddeċiedi dwar l-arranġamenti lingwistiċi interni tal-Bord.

3.           Il-Bord jista’ jiddeċiedi liema lingwi uffiċjali juża meta jibgħat dokumenti lill-istituzzjonijiet jew lill-korpi tal-Unjoni.

4.           Il-Bord jista’ jiftiehem ma’ kull awtorità nazzjonali tar-riżoluzzjoni dwar il-lingwa jew il-lingwi li bihom għandhom jiġu abbozzati d-dokumenti li jridu jintbagħtu lil jew mill-awtoritajiet nazzjonali tar-riżoluzzjoni.

5.           Is-servizzi ta' traduzzjoni meħtieġa għat-tħaddim tal-Bord għandhom jiġu pprovduti miċ-Ċentru tat-Traduzzjoni tal-korpi tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 76 Persunal tal-Bord

1.           Ir-Regolamenti tal-Persunal u l-kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra u r-regoli adottati bi ftehim bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni li jagħtu effett lil dawn ir-Regolamenti tal-Persunal u l-kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra, għandhom japplikaw għall-persunal tal-Bord, inkluż id-Direttur Eżekuttiv u tal-Viċi Direttur Eżekuttiv.

2.           Il-Bord, bi ftehim mal-Kummissjoni, jadotta regoli ta' implimentazzjoni xierqa biex jimplimenta r-Regolamenti tal-Persunal u l-kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra skont l-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal.

Artikolu 77 Skambju tal-persunal

1.           Il-Bord jista’ juża esperti nazzjonali sekondati jew persunal ieħor mhux impjegat mill-Bord.

2.           Il-Bord fis-sessjoni plenarja tiegħu jadotta deċiżjoni xierqa li tistabbilixxi r-regoli dwar l-iskambju u s-sekondar ta' persunal minn u fost l-awtoritajiet nazzjonali tar-riżoluzzjoni tal-Istati Membri parteċipanti mal-Bord.

3.           Il-Bord jista' jistabbilixxi timijiet interni ta' riżoluzzjoni magħmula minn persunal ta' awtoritajiet nazzjonali tar-riżoluzzjoni tal-Istati Membri parteċipanti.

Artikolu 78 Skambju tal-persunal

1.           Ir-responsabbiltà kuntrattwali tal-Bord tkun regolata mil-liġi applikabbli għall-kuntratt konċernat.

2.           Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jkollha l-ġurisdizzjoni taqta' sentenzi skont kwalunkwe klawżola ta’ arbitraġġ li jkun hemm f’kuntratt konkluż mill-Bord.

3.           Fil-każ ta’ responsabbiltà mhux kuntrattwali, il-Bord, f’konformità mal-prinċipji ġenerali komuni għal-liġijiet li jikkonċernaw ir-responsabbilità tal-awtoritajiet pubbliċi tal-Istati Membri, jagħmel tajjeb għal kwalunkwe ħsara li tiġi kkawżata minnu jew mill-persunal tiegħu fit-twettiq ta’ dmirijiethom, b’mod partikolari l-funzjonijiet tagħhom ta’ riżoluzzjoni, inklużi atti u ommissjonijiet b’sostenn għal proċedimenti barranin ta’ riżoluzzjoni.

4.           Il-Bord jikkumpensa awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni għad-danni li jkun ġie kkundannat iħallas minn qorti nazzjonali, jew li jkun, bi ftehim mal-Bord, intrabat li jħallas skont ftehim bonarju, li huma l-konsegwenzi ta’ att jew ommissjoni mwettqa minn dik l-awtorità nazzjonali tar-riżoluzzjoni matul kwalunkwe riżoluzzjoni skont dan ir-Regolament, sakemm dak l-att jew l-ommissjoni ma tikkostitwixxix ksur tal-liġi tal-Unjoni, dan ir-Regolament, Deċiżjoni tal-Kummissjoni jew Deċiżjoni tal-Bord, jew ikkostitwixxiet żball serju u manifestanti ta’ ġudizzju għaqli.

5.           Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jkollha l-ġuriżdizzjoni fi kwalunkwe tilwima marbuta mal-paragrafi 3 u 4. Il-proċedimenti fi kwistjonijiet li jinħolqu minn responsabbiltà mhux kuntrattwali għandhom jiġu preskritti wara perjodu ta' ħames snin minn meta jiġri l-fatt li jagħti lok għalihom.

6.           Ir-responsabbiltà personali tal-persunal tiegħu lejn il-Bord għandha tkun irregolata mid-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolamenti tal-Persunal jew il-kundizzjonijioet tal-Impjieg li japplikaw għalihom.

Artikolu 79 Segretezza professjonali u skambju ta’ informazzjoni

1.           Il-membri tal-Bord, il-persunal tal-Bord u l-persunal ta' skambju ma’ jew sekondat minn Stati Membri parteċipanti li jwettqu dmirijiet ta' riżoluzzjoni, anki meta jintemmu dmirijiethom, ikunu soġġetti għar-rekwiżiti tas-sigriet professjonali skont l-Artikolu 339 TFUE u d-dispożizzjonijiet rilevanti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, anki wara li dmirijiethom ikunu spiċċaw.

2.           Il-Bord għandu jiżgura li individwi li jipprovdu kwalunkwe servizz, direttament jew indirettament, b’mod permanenti jew okkażjonalment, relatati mal-qadi ta’ dmirijiethom ikunu soġġetti għal rekwiżiti ekwivalenti tas-sigriet professjonali.

3.           Għall-fini tat-twettiq tal-kompiti kkonferiti lilu b’dan ir-Regolament, il-Bord ikun awtorizzat, fil-limiti u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-atti rilevanti tal-liġi tal-Unjoni, jiskambja informazzjoni ma’ awtoritajiet u korpi nazzjonali jew Ewropej fil-każijiet fejn il-liġi rilevanti tal-Unjoni tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jiddivulgaw informazzjoni lil dawk l-entitajiet jew fejn l-Istati Membri jistgħu jipprovdu għat-tali divulgazzjoni skont il-liġi rilevanti tal-Unjoni.

Artikolu 80 Trasparenza

1.           Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [28] japplika għad-dokumenti miżmuma mill-Bord.

2.           Il-Bord, fi żmien sitt xhur mid-data tal-ewwel laqgħa tiegħu, jadotta r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001.

3.           Id-Deċiżjonijiet meħudin mill-Bord skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 jistgħu jkunu s-soġġett ta’ lment lill-Ombudsman jew ta’ azzjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, wara appell lill-Awtorità tal-Appell, kif ikun xieraq, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 228 u 263 TFUE rispettivament.

4.           L-ipproċessar tad-dejta personali mill-Bord ikun soġġett għar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [29]. L-ipproċessar tad-dejta personali mill-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni jkun soġġett għad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[30].

Artikolu 81 Regoli ta' sigurtà dwar il-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata u informazzjoni sensittiva mhux klassifikata

Il-Bord japplika l-prinċipji tas-sigurtà li jinsabu fir-regoli tas-sigurtà tal-Kummissjoni għall-protezzjoni tal-Informazzjoni Klassifikata tal-Unjoni Ewropea (EUCI), u ta' informazzjoni sensittiva mhux klassifikata, kif stabbilit fl-anness tad-Deċiżjoni 2001/844/KE/KE, KEFA, Euratom. L-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sigurtà tinkludi l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet għall-iskambju, l-ipproċessar u l-ħżin ta’ informazzjoni bħal din.

PARTI IV SETGĦAT TA' EŻEKUZZJONI U DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 82 Eżerċizzju tad-delega

1.           Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa tadotta atti ddelegati bil-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Artikolu.

2.           Id-delega ta’ setgħat tingħata għal perjodu ta’ żmien mhux determinat mid-data msemmija fl-Artikolu 88.

3.           Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikoli 62(5), 65(5), 66(3), 67(3) u 70(4) tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata fid-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Hija ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkunu diġà fis-seħħ.

