EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52012DC0713
COMMUNICATION FROM THE COMMISSION TO THE EUROPEAN PARLIAMENT, THE COUNCIL, THE EUROPEAN ECONOMIC AND SOCIAL COMMITTEE AND THE COMMITTEE OF THE REGIONS A Maritime Strategy for the Adriatic and Ionian Seas
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI Strateġija marittima għall-Baħar Adrijatiku u l-Baħar Jonju
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI Strateġija marittima għall-Baħar Adrijatiku u l-Baħar Jonju
/* COM/2012/0713 final */
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI Strateġija marittima għall-Baħar Adrijatiku u l-Baħar Jonju /* COM/2012/0713 final */
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI
EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI Strateġija marittima
għall-Baħar Adrijatiku u l-Baħar Jonju Il-Baħar
Adrijatiku u l-Baħar Jonju li jmiss miegħu, bil-pożizzjoni
ċentrali tagħhom fit-Tramuntana tal-Mediterran, jikkostitwixxu
żona importanti marittima u tal-baħar fl-Ewropa. Il-prospett
tal-adeżjoni mal-UE jfisser li se jkun hemm żieda kontinwa
fil-moviment ħieles ta’ persuni, oġġetti u servizzi. It-tibdil
fil-klima u l-impatti tiegħu qed joħolqu theddid dejjem ikbar
għaż-żoni kostali. Il-pajjiżi kostali għad għandhom
livelli żbilanċjati ta’ esperjenza, kapaċità teknika,
riżorsi finanzjarji u għarfien biex jiżguraw l-iżvilupp
sostenibbli taż-żoni tal-baħar u kostali tagħhom. L-ibħra,
il-gżejjer u r-reġjuni kostali huma sistemi kumplessi u
interkonnessi. Mhux ta’ b'xejn, għalhekk, li l-pajjiżi
taż-żona tal-Adrijatiku u tal-Jonju ddeċidew li jkabbru
l-kooperazzjoni tagħhom fis-settur tal-baħar, li huwa l-assi naturali
komuni ewlieni tagħhom. DAĦLA (1)
Għanijiet Din
il-Komunikazzjoni tivvaluta l-ħtiġijiet u l-potenzjal ta’
attivitajiet marbuta mal-baħar fiż-żona tal-Adrijatiku u
tal-Jonju, u tistabbilixxi qafas lejn strateġija marittima koerenti u Pjan
ta’ Azzjoni korrispondenti sal-2013. Jekk l-Istati Membri tal-UE
jiddeċiedu li jitolbu lill-Kummissjoni tħejji strateġija tal-UE
għar-reġjun tal-Adrijatiku u tal-Jonju, din l-istrateġija
marittima tista’ tikkostitwixxi l-ewwel komponent ta’ din it-tip ta’
strateġija makroreġjonali tal-UE li tkopri oqsma addizzjonali. L-istrateġija se tiddefinixxi azzjonijiet vijabbli u inizjattivi
konġunti li jindirizzaw l-isfidi u l-opportunitajiet b'dimensjoni
transkonfinali li jistgħu jiġu solvuti biss permezz ta’ impenn
komuni. Se tutilizza r-riżorsi, il-leġiżlazzjoni u l-istrutturi
eżistenti biex trawwem sħubijiet transkonfinali u tipprijoritizza
l-għanijiet li madwarhom l-atturi lokali, reġjonali u nazzjonali
jistgħu jiġu mobilizzati biex jibdlu l-prijoritajiet
tal-Istrateġija Ewropa 2020 f'azzjonijiet immirati. L-implimentazzjoni ta’ din l-istrateġija tista',
bis-saħħa ta’ ġestjoni intelliġenti, taġixxi
bħala xprun tal-ekonomija mingħajr il-bżonn ta’ flus żejda. Se tgħin ukoll sabiex jiġu fformulati
aħjar l-applikazzjonijiet tal-proġetti u jiġu kkordinati
aħjar il-finanzjament u l-implimentazzjoni tagħhom, partikolarment
bil-ħsieb ta’ nfiq aktar effettiv taħt il-qafas finanzjarju
l-ġdid 2014-2020. Il-proġetti marittimi jistgħu jiġu
ffinanzjati taħt diversi programmi u strumenti finanzjarji tal-UE, filwaqt
li jiġu rispettati l-kompetenzi tal-Istati Membri li huma eliġibbli
għall-appoġġ. Dawn jinkludu l-FEŻR, is-CF, l-ESF, l-FES[1] u strumenti u programmi
oħra ta’ finanzjament, sew eżistenti (bħal FP7[2] u LIFE+[3]) u għall-futur
(bħall-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u l-FEMS[4]). Barra minn hekk,
jeħtieġ li l-fondi tal-IPA[5]
jiġu mobilizzati sabiex jinvolvu lil pajjiżi kandidati u potenzjali
f’azzjonijiet futuri. Hemm ukoll sorsi oħra potenzjali ta’ finanzjament,
bħall-Istituzzjonijiet Finanzjarji Internazzjonali inkluż pemezz
tal-Qafas ta’ Investiment tal-Balkani tal-Punent (WBIF), riżorsi
nazzjonali, reġjonali u lokali kif ukoll investituri privati. Għandha
tingħata attenzjoni lejn il-ġbir flimkien tagħhom b’mod
effikaċi fi ħdan qafas strateġiku. Se tingħata wkoll
attenzjoni lir-regoli ta’ kompetizzjoni jekk il-finanzjament ta’ proġett
partikolari jista' jitqies bħala għajnuna mill-Istat. Se tħejji s-sisien għal tkabbir permezz tal-appoġġ
għal attivitajiet tas-sajd sostenibbli fit-tul u responsabbli, status
ambjentali tajjeb tal-ambjent tal-baħar u aktar sikurezza u sigurtà
fl-ispazju marittimu. Se tgħin ukoll fl-indirizzar ta’ kwistjonijiet
orizzontali, bħall-adattament effiċjenti għall-impatt tat-tibdil
fil-klima. Dan se jrawwem tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv
tal-ekonomija marittima u b’hekk jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-miri
tal-Istrateġija Ewropa 2020[6]. (2)
Kamp ta’ applikazzjoni ġeografiku Il-Baħar
Adrijatiku u l-Baħar Jonju[7]
jġibu f'kuntatt it-territorji ta’ seba’ pajjiżi: tliet Stati Membri
tal-UE (il-Greċja, l-Italja u s-Slovenja), pajjiż wieħed
aderenti (il-Kroazja), pajjiż wieħed kandidat (il-Montenegro) u
żewġ pajjiżi kandidati potenzjali (l-Albanija u l-Bożnja u
Ħerzegovina). Is-Serbja, pajjiż kandidat ukoll, hija waħda
mit-tmien membri fl-Inizjattiva tal-Baħar Adrijatiku u l-Baħar Jonju
(IIA)[8].
