EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52012IP0476
European Parliament resolution of 11 December 2012 on jurisdictional system for patent disputes (2011/2176(INI))
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2012 dwar sistema ġuriżdizzjonali għat-tilwim rigward il-privattivi (2011/2176(INI))
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2012 dwar sistema ġuriżdizzjonali għat-tilwim rigward il-privattivi (2011/2176(INI))
OJ C 434, 23.12.2015, p. 34–38
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
23.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 434/34 |
P7_TA(2012)0476
Sistema ġuriżdizzjonali għat-tilwim rigward il-privattivi
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Diċembru 2012 dwar sistema ġuriżdizzjonali għat-tilwim rigward il-privattivi (2011/2176(INI))
(2015/C 434/04)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2011/167/UE tal-10 ta’ Marzu 2011 li tawtorizza l-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ħolqien ta’ protezzjoni tal-privattiva unitarja (1), |
— |
wara li kkunsidra l-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jimplimenta l-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ħolqien ta’ protezzjoni tal-privattiva unitarja (COM(2011)0215), |
— |
wara li kkunsidra l-proposta għal Regolament tal-Kunsill li jimplimenta l-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ħolqien ta’ protezzjoni tal-privattiva unitarja fir-rigward tal-arranġamenti applikabbli għat-traduzzjoni (COM(2011)0216), |
— |
wara li kkunsidra l-Opinjoni 1/09 tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta' Marzu 2011 (2), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A7-0009/2012), |
A. |
billi sistema effiċjenti tal-privattivi fl-Ewropa hija prerekwiżit neċessarju biex jiġi stimulat it-tkabbir permezz tal-innovazzjoni u biex jiġu megħjuna l-intrapriżi Ewropej, b'mod partikolari l-impriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju (SMEs), biex jiffaċċjaw il-kriżi ekonomika u l-kompetizzjoni dinjija; |
B. |
billi skont id-Deċizjoni tal-Kunsill Nru 2011/167/UE li tawtorizza l-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ħolqien ta’ protezzjoni tal-privattiva unitarja, il-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Franza, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Finlandja, l-Isvezja u r-Renju Unit ġew awtorizzati sabiex jistabbilixxu kooperazzjoni msaħħa bejniethom fil-qasam tal-ħolqien ta’ protezzjoni tal-privattiva unitarja, billi japplikaw id-dispożizzjonijiet relevanti tat-Trattati; |
C. |
billi fit-13 ta’ April 2011, abbażi tad-deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni tal-Kunsill, il-Kummissjoni adottat proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jimplimenta l-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ħolqien ta’ protezzjoni tal-privattiva unitarja, u proposta għal Regolament tal-Kunsill li jimplimenta l-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ħolqien ta’ protezzjoni tal-privattiva unitarja fir-rigward tal-arranġamenti applikabbli għat-traduzzjoni; |
D. |
billi fit-8 ta’ Marzu 2011 il-Qorti tal-Ġustizzja tat l-opinjoni tagħha dwar il-proposta ta’ Qorti Ewropea u Komunitarja dwar il-Privattivi li fiha rrimarkat dwar l-inkompatibilità tagħha mal-liġi tal-Unjoni; |