4.           Malli tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.           Att delegat adottat skont l-Artikoli 62(5), 65(5), 66(3), 67(3) u 70(4) jidħol fis-seħħ biss jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ma jkunux oġġezzjonaw għalih fi żmien xahrejn minn meta dak l-att ikun ġie nnotifikat lilhom jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn ikunu għarrfu lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw għalih. Dan il-perjodu taż-żmien jiġi estiż b’xahrejn b'inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 83 Reviżjoni

1.           Sal-31 ta’ Diċembru 2016, u sussegwentement kull ħames snin minn hemm ’il quddiem, il-Kummissjoni tippubblika rapport dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, b’enfasi speċjali fuq il-monitoraġġ l-impatt potenzjali fuq il-funzjonament bla xkiel tas-suq intern. Dan ir-rapport jivvaluta:

(a) il-funzjonament tal-MUR u l-impatt tal-attivitajiet tiegħu ta' riżoluzzjoni fuq l-interessi tal-Unjoni kollha kemm hi u fuq il-koerenza u l-integrità tas-suq intern fis-servizzi finanzjarji, inkluż l-impatt possibbli tiegħu fuq l-istrutturi tas-sistemi bankarji nazzjonali fi ħdan l-Unjoni, u dwar l-effettività tal-arranġamenti tal-kooperazzjoni u l-qsim tal-informazzjoni fil-MUR, bejn l-MUR u l-MSU, u bejn il-MUR u l-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali ta’ Stati Membri mhux parteċipanti;

(b) l-effikaċja tal-arranġamenti ta’ indipendenza u responsabbiltà;

(c) l-interazzjoni bejn il-Bord u l-Awtorità Bankarja Ewropea;

(d) l-interazzjoni bejn il-Bord u l-awtoritajiet nazzjonali tar-riżoluzzjoni tal-Istati Membri mhux parteċipanti u l-effetti ta’ MUR fuq dawn l-Istati Membri.

2.           Ir-rapport jintbagħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Il-Kummissjoni tagħmel proposti ta’ akkumpanjament, skont kif ikun xieraq.

Artikolu 84 Emenda għar-Regolament (UE) Nru 1093/2010

Ir-Regolament (KE) Nru 1093/2010 huwa emendat kif ġej:

1.           Fl-Artikolu 4, il-punt (2) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“(2) 'awtoritajiet kompetenti' tfisser:

(i)      awtoritajiet kompetenti kif iddefinit fil-punt 40 tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva 2007/64/KE u kif imsemmi fid-Direttiva 2009/110/KE;

(ii)      fir-rigward tad-Direttivi 2002/65/KE u 2005/60/KE, l-awtoritajiet kompetenti tfisser l-awtoritajiet kompetenti biex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti ta’ dawk id-Direttivi mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu u dawk finanzjarji;

(iii)     f'dak li jirrigwarda l-iskemi ta' garanzija ta' depożiti, il-korpi li jamministraw skemi ta' garanzija ta' depożiti skont id-Direttiva 94/19/KE, jew meta l-operat tal-iskema ta' garanzija tad-depożiti tkun amministrata minn kumpanija privata, l-awtorità pubblika li tagħmel superviżjoni ta' dawk l-iskemi skont dik id-Direttiva; u

(iv)     fir-rigward 62(5), 65(5), 66(3), 67(4) u 70(4), l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni kif definit f’Artikolu 3 ta’ dik id-Direttiva u l-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni stabbilit bir-Regolament (UE) Nru.../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

2.           Fl-Artikolu 25, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

"1a.    L-Awtorità tista' torganizza u twettaq rieżamijiet bejn il-pari tal-iskambju ta' informazzjoni u tal-attivitajiet konġunti tal-Bord imsemmi fir-Regolament tal-MUR u awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni tal-Istati Membri mhux parteċipanti fil-MUR fir-riżoluzzjoni ta' gruppi transfruntieri biex issaħħaħ l-effikaċja u l-konsistenza tal-eżiti. Għal dak il-għan, l-Awtorità tiżviluppa metodi biex ikunu jistgħu jsiru valutazzjoni u paraguni oġġettivi."

3.           Fl-Artikolu 40(6), it-tielet subparagrafu li ġej huwa miżjud:

“Għall-fini li jaġixxi fil-kamp ta' applikazzjoni ta’ 62(5), 65(5), 66(3), 67(4) u 70(4), id-Direttur Eżekuttiv tal-Bord Ewropew tar-Riżoluzzjoni jkun osservatur fil-Bord tas-Superviżuri.”

Artikolu 85 Sostituzzjoni tal-arranġamenti nazzjonali għall-finanzjament tar-riżoluzzjoni

Mid-data tal-applikazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 88, il-Fond jitqies li huwa l-arranġament ta’ finanzjament tar-riżoluzzjonijiet tal-Istati Membri parteċipanti skont it-Titolu VII tad-Direttiva [ ].

Artikolu 86 Ftehim dwar l-uffiċċji prinċipali u l-kundizzjonijiet operazzjonali

1.           L-arranġamenti meħtieġa dwar l-akkomodazzjoni li għandha tiġi pprovduta lill-Bord fl-Istat Membru ospitanti u l-faċilitajiet li għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni minn dak l-Istat Membru flimkien mar-regoli speċifiċi applikabbli fl-Istat Membru ospitanti għad-Direttur Eżekuttiv, il-membri tal-Bord fis-sessjoni plenarja tiegħu, il-persunal tal-Bord u l-membri tal-familji tagħhom għandhom jiġu stabbiliti fi Ftehim dwar l-Uffiċċju Prinċipali bejn il-Bord u l-Istat Membru ospitanti, konkluż wara li tinkiseb l-approvazzjoni tal-Bord fis-sessjoni plenarja tiegħu u mhux aktar tard minn sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

2.           L-Istat Membru ospitanti tal-Bord jipprovdi l-aħjar kundizzjonijiet possibbli biex jiżgura l-funzjonament tal-Bord, inklużi skejjel multilingwi, b’orjentazzjoni Ewropea u konnessjonijiet xierqa tat-trasport.

Artikolu 87 Bidu tal-attivitajiet tal-Bord

1.           Il-Bord isir kompletament operattiv sal-1 ta’ Jannar 2015.

2.           Il-Kummissjoni tkun responsabbli għat-twaqqif u l-operat inizjali tal-Bord sakemm il-Bord ikollu l-kapaċità operazzjonali biex jimplimenta l-baġit tiegħu stess. Għal dak il-għan:

(a) sa meta d-Direttur Eżekuttiv jibda l-kompiti tiegħu wara l-ħatra tiegħu mill-Kunsill f'konformità mal-Artikolu 53, il-Kummissjoni tista' taħtar uffiċjal tal-Kummissjoni biex jaġixxi bħala Direttur Eżekuttiv interim u jeżerċita l-doveri assenjati lid-Direttur Eżekuttiv;

(b) b’deroga mill-Artikolu 47(1)(i) u sakemm tiġi adottata deċiżjoni kif imsemmi fl-Artikolu 47(2), id-Direttur Eżekuttiv interim jeżerċita s-setgħat tal-awtorità tal-ħatra;

(c) il-Kummissjoni tista’ toffri għajnuna lill-Bord, b’mod partikolari billi tissekonda uffiċjali tal-Kummissjoni biex iwettqu l-attivitajiet tal-aġenzija fir-responsabbiltà tad-Direttur Eżekuttiv interim jew tad-Direttur Eżekuttiv;

(d) il-Kummissjoni tiġbor il-kontribuzzjonijiet annwali msemmija fl-Artikolu 62(5)(d) f’isem il-Bord.

3.           Id-Direttur Eżekuttiv interim jista’ jawtorizza l-pagamenti kollha koperti mill-approprjazzjonijiet imdaħħla fil-baġit tal-Bord u jista’ jikkonkludi kuntratti, inklużi kuntratti tal-persunal.

Artikolu 88 Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikoli minn 7 sa 23 u l-Artikoli minn 25 sa 38 japplikaw mill-1 ta' Jannar 2015.

L-Artikolu 24 għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2018.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew                           Għall-Kunsill

Il-President                                                    Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.           QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

              1.1.    Titolu tal-proposta/inizjattiva:

              1.2.    Il-qasam/l-oqsma politiku/politiċi kkonċernati fl-istruttura ABM/ABB

              1.3.    Natura tal-proposta/inizjattiva

              1.4.    Għan(ijiet)

              1.5.    Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

              1.6.    Durata u impatt finanzjarju:

              1.7.    Metodu/i ta’ ġestjoni previst(i)

2.           MIŻURI TA’ ĠESTJONI

              2.1.    Ir-regoli ta’ monitoraġġ u rappurtar

              2.2.    Is-sistema ta’ ġestjoni u kontroll

              2.3.    Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet:

3.           STIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

              3.1.    Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linja/i tal-baġit tan-nefqa affettwata

              3.2.    Stima tal-impatt fuq in-nefqa

              3.2.1. Sinteżi tal-impatt stmat fuq in-nefqa

              3.2.2. L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

              3.2.3. L-impatt stmat fuq approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

              3.2.4. Il-kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali

              3.2.5. Kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi

              3.3.    Impatt stmat fuq id-dħul

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.           QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

1.1.        Titolu tal-proposta/inizjattiva:

Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni tal-Banek

1.2.        Il-qasam/l-oqsma politiku/politiċi kkonċernati fl-istruttura ABM/ABB[31]

Suq intern – Swieq Finanzjarji

1.3.        Natura tal-proposta/inizjattiva

þ Il-proposta/l-inizjattiva għandha x’taqsam ma’ azzjoni ġdida

¨ Il-proposta/inizjattiva tirrigwarda azzjoni ġdida li ssegwi proġett pilota/azzjoni ta' tħejjija[32]

¨ Il-proposta/inizjattiva hija relatata mal-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti

¨ Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ridiretta lejn azzjoni ġdida

1.4.        Għan(ijiet)

1.4.1.     L-objettiv(i) strateġiku/strateġiċi multiannwali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/inizjattiva

· Jissaħħaħ is-suq intern għas-servizzi bankarji filwaqt li jinżammu kundizzjonijiet ekwi.