Pajjiżi oħra fiż-żona wkoll għandhom interess politiku
u ekonomiku fl-attivitajiet marittimi fl-Adrijatiku u l-Jonju, u għalhekk
jistgħu jiġu involuti f'attivitajiet speċifiċi fuq
il-bażi ta’ każ b’każ. (3)
Kuntest Diġà hemm
kooperazzjoni estensiva bejn l-Istati kostali tal-Baħar Adrijatiku u
l-Baħar Jonju, li parzjalment tirriżulta minn programmi Ewropej,
bħall-Programm ta’ Kooperazzjoni Transkonfinali tal-IPA tal-Baħar
Adrijatiku u programmi futuri fiż-żona, u parzjalment minn
inizjattivi oħra, bħalma huma l-Inizjattiva tal-Baħar Adrijatiku
u l-Baħar Jonju. Din
il-Komunikazzjoni tipprovdi qafas għall-adattament tal-Politika Marittima
Integrata għall-bżonnijiet u l-potenzjal tar-riżorsi naturali u
l-kuntest soċjoekonomiku taż-żoni kostali u tal-baħar
tal-Adrijatiku u l-Jonju. Fil-Konklużjonijiet tiegħu dwar il-Politika
Marittima Integrata ta’ Diċembru 2011, il-Kunsill esprima
l-appoġġ għall-"ħidma li għaddejja tal-Istati
Membri Adrijatiċi u tal-Jonju biex isaħħu l-kooperazzjoni
marittima ma' ġirien mhux tal-UE fiż-żona tal-qafas ta’
strateġija makroreġjonali". Kif enfasizzat
fid-'Dikjarazzjoni ta’ Limassol'[9],
il-kooperazzjoni fil-baċin tal-baħar hija pass importanti
fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-Politika Marittima Integrata tal-UE.
L-esperjenza miksuba fil-Baħar Baltiku[10],
fid-Danubju[11]
u fil-Baħar Atlantiku[12]
tista’ tipprovdi eżempji utli u lezzjonijiet mitgħallma. L-ideat
ippreżentati hawn taħt ġew ikkonfermati minn tliet sessjonijiet
ta’ ħidma tal-partijiet interessati organizzati matul l-2012
fil-Greċja, l-Italja u s-Slovenja. It-TFASSIL TA’
AĠENDA GĦAL TKABBIR INTELLIĠENTI, SOSTENIBBLI U INKLUSSIV
MILL-BAĦAR PILASTRU 1:
Inwasslu għall-massimu l-potenzjal tal-ekonomija blu Fil-Komunikazzjoni
dwar 'It-Tkabbir blu: opportunitajiet
għal tkabbir sostenibbli fis-settur tal-baħar u dak marittimu’[13], il-Kummissjoni tipprovdi
stampa tal-ekonomija blu tal-Ewropa. Biex
nisfruttaw it-tkabbir ekonomiku mill-baħar, hemm bżonn li
l-pajjiżi jistabbilixxu l-kundizzjonijiet xierqa għall-innovazzjoni u
l-kompetittività u li jikkonċentraw fuq oqsma ta’ vantaġġ
komparattiv. 1.1 It-tfassil
tal-kundizzjonijiet għall-innovazzjoni u l-kompetittività Hemm bżonn
li jiġu indirizzati għadd ta’ xpruni għat-tkabbir u l-ostakli
għall-kisba tal-potenzjal għat-tkabbir fis-settur tal-baħar u
dak marittimu. Dawn jinkludu simplifikazzjoni
u armonizzazzjoni amministrattivi, ħiliet meħtieġa,
riċerka, żvilupp u innovazzjoni, raggruppamenti marittimi,
infrastruttura intelliġenti u li tiflaħ għall-klima kif ukoll
ħaddiema kwalifikati u mobbli. Kundizzjonijiet
xierqa għall-iżvilupp tagħhom se jgħinu setturi
kruċjali għaż-żona – bħal ma huma l-bini tal-vapuri,
l-industrija tad-dgħajjes u l-loġistika - għat-tisħiħ
tal-ingranaġġ kompetittiv u bidu sod ta’ opportunitajiet ġodda
ta’ negozju. Fir-reġjun tal-Friuli
Venezia Giulia, Ditenave joffri eżempju tajjeb ta’ raggruppament marittimu
li jiġbor flimkien l-industrija tat-teknoloġija avvanzata,
universitajiet u awtoritajiet reġjonali. L-użu
ekonomiku akbar tal-ispazju tal-baħar u kostali jista’ jintensifika
l-kompetizzjoni għall-ispazju. L-Ippjanar Spazjali Marittimu (MSP) huwa
element ewlieni biex naslu għal tip ta’ teħid
tad-deċiżjonijiet li jibbilanċja l-interessi settorjali li qed
jikkompetu għall-ispazju fil-baħar. Bl-istess mod, il-Ġestjoni
Integrata taż-Żoni Kostali (ICZM) tgħin sabiex nilqgħu
għal pressjoni dejjem akbar fuq iż-żoni kostali. Il-Pjan ta’
Azzjoni ta’ Prijorità tal-UNEP/MAP[14]
jaqdi rwol importanti fl-appoġġ għall-ICZM minn pajjiżi
tal-Mediterran, u jimplimenta l-Protokoll tal-ICZM tal-Konvenzjoni ta’
Barċellona. Fid-dawl ta’ dan
ta’ hawn fuq, il-kwistjonijiet li ġejjin jipprovdu eżempji ta’ oqsma
prijoritarji għall-iżvilupp: ·
It-titjib tal-kooperazzjoni amministrattiva
għas-simplifikazzjoni u l-armonizzazzjoni tal-formalitajiet
għat-trasport bil-baħar, kif ipprovdut fl-acquis tal-UE; ·
L-istimulazzjoni tal-ħolqien ta’
raggruppamenti marittimi u netwerks tar-riċerka kif ukoll il-formulazzjoni
ta’ strateġija tar-riċerka biex tixpruna l-innovazzjoni; ·
Iż-żieda fil-mobbiltà u l-kwalifiki
tal-forza tax-xogħol, inkluża t-trasparenza tal-kwalifiki; ·
L-iżvilupp tal-MSP u l-ICZM kemm fuq il-livell
nazzjonali kif ukoll dak transkonfinali, fuq il-bażi tal-approċċ
ibbażat fuq l-ekosistema u l-aqwa użu tar-riżultati ta’
proġetti ta’ riċerka ewlenin tal-UE dwar iż-Żoni Protetti
tal-Baħar[15]. 1.2 Setturi
tal-baħar u marittimi rilevanti 1.2.1 It-trasport marittimu Minħabba l-pożizzjoni tagħhom
kemm fuq l-assi bejn il-Lvant u l-Punent u l-assi bejn it-Tramuntana u
n-Nofsinhar tal-Ewropa, il-Baħar Adrijatiku u l-Baħar Jonju
jikkostitwixxu rotta ta’ trasport marittimu importanti. Diversi pajjiżi
tal-Ewropa Ċentrali u pajjiżi mdawrin bl-art jiddependu bil-kbir fuq
il-portijiet tat-Tramuntana tal-Adrijatiku għall-importazzjonijiet
tagħhom. Ħames portijiet fit-Tramuntana tal-Adrijatiku (Koper,
Ravenna, Rijeka, Venezja, Trieste) inġabru fi ħdan il-pjattaforma
loġistika tal-Assoċjazzjoni tal-Portijiet fit-Tramuntana
tal-Adrijatiku (NAPA). Il-kompetittività tal-portijiet tal-Adrijatiku u
l-Jonju, kif ġiet identifikata fl-iżvilupp li jinsab għaddej
tal-portijiet tal-UE bi proposti rilevanti ppjanati għall-ewwel parti
tal-2013, tiddependi fost oħrajn fuq: ·
Il-kapaċità tagħhom biex tittejjeb
l-intermodalità billi jintegraw it-trasport bil-baħar u fuq l-art.
