EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52012DC0698

GREEN PAPER Suq integrat għall-konseja tal-pakketti għat-tkabbir tal-kummerċ elettroniku fl-UE

/* COM/2012/0698 final */

52012DC0698

GREEN PAPER Suq integrat għall-konseja tal-pakketti għat-tkabbir tal-kummerċ elettroniku fl-UE /* COM/2012/0698 final - 2012/ () */


1. Introduzzjoni

Il-kummerċ elettroniku huwa ġeneralment rikonoxxut bħala kontributur ewlieni għat-tkabbir ekonomiku u għal livelli ogħla ta’ okkupazzjoni fl-Unjoni Ewropea[1]. Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-kummerċ elettroniku u s-servizzi onlajn[2] tidentifika l-konsenja ta' oġġetti mixtrija onlajn bħala waħda mill-ħames prijoritajiet ewlenin biex tingħata spinta lill-kummerċ elettroniku sal-2015 u l-importanza tagħha kienet imtennija mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew[3]. Il-konsenja hija tabilħaqq kruċjali peress li għandha impatt sostanzjali fuq l-iffaċilitar tal-kummerċ elettroniku u hija element ewlieni biex tinbena l-fiduċja bejn il-bejjiegħa u x-xerrejja[4].

Ir-relazzjoni kummerċjali – u b’mod aktar ġenerali – dik ekonomika bejn il-bejjiegħa elettroniċi u l-konsumaturi hija kkaratterizzata minn sensiela ta’ operazzjonijiet ta’ loġistika kumplessi. It-terminu ‘konsenja’ kif użat f’dan id-dokument jirreferi għat-trasportazzjoni ta’ oġġetti fiżiċi ordnati onlajn sal-punt tad-destinazzjoni finali tal-konsenja meta jilħqu lill-konsumatur aħħari. Ħafna operaturi għandhom rwol f’dan il-proċess ta' konsenja. Dan id-dokument jirreferi għalihom bħala “operaturi tal-konsenja” u jinkludu: trasportaturi, operaturi tas-servizzi postali u express, u fornituri oħra ta’ loġistika. Għall-finijiet ta’ din il-Green Paper, pakkett hawnhekk huwa ddefinit fis-sens l-iktar wiesa’ u jinkludi l-oġġetti kollha li jiżnu sa 30 kg[5].

Il-mod li bih jinxtraw l-oġġetti u jiġu kkunsinjati fl-Ewropa bħalissa għaddej minn bidla mgħaġġla u fundamentali. Peress li l-konsumaturi tal-UE qed ifittxu u jixtru dejjem iktar onljan, partikolarment xiri transfruntiera, hemm bżonn dejjem ikbar ta’ sistema tal-konsenja li tissodisfa l-aspettattivi tagħhom u li taħdem mingħajr intoppi biex tiffaċilita l-ħajja ta’ kuljum tagħhom u b’hekk tiġġenera iktar fiduċja fil-kummerċ elettroniku u jiżdied l-użu tiegħu[6]. Il-prestazzjoni u l-affordabbiltà tas-sistema tal-konsenja huma wkoll katalizzaturi ewlenin tas-sostenibbiltà tal-mudelli tan-negozju ta’ ħafna SMEs u b’mod partikolari tal-ħila tagħhom li jaqdu lill-konsumaturi. Peress li l-SMEs huma l-ixpruni tal-innovazzjoni u t-tkabbir fl-Ewropa[7], it-titjib tas-sistema kumplessiva tal-konsenja għall-oġġetti ordnati onlajn fl-Ewropa tkun mistennija li tħalli riżultati sinifikanti ħafna f’termini ta’ tkabbir u impjiegi[8].

Ħafna stħarriġ u rapporti tal-industrija[9] kif ukoll intervisti ma' diversi partijiet interessati li saru matul il-preparazzjoni ta’ din il-Green Paper jikkonverġu u jikkonfermaw l-analiżi tas-servizzi tal-konsenja kif ippreżentati fil-Komunikazzjoni dwar il-kummerċ elettroniku u s-servizzi onlajn.

Il-konsenja transfruntiera hija meqjusa bħala ostaklu minn 57 % tal-bejjiegħa[10], filwaqt li 46.7 % tal-konsumaturi jiddikjaraw li huma mħassbin dwar il-konsenja fi tranżazzjonijiet transfruntiera. It-tħassib dwar il-konsenja u dak relatat mar-ritorn ta’ prodotti huma l-aktar żewġ elementi ta' tħassib fir-rigward tax-xiri onlajn[11]. Oġġetti li ma jiġux konsenjati, dawk bi ħsara jew mitlufa u spejjeż għoljin ħafna għall-konsenja huma wkoll fost l-iktar għaxar elementi ta' tħassib tal-konsumaturi, li jikkontribwixxu għal fiduċja baxxa tal-konsumatur fil-kummerċ elettroniku transfruntiera. Konsumaturi fiduċjużi se jkunu inklinati dejjem iktar biex jixtru onlajn jekk ikunu kunfidenti li x-xiri tagħhom se jasal f’kundizzjoni tajba, fil-perjodu ta’ żmien avżat u jekk ikun hemm proċeduri faċli għar-ritorn tal-prodotti[12]. Id-disponibbiltà ikbar u l-użu ta’ teknoloġiji ġodda joffru sensiela ġdida ta’ opportunitajiet li jtejbu l-kwalità tas-servizzi tal-konsenja kif ukoll is-sodisfazzjoni tal-konsumaturu. Il-ħolqien u t-tkabbir ta’ netwerks soċjali kellhom ukoll impatt sinifikanti fuq il-mod li bih il-konsumaturi jinteraġixxu ma' ditti u jixtru oġġetti onlajn. Mezzi innovattivi ta’ komunikazzjoni elettronika bejn il-bejjiegħa elettroniċi, il-fornituri tas-servizzi u l-konsumaturi jistgħu jikkontribwixxu għal konsenja u proċessi ta’ ritorn ta’ prodotti iktar effiċjenti u konvenjenti u perċezzjoni ta’ kwalità ogħla. Funzjonament aħjar tas-suq tal-kummerċ elettroniku se jwassal għal benefiċċji reċiproċi tanġibbli għall-konsumaturi u l-SMEs, kif ukoll għall-atturi u s-setturi tal-industrija kollha involuti fl-attività tal-kummerċ elettroniku.

L-importanza tat-trasportazzjoni u l-konsenja hija amplifikata iktar fil-kuntest internazzjonali. Peress li iktar konsumaturi qed jixtru mill-Asja u l-Paċifiku u mill-Amerika ta’ Fuq, u iktar bejjiegħa elettroniċi Ewropej iridu jesportaw lejn dawn ir-reġjuni, il-flussi tal-kummerċ bejniethom qed jiżdiedu drastikament. F’dan il-kuntest, it-trasportazzjoni u l-elementi tal-konsenja huma saħansitra iktar kumplessi, u joħolqu sett addizzjonali ta’ kwistjonijiet ta' tħassib u kunsiderazzjonijiet dwar is-sigurtà u jirrappreżentaw sfida ewlenija iżda wkoll opportunità unika għall-iżvilupp tal-kummerċ elettroniku Ewropew u speċjalment għall-SMEs[13]

Id-disinn iktar xieraq tal-katina tal-konsenja għall-kummerċ elettroniku fl-UE, ikollu wkoll implikazzjonijiet pożittivi għal għadd ta’ oqsma politiċi bħal:

Ø Koezjoni: il-benefiċċji tal-kummerċ elettroniku isiru aċċessibbli għaċ-ċittadini u n-negozji kollha, irrispettivament mid-daqs tagħhom, permezz ta’ operazzjonijiet tal-konsenja li jaħdmu tajjeb fl-Ewropa kollha.

Ø Impjiegi: jiġu żgurati kundizzjonijiet responsabbli tal-impjiegi fis-settur tal-konsenja, li jopera taħt pressjonijiet intensi biex inaqqsu l-ispejjeż u jżidu l-flessibiltà.

Ø Innovazzjoni: jiġi promoss l-użu mifrux ta’ teknoloġiji tal-informazzjoni ġodda fis-sistemi tal-konsenja li jkollhom benefiċċju immedjat għaċ-ċittadini u n-negozji kollha, u li jkunu adattati għall-ambjent ġdid tal-midja soċjali.

Ø Ambjent: jiġu promossi l-iżvilupp sostenibbli u loġistika tal-konsenja ottimizzata li jippermettu iktar iffrankar tal-enerġija u tnaqqis kumplessiv ta’ esternalitajiet negattivi.

Ø Kompetittività tal-industrija Ewropea: nibnu fuq l-elementi b'saħħithom tal-industrija Ewropea (bejjiegħa elettroniċi u operaturi tal-konsenja) biex ikun promoss l-investiment f’netwerk Ewropew tal-konsenja li jaffaċċja kompetizzjoni intensa fl-ambjent internazzjonali

Din il-Green Paper teżamina kif qed jevolvu l-kummerċ elettroniku u s-swieq tal-konsenja fl-Ewropa, tesplora x’inhu meħtieġ għall-ħolqien tas-Suq Uniku għall-konsenja, tanalizza l-isfidi ewlenin għall-atturi differenti u tenfasizza l-opportunitajiet għat-titjib tal-proċess ta’ konsenja fl-interess taċ-ċittadini u n-negozji, b’mod partikolari l-SMEs. Abbażi tal-informazzjoni miġbura mill-konsultazzjoni, il-Kummissjoni se tidentifika b’mod iktar preċiż il-kwistjonijiet li għandha tindirizza u tislet konklużjonijiet, fir-rebbiegħa tal-2013, dwar is-sett ta’ azzjonijiet li għandha tieħu għall-ikkompletar tas-suq uniku għall-pakketti.

2. Is-sitwazzjoni u l-perspettiva attwali tas-suq 2.1 Is-suq Ewropew tal-kummerċ elettroniku u l-importanza tal-konsenja

Is-swieq tal-kummerċ elettroniku fl-UE huma diversifikati ħafna u fi stadji ta’ maturità differenti, minħabba prattiki differenti tal-konsumatur, kunsiderazzjonijiet fiskali, disponibbiltà tal-prodotti, aċċess għall-broadband u swieq kompetittivi tal-konsenja. Il-profili kummerċjali tas-swieq nazzjonali[14] ukoll għandhom implikazzjonijiet kbar għall-konsenja[15], filwaqt li konsenja transfruntiera fl-Ewropa tibqa’ sfida għall-konsumaturi u l-bejjiegħa elettroniċi[16]. Barra minn hekk, konsenja transfruntiera effiċjenti se ssostni l-potenzjal tat-tkabbir ta’ swieq ġodda speċjalizzati, bis-saħħa tal-effett ta' “denb twil” (long-tail)[17].

Is-suq tal-kummerċ elettroniku qed jevolvi malajr u qed ikun iktar esiġenti kemm mil-lat tas-soluzzjonijiet innovattivi għan-negozju kif ukoll mil-lat tal-aspettattivi tal-konsumatur. Il-ħtiġijiet relatati mal-konsenja tas-settur qed ikunu dejjem iktar differenti minħabba l-għadd kbir ta’ segmenti ta’ prodotti (bħal kotba, DVDs, ħwejjeġ, oġġetti elettroniċi żgħar, prodotti elettroniċi għad-dar, għamara, apparat domestiku) b'valur differenti, piżijiet u daqsijiet differenti tal-pakketti. In-netwerks soċjali, it-teknoloġiji tal-informazzjoni istantanji u l-ġeneralizzazzjoni ta’ apparat mobbli u li jinġarr fl-idejn, żiedu wkoll l-aspettattivi tal-konsumaturi ta’ soluzzjonijiet ibbażati fuq informazzjoni f’ħin reali u għażliet ta’ konsenja flessibbli.

Il-bejjiegħa elettroniċi jinsabu taħt pressjoni ta’ żmien. Jeħtieġ li jkunu implimentati malajr kunċetti u ideat ġodda. Il-vijabbiltà u s-suċċess tan-negozji tagħhom jiddependu fuq il-ħila tas-settur tal-loġistika li jikkunsinja oġġetti bi prezz baxx, u b’mod konvenjenti[18] Dan japplika b’mod partikolari għal parteċipanti iżgħar fis-suq tal-kummerċ elettroniku, li la għandhom is-setgħa li jinnegozjaw biex jiksbu skonti mill-operaturi tal-konsenja u lanqas il-kapaċità li jinvestu f'netwerk proprju ta' loġistika. F’ambjent ikkaratterizzat minn ekonomiji ta’ skala, dawn ir-riskji jnaqqsu l-kompetittività tagħhom vis-à-vis bejjiegħa elettroniċi ikbar, peress li l-konsumaturi qiegħdin dejjem aktar jistennew offerti ta’ “konsenja b’xejn” meta jixtru onlajn[19].