· Tinżamm l-istabbiltà finanzjarja u l-fiduċja fil-banek, tiġi żgurata l-kontinwità ta' servizzi finanzjarji essenzjali, jiġi evitat il-kontaġju tal-problemi.

· Jiġi mminimizzat it-telf għas-soċjetà kollha u partikolarment għall-kontribwenti, jiġu protetti d-depożituri, u jitnaqqas il-periklu morali.

1.4.2.     L-objettiv(i) speċifiku/speċifiċi u l-attività(jiet) ABM/ABB ikkonċernata/ikkonċernati

Fid-dawl tal-objettivi ġenerali ta’ hawn fuq, ġew stabbiliti l-objettivi speċifiċi li ġejjin:

Preparazzjoni u prevenzjoni:

· żieda fit-tħejjija tas-superviżuri u l-banek għal sitwazzjonijiet ta' kriżi u

· l-kapaċità li jiġu riżolti l-banek kollha

Intervent bikri:

· jitjiebu l-arranġamenti ta' intervent bikri għas-superviżuri tal-banek.

Risoluzzjoni bankarja:

· tiġi żgurata r-riżoluzzjoni tal-banek li huma soġġetti għal mekkaniżmu superviżorju uniku fil-waqt u b'mod robust;

· tiġi żgurata ċ-ċertezza legali għall-partijiet interessati f'riżoluzzjoni bankarja

Finanzjament:

· jinħoloq fond ta’ riżoluzzjoni bankarja uniku, li jista’ effettivament jassorbi telf ġeografikament assimetriku fis-sistema bankarja tal-Unjoni;

· jiġi żgurat li r-riżoluzzjoni ta’ banek li qed ifallu tkun kompletament koperta minn kontribuzzjonijiet mill-istituzzjonijiet finanzjarji, wara li tkun seħħet rikapitalizzazzjoni interna mill-azzjonisti u l-kredituri.

1.4.3.     Riżultat(i) u impatt mistenni

· Biex jitkisser iċ-ċirku vizzjuż bejn l-istati sovrana u tal-banek tagħhom.

· Biex in-negozji kollha fl-unjoni bankarja kollha jiġu pprovduti b’kundizzjonijiet u aċċess ekwi għall-finanzjament mill-banek.

· Biex jiġi mminizzat it-telf tad-depożituri, il-gvernijiet u l-kontribwenti minħabba l-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ banek kbar u sistemikament importanti.

1.4.4.     L-indikaturi tar-riżultati u l-impatt

· Il-firxa bejn il-bonds sovrani fit-tul bejn l-Istati Membri.

· Għadd ta’ banek li għaddejjin minn riżoluzzjoni.

· Il-kost tar-riżoluzzjonijiet bankarji, inklużi pagamenti minn fond uniku ta’ riżoluzzjoni.

· Tibdil fil-proporzjon ta' dejn li jista' jiġi rikapitalizzat internament fil-banek.

1.5.        Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

1.5.1.     Rekwiżit(i) li għandu/hom jiġi/u ssodisfat(i) fi żmien qasir jew twil

Kif deskritt fil-Pjan ta’ Azzjoni tal-Kummissjoni għal Unjoni Ekonomika u Monetarja Profonda u Ġenwina u fir-rapport tal-Erba’ Presidenti fl-2012, qafas finanzjarju integrat jew “Unjoni Bankarja” hija parti vitali mill-miżuri ta' politika li jpoġġu lill-Ewropa lura fit-triq lejn l-irkupru ekonomiku u t-tkabbir. Reazzjonijiet nazzjonali mhux koordinati għall-falliment tal-banek intensifikaw l-frammentazzjoni tas-suq intern tas-self u l-finanzjament. Bħala riżultat it-twettiq ta’ politika monetarja komuni huwa mfixkel u d-delimitazzjoni tipperikola s-self lin-negozji u lill-konsumaturi.

Dan huwa partikolarment ta’ ħsara fiż-Żona tal-Euro. Bi ftit li xejn possibbiltà li jużaw għodod monetarji biex tittrattaw id-dgħufijiet fis-settur bankarju, id-dipendenza fuq ir-riżorsi fiskali nazzjonali fl-immaniġġar tal-fallimenti ta' banek tkompli torbot il-banek u l-gvernijiet f'ċirku vizzjuż. In-negozji fi Stati Membri b’kapaċità perċepita baxxa li jasalvaw banek f’diffikultà li fit-territorju tagħhom jinsabu fi żvantaġġ kompetittiv qawwi. Barra minn hekk u kif jidher fil-kriżi, minħabba dubji u rabtiet finanzjarji, il-problemi f’xi Stati Membri taż-Żona tal-Euro malajr jistgħu jinfirxu fi oħrajn, li s-swieq jipperċepuwhom bħala vulnerabbli għal riskji simili.

Il-Kunsill Ewropew iddikjara fil-konklużjonijiet tiegħu ta’ Diċembru 2012 li “F’kuntest fejn is-superviżjoni tal-banek effettivament titresaq lejn mekkaniżmu superviżorju uniku, se jkun meħtieġ mekkaniżmu uniku ta’ riżoluzzjoni, bis-setgħat meħtieġa biex jiżgura li kwalunkwe bank fl-Istati Membri parteċipanti jkun jista’ jiġi riżolut bl-għodod adegwati”.

Progress mgħaġġel lejn Unjoni Bankarja huwa indispensabbli biex tiġi żgurata l-istabbiltà finanzjarja u t-tkabbir fiż-Żona tal-Euro. Billi tibni fuq il-qafas regolatorju b’saħħtu komuni għat-28 membru tas-suq intern (sett ta' regoli wieħed), il-Kummissjoni Ewropea ħadet approċċ inklużiv u pproponiet pjan direzzjonali għall-Unjoni Bankarja bi strumenti u passi differenti, potenzjalment miftuħa għall-Istati Membri kollha iżda fi kwalunkwe każ li jinkludi s-17 attwalment fiż-Żona tal-Euro.

L-ewwel pass, il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (MSU) għal banek fiż-Żona tal-Euro u dawk fl-Istati Membri li jixtiequ jingħaqdu jagħti setgħat lill-BĊE biex jeżerċita kompiti superviżorji ewlenin fuq dawn il-banek.

Aspett ewlieni ieħor tal-Unjoni Bankarja, il-proposta għal Direttiva li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti tal-investiment (id-Direttiva tal-Irkupru u r-Riżoluzzjoni tal-Banek) adottata fl-2012 qiegħda attwalment tiġi nnegozjata mill-koleġiżlaturi. Id-Direttiva tal-Irkupru u r-Riżoluzzjoni tal-Banek se tistabbilixxi r-regoli ta’ kif se jitwettqu r-riżoluzzjonijiet madwar is-suq intern u tipprovdi lill-awtoritajiet nazzjonali tar-riżoluzzjoni b’setgħat u proċeduri li jippermettu r-riżoluzzjoni tal-banek.

F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew, l-integrazzjoni tas-swieq bankarji tal-Unjoni teħtieġ mekkaniżmu ta’ riżoluzzjoni għaż-Żona tal-Euro kollha biex jindirizza l-banek f’diffikultà u b’hekk jiġi mmaniġġat ir-riskju tal-kontaġju sabiex tiġi ssalvagwardjata l-istabbiltà finanzjarja fiż-Żona tal-Euro, għall-ġid tas-suq intern kollu.

Skont il-pjan ta' azzjoni tal-Kummissjoni tal-2012, l-objettiv fit-tul huwa li tinbena Unjoni Bankarja għall-banek fl-Istati Membri kollha. Superviżjoni diretta mill-BĊE flimkien ma’ mekkaniżmu uniku ta’ riżoluzzjoni għall-banek u skemi ta’ garanzija tad-depożiti effettivi u solidi fl-Istati Membri kollha se jikkontribwixxu biex tinżamm il-fiduċja fl-istabbiltà sostenibbli tal-Unjoni.

1.5.2.     Valur miżjud tal-involviment tal-UE

Skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà stabbilit fl-Artikolu 5.3 TFUE, fl-oqsma li ma jaqgħux fil-kompetenza esklużiva tagħha, l-Unjoni għandha taġixxi biss jekk u sa fejn l-objettivi tal-azzjoni proposta ma jkunux jistgħu jinkisbu biżżejjed mill-Istati Membri, la fil-livell ċentrali u lanqas fil-livell reġjonali u lokali, iżda jkunu jistgħu, minħabba l-iskala jew l-effetti tal-azzjoni proposta, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni.