Il-kurituri tat-trasport tal-Baltiku-Adrijatiku u tal-Mediterran previsti
fil-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa se jieħdu ħsieb in-nuqqas ta’
konnessjonijiet tal-ferrovija u tal-awtostradi; ·
Operazzjonijiet effiċjenti u li jirrispettaw
l-ambjent. Il-portijiet għandhom rwol kruċjali biex jiżguraw
il-kontinwità territorjali u l-koeżjoni soċjali. Madankollu,
il-konnessjonijiet bil-baħar għall-merkanzija u
l-passiġġieri fost pajjiżi li jmissu mal-Adrijatiku u mal-Jonju
rarament huma l-għażla preferuta. Minħabba l-għadd kbir ta’
pajjiżi u bliet madwar il-Baħar Adrijatiku u l-Baħar Jonju u
d-distanzi relattivament qosra bejniethom bil-baħar, il-potenzjal
għall-iżvilupp tat-tbaħħir fuq distanzi qosra huwa
wieħed qawwi. L-Awtostrada tal-Baħar Adrijatiku[16] hija eżempju tal-isforzi
biex ikun ipprovdut servizz ta’ trasport vijabbli u affidabbli permezz ta’
sistema ta’ trasport multimodali trans-Ewropea. Il-konnettività
permezz ta’ vapurett transkonfinali hija partikolarment importanti
minħabba l-għadd kbir ta’ gżejjer lil hinn mix-xtut Kroati u
Griegi. Fid-dawl ta’ dan
t’hawn fuq, il-kwistjonijiet li ġejjin jipprovdu eżempji ta’ oqsma
prijoritarji potenzjali għall-iżvilupp fl-istrateġija
tal-portijiet ippjanata u l-azzjonijiet TEN-T futuri: ·
L-ottimizzazzjoni tal-interfaċċji,
il-proċeduri u l-infrastruttura biex jitħaffef il-kummerċ
mal-Ewropa tal-Lvant, Ċentrali u tan-Nofsinhar; ·
L-ottimizzazzjoni tal-konnessjonijiet permezz
tal-iżvilupp ta’ netwerk tat-trasport marittimu integrat, ibbażat fuq
id-domanda u b’livell baxx ta’ karbonju madwar ir-reġjun, filwaqt li
tingħata attenzjoni partikolari lill-konnettività tal-gżejjer; ·
Żieda tas-sostenibbiltà ambjentali u ekonomika
fuq żmien twil. L-għażliet konkreti li għandhom
jitqiesu jistgħu jkunu t-titjib tal-konnettività tal-portijiet
mal-artijiet ta’ madwarhom u l-iżgurar ta’ implimentazzjoni fi żmien
qasir tal-ispazju tat-trasport marittimu mingħajr ostakli (it-tnaqqis
tal-piż amministrattiv għal skambji tal-baħar intra-UE
fir-reġjun jew il-promozzjoni tal-effiċjenza u l-kwalità tas-servizzi
tal-portijiet fir-reġjun). 1.2.2 It-turiżmu kostali u
marittimu It-turiżmu
huwa ekonomikament sinifikanti bħala wieħed mill-fatturi ewlenin
tal-attivitajiet marittimi li qed jikbru b’ritmu mgħaġġel.
Mit-turiżmu tibbenefika ħafna l-ekonomija reġjonali permezz
tal-ħolqien tal-impjiegi u l-promozzjoni tal-konservazzjoni tal-wirt
kulturali kostali u marittimu. Il-Forum tal-Kmamar tal-Kummerċ
tal-Adrijatiku u l-Jonju żviluppaw marka kummerċjali komuni, "AdrIon".
Il-ġestjoni tajba tat-turiżmu kostali intensiv hija fundamentali
sabiex jittaffew l-effetti negattivi possibbli fuq l-ambjent kostali u
tal-baħar li fuqha jiddependu b’mod qawwi. Pereżempju,
jeħtieġ li l-kapaċità tal-impjanti tat-trattament tal-iskart jew
tal-ilma tal-iskart jiġi adattat, biex jiġi evitat li jintremew
direttament fil-baħar. Fis-settur
tal-vapuri tal-kruċieri, iż-żona tal-Adrijatiku u l-Jonju
diġà qed tara tkabbir b’ritmu mgħaġġel. Venezja u Dubrovnik
jikklassifikaw fost l-10 portijiet tal-passiġġieri
tal-kruċiera ewlenin fl-Ewropa. Is-segmentazzjoni li qed tiżdied
fis-suq u l-mudelli ġodda ta’ negozju qed jiftħu opportunitajiet
ġodda għal diversi portijiet. Fl-aħħar
nett, il-wirt kulturali u arkeoloġiku fiż-żona kostali u