2.2 Is-suq Ewropew tal-konsenja

Is-suq tal-pakketti tal-UE huwa stmat li jiswa EUR 42,4 biljun fl-2008 fejn is-settur tan-Negozju għall-Konsumaturi jirrappreżenta 15 % ta’ dan is-suq[20] Matul l-aħħar 5 snin, u minħabba t-tkabbir tal-kummerċ elettroniku, it-taqsima B2C tas-swieq tal-pakketti kibret b’mod mgħaġġel. Stimi tal-volumi tal-lum jindikaw li dan is-settur issa jirrappreżenta bejn 20 % u 40 % tal-volumi totali ta' swieq ta' kummerċ elettroniku iktar maturi bħar-Renju Unit.

Is-suq tradizzjonalment huwa maqsum f’konsenja ta’ pakketti express u standard. Madankollu, dawn id-definizzjonijiet attwali[21] ma jirriflettux il-kumplessitajiet u l-importanza relattiva tal-offerti differenti (konsenja standard, differita, express jew konsenja fl-istess ġurnata, traċċar, prova tal-konsenja u konsenja rreġistrata) u r-realtà tas-settur tal-kummerċ elettroniku li tirreferi wkoll għall-użu tal-pakketti (oġġetti żgħar taħt iż-2 kg).

Il-Eurostat jikkalkula li iktar minn kwart tal-intrapriżi kollha jibagħtu ordnijiet ta’ kummerċ elettroniku lill-pajjiżi oħra tal-UE . Minnhom, 23 % huma intrapriżi żgħar, filwaqt li dan il-persentaġġ huwa 41 % għall-intrapriżi ż-żgħar u 33 % għall-intrapriżi medji[22]. Dawk il-klijenti żgħar u mhux frekwenti li għandhom volumi baxxi u li għaldaqstant għandhom setgħa limitata biex jinnegozjaw ma’ operaturi għandhom ħafna inqas għażliet ta’ konsenja. Skont l-istimi tal-FTI, prezzijiet ippubblikati għall-pakketti transfruntiera (għall-klijenti li ma jkollhomx kont) imposti mill-operaturi postali nazzjonali bħala medja huma għoljin id-doppju meta mqabbla ma’ prezzijiet domestiċi.

In-netwerks postali jimmaniġġaw parti biss mill-volum tal-pakketti (b'ishma tas-suq differenti ħafna għal kull pajjiż)[23] u persentaġġ żgħir biss (minn 5 sa 10%) ta' dawn il-volumi huwa suġġett għall-obbligi tas-servizz universali li jesiġu li l-Istati Membri jiżguraw konsenja bażika ta’ pakketti kemm fuq livell nazzjonali kif ukoll fuq livell transfruntiera għad-destinazzjonijiet kollha fit-territorju tagħhom bi prezzijiet affordabbli għall-utenti kollha[24]. Peress li dawk l-obbligi kienu miftiehma ħafna qabel feġġ il-kummerċ elettroniku, ma kinux imfassla bl-għan speċifiku li jiġu ssodisfati l-bżonnijiet attwali ta' dan is-settur li qed jiżviluppa dejjem aktar malajr. Id-diviżjoni tal-pakketti tan-netwerk postali tradizzjonalment kienet organizzata biex tittrasporta pakketti bejn 2 u 30 kg iżda mingħajr il-flessibbiltà u l-kapaċità meħtieġa mit-tkabbir tal-bejgħ onlajn[25]. Madankollu, fl-aħħar snin, xi operaturi kienu kapaċi jirriorganizzaw in-netwerk tagħhom tal-pakketti, jew jinsabu fil-proċess li jagħmlu dan, peress li jaffaċċjaw livelli għolja ta' kompetizzjoni fis-suq domestiku tagħhom.

Operaturi express bnew is-suċċess u l-infrastruttura tagħhom fuq netwerk integrat apposta maħsub għall-konsenji fis-settur tan-negozju lin-negozju billi joffru l-aħjar servizzi (veloċità u fakultajiet li jittraċċaw l-ordnijiet). Billi rrikonoxxew l-opportunitajiet tat-tkabbir tal-kummerċ elettroniku u n-nuqqas ta’ soluzzjonijiet sodisfaċenti għall-atturi tal-kummerċ elettroniku madwar l-Ewropa, dawn issa qed ikunu dejjem iktar attivi fis-settur tan-Negozju għall-Konsumatur.

Parteċipanti oħra fil-loġistika fil-qasam – bħall-konsolidaturi, sensara, servizzi ta’ eżekuzzjoni, fornituri ta’ loġistika għal partijiet terzi [26] għandhom irwol ikbar fil-vojt bejn il-kummerċ elettroniku u l-operaturi tal-konsenja f’termini ta’ innovazzjoni, flessibbiltà, ġestjoni tal-istokk, it-trasportazzjoni u r-ritorn ta' pakketti. Is-soluzzjonijiet offruti minnhom għadhom mhumiex magħrufa ħafna, b’mod partikolari fost l-SMEs. B’viżibbiltà ikbar, jista’ jkollhom rwol ikbar fl-iffaċilitar ta’ operazzjonijiet ta’ loġistika għall-bejjiegħa onlajn fil-futur. Billi jkunu kkonsolidati sorsi differenti ta’ volum baxx, dawn jistgħu jkunu wkoll f’pożizzjoni li jiksbu termini/ftehimiet favorevoli għall-konsenja li mbagħad ikunu jistgħu jgħadduhom lill-kuntratturi tagħhom u fl-aħħar mill-aħħar lill-konsumaturi.

Qed jitfaċċaw xi parteċipanti speċjalizzati Dawn huma l-operaturi li ddisinjaw soluzzjonijiet speċifiċi għal settur ta’ prodott partikolari (pereżempju, trasportazzjoni apposta u servizzi ta’ konsenja għal ħwejjeġ ordnati onlajn). Barra minn hekk, aktar riċentament, xi bejjiegħa elettroniċi ewlenin qed ikunu involuti dejjem iktar fil-loġistika u l-konsenja u qed jespandu s-servizzi ta’ loġistika tagħhom biex jinkludu l-bejjiegħa elettroniċi iżgħar.

Kioskijiet tal-pakketti (lokers awtomatizzati fejn il-pakketti jkunu depożitati sabiex jinġabru mill-konsumaturi billi dawn jużaw kodiċi speċjali) qed jiġu ttestjati minn operaturi f’pajjiżi differenti u l-użu ġeneralizzat tagħhom se jiddependi fuq jekk il-konsumaturi jsibuhomx konvinjenti biżżejjed u jekk jiġux konsenjati volumi suffiċjenti b’dan il-mod.

Punti ta’ konsenja (netwerk ta’ ħwienet appoġġjati minn pjattaforma teknoloġika minn fejn il-kosumaturi jistgħu jiġbru l-pakketti tagħhom) storikament intużaw għas-settur tal-bejgħ mill-bogħod. Dawk in-netwerks ġew aġġornati b’sistemi ta’ informazzjoni ġodda u jirrappreżentaw alternattiva għal servizzi ta’ konsenja sad-dar li jiswew iktar flus. Is-suċċess tagħhom jiddependi fuq il-preferenzi lokali u prattiki storiċi iżda hemm indikazzjonijiet li jirrappreżentaw alternattiva vijabbli u promettenti għall-konsenja tal-kummerċ elettroniku.

2.3 L-interkonnessjoni bejn il-kummerċ elettroniku u s-swieq tal-konsenja

L-operaturi tal-konsenja jirrikonoxxu l-opportunitajiet ippreżentati mill-kummerċ elettroniku. Il-ħolqien ta’ mmudelli ġodda ta’ konsenja għas-Settur ta' min-Negozju għall-Konsumaturi jista’ jesiġi invsetiment sinifikati u ddisinjar mill-ġdid estensiv tal-operazzjonijiet tagħhom. Madankollu, l-operazzjonijiet isiru kumplessi[27] meta l-għan ikun li jintlaħqu d-destinazzjonijiet kollha fit-territorju fi sfond ta’ volumi li huma inkonsistenti u li diffiċli tipprevedihom.

Qed jiġu offruti għażliet addizzjonali għall-konsenja finali, bħal konsenja fl-uffiċju jew għand il-ġirien, bl-introduzzjoni progressiva ta' informazzjoni u għażla aħjar, u b'hekk il-konsumaturi jkunu jistgħu jiddeċiedu fejn u meta jridu jirċievu l-pakketti. Barra minn hekk qed ifeġġu xi mudelli ġodda ta' negozju li joffru servizzi aħjar għar-ritorn ta’ prodotti.

Minkejja dan, dawn is-soluzzjonijiet ġodda jitfaċċaw bil-mod u ħafna drabi għadhom akkumpanjati minn fatturi ta’ valur miżjud li jiswew il-flus li mhux dejjem huma meħtieġa. Hemm domanda għal pakketti żgħar individwalizzati, b’soluzzjonijiet sempliċi ta’ traċċar[28] u prezz affordabbli[29] li bħalissa mhix qed tkun issodisfata.

Minn perspettiva operazzjonali, is-servizzi tal-konsenja huma kumplessi u suġġetti għal ħafna restrizzjonijiet. Servizzi tradizzjonali ta’ pakketti (b’aspetti bażiċi u tariffi transfruntiera għoljin) jew operazzjonijiet express ta' valur miżjud għoli (storikament imfassla għas-settur ta' min-Negozju għan-Negozju) għadhom mhumiex adattati għall-bżonnijiet speċifiċi maħluqa mid-dinja tal-kummerċ elettroniku. L-interkonnessjoni bejn l-operaturi postali f’konsenja transfruntiera qed titjieb, partikolarment permezz tal-Grupp Ewropew tal-Pakketti[30]. Madankollu, parti biss mill-flussi qed tgħaddi minn dan il-kanal, u mhija offruta ebda alternattiva għal servizzi ta’ pakketti ttraċċati jew għall-pakketti mhux prijoritarji.

Fil-fatt, jeżistu żewġ dinjiet b’mod simultanju, waħda xprunata mill-kummerċjalizzazzjoni (kummerċ elettroniku) filwaqt li l-oħra (loġistika) hija xprunata minn sensiela ta’ talbiet operazzjonali. It-tnejn għandhom oqfsa taż-żmien kummerċjali, sfond differenti, użu differenti tas-sistemi tal-IT u soluzzjonijiet u indikaturi ta’ prestazzjoni differenti għan-negozji tagħhom. Għaldaqstant, kemm il-kummerċ elettroniku kif ukoll is-swieq tal-konsenja huma jaffrontaw sfidi ewlenin u fundamentali: il-mudell tal-kummerċ elettroniku għadu ma stabbilizzax ruħu bis-sħiħ filwaqt li s-settur tal-loġistika għad irid jadatta bis-sħiħ għall-ħtiġijiet u d-domandi tal-kummerċ elettroniku. F’ambjent li qed jinbidel daqstant malajr, diffiċli li wieħed jagħmel għażliet u deċiżjonijiet tal-investiment.

3. Sfidi ewlenin għall-atturi differenti 3.1 Esperjenza u aspettattivi tal-konsumatur

Il-konsumaturi jridu konsenji iktar konvenjenti: iktar alternattivi ta' konsenja bil-possibbiltà li wieħed jiddeċiedi dik preferuta tiegħu, informazzjoni aħjar minn qabel dwar il-proċess tal-konsenja, proċedura ta’ ritorn eħfef u servizzi li huma faċli biex jintużaw bl-użu ta’ teknoloġiji ġodda li jantiċpaw il-konsenja (smart phones, tablets, avviżi bl-SMS)[31]. Dawn jistennew iktar trasparenza fir-rigward tal-kundizzjonijiet li skonthom jiġu trasportati l-ordnijiet tagħhom u partikolarment meta pakketti, jdumu, jġarrbu ħsara jew jintilfu. Fl-istess ħin, huma jistennew li jkun hemm trasparenza fir-rigward taċ-ċarezza u tal-komparabbiltà tal-prezzijiet kif ukoll fir-rigward tal-livell ta’ kompetizzjoni.

Bħala riċevitur ta’ oġġetti, id-deċiżjoni tal-konsumatur li jixtri hija influwenzata ħafna mid-disponibbiltà ta’ konsenja b’xejn jew irħisa (u proċeduri ta’ ritorn). Il-konsumaturi qedgħin dejjem ifittxu iktar swieq nazzjonali oħra, iżda l-kumplessità ta' konsenja transfruntiera u n-nuqqas ta' trasparenza fiha huma ostaklu ewlieni. Bħala dawk li jibagħtu l-pakketti, u speċjalment meta jirritornaw l-oġġetti ordnati, il-konsumaturi jirrappreżentaw suq relattivament magħluq, u l-konsenja relattivament għolja hija msemmija bħala waħda mir-raġunijiet ewlenin għan-nuqqas ta’ sodisfazzjon tagħhom bix-xiri onlajn[32]. Kumplessivament, il-fattur tal-prezz jibqa’ l-iktar katalizzatur dominati meta wieħed jiġi biex jagħżel servizz ta’ konsenja transfruntiera[33].