Azzjoni fil-livell Ewropew biss tista’ tiżgura li l-banek li qed ifallu jiġu riżolti b’mod mhux diskriminatorju u skont sett uniku ta’ regoli biex jitjieb il-funzjonament tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja u li tas-suq intern. Minkejja l-integrazzjoni profonda tas-settur bankarju tal-Unjoni, differenzi sostanzjali bejn id-deċiżjonijiet ta' riżoluzzjoni meħuda f'livell nazzjonali jistgħu jirriżultaw f’riskji mhux aċċettabbli għall-istabbiltà finanzjarja.

Il-munita unika titlob sorveljanza u riżoluzzjoni uniku tal-banek fiż-Żona tal-Euro sabiex tiġi evitata frammentazzjoni ekonomika qerrieda. Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni jkun aktar effiċjenti minn netwerk ta’ awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni, b’mod partikolari fir-rigward tal-gruppi bankarji transfruntieri li fil-konfront tagħhom huma kruċjali l-ħeffa u l-koordinazzjoni biex jiġu minimizzati l-kostijiet u biex terġa' tinkiseb il-fiduċja. Dan se jġib miegħu wkoll ekonomiji ta’ skala sinifikanti, u jevita l-esternalitajiet negattivi li jistgħu jirriżultaw minn deċiżjonijiet purament nazzjonali.

1.5.3.     Il-kompatibbiltà u s-sinerġija possibbli ma’ strumenti oħra xierqa

L-ewwel pass, il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (MSU) għal banek fiż-Żona tal-Euro u dawk fl-Istati Membri li jixtiequ jingħaqdu jagħti setgħat lill-BĊE biex jeżerċita kompiti superviżorji ewlenin fuq dawn il-banek.

Aspett ewlieni ieħor tal-Unjoni Bankarja, il-proposta għal Direttiva li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti tal-investiment (id-Direttiva tal-Irkupru u r-Riżoluzzjoni tal-Banek) adottata fl-2012 qiegħda attwalment tiġi nnegozjata mill-koleġiżlaturi. Id-Direttiva tal-Irkupru u r-Riżoluzzjoni tal-Banek se tistabbilixxi r-regoli ta’ kif se jitwettqu r-riżoluzzjonijiet madwar is-suq intern u tipprovdi lill-awtoritajiet nazzjonali tar-riżoluzzjoni b’setgħat u proċeduri li jippermettu r-riżoluzzjoni tal-banek.

F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew, l-integrazzjoni tas-swieq bankarji tal-Unjoni teħtieġ mekkaniżmu ta’ riżoluzzjoni għaż-Żona tal-Euro kollha biex jindirizza l-banek f’diffikultà u b’hekk jiġi mmaniġġat ir-riskju tal-kontaġju sabiex tiġi ssalvagwardjata l-istabbiltà finanzjarja fiż-Żona tal-Euro, għall-ġid tas-suq intern kollu.

Skont il-pjan ta' azzjoni tal-Kummissjoni tal-2012, l-objettiv fit-tul huwa li tinbena Unjoni Bankarja għall-banek fl-Istati Membri kollha. Superviżjoni diretta mill-BĊE flimkien ma’ mekkaniżmu uniku ta’ riżoluzzjoni għall-banek u skemi ta’ garanzija tad-depożiti effettivi u solidi fl-Istati Membri kollha se jikkontribwixxu biex tinżamm il-fiduċja fl-istabbiltà sostenibbli tal-Unjoni.

1.6.        Durata u impatt finanzjarju:

¨ Proposta/inizjattiva ta’ tul ta’ żmien limitat

– ¨  Proposta/inizjattiva fis-seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS

– ¨  Impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS

þ Proposta/inizjattiva ta’ tul ta' żmien illimitata

– Implimentazzjoni b’perjodu tal-bidu mill-2014 sal-aħħar tal-2014,

– segwita b’operazzjoni sħiħa.

1.7.        Il-mod(i) ta’ mmaniġġar ppjanat(i)[33]

¨ Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

– ¨ mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

– þ  mill-aġenziji eżekuttivi.

¨ Immaniġġar kodiviż mal-Istati Membri

¨ Immaniġġar indirett permezz tad-delega ta' kompiti ta' implimentazzjoni lil:

– ¨ pajjiżi terzi jew il-korpi li jkunu nnominaw;

– ¨ organizzazzjonijiet internazzjonali u l-aġenziji tagħhom (għandhom jiġu speċifikati);

– ¨il-BEI u l-Fond Ewropew tal-Investiment;

– þ korpi msemmijin fl-Artikoli 208 u 209 tar-Regolament Finanzjarju;

– ¨ korpi tal-liġi pubblika;

– ¨ korpi rregolati b'liġi privata b'missjoni ta' servizz pubbliku sal-punt li dawn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

– ¨ korpi rregolati b'liġi privata ta' Stat Membru li huma fdati bl-implimentazzjoni ta' sħubija pubblika privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

– ¨ persuni inkarigati biex jimplimentaw azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

– Jekk tindika aktar minn metodu wieħed ta’ mmaniġġar, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima “Kummenti”.

Kummenti

2.           MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.        Regoli ta’ sorveljanza u rappurtar

L-Artikolu 47 tar-Regolament jeħtieġ lill-Bord ikun responabbli lejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, fost affarijiet oħra, biex jibgħat kull sena rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar l-eżekuzzjoni tal-kompiti kkonferit lilu b’dan ir-Regolament.

2.2.        Sistema ta’ ġestjoni u kontroll

2.2.1.     Ir-riskju/riskji identifikat(i)

Il-proposta ma toħloqx riskji ġodda fir-rigward legali, ekonomiku, tal-effiċjenza u l-effikaċja fl-użu tal-approprjazzjonijiet tal-baġit.

Madankollu, l-immaniġġar intern tar-riskji, għandu jqis in-natura speċifika tal-mekkaniżmu tal-finanzjament tal-Bord. B’mod differenti minn bosta korpi mwaqqfa mill-Komunitajiet, is-servizzi pprovduti mill-Bord se jiġu ffinanzjati esklużivament mill-istituzzjonijiet finanzjarji.

It-tieni nett, il-Bord se jkun responsabbli biex jiżgura l-immaniġġar tal-Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni tal-Banek. F’dan ir-rigward se jkun jrid jiġi żviluppat u stabbilit sett ta’ proċeduri ta’ kontroll intern.

2.2.2.     Informazzjoni dwar l-istruttura tas-sistema tal-kontroll intern

Il-qafas u r-regoli għall-kontroll intern għandhom isegwu l-mudell applikat minn awtoritajiet oħra stabbilit mill-Kummissjoni, ħlief għall-ġestjoni ta’ Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni tal-Banek, li se jeħtieġ il-ħolqien ta’ sett speċifiku ta’ regoli.

2.2.3.     Stima tal-kostijiet u l-benefiċċji tal-kontrolli u l-valutazzjoni tal-livell mistenni tar-riskju ta’ żball

Il-kontrolli interni se jkunu integrati fil-proċeduri tal-Bord rilevanti għall-ħelsien tar-responsabbiltà tiegħu u l-implimentazzjoni tal-kompiti konferiti lilu. Il-kostijiet tat-tali proċeduri mhux se jaqbżu l-benefiċċji tagħhom fl-evitar tal-iżbalji materjali.

2.3.        Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet

Għall-finijiet tal-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) se japplikaw għall-Bord mingħajr l-ebda restrizzjoni.

Il-Bord se jaċċedi għall-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta’ Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej dwar l-investigazzjonijiet interni mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u se jadotta minnufih dispożizzjonijiet xierqa għall-persunal kollu tal-Bord.

Id-deċiżjonijiet ta’ finanzjament u l-ftehimiet u l-istrumenti ta’ implimentazzjoni li jirriżultaw minnhom se jistipulaw espliċitament li l-Qorti tal-Awdituri u l-OLAF jistgħu, jekk ikun hemm bżonn, iwettqu verifiki fuq il-post fuq il-benefiċjarji tal-flus żborzati mill-Bord kif ukoll fuq il-persunal responsabbli mill-allokazzjoni ta’ dawn il-flus.

L-Artikoli 58-63 tar-Regolament li jistabbilixxi l-Bord stipulaw id-dispożizzjonijiet dwar l-implimentazzjoni u l-kontroll tal-baġit tal-Bord u r-regoli finanzjarji applikabbli.

3.           STIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

L-analiżi ta’ hawn taħt tipprovdi stima tal-kostijiet globali għall-Bord u l-amministrazzjoni tiegħu (minn hawn ’il quddiem – il-Bord) kif ukoll għall-Kummissjoni minn din il-proposta.