f’qiegħ il-baħar jikkostitwixxi element importanti kemm f’termini ta’
żvilupp tat-turiżmu kif ukoll ta’ identità komuni. Fid-dawl ta’ dan
ta’ hawn fuq, il-kwistjonijiet li ġejjin jipprovdu eżempji ta’ oqsma
prijoritarji għall-iżvilupp: ·
Appoġġ għall-iżvilupp sostenibbli
tat-turiżmu kostali u marittimu, li jħeġġeġ
l-innovazzjoni u l-istrateġiji ta’ kummerċjalizzazzjoni u prodotti
komuni; ·
Garanzija tas-sostenibbiltà tas-settur billi
tiġi limitata l-marka ambjentali tiegħu filwaqt li jitqiesu l-impatti
ta’ klima li qed tinbidel; ·
Promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli
tat-turiżmu tal-kruċieri; ·
Tkabbir fil-valur u l-apprezzament tal-wirt
kulturali. L-għażliet
konkreti li għandhom jitqiesu jistgħu jkunu t-titjib fil-marka komuni
għall-promozzjoni turistika tar-reġjun, f’konformità max-xogħol
li nbeda mill-Kmamar tal-Kummerċ tal-Adrijatiku u l-Jonju, u
l-identifikazzjoni ta’ mudelli ġodda ta’ kummerċ fis-settur
tal-kruċieri. 1.2.3 L-akkwakultura Fl-UE s-settur
tal-akkwakultura jirrappreżenta madwar 80.000 impjieg dirett, sors vitali
ta’ dħul f'bosta żoni kostali tal-UE. L-Italja u l-Greċja huma
fost l-ewwel pajjiżi produtturi fil-Baħar Mediterran kollu
għall-ħut imrobbi u jipproduċu aktar minn
284,000 tunnellata fis-sena. L-iżvilupp
ta’ settur tal-akkwakultura Ewropea, ta’ kwalità għolja li huwa
ambjentalment u ekonomikament sostenibbli għandu l-potenzjal li
jikkontribwixxi lejn il-ħolqien tal-impjiegi u l-provvista ta’ prodotti
ta’ ikel tajjeb għas-saħħa. L-akkwakultura tista’ wkoll tnaqqas
il-pressjoni fuq is-sajd u għaldaqstant tgħin fil-preservazzjoni
tal-istokkijiet tal-ħut. Il-mitigazzjoni tal-impatti negattivi titqies kif
xieraq mill-korp tal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-UE. L-iżvilupp
tal-potenzjal sħiħ tal-akkwakultura tal-UE huwa mfixkel minn
għadd ta’ ostakli: aċċess limitat għall-ispazju u
l-liċenżjar; frammentazzjoni fl-industrija; aċċess limitat
għal kapital inizjali jew self għall-innovazzjoni; proċeduri
amministrattivi u burokrazija li jieħdu ħafna żmien. B'rispett
sħiħ tal-prinċipju tas-sussidjarjetà, ir-riforma tal-Politika
Komuni tas-Sajd tipproponi l-promozzjoni tal-akkwakultura permezz ta’
approċċ ikkoordinat ibbażat fuq linji gwida strateġiċi
mhux vinkolanti u prijoritajiet komuni u l-iskambju tal-aħjar prassi
permezz tal-metodu miftuħ ta’ koordinazzjoni. Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn
fuq, il-kwistjonijiet li ġejjin jipprovdu eżempji ta’ oqsma
prijoritarji għall-iżvilupp: ·
Il-ħolqien ta’ impjiegi ġodda u
opportunitajiet ta’ negozju permezz ta’ iktar riċerka u innovazzjoni; ·
Skont il-prinċipji tal-MSP, ħidma fuq
l-għodda sabiex jinstabu l-aktar siti xierqa għall-akkwakultura
fl-ilmijiet, inklużi għodod sabiex jiġu identifikati
l-attivitajiet għal kopożizzjoni potenzjali ma’ attivitajiet
ekonomiċi oħra. L-għażliet
konkreti li għandhom jitqiesu jistgħu jkunu l-kooperazzjoni biex
jitnaqqas il-piż amministrattiv u l-ottimizzazzjoni tal-ippjanar spazjali
permezz ta’ skambju tal-aħjar prattiki. PILASTRU 2: Ambjent
tal-baħar aktar b’saħħtu L-ambjent
tal-baħar u kostali tal-Adrijatiku u tal-Jonju jilqa’ livell għoli
ta’ diversità ta’ ħabitats u speċijiet. L-alka (Posidonia) u
l-mammiferi marittimi varji jistgħu jinstabu fiż-żewġt