Il-konvenjenza tvarja bejn is-swieq nazzjonali u t-tip ta’ prodotti kkunsinjati. Stħarriġiet dwar il-preferenzi tal-konsumatur juru li aspetti ta’ konvenjenza jistgħu jkunu relatati mal-proċess kollu tal-konsenja.

Pereżempju, stħarriġ fir-Renju Unit identifika sitt oqsma ewlenin ta’ preferenzi tal-konsumatur: alternattivi flessibbli tal-konsenja, tariffi affordabbli tal-konsenja, flessibbiltà dwar fejn l-ordni tista’ tiġi kkonsenjata, komunikazzjoni effikaċi dwar il-konsenja tagħhom, eżekuzzjoni rapid u esperjenza tajba ta’ konsenja sad-dar[34]. B’mod partikolari, il-forniment ta’ informazzjoni f’ħin reali qed isir dejjem iktar importanti, speċjalment għall-ġenerazzjoni iżgħar[35]. Huma jixtiequ li jikkontrollaw il-konsenj tagħhom u jistennew li jkunu offruti soluzzjonijiet ta’ traċċar u bl-sms (jiġifieri avviż b'SMS)[36].

3.2 Sfidi affrontati mill-bejjiegħa elettroniċi meta jikkunsinjaw oġġetti lill-konsumaturi tagħhom

Il-bejjiegħa elettroniċi jixtiequ jirreaġixxu għall-ħtiġijiet u l-aspettattivi tal-konsumaturi b’servizzi ta’ trasportazzjoni sempliċi, trasparenti u affidabbli[37]. Huma konxji ħafna tal-fatt li r-reazzjoni tal-konsumaturi hija kkundizzjonata ħafna mill-esperjenza tal-konsenja li min-naħa tagħha għandha impatt dirett fuq l-isem u d-dehra tad-ditta tagħhom.

Għandhom bżonn iktar alternattiva, li suq tal-konsenja iktar kompetittiv (jiġifieri b’iktar parteċpanti li jipprovdu offerti differenti u alternattivi ta' konsenja alternattivi) għandu jkun f'pożizzjoni li joffrihom. Huma jistgħu jkollhom ħtiġijiet ta’ konsenja speċifiċi għal prodotti partikolari (pereżempju mediċini, prodotti friski jew oġġetti b’valur għoli). Madankollu, anke fl-iktar swieq kompetittivi, għadha tippersisti d-diskrepanza bejn offerti tal-kummerċ elettroniku xprunati mill-kummerċjalizzazzjoni u proċessi ta’ loġistika xprunati mill-operat.

Il-parti tal-loġistika hija kritika għas-sostenibbiltà tan-negozju tal-bejjiegħa elettroniċi, u partikolarment għall-SMEs. Id-disponibbiltà ta’ soluzzjonijiet affordabbli u effiċjenti hija partikolarment rilevanti għal dawk l-SMEs u mikrokumpaniji li joperaw minn żoni remoti u reġjuni periferali.

F'ambjent kompetittiv ħafna, il-pressjoni fuq il-prezzijiet hija fattur determinanti ewlieni ta' min jikseb sehem mis-suq. SMEs li jfittxu opportunitajiet ta’ dħul bejn il-fruntieri jiddependu ħafna fuq sistema ta’ konsenja Ewropea integrata li għadha trid tfeġġ. Qed ifittxu t-tkabbir fi swieq nazzjonali oħra iżda huma kkonfrontati bi spejjeż ogħla, kumplessità ikbar u nuqqas ta’ trasparenza fir-rigward ta’ trasportazzjoni transfruntiera[38]. Bejjiegħa kbar huma f’sitwazzjoni ħafna aħjar biex jinnegozjaw tariffi u kundizzjonijiet ma’ operaturi tal-konsenja.

Il-bejiegħa elettroniċi kemm kbar kif ukoll dawk żgħar jeħtieġu aktar flessibbiltà mis-servizzi tal-konsenja b’mod ġenerali u speċjalment f’termini tal-kapaċità tat-trasportatur u l-livell ta’ innovazzjoni teknoloġika. Il-bejjiegħa elettroniċi għandhom sfida speċifika matul perjodi ta' quċċata bħall-Milied fejn il-kapaċità tal-operatur tista’ ma tkunx suffiċjenti biex taqdi d-domanda. Din hija kwitsjoni ewlenija għat-tkabbir u l-bejgħ, minħabba l-importanza ta’ dan il-perjodu għall-fatturat annwali.

Il-bejjiegħa elettroniċi jixtiequ jikkontrollaw il-proċess tat-trasportazzjoni/tal-konsenja, u qed jidħlu fi sħubijiet ma’ operaturi tal-konsenja. Kemm jekk jagħżlu li jżommu l-immaniġġjar tal-operazzjonijiet ta' loġistika fuq livell intern kif ukoll jekk jagħżlu li jissottokuntrattawhom, xorta għandhom bżonn iktar informazzjoni u trasparenza mill-fornituri tas-servizz tal-konsenja tagħhom. Għandhom bżonn ukoll indikaturi tal-prestazzjoni miftiehma b’mod komuni għat-trasportazzjonijiet tagħhom li jgħinuhom jadattaw il-mudelli tan-negozju tagħhom għall-ħtiġijiet f’ħin reali (immaniġġjar ta’ stokks, ħlasijiet, ritorn).

L-iżvilupp ulterjuri tan-negozji tagħho mhuwa mxekkel min-nuqqas ta’ netwerk ta’ konsenja strutturat madwar il-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom (għall-kuntrarju ta’ sempliċi adattament tal-parti storika jew il-mudelli tal-loġistika express). Teħtieġ iktar integrazzjoni biex jiġu sfruttati l-opportunitajiet tat-tkabbir. Il-kondiviżjoni aħjar tal-informazzjoni u soluzzjonijiet iktar flessibbli li jirreaġixxu għall-offerti ta’ kummerċjalizzazzjoni tagħhom għandhom itejbu drastikament l-operazzjonijiet tagħhom.

3.3 Sfidi affrontati minn operaturi tal-konsenja

L-operaturi tal-konseni huma dawk il-parteċipanti kollha li għandhom parti fit-trasportazzjoni ta’ oġġetti ordnati onlajn sal-konsenja finali lill-konsumatur u jinkludu: trasportaturi, operaturi tal-pakketti u tal-loġistika, fornituri ta’ servizzi oħra ta’ loġistika, operaturi postali u express għas-Settur ta' min-Negozju għall-Konsumaturi. Is-settur tal-loġistika tradizzjonalment jopera b'marġni ta' profitt baxx fi struttura ta’ spejjeż għoljin. Operaturi tal-konsenja jinsabu taħt pressjoni enormi mill-bejjiegħa elettroniċi kbar (bejjiegħa li jittrasportaw ħafna) biex jinnegozjaw tariffi baxxi.

Min-naħa l-oħra, operaturi tal-konsenja jesiġu tariffi sostenibbli f’terminu ta’ żmien twil biex ikunu jistgħu jindirizzaw il-kostijiet fissi għoljin[39]. Ir-reġimi nnegozjati tal-prezz mogħtija lil bejjiegħa li jitrasportaw ħafna ma jistgħux ikunu estiżi għal bejjiegħa li jibagħtu volumi baxxi, u naturalment lanqas għal konsumaturi individwali.

L-operaturi tal-konsenja qed ikunu dejjem iktar konfrontati mit-talbiet tal-bejjiegħa elettroniċi li joffru, f’perjodu qasir ħafna ta’ żmien, servizzi u alternattivi ġodda, bi prezz baxx. Madankollu, jeħtieġu ż-żmien biex jadattaw l-operazzjonijiet loġistiċi tagħhom li huma kumplessi u suġġetti għal ħafna limitazzjonijiet esterni. Il-livell ta’ flessibbiltà li hu mistenni minnhom (u l-ħaddiema tagħhom) huwa wkoll impenjattiv ħafna.

Barra minn hekk, in-nuqqas ta’ integrazzjoni bejn is-sistemi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi tal-intrapriżi fil-katina tat-trasport u l-loġistika huwa ostaklu ewlieni, speċjalment għat-trasportaturi iżgħar, u jillimita serjament l-għażliet tagħhom rigward it-trasport disponibbli u l-għażliet loġistiċi. Iktar interoperabbiltà tista’ tħaffef l-iskambju tal-informazzjoni, tiffaċilita l-konsolidazzjoni tal-bżonnijiet tat-trasport, il-konsenja tal-pakketti u l-fatturar, tiffaċilita t-trasport komodali u tnaqqas l-ispejjeż amministrattivi u ta’ implimentazzjoni tal-IT[40].

4. L-adegwatezza tal-qafas regolatorju u istituzzjonali attwali

Is-settur tal-konsenja huwa suġġett għal varjetà ta’ regoli u regolamenti li għandhom impatt fuq il-mod li bih jistgħu jkunu rranġati t-trasportazzjoni u l-konsenja. L-iktar rilevanti huma dawk deskritti u vvalutati hawn taħt:

· Id-Direttiva dwar is-Servizzi Postali[41] Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva dwar is-Servizzi Postali huma ffukati fuq il-garanzija ta’ servizz postali universali (bażiku). Il-biċċa l-kbira tad-dispożizzjonijiet tagħha huma applikabbli biss għall-parti ż-żgħira tas-suq tal-pakketti li jaqa’ taħt l-obbligu tas-servizz universali (madwar 10 % tal-volumi tal-pakkett)[42].

Ir-regoli li jikkonċernaw il-forniment ta’ standard ta’ kwalità (minimu), il-prinċipji li jikkonċernaw l-ispejjeż u l-prezzijiet, ir-regolamentazzjoni tal-prezzijiet u l-informazzjoni u l-ġbir tad-dejta, huma direttament u f’ħafna każijiet marbuta esklussivament mal-obbligu tas-servizzi universali (USO).

Ftit dispożizzjonijiet – speċjalment l-Artikolu 19 dwar proċeduri ta’ ilmenti – jippermettu xi miżuri regolatorji addizzjonali fir-rigward tal-konsenja tal-pakketti lil hinn mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-USO. Dawk id-dispożizzjonijiet fit-teorija jistgħu jkunu xierqa sabiex jiġi indirizzat tħassib relatat mal-kwalità tas-servizz. Madankollu, ħafna mill-problemi li kienu identifikati (konsenja mhix adattata, nuqqas ta’ servizz ta' ġbir tal-prodotti, nuqqas ta’ alternattivi ta’ traċċar u nuqqas ta’ proċeduri ta’ ritorn; nuqqas ta’ ċarezza rigward ir-responsabbiltà f’każijiet ta’ telf, serq, ħsara jew dewmien u nuqqas ta’ trasparenza/informazzjoni dwar is-servizzi), mhux se jkunu koperti. Fl-aħħar nett, il-qafas regolatorju attwali għal servizzi postali mhuwiex imfassal biex jindirizza l-ħtiġijiet tal-konsumaturi li jixtru onlajn.

· Il-qafas dwar il-protezzjoni tal-konsumatur: Għandu jkun mistenni titjib ulterjuri fir-rigward tal-kwalità tas-servizzi u l-protezzjoni tal-konsumatur (speċjalment fil-qasam tax-xiri onlajn) wara l-applikazzjoni sħiħa tar-regoli nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur (CRD) sat-13 ta’ Ġunju 2014. Bosta dispożizzjonijiet tas-CRD se jżidu l-informazzjoni u t-trasparenza, bħal (a) l-eliminazzjoni ta’ tariffi moħbija u trasparenza akbar tal-prezzijiet għall-kuntratti mill-bogħod u dawk mhux fuq il-post; (b) perjodu itwal għad-dritt tal-irtirar (14-il ġurnata); (c) drittijiet aħjar għal rifużjoni (pereżempju rimborż tal-ispejjeż tal-konsenja fejn applikabbli); (d) il-possibbiltà għall-konsumatur li juża mudell ta' formola għall-irtirar (fejn id-dettalji ta’ kuntatt u l-indirizz tar-ritorn għandhom ikunu speċifikati b’mod ċar); (e) rekwiżiti ta’ informazzjoni ċari dwar l-ispejjeż ta’ ritorn tal-oġġett mixtri fil-każ ta’ irtirar.