E. |
billi l-protezzjoni effettiva tal-privattivi unitarji tista’ tiġi żgurata biss jekk ikun hemm sistema għal-litigazzjoni dwar il-privattivi li tiffunzjona; |
F. |
billi, wara l-opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-Istati Membri parteċipanti fil-kooperazzjoni msaħħa impenjaw ruħhom li joħolqu Qorti Unifikata ghal-Litigazzjoni dwar il-Privattivi permezz ta’ ftehim internazzjonali; |
G. |
billi, f’dan il-kuntest, hemm differenza sustanzjali bejn il-ftehimiet internazzjonali ordinarji u t-trattati tat-twaqqif tal-Unjoni Ewropea, billi dawn tal-aħħar stabbilixxew ordni ġuridiku ġdid, b’istituzzjonijiet proprji, li għall-benefiċċju tiegħu l-Istati llimitaw id-drittijiet sovrani tagħhom f’oqsma dejjem usa’, li huma suġġetti għalihom mhux biss l-Istati Membri iżda wkoll iċ-ċittadini tagħhom, bil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u l-qrati ordinarji u t-tribunali tal-Istati Membri jaġixxu bħala l-gwardjani ta’ dak l-ordni ġuridiku; |
H. |
billi l-Qorti Unifikata dwar il-Privattivi trid tirrispetta u tapplika bis-sħiħ il-liġi tal-Unjoni, f’kooperazzjoni mal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, kif fil-każ ta' kwalunkwe qorti nazzjonali; |
I. |
billi t-Tribunal Unifikat dwar il-Privattivi għandu jibbaża fuq il-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja billi jitlob deċiżjonijiet preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE; |
J. |
billi r-rispett għall-prevalenza u għall-applikazzjoni korretta tal-liġi tal-Unjoni għandhom jiġu żgurati skont l-Artikoli 258, 259 u 260 TFUE; |
K. |
billi t-Tribunal Unifikat dwar il-Privattivi għandu jkun parti mis-sistemi ġudizzjarji tal-Istati Membri Kontraenti, b’kompetenza esklussiva għall-privattivi Ewropej b’effett unitarju u għall-privattivi Ewropej li jaħtru Stat Membru Kontraenti wieħed jew aktar; |
L. |
billi sistema ġudizzjarja effiċjenti jeħtieġ li jkollha Qorti tal-Prim'Istanza deċentralizzata; |
M. |
billi l-effiċjenza tas-sistema ta’ litigazzjoni tiddependi fuq il-kwalità u l-esperjenza tal-imħallfin; |
N. |
billi għandu jkun hemm sett wieħed ta’ regoli proċedurali applikabbli għall-proċedimenti quddiem kull diviżjoni jew istanza tal-qorti; |
O. |
billi l-Qorti Unifikata dwar il-Privattivi għandha tistinka biex tesprimi deċiżjonijiet ta’ kwalità għolja mingħajr dewmien proċedurali bla ħtieġa, u għandha tgħin, b’mod partikulari, lill-SMEs jiddefendu d-drittijiet tagħhom jew jiddefendu lilhom infushom minn klejms mhux sostanzjati jew privattivi li jistħoqqilhom li jkunu revokati; |
1. |
Jappella għat-twaqqif ta’ Sistema Unifikata għal-Litigazzjoni dwar il-privattivi, peress li suq frammentat għall-privattivi u d-differenzi fl-infurzar tal-liġi jfixklu l-innovazzjoni u l-progress fis-suq intern, jikkomplikaw l-użu tas-sistema tal-privattivi, iqumu ħafna flus u jimpedixxu l-protezzjoni effikaċi tad-drittijiet tal-privattivi, partikolarment dawk tal-intrapriżi ta' daqs żgħir u medju; |
2. |
Iħeġġeġ lill-Istati Membri jikkonkludu n-negozjati u jirratifikaw il-ftehim internazzjonali (“il-Ftehim”) bejn dawn l-Istati Membri (“Stati Membri Kontraenti”) biex tinħoloq Qorti Unifikata tal-Privattivi (“il-Qorti”) mingħajr dewmien żejjed, u jħeġġeġ lil Spanja u l-Italja jikkunsidraw li jsiru parti mill-proċedura ta’ kooperazzjoni msaħħa; |