ibħra[17]. L-azzjoni
magħquda ta’ pressjoni antropoġenika għolja u
karatteristiċi topografiċi jagħmlu dawn il-ħabitats
suxxettibbli ħafna għat-tniġġis. Il-kooperazzjoni bejn
l-Istati kostali sseħħ fi ħdan l-oqfsa regolatorji tad-Direttiva
ta’ Qafas dwar l-Istrateġija Marittima, il-Konvenzjoni ta’ Barċellona
u l-Protokolli tagħha kif ukoll il-Kummissjoni Konġunta
għall-Protezzjoni tal-Baħar Adrijatiku u ż-Żoni Kostali
Tiegħu. Impatt
sinifikanti fuq il-baħar Adrijatiku ġej mit-tifwir tax-xmajjar. Bejn
wieħed u ieħor terz tal-ilma kontinentali tal-Mediterran jibqa’
sejjer fil-Baħar Adrijatiku tat-Tramuntana u ċentrali.
L-ewtrofikazzjoni li tirriżulta hija waħda mit-theddidiet ewlenin
għal din iż-żona[18].
Għalhekk sabiex jinkiseb status ambjentali tajjeb tal-ambjent
tal-baħar hija rilevanti l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet
tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma. Minbarra l-fatt
li l-iskart fil-baħar jirrappreżenta problema estetika, spiss
joħloq riskji sinifikanti għall-ħajja tal-baħar. Is-sorsi
prinċipali ta’ skart huma l-attivitajiet fuq l-art: skart domestiku,
rilaxxi minn faċilitajiet turistiku u tifwir mill-miżbliet. Iż-żona
hija kkaratterizzata wkoll minn trasport marittimu intensiv, li jimplika
emissjonijiet mill-vapuri u mill-port, riskji ta’ inċidenti u
l-introduzzjoni ta’ speċijiet aljeni invażivi permezz tar-rimi
tal-ilma tas-saborra. Fl-2005 l-Kroazja, l-Italja u s-Slovenja ffirmaw ftehim
dwar Pjan ta’ Kontinġenza Subreġjonali[19] li jistabbilixxi qafas legali
u operattiv għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra inċidenti ta’
tniġġiż tal-baħar. Fid-dawl ta’ dan
ta’ hawn fuq, il-kwistjonijiet li ġejjin jipprovdu eżempji ta’ oqsma
prijoritarji għall-iżvilupp fil-politiki tal-UE rispettivi: ·
L-iżgurar ta’ status ambjentali u
ekoloġiku tajjeb tal-ambjent tal-baħar u kostali sal-2020
f’konformità mal-acquis tal-UE relevanti u l-Approċċ
ibbażat fuq l-Ekosistema tal-Konvenzjoni ta’ Barċellona; ·
Il-preservazzjoni tal-bijodiversità, l-ekosistemi u
s-servizzi tagħhom permezz tal-implimentazzjoni tan-netwerk ekoloġiku
Ewropew Natura 2000 u l-ġestjoni tiegħu filwaqt li titqies ukoll
ħidma relatata fi ħdan il-Konvenzjoni ta’ Barċellona; ·
It-tnaqqis tal-iskart tal-baħar, inkluż
permezz ta’ ġestjoni aħjar tal-iskart fiż-żoni kostali; ·
L-issoktar tat-titjib fil-kooperazzjoni
subreġjonali u l-monitoraġġ tal-mekkaniżmi eżistenti,
partikolarment dawk stabbiliti mill-EMSA fir-rigward tal-prevenzjoni,
it-tħejjija u r-reazzjoni koordinata għal tixrid kbir
taż-żejt u l-esplorazzjoni ta’ kif jista’ jsir użu aħjar
tar-riżorsi disponibbli tal-UE. L-għażliet
konkreti li għandhom jitqiesu jistgħu jkunu l-iskambju tal-aħjar
prattiki fost l-awtoritajiet ta’ ġestjoni ta’ Żoni tal-Baħar
Protetti bil-għan li titħares il-bijodiversità, it-tkomplija
tal-ħidma tan-Netwerk taż-Żoni Protetti fl-Adrijatiku
(AdriaPAN), kif ukoll l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Kontinġenza
Subreġjonali, bil-possibbiltà li jiġi estiż għal
pajjiżi oħra li jmissu mal-Adrijatiku u mal-Jonju. PILASTRU 3:
Spazju marittimu b’aktar sikurezza u sigurtà L-isfidi
tas-saħħa, is-sikurezza u s-sigurtà umani u ambjentali mhumiex
limitati għall-fruntieri marittimi ta’ pajjiż wieħed.