Is-CRD se jkollha impatt ukoll fuq servizzi ta’ konsenja ta’ pakketti, minħabba li dawn is-servizzi, speċifikament fir-rigward tal-konsenja tal-oġġetti lill-konsumaturi, jiffurmaw parti mill-kuntratti mill-bogħod u mhux fuq il-post koperti mis-CRD. Is-CRD, ladarba tkun implimentata, għandha l-potenzjal li żżid il-fiduċja tal-konsumatur f’xirjiet transfruntiera. Madankollu, ma tindirizzax tħassib dwar prezzijiet għall-konsenja ta’ pakketti; is-CRD lanqas ma tipprovdi bażi għall-kjarifikazzjoni tar-responsabbiltà potenzjali tal-operaturi tal-konsenja jew għal fatturi addizzjonali tal-kwalità (għażliet ta’ traċċar, servizzi ta’ ġbir, eċċ) li jistgħu jkunu mistennija min-naħa tal-konsumaturi onlajn.

Il-proposta għal Regolament dwar Liġi Ewropea Komuni dwar il-Bejgħ (Common European Sales Law (CESL)[43], tistabbilixxi sett ta’ regoli kuntrattwali uniformi awtonomi applikabbli f’kuntratti transfruntiera B2C u B2B. Il-proposta tinkludi regoli dwar konsenja ta’ oġġetti u kontenuti diġitali, b’mod partikolari għall-kuntratti tal-bejgħ li jinvolvu l-ġarr ta’ oġġetti minn trasportatur. Dawn ir-regoli japplikaw biss meta l-partijiet jagħżlu l-Liġi Ewropea Komuni dwar il-Bejgħ. Bħad-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur, CESL futura mhix se tindirizza t-tħassib dwar konsenja ta’ pakketti relatat ma’ prezzijiet eċċessivi jew ċerti fatturi ta’ kwalità.

Il-proposta ġdida tal-Kummissjoni għal Soluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim[44] (ADR) għal tilwim tal-konsumatur għanda l-għan li ttejjeb iktar il-protezzjoni tal-konsumatur f’termini ta’ soluzzjoni ta’ tilwim Dispożizzjonijiet eżistenti dwar il-protezzjoni tal-konsumatur li jindirizzaw il-konsenja (postali) tal-pakketti, (Artikolu 19 tad-Direttiva dwar is-Servizzi Postali) se jkunu msaħħa iktar mil-leġiżlazzjoni ADR[45].

· Il-liġi tal-kompetizzjoni: Prezzijiet għall-konsenja tal-pakketti barra mis-servizz universali mhumiex suġġetti għal regolamentazzjoni speċifika għas-settur, iżda huma suġġetti għal-liġi tal-kompetizzjoni. L-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE huma applikabbli direttament. Fis-suq tal-pakketti transfruntiera intra-UE, il-liġi tal-kompetizzjoni (hawnhekk: l-Artikolu 102 TFUE) pereżempju tinkiser jekk operatur tal-konsenja tal-pakketti (transfruntiera) dominanti ikun involut f’imġiba kummerċjali predatorja sabiex jevita d-dħul għas-suq transfruntiera tal-pakketti.

L-Artikolu 101 tat-TFUE jipprojbixxi ftehim bejn impriżi li jistgħu jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Stati Membri u li għandhom bħala għan jew effett tagħhom il-prevenzjoni, ir-restrizzjoni jew id-distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-suq intern.

· F’ċerti limiti, is-settur tal-konsenja huwa suġġett ukoll għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva dwar is-Servizzi[46] u l-miżuri ta’ implimentazzjoni nazzjonali rispettivi. Iż-żewġ aspetti li ġejjin haqqhom enfasi speċjali fil-kuntest tal-kummerċ elettroniku u l-konsenja relatata:

o Fl-Artikolu 20(2) tagħha, id-Direttiva dwar is-Servizzi tinkludi projbizzjoni ta' diskriminazzjoni fil-kundizzjonijiet ġenerali tal-aċċess għal servizz abbażi tal-post ta' residenza tar-riċevitur. Għaldaqstant għandu l-għan li jiffaċilita s-servizzi tal-konsenja fuq bażi transfruntiera. Fit-8 ta’ Ġunju 2012, is-servizzi tal-Kummissjoni ħarġu gwida dwar l-applikazzjoni ta’ dan l-obbligu ta’ nondiskriminazzjoni mill-awtoritajiet nazzjonali[47]. Dan għandu jirriżulta fi trasparenza msaħħa fl-applikazzjoni tar-restrizzjonijiet ta’ konsenja (qabel l-obbligu stabbilit fl-Artikolu 8 tad-Direttiva Ewropea tad-Drittijiet tal-Konsumatur) u għandu jnaqqas il-frustrazzjonijiet tal-konsumatur meta jkun imċaħħad forniment abbażi tar-residenza. Il-gwida tiċċara wkoll li l-argument minn negozju li mhemmx alternattiva għall-konsenja rarament jista' jiġi invokati bħala raġuni leġittima għar-rifjut tal-konsenja ta’ oġġett mixtri fi Stat Membru speċifiku minħabba l-eżistenza ta’ servizzi postali universali bażiċi.

o L-Artikolu 22 tad-Direttiva dwar is-Servizzi, li għandu x’jaqsam ma' rekwiżiti ta’ informazzjoni għal fornituri ta’ servizzi, għandu l-għan li jiżgura li informazzjoni partikolari dejjem hija pprovduta b’mod aċċessibbli faċilment għar-riċevituri tas-servizz (pereżempju l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-fornitur; termini u kundizzjonijiet ġenerali; prezz tas-servizz).

· It-trasport u kwistjonijiet relatati ma’ loġistika fil-livell tal-UE u dak internazzjonali huma koperti minn għadd ta’ regoli, speċjalment fil-kuntest tat-tlestija tas-suq intern għal kwistjonijiet ta’ trasport, ambjentali (pereżempju d-dekarbonizzazzjoni tal-katina tal-provvista, it-tnaqqis tat-tniġġis mill-vetturi) u ta’ sigurtà. Inizjattivi ta’ politika ewlenin huma stabbiliti fil-White Paper tal-Kummissjoni “Pjan Direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport” u l-inizjattiva li ġejja dwar it-trasport tal-merkanzija elettroniku[48].

· Regoli rilevanti oħra li jistgħu jaffettwaw is-settur jinkludu dawk li jittrattaw kwistjonijiet bħall-ippjanar urban, is-sorveljanza tas-suq, il-VAT, il-kundizzjonijiet tax-xogħol, u fil-każ ta’ kummerċ estern, id-dwani, is-sigurtà u kwistjonijiet internazzjonali oħrajn:

o L-ippjanar urban: Riċentiment, ħafna Stati Membri bdew jintroduċu regoli speċifiċi dwar it-traffiku fiċ-ċentri tal-bliet (u anke lil hinn minn dawn l-inħawi) sabiex pereżempju, jnaqqsu t-tniġġis tal-arja bħala parti mill-politika usa’ tagħhom dwar kwalità tal-arja[49] aħjar jew biex jippreservaw il-wirt kulturali tagħhom. Dawn ir-regoli nazzjonali jistgħu jaffettwaw is-soluzzjonijiet kummerċjali ta’ operaturi tal-konsenja li jeħtieġ li jaġġustaw il-ħinijiet tal-ġbir u tal-konsenja tagħhom f’perjodi ta’ ħin disponibbli jew saħansitra biex jiżguraw konsenja b’mezzi oħra (pereżempju bir-roti) peress li t-traffiku urban jista’ jkun ipprojbit f’ċertu ħinijiet.

o Is-sorveljanza tas-suq għall-prodotti is-settur tal-konsenja huwa suġġett ukoll għad-dispożizzjoni tas-sorveljanza tas-suq[50]. Dawn japplikaw irrispettivament mill-kanal tad-distribuzzjoni, inkluża d-distanza u l-bejgħ elettroniku u jipprevedu kontrolli ta’ prodotti li jidħlu fis-suq tal-UE mill-awtoritajiet tad-dwana u tas-sorveljanza tas-suq. Pereżempju, meta l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq isibu li prodott li jidħol fl-UE, permezz ta’ operatur tal-konsenja, ma jikkonformax mal-leġiżlazzjoni tal-UE, l-awtoritajiet għandhom jieħdu azzjoni xierqa, li tista’ tinkludi, jekk ikun hemm bżonn, li l-prodott jiġi pprojbit milli jitqiegħed fis-suq. Dan għandu impatt dirett fuq l-operatur tal-konsenja li jista’ jkollu jirritorna l-prodotti jew li, f’xi każijiet jistgħu jsibu ruħhom f’sitwazzjoni li fiha l-prodotti jinqerdu mill-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq.

o VAT: Regoli u rati nazzjonali tal-VAT jista’ jkollhom impatt fuq ix-xerrejja u fuq l-għażla tas-servizzi tal-konsenja. Jekk servizz tal-konsenja huwa parti minn servizzi postali pubbliċi, dan ikun eżentat mill-VAT, jekk le, l-utenti ta’ tali servizz (jistgħu) jġarrbu l-ispejjeż tal-VAT[51]. Ir-rati tal-VAT għas-servizzi tal-konsenja jvarjaw ukoll fost l-Istati Membri. Dan jista’ jkollu impatt fuq il-flussi kummerċjali intra-UE.

o Il-kundizzjonijiet tax-xogħol: Is-settur tal-konsenja huwa tradizzjonalment meqjus bħala wieħed intensiv mil-lat ta' ħaddiema, fejn l-ikbar sehem tal-ispejjeż huwa relatat mal-aħħar mil tal-konsenja. Fl-isfond ta’ dan, ġew żviluppati ħafna soluzzjonijiet ta' “ħallas għas-servizz tal-konsenja” fis-settur tal-konsenja (pereżempju tariffa fissa għall-konsenja;  għal kull oġġett ikkonsenjat), anke skont il-qafas regolatorju applikabbli[52].

o Dwana u kwistjonijiet internazzjonali oħrajn: Hemm varjetà ta’ regoli oħra li jirriżultaw jew mill-ftehimiet kummerċjali internazzjonali jew mid-dritt tal-UE, li jista' jkollhom impatt fuq soluzzjonijiet transfruntiera tal-konsenja, inklużi flussi intra-UE. Pereżempju, operaturi tal-konsenja li jesportaw lejn u li jimportaw minn pajjiżi terzi huma suġġetti għall-proċeduri ta’ dwana u r-rekwiżiti ta’ sigurtà li jirriżultaw minn ftehimiet internazzjonali (pereżempju r-regoli tal-Unjoni Postali Universali (UPU); ir-regoli tal-ICAO) jew mid-dritt tal-UE (pereżempju Kodiċi Doganali Komunitarju[53]; ir-Regolament 2320/2002 dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni).

o Barra minn hekk, l-operaturi postali nazzjonali huma suġġetti għal regoli speċifiċi tal-Unjoni Postali Universali.

Mistoqsijiet: il-qafas regolatorju u istituzzjonali għas-suq tal-konseja tal-pakketti fl-UE

1) Għall-finijiet ta’ din il-Green Paper, ‘pakkett’ huwa ddefinit fis-sens l-iktar wiesa’ u jinkludi l-oġġetti kollha li jiżnu sa 30 kg. Hemm xi elementi partikolari li fl-opinjoni tiegħek huma ta’ rilevanza krucjali għall-kwalifika bħala "pakkett" fil-kuntest tal-ambizzjoni biex jinkiseb suq tal-konsenja tal-pakketti iktar integrat u li jiffunzjona aħjar fl-UE[54]?

2) Il-qafas eżistenti huwa ostaklu għall-ħolqien ta’ suq tal-konsenja tal-pakketti integrat u verament Ewropew li jaqdi l-ħtiġijiet u l-aspettattivi kemm tal-bejjiegħa elettroniċi, tal-konsumaturi u tal-ħaddiema f’dan is-settur? Jekk iva b’liema mod?

3) Liema huma l-iktar tliet sfidi importanti li jippreżenta l-qafas regolatorju? X’jista’ jsir biex jgħinek tirreaġixxi, fuq medda qasira ta' żmien u fit-tul, għal dawn l-isfidi?

4) Fil-fehma tiegħek hemm diskrepanzi regolatorji jew bżonn għal miżuri/regolamentazzjoni addizzjonali? Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika.

5. Lejn suq tal-konsenja tal-pakketti integrat verament Ewropew

Abbażi ta’ analiżi tal-qafas regolatorju u istituzzjonali eżistenti, il-kapitoli li ġejjin se jiffukaw fuq tliet kwistjonijiet ewlenin li huma meqjusa bħala strumentali għall-ħolqien ta’ suq tal-konsenja tal-pakketti tal-UE integrat li jipprovdi, kemm lill-bejjiegħa elettroniċi kif ukoll lill-konsumaturi tagħhom, is-soluzzjonijiet ta' konsenja li jeħtieġu:

· Konvenjenza: Konvenjenza u trasparenza ikbar għall-konsumaturi[55].