3. |
Jinsisti li l-Qorti tal-Ġustizzja, bħala gwardjana tal-liġi tal-Unjoni, trid tiżgura l-uniformità tal-ordni ġuridiku tal-Unjoni u l-prevalenza tal-liġi Ewropea f’dan il-kuntest; |
4. |
Iqis li l-Istati Membri li għadhom ma ddeċidewx jekk jipparteċipawx fil-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ħolqien ta’ protezzjoni tal-privattiva unitarja jistgħu jipparteċipaw fis-Sistema Unifikata għal-Litigazzjoni dwar il-Privattivi fir-rigward tal-privattivi Ewropej validi fit-territorji tagħhom; |
5. |
Jenfasizza li l-prijorità tal-Qorti Unifikata tal-Privattivi għandha tkun li ssaħħaħ iċ-ċertezza legali u li ttejjeb l-infurzar tal-privattivi filwaqt li tikseb bilanċ ġust bejn l-interessi tad-detenturi tad-drittijiet u l-partijiet ikkonċernati; |
6. |
Jenfasizza l-ħtieġa għal sistema ta’ litigazzjoni kost-effiċjenti li tkun iffinanzata b’tali mod li jiġi żgurat l-aċċess għall-ġustizzja għad-detenturi kollha tal-privattivi, partikolarment għall-SMEs, l-individwi u l-organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ; |
Approċċ ġenerali
7. |
Jagħraf li l-istabbiliment ta’ sistema ta’ litigazzjoni dwar il-privattivi koerenti fl-Istati Membri li jieħdu sehem fil-kooperazzjoni msaħħa għandu jsir permezz tal-Ftehim; |
8. |
Għaldaqstant jisħaq li:
|
9. |
Jilqa' l-istabbiliment ta' ċentru ta' medjazzjoni u arbitraġġ fi ħdan il-qafas tal-ftehim; |
L-Istruttura tas-Sistema għal-Litigazzjoni dwar il-Privattivi
10. |
Iqis li jeħtieġ li sistema ġudizzjarja effiċjenti għal-litigazzjoni tkun deċentralizzata u huwa tal-opinjoni li:
|
Il-Kompożizzjoni tal-Qorti u l-kwalifiki tal-Imħallfin
11. |
Jenfasizza li l-effiċjenza tas-sistema għal-litigazzjoni tiddependi l-aktar fuq il-kwalità u l-esperjenza tal-imħallfin; |
12. |
F'dan ir-rigward:
|
Proċedura
13. |
Iqis, fir-rigward tal-kwistjonijiet proċedurali, li:
|
Il-Ġuriżdizzjoni u l-effett tad-deċiżjonijiet tal-Qorti
14. |
Jissottolinja li:
|
Liġi Sostantiva
15. |
Huwa tal-opinjoni li l-Qorti għandha tibbaża d-deċiżjonijiet tagħha fuq il-Liġi tal-Unjoni, fuq il-Ftehim, fuq il-Konvenzjoni Ewropea dwar il-Privattivi (KEP) u fuq il-liġi nazzjonali adottata skont il-KEP, fuq id-dispożizzjonijiet ta' ftehimiet internazzjonali applikabbli għall-privattivi u li jorbtu lill-Istati Membri Kontraenti kollha, kif ukoll fuq il-liġi nazzjonali tal-Istati Membri Kontraenti fid-dawl tal-liġi tal-Unjoni applikabbli; |
16. |
Jenfasizza li Privattiva Ewropea b'effett unitarju għandha tikkonferixxi fuq il-proprjetarju tagħha d-dritt li jipprevjeni l-użu dirett jew indirett tal-invenzjoni minn kwalunkwe parti terza li ma jkollhiex il-kunsens tal-proprjetarju fit-territorji tal-Istati Membri Kontraenti, li l-proprjetarju għandu jkun intitolat għal kumpens għad-danni f'każ ta' użu illegali tal-invenzjoni, u li l-proprjetarju għandu jkun intitolat li jirċievi l-profitt mitluf minħabba l-ksur u telf ieħor, ħlas adegwat għad-drittijiet tal-liċenzja jew il-profitt li jirriżulta mill-użu illegali tal-invenzjoni; |
o
o o
17. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri. |
(1) ĠU L 76, 22.3.2011, p. 53.
(2) ĠU C 211, 16.7.2011, p. 2.
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta' Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali (ĠU L 12, 16.1.2001, p. 1).