L-ispejjeż tal-Bord se jiġu ffinanzjati kompletament minn istituzzjonijiet finanzjarji koperti bil-Mekkaniżmu ta' Riżoluzzjoni Ewropew. Madwar 6000 bank taż-Żona tal-Euro, minbarra l-kontribuzzjonijiet annwali tagħhom għal Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni tal-Banek, se jħallsu pro rata fissa ta’ dan l-ammont biex ikopru bis-sħiħ l-ispejjeż baġitarji tal-Bordijiet. Ir-rata ta’ kontribuzzjoni flimkien ma’ baġit tal-Bord se jiġu approvati fuq il-bażi annwali. Ir-rata ta’ kontribuzzjoni għall-finanzjament tal-Bord se tiġi adattata kull sena sabiex jiġi żgurat baġit ibbilanċjat tal-Bord.

Il-Bord se jwettaq xogħlijiet relatati mat-tħejjija u t-twettiq tar-riżoluzzjonijiet u l-kontribuzzjonijiet għall-Fond ta' Riżoluzzjoni u l-ġestjoni tiegħu. Fir-rigward tat-tħejjija tar-riżoluzzjonijiet, il-Bord se jfassal jew janalizza pjanijiet ta’ riżoluzzjoni, jieħu sehem f’kulleġġi tar-riżoluzzjoni transfruntieri, u jħejji riżoluzzjoni reali. Għal għadd sinifikanti ta’ istituzzjonijiet u gruppi l-Bord, b’kooperazzjoni mas-superviżur (li jikkonsolida) u mal-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni, se jkollu jfassal pjanijiet ta’ riżoluzzjoni, li jipprevedu l-azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni li jistgħu jittieħdu meta l-kundizzjonijiet għar-riżoluzzjoni huma ssodisfati, u mill-inqas kull sena jirrevedi u fejn xieraq jaġġorna il-pjanijiet. Il-Bord se jkollu wkoll jivvaluta r-riżolvibbiltà tal-istituzzjonijiet u l-gruppi u jindirizza kwalunkwe impediment sostantivi potenzjali għar-riżolvibbiltà.

L-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni se jkollhom ukoll ifasslu pjanijiet ta’ riżoluzzjoni għall-entitajiet u l-gruppi l-oħra, li l-Bord jkollu janalizza. Fil-każ li grupp jinkludi entitajiet mhux biss stabbiliti fl-Istati Membri parteċipanti, il-Bord għandu jirrappreżenta l-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni tal-Istati Membri parteċipanti fil-kulleġġ tar-riżoluzzjoni. Il-kulleġġi ta’ riżoluzzjoni huma stabbiliti biex jiżguraw il-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni fost l-awtoritajiet rilevanti u jwettqu inter alia kompiti dwar l-iżvilupp tal-pjanijiet ta’ riżoluzzjoni, il-valutazzjoni tar-riżolvabbiltà u r-riżoluzzjoni reali.

Fil-każ li l-Kummissjoni tkun iddeċidiet li tpoġġi entità f'riżoluzzjoni, il-Bord se jimmonitorja l-eżekuzzjoni tar-riżoluzzjoni u se jevalwa wkoll il-fattibilità tal-pjan ta’ riorganizzazzjoni tan-negozju tal-entità.

Fir-rigward tal-Fond, il-Bord se jkollu jimponi taxxa fuq il-kontribuzzjonijiet annwali fuq kważi 6 000 istituzzjoni, se jkollu jiżgura li l-bażi tal-kontribuzzjoni fil-banek individwali tkun iddeterminat b’mod korrett, li l-kontribuzzjonijiet jitħallsu fil-ħin u li l-ammonti mhux imħallsa jiġu effettivament irkuprati. Għal dan l-għan, il-Bord se jwettaq spezzjonijiet tar-reġistri tal-banek. L-ammont li għandu jinġabar u ġestit jeċċedi nofs il-baġit annwali tal-Unjoni. Il-Bord se jkollu wkoll jamministraw il-fondi b’tali mod li r-riskji huma baxxi u li huwa possibbli, jekk meħtieġ, li r-riżorsi jsiru disponibbli malajr għall-finanzjament tar-riżoluzzjoni. Dan jimplika strateġija ta’ investiment maħsuba u fit-tul, li tqis, fost oħrajn, it-tip, il-ġeografija u l-maturità tal-investimenti. Naturalment, dawn il-funzjonijiet prinċipali tal-Bord se jkollhom jiġu appoġġati mill-funzjonijiet tal-persunal, inkluż inter alia it-teknoloġija tal-informatika u l-komunikazzjoni.

Suppożizzjonijiet ewlenin

Stima tal-persunal u struttura tal-kostijiet tal-Bord:

· Il-Bord huwa mistenni li jkun f’kapaċità sħiħa fi tmiem l-ewwel sena ta’ operat tiegħu, li jfisser li l-persunal kollu jrid jiġi impjegat matul l-ewwel sena: l-impatt baġitarju huwa stmat għal 50 % fl-ewwel sena u 100 % sa mit-tieni sena ta’ operat.

· Minħabba n-nuqqas ta' awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni b’rekord storiku sostanzjali fl-Ewropa, stima tal-bżonnijiet tar-rizorsi umani għall-Bord tnisslet minn valutazzjoni komparattiva tal-kompiti tal-Bord ma’ dawk tal-Korporazzjoni Federali tal-Assigurazzjoni tad-Depożiti (FDIC) – ara t-Tabella 1 hawn taħt.

· F’termini tad-depożiti koperti u d-daqs fil-mira tal-fondi ta’ riżoluzzjoni, l-ammonti huma komparabbli bejn l-Istati Uniti u ż-Zona tal-Euro, filwaqt li l-assi tal-bank li jaqgħu taħt mekkaniżmu ta’ riżoluzzjoni huma sostanzjalment ogħla fiż-Żona tal-Euro milli fl-Istati Uniti.

· Fir-rigward tal-ispejjeż ġenerali, il-paragun sar mal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (ASE). Madankollu, minħabba li s-sehem tal-ispejjeż ġenerali fl-ASE kien akbar minn dak stmat fil-valutazzjoni komparattiva mal-FDIC, intuża dan tal-aħħar, jiġifieri proporzjon aktar konservattiv ta’ 11,5 %. Suppożizzjonijiet ulterjuri u l-kjarifiki tagħhom dwar il-valutazzjoni komparattiva mal-FDIC huma pprovduti hawn taħt fit-Tabella 1. Mill-2012, l-FDIC kellu 7 476 FTEs.

· Billi l-FDIC għandha mandat usa’ mill-Bord, id-diviżjonijiet rilevanti biss tal-FDIC tqiesu fl-eżerċizzju tal-valutazzjoni komparattiva.

· Fuq il-bażi tal-eżerċizzju tal-valutazzjoni komparattiva, l-għadd tal-persunal meħtieġ huwa stmat li jilħaq 309. Ta’ min jinnota li l-FDIC għandu l-21 % tal-impjegati mhux permanenti. L-aktar suppożizzjoni konservattiva li f’xenarju bla kriżi l-FDIC kien jitħalla biss b’persunal permanenti, tnaqqas id-daqs fil-mira tal-Bord b’75 impjegat biex jilħaq 244 f’sitwazzjoni bla kriżi. Għalhekk huwa importanti li jiġi żgurat li l-Bord ikollu biżżejjed flessibbiltà li jikkuntratta persunal addizzjonali jew jesternalizza x-xogħol.

· Id-distribuzzjoni li ġejja ta’ persunal hija suġġerita:

– 80 % ta' TAs (68 % ta’ ADs u 12 % ta’ ASTs);

– 10 % ta’ ENDs;

– 10 % ta’ CAs.

· Ir-Regolament tal-Persunal tal-istituzzjonijiet tal-UE se jiġi applikat, li huwa rifless fir-rati użati per capita:

– il-kost medju annwali ta' TA: EUR 131 000;

– il-kost medju annwali ta' END: EUR 78 000;

– il-kost medju annwali ta' CA: EUR 70 000.

Minbarra s-salarju, dan il-kost jinkludi l-kostijiet indiretti bħal pereżempju l-kostijiet għall-bini, it-taħriġ, l-IT u l-kostijiet tal-infrastruttura soċjomedika.

· Meta wieħed iqis li l-lokazzjoni tal-Bord mhijiex magħrufa f’dan l-istadju, intuża koeffiċjent ta’ korrezzjoni tas-salarju ta’ 1. Il-lokazzjoni differenti tal-Bord x'aktarx tkun teħtieġ valutazzjoni mill-ġdid tal-kostijiet.