· Spejjeż: Iktar soluzzjonijiet tal-konsenja kosteffettivi speċjalment fuq livell transfruntiera.

· Interoperabbiltà: Livell ikbar ta’ interoperabbiltà bejn operaturi fil-katina tal-konsenja kollha, u koordinazzjoni aħjar bejn il-bejjiegħa elettroniċi u l-operaturi tal-konsenja.

Fit-taqsimiet li ġejjin, qed jiġu ttestjati aspetti differenti ta’ dawn it-tliet għanijiet sabiex ikunu identifikati bl-aħjar mod soluzzjonijiet possibbli għat-titjib tas-sitwazzjoni attwali. Barra minn hekk, qed titiqes l-evalwazzjoni tal-limitu safejn swieq effiċjenti jistgħu jkunu jistgħu jipproduċu r-riżultati mixtieqa, jew jekk għandhomx jiġu ppjanati bidliet għall-qafas superviżorju jew regolatorju attwali.

5.1 Titjib tal-esperjenza tal-konsumatur u tal-konvenjenza 5.1.1 Iktar trasparenza

Meta wieħed jixtri onlajn, jistenna li l-konsumaturi jkunu pprovduti iktar informazzjoni dwar alternattivi ta’ konsenja possibbli, il-prezzijiet assoċjati tagħhom u l-livelli ta’ servizz, u l-modalitajiet prattiċi tal-konsenja (jiġifieri l-ħin u l-post tal-konsenja).[56]

Matul il-proċess tal-konsenja u wara, il-konsumaturi għandhom ikunu jistgħu jikkondividu l-opinjoni tagħhom dwar il-kwalità reali tas-servizzi ta' konsenja li jkunu rċivew. Informazzjoni iktar trasparenti dwar il-prestazzjoni attwali tal-konsenji, speċjalment għax-xiri transfruntiera, tista’ taqdi diversi għanijiet. L-ewwel u qabel kollox, se tippermetti lill-konsumaturi jagħmlu għażliet iktar infurmati għax-xiri sussegwenti tagħhom - u fejn possibbli,– jagħżlu l-alternattiva ta' konsenja li jafdaw l-iktar u li hija l-iktar adattata għall-ħtiġijiet tagħhom. It-tieni, trasparenza msaħħa se toħloq ukoll inċentiv għall-operaturi tal-konsenja biex itejbu iktar il-prestazzjoni tagħhom. It-tielet, il-ftuħ ta’ din il-“kaxxa sewda” ta’ konsenja se jgħin ukoll biex tinbidel il-perċezzjoni tal-konsumaturi tal-konsenja reali f’każijiet fejn din il-perċezzjoni kienet żbaljata jew mhux realistika.

Qed jiġu alternattivi differenti biex tiżdied it-trasparenza fir-rigward tal-prestazzjoni tal-konsenja għall-pakketti.

Mistoqsijiet: titjib tal-esperjenza u tal-konvenjenza tal-konsumatur – iktar trasparenza

5) Informazzjoni dwar alternattivi u modalitajiet tal-konsenja

a)         Liema informazzjoni[57] għandha tkun disponibbli għall-konsumaturi fuq is-sit elettroniku tal-bejjiegħa elettroniċi (isem u dettalji ta’ kuntatt tal-operatur(i) tal-konsenja, il-prezz tal-konsenja, il-ħin u l-post tal-konsenja, informazzjoni dwar kif inhuma indirizzati l-ilmenti, l-alternattivi ta' traċċar, l-alternattiva tar-ritorn)?

b)         B’kunsiderazzjoni għar-riskju ta’ informazzjoni eċċessiva, x’jista' jsir biex il-konsumaturi jkunu pprovduti fil-ħin opportun informazzjoni ċara, trasparenti u komparabbl dwar il-konsenja?

6) Informazzjoni dwar il-kwalità/il-prestazzjoni tal-konsenja

a) Indikaturi tal-prestazzjoni huma relatati pereżempju mal-konsenja mgħaġġla, mal-kopertura ġeografika tal-operatur tal-konsenja, ma’ oġġetti li jaslu tard, bil-ħsara jew li jintilfu. Kif tista’ tkun imkejla u miġbura din l-informazzjoni relatata mal-prestazzjoni ? Il-pubblikazzjoni tar-riżultati ta’ dawn l-indikaturi tal-prestazzjoni toħloq valur miżjud għall-konsumaturi? Hemm bżonn li jkunu żviluppati standards li jimmonitorjaw tali livelli ta’ prestazzjoni?

b) It-tikketti ta’ fiduċja (pereżempju ċertifikat maħruġ minn assoċjazzjoni tal-industrija li l-proċess tal-konsenja ta’ operatur jista’ jkun fdat peress li jissodisfa r-rekwiżiti bbażati fuq l-aħjar prattika), joffru mod iktar effiċjenti li jżid il-fiduċja tal-konsumaturi?

c) Ċertifikazzjoni ISO ta’ proċess tal-kwalità li jimmira lejn konsenja effiċjenti, tkun għodda xierqa li żżid il-fiduċjatal-konsumaturi?

7) Superviżjoni indipendenti:

            Min għandu jmexxi l-monitoraġġ tal-prestazzjoni: organizzazzjoni industrijali, korp, regolatur?

5.1.2  Jiġu pprovduti servizz aħjar u iktar salvagwardji għall-konsumaturi

Filwaqt li l-konsumaturi jagħtu importanza lill-konsenja tal-pakketti tagħhom, mhux neċessarjament jafu ħafna dwar it-tip ta’ operatur tal-konsenja li jipprovdi servizzi ta’ konsenja. Dak li jikkonċernahom l-iktar huwa lil min jistgħu jikkuntatjaw meta jkollhom mistoqsijiet dwar il-konsenja u min se jagħtihom risposti malajr u informazzjoni preċiża. Dan huwa partikolarment rilevanti f’sitwazzjonijiet transfruntiera, li normalment jinvolvu diversi operaturi tal-konsenja.

Il-qafas regolatorju eżistenti jkopri biss parti mill-ħtiġijiet tal-konsenja ta’ konsumaturi li jixtru onlajn. Id-Direttiva tal-UE dwar is-Servizzi Postali ma kinitx imfassla għall-ambjent tal-kummerċ elettroniku, u operaturi postali huma biss wieħed mill-għadd ta’ parteċipanti fil-konsenja tal-pakketti. Id-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur tipprevedi ħafna salvagwardji għall-konsumaturi li jixtu onlajn bħan-notifikazzjoni tal-prezz, il-konsenji mdewma u l-proċessi ta' ritorn. Kwistjonijiet speċifiċi relatati mal-konsenja jistgħu jibqgħu ta’ tħassib għall-konsumaturi u jistgħu jkunu meħtieġa iktar salvagwardji speċifiċi.

Is-servizz postali universali attwali jipprovdi biss ‘xibka ta’ sikurezza’ għal dawk li jibagħtu pakketti okkażjonalment. Xi partijiet interessati argumentaw li t-tkabbir tal-kummerċ elettroniku fit-taqsmima B2C u l-importanza ta’ konsenja konvenjenti tul-aħħar mil tista’ tesiġi definizzjoni ġdida (ta’ servizz universali) li teħtieġ li tkun allinjata aktar mill-qrib mal-aspettattivi ta’ konsumaturi onlajn. Tali servizz universali “ġdid” għandu jissodisfa d-domandi tal-konsumaturi f’termini ta’ livell minimu ta’ konvenjenza – speċjalment f’termini ta’ informazzjoni dwar il-proċess tal-konsenja u l-alternattivi għar-ritorn ta' oġġetti u jissofisfa d-domandi tal-bejjiegħa elettroniċi f’termini ta’ traċċar u affordabbiltà tal-offerta kummerċjali tagħhom. Huwa argumentat li, meta konsumaturi jridu elementi li jmorru lil hinn minn dawn l-istandards minimi ta’ kwalità ; is-swieq joffru opzjonijiet u servizzi alternattivi li jissodisfaw dawk il-ħtiġijiet iktar avvanzati.

Mistoqsijiet: iktar esperjenza u konvenjenza tal-konsumatur – servizzi aħjar u iktar salvagwardji

8) Skop u ambitu possibbli ta’ servizzi ta’ konsenja universali għall-pakketti:

a) Hemm bżonn ta’ obbligu ta’ servizz universali ġdid li jindirizza l-ubikwità, l-affordabbiltà u l-kwalità tas-servizzi tal-konsenja tal-pakketti?

b) Jekk iva, x’jistgħu jkunu l-karatteristiċi ewlenin ta’ dan is-servizz universali ‘ġdid’ (f’termini ta’ livelli ta’ servizz, konvenjenza u affordabbiltà)?

c) Mill-perspettiva ta’ operatur tal-konsenja, taħseb li servizz universali (tal-pakketti) jkun fattibbli f’termini ta’ spiża/profittabbiltà? Jekk iva, f’liema livell?

d) Liema jkunu l-aħjar għodod sabiex ikun implimentat tali kunċett (pereżempju linjigwida; reviżjoni tad-Direttiva Postali; strument regolatorju ġdid b’setgħat imsaħħa tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali)?

9) Titjib tal-esperjenza tal-konsumatur

a) B’kunsiderazzjoni għas-sett ta’ drittijiet tal-konsumatur eżistenti, kif jistgħu jkunu indirizzati b’mod effettiv it-tħassib u l-ilmenti tal-konsumatur dwar il-konsenja?

b) Għandek xi tħassib dwar reġimi ta’ responsabbiltà[58] fil-każ ta’ telf jew dannu tal-pakketti? X’jista’ jsir biex titjieb is-sitwazzjoni?

c) Jistgħu l-industrija tal-kummerċ elettroniku u l-operaturi tal-konsenja jippreżentaw soluzzjonijiet iktar proattivi biex jirreaġixxu aħjar għall-konsumaturi? X’azzjonijiet jistgħu jittieħdu malajr biex itejbu s-sitwazzjoni fuq medda qasira ta' żmien? Liema soluzzjonijiet fuq medda medja sa medda twila ta’ żmien jistgħu jitħejjew?

5.2 Soluzzjonijiet tal-konsenja iktar effettivi u kompetittivi

Il-konsumaturi u l-bejjiegħa elettroniċi kumplessivament iqisu l-livelli tal-prezzijiet attwali bħala għoljin wisq B’kuntrast, l-operaturi jargumentaw li diġà qed jaħdmu b’marġnijiet baxxi u li huma meħtieġa prezzijiet sostenibbli sabiex tkun żgurata l-vijabbiltà ekonomika tagħhom fit-tul.

5.2.1 Kontroll tal-ispejjeż

Kif deskritt hawn fuq, il-prezzijiet għall-konsenja transfruntiera ta’ pakketti hija meqjusa għolja ħafna b’mod partikolari għal dawk li jibagħtu volumi żgħar. Din it-taqsima tesplora l-alternattivi li jistgħu jsaħħu l-kosteffiċjenza tas-servizzi ta’ konsenja, li permezz tagħhom jista' jkun tnaqqis fl-ispejjeż li jgħaddi għand l-utenti ta’ dawn is-servizzi.

L-istrutturi tal-ispiża ivarjaw konsiderevolment bejn l-operaturi peress li fatturi ġeografiċi u individwali (bħad-densità, il-volumi, il-limitazzjonijiet taż-żmien) jistgħu jvarjaw. It-tariffi ppubblikati huma tipikament ibbażati fuq piż medju, livelli tal-assigurazzjoni u veloċità, iżda dawn mhux neċessarjament ikopru l-ispejjeż reali mġarrba mill-operaturi[59]. Il-konsenja B2C, speċjalment għall-pakketti, hija meqjusa bħala wahda għaja mill-operaturi tal-konsenja. Is-soluzzjonijiet li qed jitħejjew sabiex jiżguraw is-suċċess tal-ewwel tentattiv ta' konsenja (bħal bażi tad-dejta aġġornata bl-indirizzi, informazzjoni minn qabel dwar il-konsenja) jistgħu jnaqqsu l-ispejjeż żejda. Disinn differenti tal-operazzjonijiet tal-konsenja (bħal punti ta’ konsenja jew kjoskijiet tal-pakketti) jista’ jkollhom ukoll il-potenzjal li jillimitaw l-ispejjeż tal-konsenja.

Konsolidament akbar ta’ volumi żgħar, speċjalment mill-SMEs, joffri wkoll potenzjal għat-tnaqqis kumplessiv tal-ispejjeż. Iktar sinerġiji bejn l-operaturi se jiġġeneraw iktar effiċjenza f’suq xprunat mill-ekonomiji ta’ skala. F’kuntest transfruntiera, huma se jsaħħu wkoll il-fluwidità tal-flussi tal-pakkett.

