EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52012PC0180

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE rigward emenda għall-Anness XXI (Statistika)

/* COM/2012/0180 final - 2012/0090 (NLE) */

52012PC0180

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE rigward emenda għall-Anness XXI (Statistika) /* COM/2012/0180 final - 2012/0090 (NLE) */


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.           IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA

Sabiex jiġu żgurati ċ-ċertezza legali u l-omoġeneità li huma neċessarji għas-Suq Intern, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għandu jintegra l-leġiżlazzjoni kollha relevanti tal-Unjoni Ewropea fil-Ftehim dwar iż-ŻEE mill-aktar fis possibbli wara l-adozzjoni tagħha.

2.           X’ĦAREĠ MILL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U MILL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

L-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (anness mal-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill) għandu l-għan li jemenda l-Anness XXI (Statistika) billi jżid l-acquis l-ġdid tal-Unjoni Ewropea f’dan il-qasam.

Dan jikkomċerna r-Regolament (UE) Nru 692/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Lulju 2011 dwar l-istatistika Ewropea dwar it-turiżmu u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 95/57/KE.

Għall-fini tal-implimentazzjoni ta’ dan l-att, qed jiġi propost adattament fir-rigward tal-Liechtenstein. Il-Liechtenstein jixtieq iżomm l-eżenzjoni dwar il-ġbir tad-dejta dwar id-domanda turistika kif titlob il-Parti C tal-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 95/57/KE tat-23 ta’ Novembru 1995 dwar il-ġbir tal-informazzjoni statistika fil-qasam tat-turiżmu, skont ir-Regolament (UE) Nru 692/2011, li jħassar id-Direttiva. Il-ġustifikazzjoni għaż-żamma ta’ tali eżenzjoni hija li d-dejta jkollhom jinġabru permezz ta’ stħarriġ imsejjes fuq kampjun. Minħabba li, biex tinkiseb dejta affidabbli, ikun meħtieġ li l-kampjun ikun kbir, il-piż li dan ikun ifisser għall-popolazzjoni tal-Liechtenstein ikun tqil wisq.

3.           L-ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

L-Artikolu 1(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim taż-ŻEE jipprevedi li huwa l-Kunsill li jistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni dwar tali Deċiżjonijiet, fuq il-bażi ta’ proposta mill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni tippreżenta l-Abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE lill-Kunsill biex jadottah bħala l-pożizzjoni tal-Unjoni. Il-Kummissjoni tittama li tkun tista’ tippreżentah lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mill-aktar fis possibbli.

2012/0090 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE rigward emenda għall-Anness XXI (Statistika)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 338(1) flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta’ Novembru 1994 dwar arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea[1], u b'mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)       L-Anness XXI ta’ mal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea ("il-Ftehim dwar iż-ŻEE") fih dispożizzjonijiet u arranġamenti speċifiċi fir-rigward tal-istatistika.

(2)       Ir-Regolament (UE) Nru 692/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Lulju 2011 dwar l-istatistika Ewropea dwar it-turiżmu u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 95/57/KE[2] għandu jiġi integrat fil-Ftehim.

(3)       Ir-Regolament (UE) Nru 692/2011 jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 95/57/KE[3], li hi integrata fil-Ftehim u li għalhekk għandha titħassar skont il-Ftehim,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda proposta għall-Anness XXI ta’ mal-Ftehim dwar iż-ŻEE tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE li hu mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell,

                                                                       Għall-Kunsill

                                                                       Il-President

ANNESS

Abbozz ta’

Abbozz (05.09.2011)

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru

ta’

li temenda l-Anness XXI (Statistika) ta’ mal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness XXI ta’ mal-Ftehim ġie emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru .../... ta’ …[4].

(2) Ir-Regolament (UE) Nru 692/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Lulju 2011 dwar l-istatistika Ewropea dwar it-turiżmu u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 95/57/KE[5] għandu jiġi integrat fil-Ftehim.

(3) Ir-Regolament (UE) Nru 692/2011 iħassar id-Direttiva tal-Kunsill 95/57/KE[6], li hi integrata fil-Ftehim u li għalhekk għandha titħassar skont il-Ftehim,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

It-test tal-punt 7c (id-Direttiva tal-Kunsill 95/57/KE) tal-Anness XXI ta’ mal-Ftehim jiġi mibdul b'li ġej:

"32011 R 0692: Ir-Regolament (UE) Nru 692/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Lulju 2011 dwar l-istatistika Ewropea dwar it-turiżmu u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 95/57/KE (ĠU L 192, 22.7.2011, p. 17).

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament jiftiehmu bħala adattati kif ġej:

Il-Liechtenstein huwa eżentat milli jiġbor id-dejta mitlubin mill-Anness II ta’ dan ir-Regolament."

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 692/2011 bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ nhar […], dment li jkun saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE in-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim*.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ miegħu.

Magħmul fi Brussell,

            Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

            Il-President                                                 Is-Segretarji             tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE            

[1]               ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6. (Ma hemmx bil-Malti.)

[2]               ĠU L 192, 22.7.2011, p. 17.

[3]               ĠU L 291, 6.12.1995, p. 32.(Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 13 Volum 15 p. 419 – 426).

[4]               ĠU L …

[5]               ĠU L 192, 22.7.2011, p. 17.

[6]               ĠU L 291, 6.12.1995, p. 32 (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 13 Volum 15 p. 419 – 426.)

*               [Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.] [Hemm rekwiżiti kostituzzjonali indikati.]

Top