L-għan għandu jkun rispons reġjonali sinerġetiku,
b’implimentazzjoni armonizzata tar-regoli eżistenti tal-UE u
internazzjonali u l-isfruttar ta’ teknoloġiji ġodda. Hemm
il-ħtieġa li xi pajjiżi terzi fir-reġjun itejbu
l-prestazzjoni tagħhom bħala Stati tal-bandiera u l-klassifikazzjoni
tagħhom fil-lista tal-livell ta’ prestazzjoni tal-Memorandum ta’ ftehim
ta’ Pariġi dwar il-kontroll tal-Istat tal-port. L-implimentazzjoni
rigoruża tar-regoli tal-UE u dawk internazzjonali eventwalment se
tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ trasport bil-baħar fir-reġjun
ta’ kwalità u dan se jirriżulta f’kundizzjonijiet ekwi, se
jinkoraġġixxi l-mobilità u progressivament se jipprepara
lill-pajjiżi kandidati u dawk kandidati potenzjali
għall-adeżjoni mal-UE. Għandu jkun hemm ħidma lejn
l-istabbiliment ta’ kultura ta’ konformità ma’ regoli eżistenti tal-UE u
dawk internazzjonali. Hemm ukoll aktar vjaġġi ta’ vapuri tal-passiġġieri
fis-sena meta mqabbel ma’ reġjuni oħra, filwaqt li t-trasport
taż-żejt u tal-gass qed jiżdied. Lil hinn mit-traffiku marittimu
kummerċjali, il-Baħar Adrijatiku u l-Baħar Jonju jintużaw
minn netwerks kriminali involuti fil-migrazzjoni irregolari u attivitajiet
illegali oħra. Għandhom jiġu mtejba l-kapaċitajiet
tal-awtoritajiet pubbliċi biex jimmonitorjaw it-traffiku marittimu, jirreaġixxu
għall-emerġenzi, isalvaw il-ħajjiet tan-nies, jirrestawraw
l-ambjent tal-baħar, jikkontrollaw l-attivitajiet tas-sajd, u
jaffaċċjaw it-theddid għas-sigurtà u l-attivitajiet illegali . Il-kwistjonijiet li ġejjin jipprovdu eżempji ta’ oqsma
prijoritarji li għandhom jiġu żviluppati partikolarment
fil-pajjiżi ġirien fir-reġjun, filwaqt li jitqiesu l-azzjonijiet
li għaddejjin fil-qafas tal-acquis tal-UE u f’koerenza mal-oqfsa
istituzzjonali nazzjonali involuti: ·
It-titjib tal-kultura ta’ konformità fil-kontroll
tal-Istati tal-bandiera u tal-port, ir-responsabbiltà u l-assigurazzjoni
tat-trasport marittimu, is-sanità fuq il-vapuri u l-kontroll ta’ mard li
jittieħed fuq il-vapuri, l-investigazzjoni tal-inċidenti u s-sigurtà
tal-port; ·
It-titjib tal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet
marittimi nazzjonali jew reġjonali mal-UE, li tistabbilixxi
mekkaniżmi li jippermettu l-iskambju ta’ informazzjoni tat-traffiku
marittimu nazzjonali bejn sistemi VTMIS[20]
permezz tas-SafeSeaNet; ·
L-appoġġ tal-iżvilupp ta’ sistema
ta’ appoġġ għad-deċiżjoni, il-kapaċitajiet ta’
rispons għall-inċidenti, u l-pjanijiet ta’ kontinġenza; ·
L-iżgurar ta’ sorsi adegwati ta’ informazzjoni
għall-ekwipaġġi u n-navigaturi, bħall-batimetrija,
l-immappjar ta’ qiegħ il-baħar u l-istħarriġ idrografiku, u
l-inkorporazzjoni ta’ din l-informazzjoni f’mapep nawtiċi elettroniċi
(navigazzjoni elettronika), speċjalment għall-użu mill-vapuri
tal-passiġġieri. Għażla konkreta li trid
titqies sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet, kif ħareġ matul
l-ewwel sensiela ta’ konsultazzjonijiet tal-partijiet interessati, tista’ tkun
l-aġġornament tas-sistema eżistenti ADRIREP[21] u l-integrazzjoni tagħha
mas-SafeSeaNet. PILASTRU 4: Attivitajiet tas-sajd
sostenibbli u responsabbli L-istrateġija
għandha ssaħħaħ l-isforzi lejn sajd sostenibbli u