Mistoqsijiet: soluzzjonijiet iktar kosteffettivi u kompetittivi tal-konsenja– kontroll tal-kostijiet

10) Jistgħu jkunu previsti alternattivi differenti biex ikunu kkontrollati l-ispejjeż:

a) Hemm xi eżempji pendenti ta' soluzzjonijiet alternattivi għall-konsenji jew prattiki tajbin għalihom li jippermettu tnaqqis tal-kostijiet?

b) Hemm xi eżempju pendenti tal-aħjar prattiki biex tiżdied l-effiċjenza[60]?

c) X’tip ta’ teknoloġija tista’ tnaqqas l-ispiża tal-konsenja?

d) Fil-fehma tiegħek, x’jista’ jsir biex jitneħħew jew jitnaqqsu l-limitazzjonijiet regolatorji nazzjonali mingħajr ma jitpoġġa f’riskju l-ksib tal-objettivi sottostanti tagħhom[61]?

5.2.2 Prezzijiet kompetittivi iżda sostenibbli

Il-ħtieġa ta' tariffi sostenibbli

L-operaturi ta’ pakketti huma mħassba miż-żidiet potenzjali fl-ispejjeż li jistgħu jkunu riflessi fi prezzijiet ogħla għall-konsumaturi. Fl-istess ħin, il-konsumaturi qed jidraw ‘offerti ta’ trasportazzjoni b’xejn’, li minħabba fihom jistgħu jissottovalutaw l-ispejjeż operazzjonali u soċjetali reali marbuta mal-operazzjonijiet tal-konsenja.

Bejjiegħa elettroniċi kbar jistgħu jinnegozjaw tariffi minħabba l-volumi tagħhom. Il-pressjoni fuq il-marġnijiet tal-operaturi tista’ tkun sinifikanti, filwaqt li jeħtieġ li dawn l-operaturi jagħmlu investimenti ġodda biex jadattaw l-operazzjonijiet tagħhom għad-domandi tal-kummerċ elettroniku.

Il-kunċett ta’ “sostenibbiltà" ta’ prezzijiet f’din it-taqsima jirreferi għal prezzijiet li jirriflettu l-ispejjeż reali tas-servizz sottostanti kemm għall-fornituri tas-servizz (jiġifieri il-profitabbiltà fit-tul tagħhom) kif ukoll għas-soċjetà b'mod ġenerali (pereżempju f’termini ambjentali u soċjali) – fuq is-suppożizzjoni, madankollu li s-swieq nazzjonali u dawk transfruntiera tal-konsenja huma kompetittivi biżżejjed u għaldaqstant effiċjenti.

Mistoqsijiet: prezzijiet kompetittivi iżda sostenibbli – sostenibbiltà u trasparenza tat-tariffi

11) Sostenibbiltà tat-tariffi:

a) Taħseb li l-livell attwali tat-tariffi imposti fuq il-konsumaturi għal konsenji sad-dar huwa sostenibbli fuq medda qasira jew twila ta' żmien? Jekk le, x’għandu jsir biex dan ikun mitigat?

b) L-ispiża reali tal-konsenja mġarrab mill-bejjiegħa elettroniċi għandha tkun iktar trasparenti għall-konsumaturi? Jekk iva, għalfejn?

c) L-ispejjeż reali tal-konsenja għas-soċjetà inġenerali għandhom ikunu iktar trasparenti? Jekk iva, għalfejn? U kif?

Swieq tal-konsenja iktar kompetittivi

Il-konsumaturi ħafna drabi jipperċepixxu l-għażla tas-soluzzjonijiet tal-konsenja bħala waħda limitata ħafna minħabba n-nuqqas tat-trasparenza tas-suq, u l-istat reali - jew l-istat perċepit – tal-kompetizzjoni fis-suq. F’xi każijiet, is-swieq tal-konsenja rilevanti jistgħu jkunu ddominati minn għadd żgħir ta’ operaturi li l-imġiba tagħhom żżomm lura lill-bejjiegħa elettroniċi u lill-konsumaturi milli jibbenefikaw mill-benefiċċji sħaħ ta’ swieq verament kompetittivi.

Jistgħu jkunu previsti soluzzjonijiet regolatorji ex-ante speċifiċi għall-benefiċċju tal-konsumaturi billi s-swieq tal-konsenja jsiru kompetittivi fuq bażi sostenibbli.

Mistoqsijiet: prezzijiet kompetittivi iżda sostenibbli – swieq tal-konsenja iktar kompetittivi

12) Livell ta’ kompetizzjoni fis-swieq tal-konsenja:

a) Fl-liema swieq jew setturi tas-swieq tkun essenzjali iktar kompetizzjoni?

b) Il-pubblikazzjoni tat-tqabbil tal-prezzijiet tkun tista' tipprovdi iktar ċarezza għall-konsumaturi u l-SMEs Kif jista’ jsir dan? X’se jkunu l-vantaġġi u l-iżvantaġġi?

13) Sorveljanza u regolamentazzjoni:

Miżuri regolatorji ex-ante (bħall-obbligi tat-trasparenza, l-obbligi tal-forniment ta’ aċċess għal netwerks tal-konsenja, u l-obbligu li t-tariffi jkunu orjentati lejn l-ispiża) imposti fuq operaturi tal-konsenja b’saħħa sinifikanti fis-suq, jistgħu jwasslu għal swieq iktar kompetittivi.

a) Liema jkunu s-swieq rilevanti li għandhom jitqiesu  f’dan ir-rigward?

b) X’inhuma l-ispeċifiċitajiet tal-operazzjonijiet transfruntiera li jistgħu jiġġustifikaw il-limitazzjonijiet tal-ispiża? Jekk jogħġbok speċifika:

c) Ir-regolatur għandu jkollu iktar informazzjoni dwar dejta għall-kontabbiltà tal-ispejjeż biex jivvaluta aħjar l-istruttura tal-prezzijiet u tal-ispejjeż tal-pakketti?

d) Ir-regolaturi u/jew l-awtoritajiet dwar il-kompetizzjoni għandu jkollhom rwol iktar attiv fis-sorveljanza tas-swieq nazzjonali jew is-setturi tas-suq ikkonċernati?

Iktar prezzijiet kompetittivi għal servizzi ta’ konsenja transfruntiera

Il-prezzijiet għal servizzi transfruntiera huma ta’ tħassib partikolari għall-konsumaturi u l-bejjiegħa elettroniċi, speċjalment l-SMEs. It-tariffi jvarjaw b’mod sinifikanti[62] anke għal ordnijiet li jinkludu l-istess varjetà ta’ oġġetti u mibgħuta fl-istess destinazzjoni. Għaldaqstant jeħtieġ li jkunu identifikati soluzzjonijiet li jillimitaw l-impatt fuq il-prezzijiet tal-konsenja transfruntiera u li jnaqqsu d-diskrepanza eżistenti bejn il-prezz domestiku u l-prezz transfruntiera, fejn dan mhux iġġustifikat oġġettivament.

Mistoqsijiet: prezzijiet kompetittivi iżda sostenibbli – prezzijiet iktar kompetittivi għal servizzi ta’ konsenja transfruntiera

14) Kif jistgħu jkunu żgurati tariffi transfruntiera kompetittivi u trasparenti?

a) Il-forzi tas-suq għandhom jitħallew jipprovdu l-livelli ta’ tariffi u l-livelli ta’ trasparenza mitluba mill-bejjiegħa elettroniċi u mill-konsumaturi?

b) Iktar superviżjoni regolatorja tikkontribwixxi għall-kisba ta’ prezzijiet sostenibbli għall-konsumaturi?

c) Taħseb li jekk ikun applikat xi tip ta’ limitu fuq il-konsenja transfruntiera ta’ pakketti individwali ikun alternattiva fattibbli u effettiva li tindirizza l-ħtiġijiettal-bejjiegħa elettroniċi u l-konsumaturi? X’se jkun l-impatt ta’ dan il-limitu tal-prezz fuq l-offerti u l-kompetizzjoni tas-suq?

5.3 Titjib tal-interoperabbiltà tul il-katina tal-konsenja

Huma meħtieġa iktar trasparenza u sħubijiet aħjar sabiex ikun indirizzat il-ħtieġa tal-bejjiegħa elettroniċi li jifhmu aħjar x’jikkostitwixxu l-aħjar prattiki ta' loġistika u konsenja u biex jikkomunikaw b’mod effettiv l-alternattivi ta' konsenja li huma disponibbli għall-konsumaturi. Sħubijiet ta’ suċċess fiż-żewġ setturi u bejniethom se jkunu deċiżivi għall-futur tal-kummerċ elettroniku.

5.3.1 Investiment sabiex jiżdied l-użu tat-teknoloġija

Użu iktar ġeneralizzat ta’ traċċar jista' jagħti s-setgħa lill-konsumaturi, u jippermettilhom jiddettaw il-post u l-ħin tal-konsenja. Dan itejjeb ir-rata ta' suċċess tal-ewwel tentattivi tal-konsenja u għaldaqstant inaqqsu l-ispejjeż. Fl-istess ħin, il-bejjiegħa elettroniċi jistgħu jiksbu informazzjoni xierqa u rilevanti u għaldaqstant ikunu f’pożizzjoni li jimmaniġġjaw aħjar l-istokks, jottimizzaw ir-rifużjoni u l-proċessi ta’ ritorn u jissimplifikaw il-proċessi tal-amministrazzjoni.

Mistoqsijiet: titjieb l-interoperabbiltà—investiment fit-teknoloġija

15) Livelli ta’ investiment meħtieġa:

a) Safejn hu possibbli li tkun evalwata, kemm fil-livell mikro kif ukoll fil-livell makro, l-ispiża approssimattiva ta’ sistema ta’ traċċar ġeneralizzata għall-pakketti? Liema jkunu l-iktar parametri rilevanti li għandhom ikunu kkunsidrati?

b) Liema proġetti pilota speċifiċi għall-konsenja ta’ prodotti ta’ kummerċ elettroniku jistgħu jkunu promossi possibbilment fi programmi usa' li għandhom l-għan li jrawmu l-investiment fit-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni[63]?

5.3.2 Sħubijiet imsaħħa bejn il-bejjiegħa elettroniċi u l-operaturi tal-konsenja

L-operaturi normalment jiffukaw fuq il-klijenti l-kbar tagħhom b’volumi kbar u għandhom inqas inċentiv biex jinvestu fil-kummerċjalizzazzjoni tas-servizzi tagħhom għal trasportaturi iżgħar, għalkemm fil-prinċipju jkollhom il-potenzjal li jkabbru n-negozju tagħhom. Barra minn hekk, il-bejjiegħa elettroniċi mhux dejjem huma konxji mis-soluzzjonijiet alternattivi possibbli u l-offerti disponibbli.

Mistoqsijiet: intejbu l-interoperabbiltà – sħubijiet imsaħħa

16) Sħubijiet u kooperazzjoni:

a) Kooperazzjoni aħjar bejn bejjiegħa kummerċkali u operaturi tal-konsenja mistennija żżid l-interoperabbiltà tal-operazzjonijiet? Jek iva, x’jistgħu jagħmlu b’mod speċifiku l-bejjiegħa u l-operaturi biex jwaqqfu sħubiji ġodda jew itejbu dawk eżistenti?

b) Il-kapaċitajiet ta’ kontinġenza għandhom ikunu żviluppati b’mod konġunt biex jindirizzaw il-perjodi l-iktar attivi? Jekk iva, dan kif jista’ jsir?

c) Se tkun teħtieġ is-servizzi ta’ faċilitaturi jew ta’ fornituri ta' loġistika għal partijiet terzi? Kif jistgħu jiżviluppaw, isiru magħrufa iktar jew iktar viżibbli dawk is-servizzi ġodda jew ezistenti ?

5.3.3 Netwerks u pjattaformi interkonnessi

Il-bejjiegħa elettroniċi jiddependu fuq l-ikkompletar tas-suq Uniku għall-konsenja ta’ xirjiet ta’ kummerċ elettroniku. In-nuqqas ta’ integrazzjoni u n-nuqqas ta’ kapaċità ta’ trasferiment tad-dejta bejn sistemi ta’ informazzjoni differenti, huma ostaklu kbir għall-kummerċ transfruntiera u se jkunu meħtieġa investimenti sinifikanti sabiex ikunu adattati s-sistemi kurrenti.