· Il-nefqa l-oħra tal-persunal, l-amministrazzjoni u n-nefqa operazzjonali ġew stmati abbażi ta’ eżerċizzju ta’ valutazzjoni komparattiva mal-istruttura tal-kostijiet attwali tal-ASE.

· In-nefqa operazzjonali hija mistennija li tammonta għal 25 % tal-kostijiet totali tal-Bord, l-aktar għall-żvilupp u l-manutenzjoni tas-sistemi tal-informazzjoni, il-bini tar-relazzjonijiet u l-kultura superviżorja komuni mal-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni fid-dawl tal-Mekkaniżmu ta' Riżoluzzjoni Ewropew, fejn għandu jkun hemm relazzjoni mill-qrib u effettiva bejn il-Bord u l-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni primarjament involuti fl-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet tar-riżoluzzjoni.

· L-istruttura tal-kostijiet stmati tal-Bord hija ppreżentata fil-qosor fit-Tabella 2 hawn taħt.

Tabella 1. Stima tal-persunal tal-Bord meħtieġ fuq il-bażi tal-istruttura u l-persunal mill-Korporazzjoni Federali tal-Assigurazzjoni tad-Depożiti tal-Istati Uniti

|| FDIC1 || BORD

Karatteristiċi

Għadd ta' banek: || 7 1812 || 6 0083

Assi totali || USD 14 451 (bn, 2012) || EUR 29 994 (bn, 2011)

Depożiti totali koperti || USD 6 027 (bn, Marzu 2013) || EUR 5 514 (bn, 2011)

Id-daqs fil-mira tal-fond || USD 81 (bn) || EUR 55 (bn)

Istituzzjonijiet f’diffikultà 2008-2012 || 465 || 904

Persunal

Total ta' impjegati (FTE, 2012; % fil-Kwartieri Ġenerali) || 7 476 (28,6 %) ||

(a) Impjegati fid-"Diviżjoni tar-Riżoluzzjonijiet u r-Riċevituri” (FTE, 2012) || 1 428 || 82 (stima)5

(b) Impjegati fid-"Diviżjoni tal-Finanzi” (FTE, 2012) || 176 || 88 (stima)6

(c) Impjegati fl-"Uffiċċju tal-Istituzzjonijiet Kumplessi” (FTE, 2012) || 148 || 74 (stima)7

(d) Impjegati fid-"Diviżjoni Legali" (FTE, 2012 / % tal-impjegati totali) || 716 / 9,6 % || 30 / 9,6 % (stima)8

(e) Numru totali ta’ impjegati fid-diviżjonijiet relevanti (FTE, 2012) (total ta’ a, b, c, d) || 2 468 || 274

(f) Impjegati fil-funzjonijiet tal-persunal (IT, komunikazzjoni, eċċ.) (numru/% tat-total tal-impjegati) || 863 / 11,5 % || 35 / 11,5 % (stima)

(g) Numru totali ta’ impjegati fil-Bord (total ta’ e u f) || || 309 (stima)

(h) Impjegati mhux permanenti (% tat-total tal-impjegati, 2012) || 21 %9 || 21 %;

(i) Numru totali ta’ impjegati permanenti fil-Bord || || 244 (stima)

1           Sors: www.fdic.gov. 2           Għadd ta’ membri tal-Fond tal-Assigurazzjoni tad-Depożiti, 2012. 3           Għadd ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu fl-UE-17 minn Jannar 2013. Sors: BĊE. 4           Sors: Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni "Fatti u ċifri dwar l-għajnuna mill-istat fl-Istati Membri tal-UE, 2012 Aġġornament". L-għadd attwali ta’ istituzzjonijiet f’diffikultà fiż-Żona tal-Euro huwa ogħla, minħabba li l-istituzzjonijiet li jkunu fallew iżda ma rċevewx għajnuna mill-Istat mhumiex inklużi. 5           Huwa meqjus li 20 % tal-impjegati huma involuti f’riżoluzzjonijiet u 80 % f’riċevituri. Il-Bord se jkun involut biss f’riżoluzzjonijiet. Fuq il-bażi ta’ tqassim bejn il-livelli ċentrali u reġjonali fl-FDIC, ġie meqjus li 28,6 % tal-impjegati involuti f’riżoluzzjonijiet se jaħdmu fil-livell ċentrali tal-Bord u 71,4 % se jaħdmu fil-livell nazzjonali. Din hija suppożizzjoni konservattiva meta wieħed iqis li l-proposta tipprevedi li l-kompiti kollha marbuta mar-riżoluzzjoni se jibqgħu fil-livell tal-Bord filwaqt li l-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet tar-riżoluzzjoni biss titwettaq fil-livell nazzjonali u tiġi mmonitorjata ċentralment. 6           Il-kompiti tad-Diviżjoni tal-finanzi tal-FDIC jitwettqu fil-ċentrali. Din id-diviżjoni mhijiex biss involuta fil-ġbir tal-kontribuzzjonijiet u l-ġestjoni tal-Fond, iżda wkoll f'attivitajiet aktar ġenerali, bħall-kontroll, l-operazzjonijiet finanzjarji u l-ippjanar finanzjarju. Għal din ir-raġuni, huwa meqjus li 50 % tal-għadd ta’ impjegati tad-Diviżjoni tal-finanzi tal-FDIC se jkunu meħtieġa fil-livell ċentrali tal-Bord biex jimmaniġġaw il-kontribuzzjonijiet u l-Fond. 7           L-ippjanar tar-riżoluzzjoni tal-banek kbar fiż-Żona tal-Euro huwa r-responsabbiltà tal-Bord. Il-Bord għandu l-possibbiltà li jitlob lill-awtoritajiet nazzjonali jipprovdu abbozz tal-pjan ta’ riżoluzzjoni. Għal dik ir-raġuni, huwa meqjus li 50 % tal-impjegati se jaħdmu fil-livell ċentrali tal-Bord. 8           Id-Diviżjoni Legali tal-FDIC mhijiex involuta biss fir-riżoluzzjonijiet u r-riċevitur u l-ġestjoni tal-Fond, iżda wkoll pereżempju fir-responsabbiltajiet ta’ superviżjoni tal-FDIC. Għal dik ir-raġuni, il-perċentwal tal-impjegati fid-Diviżjoni Legali meta mqabbla mal-għadd totali ta' impjegati jintuża biex issir stima tal-għadd ta’ impjegati meħtieġa fil-Bord. 9           Il-perċentwal ta’ impjegati mhux permanenti ġie kkalkulat fuq il-bażi tal-għadd totali ta’ impjegati tal-FDIC, esklużi l-impjegati tad-Diviżjoni ta’ Riżoluzzjonijiet u Riċevituri, li fil-biċċa l-kbira tagħhom huma impjegati fil-livell reġjonali.

Tabella 2 Struttura tal-kostijiet stmati tal-Bord fuq il-bażi ta’ 309 impjegat

Ċifri f'biljuni ta' EUR || 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020

|| || || || || || ||

Kostijiet tal-persunal (inklużi s-salarji u l-benefiċċji u l-ispejjeż relatati bħal pereżempju l-kostijiet għall-bini u l-għamara u tal-IT) || 18 || 37 || 38 || 38 || 39 || 40 || 41

Kostijiet oħra tar-Riżorsi Umani (RU) (Kostijiet għar-reklutaġġ, spejjeż għall-missjonijiet, kostijiet oħra għall-persunal estern (ħaddiema temporanji, fornituri esterni tas-servizzi) ...) || 3 || 3 || 3 || 3 || 3 || 3 || 3

Subtotal tan-nefqa tar-RU u n-nefqa relatata || 22 || 40 || 41 || 42 || 43 || 43 || 44

|| || || || || || ||

Nefqa amministrattiva (telekomunikazzjoni, spejjeż għall-informazzjoni u l-pubblikazzjoni, spejjeż tal-laqgħat u oħrajn) || 3 || 5 || 5 || 5 || 5 || 5 || 5

Subtotal tan-nefqa amministrattiva || 3 || 5 || 5 || 5 || 5 || 5 || 5

|| || || || || || ||

Infiq ieħor (governanza, proġetti tal-IT, kollegament mal-awtoritajiet rilevanti Ewropej u tal-pajjiżi terzi, proġetti konġunti u sessjonijiet ta' ħidma mal-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni u korpi rilevanti oħra, eċċ.) || || || || || || ||

Subtotal tan-nefqa oħra || 8 || 16 || 16 || 16 || 16 || 17 || 17

|| || || || || || ||

Nefqa totali || 33 || 61 || 62 || 63 || 64 || 65 || 66

Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni tal-Banek

· Id-daqs fil-mira tal-Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni tal-Banek huwa stabbilit għal 1 % tad-depożiti koperti fis-sistema bankarja tal-Istati Membri parteċipanti. Fuq il-bażi tad-dejta tal-2011 fuq il-banek, huwa stmat li d-daqs fil-mira tal-fond għandu jkun ta’ madwar EUR 55 biljun.