responsabbli fit-tul sabiex l-attivitajiet tas-sajd ikunu jistgħu jkomplu
jipprovdu sors ekonomiku għaż-żoni kostali. L-ewwel nett, għandha titfittex l-implimentazzjoni effettiva
tal-prinċipji tal-Politika Komuni tas-Sajd (PKS). Il-PKS
tħeġġeġ il-promozzjoni ta’ approċċ minn isfel għal
fuq lejn il-ġestjoni tas-sajd. Għal din iż-żona jkunu ta’
benefiċċju wkoll prinċipji u għodod komuni għal
żoni tal-baħar protetti ta’ interess għas-sajd[22] inkluża l-adozzjoni ta’
miżuri għall-protezzjoni ta’ ħabitats sensittivi u ċerti
speċijiet (eż. fkieren, dniefel). Diġà hemm kooperazzjoni dwar l-aspetti kummerċjali tas-sajd
fost il-korpi amministrattivi u l-organizzazzjonijiet tal-produtturi
fil-Kroazja, l-Italja u s-Slovenja li jwasslu pereżempju
għall-istabbiliment ta’ Osservatorju Soċjoekonomiku għas-Sajd u
l-Akkwakultura fit-Tramuntana tal-Adrijatiku. L-ambitu tiegħu jista’
jiġi estiż għall-iżvilupp tal-intelliġenza tas-suq u
s-servizzi biex tkun żgurata t-traċċabbiltà u tkun tista’ ssir
il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti. Fil-qasam tal-kontroll, il-monitoraġġ u s-sorveljanza, hemm
il-bżonn li tiżdied il-kultura tal-konformità u li jiġi
ffaċilitat it-trasferiment tal-informazzjoni, abbażi tal-iskambju ta’
għarfien espert u l-aħjar prattiki u l-iżvilupp ulterjuri ta’
inizjattivi operattivi komuni. L-aġġornament tal-għodod
operattivi xierqa kollha (sistemi, tagħmir u riżorsi oħra)
għandu wkoll jiġi investigati. Diġà hemm kooperazzjoni dwar kwistjonijiet xjentifiċi u ta’
ġestjoni tas-sajd fi ħdan il-qafas multilaterali tal-Kummissjoni
Ġenerali tas-Sajd għall-Mediterran u l-proġetti reġjonali
tal-FAO (Adriamed u EastMed). Jeħtieġ li dawn il-proġetti
jiġu rinfurzati billi tiżdied il-parteċipazzjoni
tal-pajjiżi kollha abbonati. B’mod parallel, tista’ tiġi promossa
aktar kooperazzjoni xjentifika bejn il-pajjiżi tar-reġjun sabiex ikun
hemm rabta aħjar mal-ħtiġijiet tas-settur tas-sajd u
tal-akkwakultura. Fid-dawl
ta’ dan ta’ hawn fuq, il-kwistjonijiet li ġejjin jipprovdu eżempji
ta’ oqsma prijoritarji għall-iżvilupp: ·
Il-kisba tal-ġestjoni sostenibbli tas-sajd,
inkluż l-iżvilupp ta’ pjanijiet pluriennali u miżuri
bħaż-Żoni Protetti tal-Baħar fis-sens usa' tagħhom; ·
Il-kontribuzzjoni għall-profittabilità u
s-sostenibbiltà tas-sajd, billi jissaħħaħ l-involviment
tal-partijiet interessati fil-ġestjoni tas-sajd u azzjonijiet oħra; ·
It-titjib tal-kultura ta’ konformità, l-iffrankar
tar-riżorsi, l-iffaċilitar tat-trasferiment tal-informazzjoni u
t-tisħiħ tal-kooperazzjoni għall-kontroll tal-attivitajiet
tas-sajd; ·
L-iżvilupp tal-kooperazzjoni xjentifika dwar
is-sajd. L-għażliet konkreti li għandhom jitqiesu jistgħu
jkunu l-iżvilupp tal-intelliġenza tas-suq u s-servizzi biex ikun
żgurat li l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd u
tal-akkwakultura fir-reġjun tkun ċara, effiċjenti u f’konformità
sħiħa mar-regoli applikabbli, kif ukoll l-iskambju tad-dejta
soċjoekonomika fis-settur tas-sajd. IL-PASSI LI JMISS : NIMXU LEJN PJAN
TA’ AZZJONI L-Istrateġija Marittima għall-Baħar Adrijatiku u
l-Baħar Jonju se jiġu spjegati fid-dettall fi Pjan ta’ Azzjoni
ppjanat għat-tieni nofs tas-sena 2013 b’rispett tal-azzjonijiet li
għaddejjin bħalissa u dawk ippjanati tal-politiki rilevanti tal-UE.