Madankollu, meta operaturi postali li jittrasportaw oġġetti internazzjonalment tpoġġew taħt pressjoni mil-linji tal-ajru u l-awtoritajiet tad-dwana biex jilħqu standards tas-sigurtà ogħla, wara l-identifikazzjoni ta’ riskji sinifikanti għas-sigurtà, irnexxielhom isibu soluzzjonijiet biex jiskambjaw id-dejta meħtieġa. Jista’ jkun meħtieġ sforz simili li jiżgura li l-ħtiġijiet tal-kummerċ elettroniku jkunu indirizzati b’mod konġunt mal-bejjiegħa elettroniċi.

Is-servizzi tal-Kummissjoni diġà nidew għadd ta’ azzjonijiet ta’ dimostrazzjoni li għandhom l-għan li jtejbu l-kompetittività tas-settur tat-trasport u tal-loġistika fl-Ewropa, permezz tal-użu intelliġenti ta’ teknoloġiji tal-informazzjoni u b’mod partikolari jikkonnettjaw intrapriżi iżgħar mal-ktajjen ta’ valur tat-trasport u l-loġistika diġitali[64].

Mistoqsijiet: Titjieb l-interoperabbiltà - interkonnessjoni

17) Interkonnesssjoni aħjar:

a) Jistgħu l-pjattaformi tal-loġistika[65] għal gruppi ta’ operaturi jissodisfaw aħjar il-ħtiġijiet tal-bejjiegħa elettroniċi? Jekk iva, kif?

b) Tista’ task force industrijali[66] tikkontribwixxi għall-promozzjoni tal-innovazzjoni u żżid         l-użu ta’ teknoloġiji ġodda li jiffaċilitaw livell ogħla ta’ interkonnessjoni? Jekk iva, kif?

c) Jistgħu jitjiebu l-proċessi użati għar-ritorn ta’ oġġetti (kemm fuq livell domestiku kif ukoll fuq livell transfruntiera)? Jekk iva, kif?

d) Ir-rekwiżiti tal-interoperabbiltà u l-promozzjoni ta’ teknoloġiji ġodda huma diffiċli għall-SMEs li joperaw fil-katina tal-konsenja? Liema azzjonijiet jistgħu jgħinu biex jiġu mitigati dawn id-diffikultajiet?

e) Liema huma (jekk hemm) it-tliet azzjonijiet ewlenin li jistgħu jtejbu l-interoperabbiltà fuq il-fruntieri tal-UE għat-trasportazzjoni ta' oġġetti ordnati onlajn[67]? X’jista’ jsir biex titjieb is-sitwazzjoni fuq medda qasira ta' żmien, x’inizjattivi jistgħu jittieħdu fuq medda medja sa medda twila ta' żmien? Barra minn hekk, x’hemm bżonn li jsir biex titjieb l-interoperabbiltà fil-livell internazzjonali?

6. Governanza għal suq Ewropew integrat għall-konsenja tal-pakketti

Ix-xenarju futur tal-kummerċ elettroniku Ewropew se jkun iffurmat b’mod partikolari mill-kapaċitajiet u n-netwerks tal-konsenja li se jkunu stabbiliti fil-futur qrib? Dawn il-bidliet u l-impatt tagħhom fuq is-settur tal-kummerċ elettroniku jeħtieġ li jkunu mmonitorjati u għandhom ikunu kkoordinati sforzi li jippromwovu ambjent ta’ konsenja Ewropew effiċjenti u sostenibli għall-kummerċ elettroniku.

Xi parteċipanti ewlenin diġà għandhom pjattaformi għall-koordinazzjoni,pereżempju il-Grupp Ewropew tal-Pakketti li jlaqqa’ flimkien operaturi postali eżistenti. Fir-rigward tar-regolaturi, il-Grupp Ewropew tar-Regolaturi tas-Servizzi Postali[68] għandu l-għan li jiffaċilita l-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni bejn awtoritajiet regolatorji nazzjonali indipendenti bl-għan li jiżgura applikazzjoni konsistenti tad-Direttiva dwar is-Servizzi Postali Bħalissa l-attivitajiet u r-rwoli tagħhom ma jkoprux il-firxa sħiħa tal-attività tal-kummerċ elettroniku. Fora ġodda jistgħu jkollhom parti fil-ħolqien ta’ suq uniku Ewropew tal-konsenja għall-kummerċ elettroniku.

Jinħtieġu kooperazzjoni,  superviżjoni u infurzar iktar iffukati sabiex tingħata spinta lill-koordinazzjoni tal-isforzi biex ikun promoss is-settur tal-konsenja għall-kummerċ elettroniku. Dan se jżid il-momentum sabiex tkun iffaċilitata konsenja mtejba għall-oġġetti tal-kummerċ elettroniku.

Mistoqsijiet: governanza;

18) Hemm xi ideat li jistgħu jkunu trattati b’mod effiċjenti mill-industrija li jindirizzaw il-kwistjonijiet identifikati f’din il-Green Paper? Kif jista’ jkun promoss dan[69]? Kif jistgħu jiġu involuti kemm il-kummerċ elettroniku kif ukoll l-assoċjazzjonijiet industrijali tal-konsenja?

19) Kif jistgħu jiġu indirizzati aspetti ta’ governanza attwali ta’ standardizzazzjoni u interoperabbiltà[70]? Hemm bżonn li jiżdied l-involviment ta’ rappreżentanti tal-kummerċ elettroniku, speċjalment l-SMEs u l-konsumaturi?

7. Segwitu u l-passi li jmiss:

Il-partijiet interessati kollha huma mistiedna jippreżentaw l-opinjonijiet tagħhom b’reazzjoni għall-mistoqsijiet ta’ hawn fuq. Il-kontribuzzjonijiet għandhom jintbagħtu mhux iktar tard mill-15 ta’ Frar 2013 fl-indirizzi li ġejjin:

markt-delivery@ec.europa.eu

jew

European Commission

DG Internal Market and Services

On line services unit

Rue de la Loi 200

1049 Brussell

M'hemmx bżonn li l-kontribuzzjonijiet mibgħuta jkopru l-kwistjonijiet kollha mqajma f’din il-Green Paper. Għaldaqstant, jekk jogħġbok indika b’mod ċar l-aspetti li magħhom huwa relatat il-kontribut tiegħek. Fejn possibbli, jekk jogħġbok agħti argumenti speċifiċi favur jew kontra l-alternattivi u l-approċċi ppreżentati f'din il-paper. Fil-kontribut tiegħek, inti mistieden ukoll li tagħti opinjonijiet dwar jekk hemmx aspetti/kwistjonijiet oħra li jeħtieġ li jkunu indirizzati biex jinkiseb suq integrat tal-konsenja tal-pakketti fl-Unjoni Ewropea.

Il-kontributi se jkunu ppubblikati fuq is-sit elettroniku tad-DĠ tas-Suq Intern u s-Servizzi. Ir-reazzjonijiet li jaslu se jkunu disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-Kummissjoni sakemm ma tiġix mitluba b'mod speċifiku l-kunfidenzjalità.

Bħala segwitu għal din il-Green Paper u abbażi tar-reazzjonijiet li jkunu waslu, fir-rebbiegħa 2013, il-Kummisssjoni se tidentifika sett ta’ azzjonijiet li għandhom jittieħdu sabiex ikun ikkompletat is-suq uniku għall-pakketti.

[1] L-ekonomija tal-internet wasslet għal kwazi 21 % tat-tkabbir fil-PDG fl-aħħar ħames snin. Tiġġenera wkoll 2.6 impjiegi għal kull sensja u f’xi perjodi tammonta wkoll għal 25 % tal-ħolqien nett tal-impjieg (COM(2011) 942 finali)

[2] “Qafas koerenti għall-bini ta’ fiduċja fis-Suq Uniku Diġitali tal-kummerċ elettroniku u tas-servizzi online”, COM(2011) 942 finali.

[3] Kunsill tal-UE, Konklużjonijiet dwar is-Suq Uniku Diġitali u l-Governanza tas-Suq Uniku, 31 ta’ Mejju 2012; Riżoluzzjoni (P7_TA82010)0320) tal-21 ta’ Settembru 2010 dwar l-ikkompletar tas-suq intern għall-kummerċ elettroniku.

[4] 42 % tan-negozji onlajn fir-Renju Unit jagħtu prijorità lis-servizzi mtejba tal-konsenja meta mqabbla mat-18 % għal investiment fi broadband iktar veloċi.

[5] Fil-qosor, kwanlunkwe oġġett żgħir li tista’ timmaniġġah persuna waħidha.

[6] 66% tax-“xiri abbandunat” huwa kkawżat minn fatturi ta’ konsenja '2011 consumer trends in multi-channel retailing', Royal Mail

[7] Skont l-istimi tal-FTI Consulting, il-bejjiegħa ż-żgħar jammontaw għal 22 % tal-volumi tal-kummerċ elettroniku transfruntiera. Skont stimi tal-Eurostat, iktar minn kwart tal-intrapriżi kollha jibagħtu ordnijiet ta’ kummerċ elettroniku lill-pajjiżi oħra tal-UE : minn dawn, 23 % huma intrapriżi żgħar, 41 % intrapriżi kbar u 33 % intrapriżi medji.

[8] Studju mwettaq mis-Civic Consulting jistma li l-UE mhux qed tisfrutta l-potenzjal tal-kummerċ elettroniku: il-gwadanji totali fil-benessri għall-konsumaturi tal-UE minn sitwazzjoni ipotetika fejn is-sehem tal-kummerċ elettroniku fil-kummerċ totali fil-livell tal-konsumatur se jkun 15 % (minflok 3.5% tal-livell tal-2010) huma stmati li jammontaw għal EUR 204.5 biljun fis-sena jew 1,7 % tal-PDG tal-UE.

[9] “Focus on the Future” minn BCG, Mejju 2012; IMRG; ACSEL; “Intra-community cross-border parcel delivery”, FTI 2011; Set of national On line barometers minn E-bay; “The evolution of the European Postal market since 1997”, ITA/ WIK 2009; IPC Cross border E-commerce report 2010, Eurobarometer, “Consumer market study on the functioning of e-commerce and Internet marketing and selling techniques in the retail of goods”, Civic 2011.

[10] Eurobarometer, Business attitude Towards cross-border sales and consumer protection, Analytical report, Flash Eurobarometer 224, Lulju 2008, Kapitolu 2, taqsima 2.1, paġna 21

[11] "Consumer market study on the functioning of e-commerce and Internet marketing and selling techniques in the retail of goods", Civic Consulting, Settembru 2011, pġ 132

[12] Stħarriġ riċenti li sar fir-Renju Unit jindika li kważi 65 % ta’ dawk li wieġbu semmew li r-riskju ta’ oġġetti li ma jaslux (minħabba li ma jkun hemm ħadd id-dar biex jirċivihom) iżommhom lura milli jixtru onlajn. Perjodi ta’ żmien wisq vagi għall-konsenja u r-riskju li l-oġġett jista’ ma jasalx fil-ħin huma wkoll ta’ tħassib għal madwar 43 % ta’ dawk li wieġbu.("A study of online fulfilment requirements", IMRG UK Consumer Home Delivery Review 2012).

[13] Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Negozju Żgħir, Dinja Kbira - sħubija ġdida li tgħin lill-SMEs jaħtfu l-opportunitajiet globali” COM(2011) 702

[14] E-commerce in the Nordics 2012, Postnord.

[15] Ġew stabbiliti mudelli differenti għat-trasporatazzjonijiet transfruntiera partikolarment il-kooperazzjoni bejn is-servizzi postali nazzjonali permezz ta’ injezzjoni diretta fis-sistema postali nazzjonali jew permezz ta’ arranġamenti oħra ma’ operaturi tal-loġistika.

[16] Fl-UE-27, 9 % biss tal-konsumaturi tal-UE u 18 % tal-bejjiegħa tal-UE jużaw kummerċ elettroniku transfruntiera; 48 % tal-konsumaturi rrappurtaw li għandhom iktar fiduċja fix-xiri onlajn domestikament milli dak transfruntiera (European Commission, Consumer Conditions Scoreboard, Consumers at home in the single market, March 2011).

[17] Jekk il-bejjiegħa jkunu jistgħu joffru għażla usa', il-bejgħ totali tal-prodotti li għalihom id-domanda hi baxxa jew li l-volum tal-bejgħ tagħhom huwa baxx jista’ jkun ugwali għal jew saħansitra jissupera s-sehem tas-suq tal-prodotti li jinbiegħu l-aktar.

[18] Pereżempju, 57 % tal-bejjiegħa jqisu l-konsenja transfruntiera bħala ostaklu (Flash Eurobarometer 224, Lulju 2008). 78 % tal-bejjiegħa fuq eBay jidentifikaw l-ispejjeż tal-konsenja bħala ostaklu ewlieni għall-kummerċ elettroniku transfruntiera, 42 % jirreferu għall-kwalità ħażina tas-servizzi tal-konsenja (FreshMinds, Crossborder trade survey in the UK, Germany and France).