· Il-banek li qed jieħdu sehem se jħallsu s-sehem ta’ riskju-aġġustat tagħhom lill-Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni tal-Banek fi żmien 10 snin. Għalhekk l-akkumulazzjoni annwali tal-fondi ta’ riżoluzzjoni għandu jilħaq madwar EUR 5,5 biljun, mingħajr ma jitqiesu r-redditi u l-ħruġ ta' flus possibbli.

· F’ammonti assoluti, l-akbar banek se jagħmlu l-akbar kontribuzzjonijiet għall-Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni tal-Banek. Bejn wieħed u ieħor, mingħajr ma jitqies il-profil tar-riskju tal-banek, l-istimi tas-servizzi tal-Kummissjoni fuq il-bażi tad-dejta tal-2011 juru li 17 mill-akbar banek Ewropej se jiffurmaw madwar 40 % tal-kontribuzzjonijiet kollha mill-banek għall-Fond.

· Fir-rigward tal-ġestjoni tal-Fond, ta’ min jinnota li l-istima tal-kostijiet għall-Bord inkludiet biss l-implikazzjonijiet tar-riżorsi umani. Kostijiet oħra, bħall-kostijiet tal-investiment, tqiesu li jkunu direttament imnaqqsa mill-Fond.

Impatt finanzjarju fil-livell tal-Kummissjoni:

· Huwa stmat li l-allokazzjoni temporanja ta’ 15-il kariga speċjalizzati fi kwistjonijiet ta’ riżorsi umani, kwistjonijiet baġitarji u kwistjonijiet amministrattivi oħra rilevanti għall-istabbiliment tal-Bord se jkunu meħtieġa fil-livell tal-Kummissjoni fl-ewwel sena tal-operat (2014) biex tiġi stabbilita u akkumpanjata l-fażi tal-bidu (stmata għal sitt xhur) tal-Bord, li tqies li huwa bbażat fi Brussell. Il-valutazzjoni finanzjarja hawn taħt tista' tinbidel skont il-lokazzjoni magħżula tal-Bord.

· Sa mill-2015, huwa stmat li 10 karigi jistgħu jkunu meħtieġa fil-Kummissjoni sabiex jiġu implimentati l-kompiti mogħtija lilha fir-Regolament, b’mod partikolari t-tħejjija tad-deċiżjonijiet tar-riżoluzzjoni. Dan se jkun soġġett għat-teħid ta' deċiżjoni dwar il-proċedura baġitarja annwali.

3.1.        Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i       

Huwa stmat li 15-il kariga se jkunu meħtieġa fil-livell tal-Kummissjoni fl-ewwel sena tal-operat (2014) biex tiġi stabbilita u akkumpanjata l-fażi tal-bidu tal-Bord.

Sa mill-2015, 10 karigi se jkunu meħtieġa fil-Kummissjoni sabiex jiġu implimentati l-kompiti mogħtija lilha fir-Regolament, b’mod partikolari t-tħejjija tad-deċiżjonijiet tar-riżoluzzjoni.

3.2.        Stima tal-impatt fuq in-nefqa

3.2.1.     Sinteżi tal-impatt stmat fuq in-nefqa

EUR miljuni (sa tliet punti deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || Numru || […][Intestatura……………...……………………………………………………………….]

DĠ: <…….> || || || Sena N[34] || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || Daħħal kemm teħtieġ snin biex turi id-dewmien tal-impatt (ara punt 1.6) || TOTAL

Ÿ Approprjazzjonijiet operazzjonali || || || || || || || ||

Numru tal-linja baġitjarja || Impenji || (1) || || || || || || || ||

Pagamenti || (2) || || || || || || || ||

Numru tal-intestatura baġitjarja || Impenji || (1a) || || || || || || || ||

Pagamenti || (2 a) || || || || || || || ||

L-approprjazzjonjiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi[35] || || || || || || || ||

Numru tal-linja baġitarja || || (3) || || || || || || || ||

Approprjazzjonijiet TOTALI għad-DĠ <….> || Impenji || =1+1a +3 || || || || || || || ||

Pagamenti || =2+2a +3 || || || || || || || ||

Ÿ TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali || Impenji || (4) || || || || || || || ||

Pagamenti || (5) || || || || || || || ||

Ÿ TOTAL ta' approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta' programmi speċifiċi || (6) || || || || || || || ||

Approprjazzjonijiet TOTALI għal-INTESTATURA <….> tal-qafas finanzjarju pluriennali || Impenji || =4+ 6 || || || || || || || ||

Pagamenti || =5+ 6 || || || || || || || ||

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || 5 || Nefqa amministrattiva

EUR miljuni (sa tliet punti deċimali)

|| || || 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || TOTAL

Ewropea ||

Ÿ Riżorsi umani || 1,965 || 1,310 || 1,310 || 1,310 || 1,310 || 1,310 || 1,310 || 9,825

Ÿ Nefqa amministrattiva oħra – spejjeż għall-missjonijiet || 0,150 || 0,100 || 0,100 || 0,100 || 0,100 || 0,100 || 0,100 || 0,750

TOTAL Kummissjoni || Approprjazzjonijiet || 2,115 || 1,410 || 1,410 || 1,410 || 1,410 || 1,410 || 1,410 || 10,575

Approprjazzjonijiet TOTALI għall-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || (Impenji totali = Pagamenti totali) || 2,115 || 1,410 || 1,410 || 1,410 || 1,410 || 1,410 || 1,410 || 10,575

EUR miljuni (sa tliet punti deċimali)

|| || || 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || TOTAL

Approprjazzjonijiet TOTALI taħt l-INTESTATURI minn 1 sa 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || Impenji || 2,115 || 1,410 || 1,410 || 1,410 || 1,410 || 1,410 || 1,410 || 10,575

Pagamenti || 2,115 || 1,410 || 1,410 || 1,410 || 1,410 || 1,410 || 1,410 || 10,575

3.2.2.     L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

– ¨  Il-proposta/inizjattiva ma tirrikjedix l-użu ta' approprjazzjonijiet operazzjonali

– ¨  Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:

Approprjazzonijiet ta’ impenn f’EUR miljuni (sa tliet postijiet deċimali)

L-objettivi u r-riżultati indikattivi ò || || || Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || Daħħal kemm teħtieġ snin biex turi id-dewmien tal-impatt (ara punt 1.6) || TOTAL

RIŻULTATI

Tip[36] || Kost medju || Nru || Kost || Nru || Kost || Nru || Kost || Nru || Kost || Nru || Kost || Nru || Kost || Nru || Kost || Nru totali || Kost totali

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1:[37] || || || || || || || || || || || || || || || ||

- Riżultat || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

- Riżultat || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

- Riżultat || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

Subtotal għall-objettiv speċifiku Nru 1 || || || || || || || || || || || || || || || ||

OBJETTIV SPEĊIFIKU NUMRU 2 || || || || || || || || || || || || || || || ||

- Riżultat || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

Subtotal għall-objettiv speċifiku Nru 2 || || || || || || || || || || || || || || || ||

KOST TOTALI || || || || || || || || || || || || || || || ||

3.2.3.     L-impatt stmat fuq approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.3.1.  Sommarju

– ¨  Il-proposta/inizjattiva ma tirrikjedix l-użu ta' approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

– þ  Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn fuq:

EUR miljuni (sa tliet punti deċimali)

|| Sena N[38] || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || Daħħal kemm teħtieġ snin biex turi id-dewmien tal-impatt (ara l-punt 1.6) || TOTAL

|| 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 ||

INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || || || || || || || ||

Riżorsi umani || 1,965 || 1,310 || 1,310 || 1,310 || 1,310 || 1,310 || 1,310 || 9,825

Nefqa amministrattiva oħra || 0,150 || 0,100 || 0,100 || 0,100 || 0,100 || 0,100 || 0,100 || 0,750

Subtotal INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || 2,115 || 1,410 || 1,410 || 1,410 || 1,410 || 1,410 || 1,410 || 10,575

Barra mill-INTESTATURA 5[39] tal-qafas finanzjarju pluriennali || M/A || M/A || M/A || M/A || M/A || M/A || M/A || M/A

Riżorsi umani || M/A || M/A || M/A || M/A || M/A || M/A || M/A || M/A

Nefqa oħra ta' natura amministrattiva || M/A || M/A || M/A || M/A || M/A || M/A || M/A || M/A

Subtotal barra mill-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || M/A || M/A || M/A || M/A || M/A || M/A || M/A || M/A

TOTAL || 2,115 || 1,410 || 1,410 || 1,410 || 1,410 || 1,410 || 1,410 || 10,575

L-approprjazzjonijiet tar-riżorsi umani meħtieġa se jiġu sodisfati mill-approprjazzjonijiet mid-DĠ li huma diġà assenjati għall-immaniġġar tal-azzjoni u/jew ġew riallokati fid-DĠ, flimkien, jekk dan ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ li jkun qed imexxi l-azzjoni skont il-proċedura ta’ allokazzjoni annwali u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

3.2.3.2.  Ir-rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani

¨         Il-proposta / l-inizjattiva ma teħtiġx l-użu ta’ riżorsi umani.