Ibbażata fuq il-pilastri identifikati f'din il-Komunikazzjoni, din
l-istrateġija se tinkludi l-oqsma ta’ prijorità u l-azzjonijiet rakkomandati
għall-appoġġ sabiex tirreaġixxi għall-isfidi u
l-opportunitajiet stabbiliti hawn fuq. Se tistipula wkoll miri ċari
konformi ma’ dawk għall-istrateġija Ewropa 2020. Dawn
l-azzjonijiet se jitwettqu mill-partijiet interessati fir-reġjun li
magħhom se tkun qed taħdem il-Kummissjoni, fosthom il-gvernijiet u
l-aġenziji, ir-reġjuni, il-muniċipalitajiet, l-atturi
tan-negozju, ir-riċerkaturi u organizzazzjonijiet internazzjonali u mhux
governattivi. Il-Kummissjoni se taħdem ma' dawn il-partijiet interessati u istituzzjonijiet
oħra, korpi tal-ipprogrammar u organizzazzjonijiet intergovernattivi
attivi fir-reġjun, għall-allinjament, fejn xieraq, tal-attivitajiet
tagħhom mal-għanijiet tal-istrateġija u
għall-identifikazzjoni ta’ korpi ta’ koordinazzjoni għall-azzjonijiet
previsti u l-proġetti. Il-governanza tal-istrateġija għandha tiġi ddefinita
bil-għan li tistabbilixxi, timmonitorja u timplimenta l-Pjan ta’ Azzjoni
tagħha bl-aktar mod koerenti. KONKLUŻJONIJIET Il-Kummissjoni hija konvinta li dan il-qafas se jappoġġa
lill-pajjiżi kollha sabiex jilħqu l-għanijiet ta’
Ewropa 2020 fir-rigward tal-assi marittimi tagħhom, il-potenzjal
tagħhom u l-użu sostenibbli tagħhom. Se jippromwovi
l-integrazzjoni Ewropea u l-kooperazzjoni territorjali b'mod flessibbli u
inklussiv, filwaqt li jirrispetta l-prinċipju ta’ sussidjarjetà.
Il-Kummissjoni Ewropea tixtieq tkun taf jekk l-oqsma prijoritarji identifikati
jkoprux il-kwistjonijiet prinċipali involuti, li għalihom aktar
kooperazzjoni tista’ tagħmel differenza. Il-Kummissjoni Ewropea tkun
interessata wkoll f’ideat għal sistema effettiva u flessibbli ta’
struttura ta’ governanza li takkumpanja l-Istrateġija u l-Pjan ta’ Azzjoni
u għat-twettiq tal-azzjonijiet fil-prattika. Għalhekk tistieden
lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni u
lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew biex jeżaminaw u japprovaw
din il-Komunikazzjoni. [1] Il-Fondi Ewropej
għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond
Soċjali Ewropew, il-Fond Ewropew għas-Sajd. [2] Il-Programm
Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni tal-future (Orrizont 2020). [3] L-Istrument
Finanzjarju għall-Ambjent [4] Fond
Ewropew Marittimu u tas-Sajd [5] L-Istrument
għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni. [6] COM(2010) 2020
finali. [7] Għall-fini
ta’ dan id-dokument nirreferu għad-definizzjoni tal-Organizzazzjoni
Idrografika Internazzjonali li tindika safejn jasal il-Baħar Jonju
fin-Nofsinhar bħala l-linja minn Cape tenaron għal Capo Passero. [8] L-AII hija
inizjattiva għal kooperazzjoni reġjonali varata mid-Dikjarazzjoni ta’
Ancona fis-sena 2000. Is-Serbja saret membru tal-AII
suċċessivament għall-Unjoni tal-Istat tas-Serbja u l-Montenegro. [9] Dikjarazzjoni
tal-Ministri Ewropej responsabbli għall-Politika Marittima Integrata u
l-Kummissjoni Ewropea dwar Aġenda tal-Baħar u Marittima għat-tkabbir
u l-impjiegi adottata fit-8 ta’ Ottubru 2012. [10] COM (2009) 248
finali u COM (2012) 128 final. [11] COM(2010) 715
finali. [12] COM(2011) 782
finali. [13] Com (2012) 494
final, it-13 ta’ Settembru 2012. [14] L-Unità ta’
Koordinazzjoni ta’ UNEP/MAP huwa l-korp inkarigat mill-implimentazzjoni
tal-Konvenzjoni għall-Ħarsien tal-Ambjent tal-Baħar u
tar-Reġjun Kostali tal-Mediterran. [15] Eż.
il-proġett COCONET ta’ FP7-OCEAN. [16] ADRIAMOS. [17] Il-valutazzjoni
integrata inizjali tal-Baħar Mediterran li tissodisfa il-pass 3
tal-proċess tal-approċċ ibbażat fuq l-ekosistema. [18] Idem. [19] Il-Pjan ta’
Kontinġenza Subreġjonali għall-Prevenzjoni ta ',
it-Tħejjija għal u r-Reazzjoni għall-Inċidenti ta’
Tniġġiż tal-Baħar Kbir fil-Baħar Adrijatiku. [20] Sistema
Ġestjoni u Informazzjoni tat-Traffiku Marittimu. [21] Sistema ta’
Rappurtar tat-Traffiku fl-Adrijatiku. [22] Bħal
żoni protetti tas-sajd skont l-Art. 19 tar-Regolament dwar
il-Mediterran, żoni ristretti tas-sajd skont il-qafas tal-GFCM u Żoni
Protetti b'Mod Speċjali ta’ Importanza għall-Mediterran (SPAMIs)
skont il-Konvenzjoni ta’ Barċellona.