þ         Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima għandha tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għal full time

|| || 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020

|| Ÿ Postijiet ta' stabbiliment tal-persunal (uffiċjali u persunal temporanju) || ||

|| XX 01 01 01 (Kwartieri Ġenerali u l-Uffiċċji ta’ Rappreżentanza tal-Kummissjoni) || 15 || 10 || 10 || 10 || 10 || 10 || 10

|| XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet) || || || || || || ||

|| XX 01 05 01 (Riċerka indiretta) || || || || || || ||

|| 10 01 05 01 (Riċerka diretta) || || || || || || ||

Ÿ Persunal estern (f'unitajiet Ekwivalenti għal Full Time: FTE)[40] ||

|| XX 01 02 01 (CA, SNE, INT mill-“pakkett globali”) || || || || || || ||

|| XX 01 02 02 (CA, LA, SNE, INT u JED fid-delegazzjonijiet) || || || || || || ||

|| XX 01 04 yy[41] || - fil-Kwartieri Ġenerali || || || || || || ||

|| - Delegazzjonijiet || || || || || || || ||

|| XX 01 05 02 (CA, SNE, INT – Riċerka indiretta) || || || || || || ||

|| 10 01 05 02 (CA, INT, SNE - Riċerka Diretta) || || || || || || ||

|| Linji baġitarji oħra (speċifika) || || || || || || ||

|| TOTAL || 15 || 10 || 10 || 10 || 10 || 10 || 10

XX hija l-qasam ta’ politika jew titolu baġitarju kkonċernat.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u persunal temporanju || Ara d-deskrizzjoni hawn fuq

Persunal estern ||

3.2.4.     Il-kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali

– ¨  Il-proposta/inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali.

– ¨  Il-proposta / inizjattiva sejra tinvolvi r-riprogrammazzjoni tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali.

Spjega x’riprogrammazzjoni hija meħtieġa, billi tispeċifika l-intestaturi baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

– ¨  Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-applikazzjoni tal-istrumenti ta’ flessibbiltà jew ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali[42].

Spjega x’inhu meħtieġ, billi tispeċifika l-intestaturi u l-intestaturi baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

3.2.5.     Kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi

– Il-proposta/inizjattiva ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi.

– Il-proposta/inizjattiva tipprevedi l-kofinanzjament stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (sa tliet punti deċimali)

|| Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || Daħħal kemm teħtieġ snin biex turi id-dewmien tal-impatt (ara l-punt 1.6) || Total

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament || || || || || || || ||

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati || || || || || || || ||

3.3.        Impatt stmat fuq id-dħul

– þ  Il-proposta/inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul

– ¨  Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

– ¨         fuq ir-riżorsi proprji

– ¨         fuq dħul mixxellanju

EUR Miljuni (sa tliet punti deċimali)

Linja tad-dħul tal-baġit: || Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja attwali || Impatt tal-proposta/inizjattiva[43]

Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || Daħħal kemm teħtieġ snin biex turi id-dewmien tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Artikolu …………. || || || || || || || ||

Għad-dħul mixxellanju “assenjat”, speċifika l-linja/linji tan-nefqa tal-baġit affettwat(i).

Speċifika l-metodu għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul.

[1]           Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill "Pjan Direzzjonali lejn Unjoni Bankarja", COM(2012) 510, 12.9.2012.

[2]           Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Pjan ta' azzjoni għal unjoni ekonomika u monetarja profonda u ġenwina: It-tnedija ta' Dibattitu Ewropew", COM(2012) 777 final/2, 30.11.2012.

[3]           "Lejn unjoni ekonomika u monetarja profonda u ġenwina", Rapport mill-President tal-Kunsill Ewropew, Herman Van Rompuy EUCO 120/12, 26.06.2012.

[4]           COM(2012) 511.

[5]           Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 77/91/KEE u 82/891/KE, id- Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE u 2011/35/KE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 COM(2012) 280, 06.6.2012.

[6]           Regolament u Direttiva tar-Rekwiżiti Kapitali     (CRR/CRDIV)http://ec.europa.eu/internal_market/bank/regcapital/index_en.htm         

[7]           Skont l-eżitu finali tan-negozjati bejn il-Parlament u l-Kunsill, id-dħul fis-seħħ sħiħ tar-rikapitalizzazzjoni interna jista' jkun soġġett għal tranżizzjoni oħra, potenzjalment sal-2018 kif propost mill-Kummissjoni.

[8]           Ara l-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar it-Tisħiħ tal-Arranġamenti għall-Istabbiltà Finanzjarja fl-UE tad-9 ta' Ottubru 2007 http://www.consilium.europa.eu/ueDocs/cms_Data/docs/pressData/en/ecofin/96351.pdf

[9]           Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012, ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1.

[10]          Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE, ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338

[11]          ĠU C , , p. .

[12]          ĠU C , , p. .

[13]          Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 77/91/KEE u 82/891/KE, id- Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE u 2011/35/KE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010. ĠU C , , p. .

[14]          Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru …/…ta' ….. li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward tal-politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu

[15]          Id-Direttiva 94/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 1994 dwar skemi ta’ garanzija għal depożiti ĠU L 135, 31.5.1994, p. 5–14.

[16]          Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012, ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1.

[17]          Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE, ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338

[18]          Id-Direttiva 94/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 1994 li temenda d-Direttiva 80/390/KEE li tikkordina ir-rekwiżiti għat-tfassil, l-iskrutinju u d-distribuzzjoni tad-dettalji tal-kwotazzjoni fis-swieq li għandhom ikunu ppubblikati għall-ammissjoni ta' titoli biex ikunu kwotati fil-borża, fir-rigward tal-obbligu li jkunu ppubblikati d-dettalji tal-kwotazzjonijiet. ĠU L 135, 31.5.1994. p. 1.

[19]          Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE, ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338

[20]          Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012, ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1.

[21]          Id-Direttiva 97/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Marzu 1997 dwar skemi ta' kumpens għall-investituri. ĠU L 084, 26.03.1997, p. 22.

[22]          Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji. ĠU L 82, 22.3.2001, p. 16.

[23]          Id-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 1998 dwar il-finalità tas-saldu fis-sistemi ta' saldu ta’ pagamenti u titoli. ĠU L 166, 11.6.1998. p. 45.

[24]          Id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal- impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS), ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32.

[25]         

[26]          ĠU L 298, 26.10.2012. p. 1.

[27]          ĠU 17, 6.10.1958, p. 385.

[28]             Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43.

[29]             Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dak id-dejta, ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

[30]             Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment ħieles ta' tali dejta, ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

[31]             ABM: immaniġġar ibbażat fuq l-attività – ABB: ibbaġitjar ibbażat fuq l-attività.

[32]             Kif imsemmi fl-Artikolu 54(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzarju.

[33]             Dettalji dwar il-modi ta’ ġestjoni u referenzi għar-Regolament Finanzjarju jistgħu jinstabu fuq is-sit tal-BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html

[34]             Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

[35]             L-għajnuna u n-nefqa teknika u/jew amministrattiva b’appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew azzjonijiet tal-UE (il-linji "BA" preċedenti), riċerka indiretta, riċerka diretta.

[36]             Ir-riżultati huma prodotti u servizzi li għandhom jiġu provduti (pereżempju: għadd ta' skambji ta' studenti ffinanzjati, għadd ta' km ta' toroq mibnija, eċċ.).

[37]             Kif deskritt fil-punt 1.4.2. “Obbjettiv(i) speċifiku/ċi...”

[38]             Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

[39]             L-għajnuna u n-nefqa teknika u/jew amministrattiva b’appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew azzjonijiet tal-UE (il-linji "BA" preċedenti), riċerka indiretta, riċerka diretta.

[40]             CA= Persunal Kuntrattwali; LA = Persunal Lokali; SNE= Espert Nazzjonali Ssekondat; INT = persunal tal-aġenziji; JED= Esperti Żgħażagħ fid-Delegazzjonijiet).

[41]             Sublimitu għall-persunal estern kopert mill-approprjazzjonijiet operazzjonali (l-eks linji "BA").

[42]             Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali (għall-perjodu 2007-2013).

[43]             Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (imposti tad-dwana, dazji taz-zokkor), l-ammonti indikati għandhom ikunu ammonti netti, jiġifieri l-ammonti gross wara t-tnaqqis ta’ 25 % għall-ispejjeż tal-ġbir.

Top