[19] Fi stħarriġ li sar fir-Renju Unit, il-konsenja b’xejn kienet l-iktar fattur imsemmi minn 67 % ta’ dawk li wieġbu li wassalhom biex ikomplu jew iżidu l-użu tagħhom ta' bejjiegħ elettroniku (Delivery Matters, 2011 Consumer Trends in multi-channel retailing _Royal Mail)

[20] ITA/WIK 2009. Dawn iċ-ċifri jirreferu għall-2008 u jinkludu is-suq tal-pakketti u s-suq express. Studju ieħor mill-IPC jindika li l-valur tas-suq CEP tal-UE fl-2008 huwa ta’ EUR 37,38 biljun (inklużi pakketti) filwaqt li s-settur B2C jirrappreżenta 26 % tas-suq CEP totali tal-UE.

[21] Fid-Direttiva Postali (Direttiva 97/67/KE, kif emendata bid-Direttivi 2002/39/KE u 2008/6/KE), oġġetti ta’ korrispondenza jew dokumenti sa 2kg huma meqjusa bħala ittri, oġġetti sa 20 kg huma meqjusa li huma pakketti.

[22] Eurostat (Isoc_ec_ebuyn2) Fig 11

[23] Is-Suq tal-Fornituri tas-Servizzi Universali jvarja b’mod sinifikanti fl-Istati Membri kollha : inqas minn 10 % fi Stati Membri bħall-Bulgarija, Spanja u r-Renju Unit; bejn 10% u 15 % fi Stati Membri bħall-Ungerija jew l-Italja; u iktar minn 25 % fi Stati Membri bħar-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, Franza, Estonja – The Evolution of the European Postal Market since 1997, ITA/WIK 2009.

[24] Ara l-Kapitolu 4 għal iktar informazzjoni dwar id-Direttiva dwar is-Servizzi Postali.

[25] U speċjalment għall-konsumaturi u l-SMEs: in-nuqqas ta’ għażla rħisa għall-pakketti (eħfef minn 2 kg); elementi tas-servizzi bħall-fakultà ta' kif ordni tista’ tkun itraċċata jeżistu iżda jistgħu jkunu offruti biss f’kombinazzjoni ma’ elementi ta’ valur addizzjonali ogħla.

[26] Fornituri ta’ loġistika għal partijiet terz i jipprovdu assistenza lill-konsumaturi għal servizzi esternalizzati għal parti mil-loġistika jew għal-loġistika kollha (bħal pick and pack, warehousing, documentation, labelling procedures and distribution). Sensara online u konsolidaturi ta’ pakketti joffru skontijiet fuq trasportazzjoni unika minn integraturi jew operaturi nazzjonali

[27] Stimi ta’ volumi u pjanar ta’ kapaċità, skedi ta’ ħin fejn il-volumi, ir-rotot kif ukoll l-aspettattivi tal-konsumatur għandhom ikunu kkunsidrati.

[28] Stħarriġ mill-IRMG għall-"UK Consumer Home Delivery Review 2012" tagħhom, wera li 85 % ta’ dawk li wieġbu semmew l-aċċess għal informazzjoni onlajna dwar traċċar bħala l-iktar mod importanti uniku biex il-konsenji jsiru iktar konvenjenti.("IRMG UK Consumer Home Delivery Review 2012 – a study of online fulfilment requirements"). Fi stħarriġ tal-2011 dwar il-kummerċ elettroniku Ewropew minn by Accenture for the European Retail Round Table, il-katina tal-provvista u l-kwistjonijiet tal-konsenja kienu identifikati minn 34 % ta’ dawk li wieġbu bħala ostakoli għat-tqegħid fis-suq, filwaqt li 42 % ta’ dawk li wieġbu indikaw problemi tal-infrastruttura tat-trasportazzjoni (European Cross-border E-commerce – the challenge of achieving profitable growth", Accenture January 2012).

[29] FTI (2011); Civic Consulting (2011); Mystery Shopping Evaluation of Cross-Border e-commerce in the EU (2009).

[30] Operaturi postali li jikkonsenjaw prodotti f’pakkett prijoritarji permezz tan-netwerk integrat tal-konsenja tal-Grupp Ewropew tal-Pakketti jibbenefikaw minn sistema ta’ traċċar u sistema awtomatizzata ta’ servizz għall-konsumatur li tikkonnettja kull ċentru postali ta' sejħiet bl-operatur.

[31] Saru għadd ta’ stħarriġiet biex jidentifikaw il-ħtiġijiett tal-konsumaturi vis-à-vis l-konsenja ta’ oġġetti ordnati onlajn. Pereżempju, “Home delivery in the UK 2011” minn Snow Valley, IPC Cross border E-commerce report 2010; IRMG (2012), CIVIC (2011).

[32] Studju dwar esperjenzi tal-konsumatur bix-xiri onlajn juri li l-biċċa l-kbira tal-problemi li jesperjenzaw il-konsumaturi meta jixtru oġġetti jikkonċernaw il-konsenja: konsenja li ddum ma tasal (28 % tal-konsumaturi rrappurtaw problema), prodotti li jaslu danneġġjati (20%), prodotti li ma jaslux (17 %), konsenja ta’ prodotti żbaljati (14%) u spejjeż tal-konsenja jew prezz finali kienu għola milli jidher fuq il-website (7%).

[33] Rapport tal-IPC dwar il-kummerċ elettroniku transfruntiera

[34] The 2011 online retail delivery report, Snow Valley.

[35] Consumer Focus.

[36] Dejjem iktar konsumaturi fir-Renju Unit jixtiequ jirċievu sms b’informazzjoni ta’ konferma dwar l-istatus tal-konsenja: 80% tax-xerrejja onlajn jgħidu li jixtiequ jirċievu aġġornamenti f’kull stadju tal-konsenja, Delivery matters, 2011.

[37] Rapport tal-IPC tal-2010 dwar il-kummerċ elettroniku transfruntiera.

[38] Żewġ ostakli kbar għat-trasportazzjoni transfruntiera fi Franza huma l-ispejjeż għoljin tat-trasportazzjoni (78%) u s-servizzi ta’ trasportazzjoni ħżiena (42%), mqabbla ma’ 28% nuqqas ta’ domanda jew 12% għal differenzi kulturali (rapport tal-eBay).

[39] Inklużi l-ispejjeż għat-tiġdid tal-flotta sabiex tinżamm aġġornata biex tilħaq l-istandards ambjentali.

[40] Ara l-azzjoni ta’ dimostrazzjoni DiSCwise, (http://www.discwise.eu/).

[41] Id-Direttiva 97/67/KE kif emendata mid-Direttivi 2002/39/KE u 2008/6/KE.

[42] 36% biss tas-suq tal-pakketti huwa miżmum mill-fornituri tas-servizz universali; u minn dawk is-36% ammont żgħir biss jaqa’ taħt l-obbligi tas-servizz universali. Ir-rekwiżiti minimi fid-Direttiva Postali jinkludu l-forniment ta’ servizzi bażiċi tal-pakketti jew over the counter. L-obbligi minimi tas-servizz universali huma spjegati sew fl-Artikolu 3 tad-Direttiva Postali iżda l-Istati Membri jistgħu jmorru lil hinn minn dawn ir-rekwiżiti.

[43] COM (2011) 635 finali 11.10.2011

[44] Proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (id-Direttiva dwar l-ADR tal-konsumatur) COM(2011) 793 finali adottata fid-29 ta’ Novembru 2011

[45] Artikolu 19 tad-Direttiva Postali jistieden lill-Istati Membri biex jinkoraġġixxu l-iżvilupp ta’ skemi indipendenti barra mill-qorti għas-soluzzjoni ta’ tilwim.

[46] Direttiva 2006/123/KE

[47] http://ec.europa.eu/internal_market/services/docs/servicesdir/implementation/report/SWD_2012_146_en.pdf

[48] White paper tal-KE: Pjan direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport, COM(2011) 144 finali u l-inizjattiva trasport elettroniku tal-merkanzija: http://ec.europa.eu/governance/impact/planned_ia/docs/2013_move_001_e_freight.pdf

[49] Pereżempju id-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2008 dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa, ĠU L 152, 11 ta’ Ġunju 2008, jipprovdi qafas regolatorju fir-rigward tal-objettivi tal-kwalità tal-arja fl-UE.

[50] Kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 339/93 u d-Direttiva 2001/95/KE dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti.

[51] Iktar dwar l-ambitu tal-eżenzjoni tal-VAT fis-settur postali: ara d-deċiżjoni preliminari tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja fil-kawża C-357-07, The Queen, fuq talba ta’: TNT Post UK Ltd The Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs, Ġabra [2009] 03025, paragrafi 36-40.

[52] Pereżempju, il-punt 19 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva dwar is-Servizzi Postali jidentifika konformità mat-termini u l-kundizzjonijiet tal-impjieg bħala waħda mir-rekwiżiti essenzjali għal-fornituri tas-servizz postali meta japplikaw għall-awtorizzazzjoni.

[53] Regolament (KEE) Nru 2913/92 tal-Kunsill tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, ĠU L 302, 19.10.1992.

[54] Jekk jogħġbok innota li l-mistoqsijiet sussegwenti għandhom ikunu bbażati fuq id-definizzjoni kif stabbilita fil-Green Paper. 

[55] 47% tal-konsumaturi jindikaw li n-nuqqas ta’ konsenja konvenjenti tista’ żżommhom lura milli jixtru onlajn.(Consumer Focus research on consumer needs, November 2010).

[56] Minbarra r-rekwiżiti fil-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-konsumatur li jobbligaw lill-bejjiegħa jipprovdu informazzjoni ċara u trasparenti lill-konsumaturi, speċjalment id-drittijiet tagħhom li jirtiraw minn kuntratt mill-bogħod.

[57] Minbarra r-rekwiżiti ta’ informazzjoni fil-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-konsumatur u d-Direttivi dwar is-Servizzi u l-Kummerċ Elettroniku (2006/123/KE u 2000/31/KE).

[58] Dwar is-suġġett speċifiku ta’ responsabbiltà multimodali, il-Kummissjoni qed tistenna l-eżitu tal-proċess ta’ ratifikazzjoni tar-Regoli ta’ Rotterdam mill-Istati Membri.

[59] Għall-finijiet ta’ allokazzjoni tal-ispejjeż, “il-piż, il-livelli tal-assigurazzjoni u l-veloċità" mhumiex neċessarjament xpruni tal-ispejjeż li huma assoċjati mal-attivitajiet postali kollha (il-ġbir, it-trasportazzjoni, l-issortjar u l-konsenja). Barra minn hekk, l-allokazzjoni ta’ spejjeż komuni għad-diversi prodotti postali ġenerlament tinvolvi l-użu ta’ allokatur ġenerali (bħall-EPMU – Equally proportionate mark-up price), fejn l-attribwiti differenti tal-ispiża bħall-piż mhumiex rilevanti direttament. Dan ifisser li dan il-kalkolu tal-ispiża bbażat fuq il-prinċipji tal-allokazzjoni tal-ispiża msemmija hawn fuq mhux neċessarjament irendi l-istess riżultat bħall-użu tal-piż u attribwiti individwali oħrajn, bħala indikatur għall-ispiża.

[60] Pereżempju żieda fil-livell ta’ armonizzazzjoni tal-proċess ta’ konsenja, titjib fl-effiċjenza, konsolidazzjoni u kondiviżjoni tal-faċilitajiet fiċ-ċentri tal-loġistika lokali. Ara wkoll l-inizjattiva tat-trasport elettroniku tal-merkanzija http://ec.europa.eu/governance/impact/planned_ia/docs/2013_move_001_e_freight.pdf

[61] Ara l-Kapitolu 4 dwar il-qafas regolatorju kurrenti.

[62] FTI, CIVIC (2011), Eurobarometer, Accenture 'European cross border e-commerce' (2011), YouGov Psychonomics " Mystery Shopping Evaluation of Cross-Border e-commerce in the EU" (2009). Il-YouGov Psychonomics jirrapporta li l-prezz tal-konsenja impost mill-kummerċ elettroniku u l-bejjiegħa mill-bogħod fuq il-konsumaturi bħala medja huwa d-doppju għall-konsenji transfruntieri milli għall-konsenji domestiċi. l-ispiża medja tat-trasportazzjoni għal offerti domestiċi kienet EUR 8 filwaqt li għal offerti transfruntieri kienet EUR 16.

[63] Programm Qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni, Programm Operazzjonali ta' Konverġenza Diġitali, jew inizjattivi oħra għall-iżvilupp ta' teknoloġiji speċifiċi, bħall-użu ta’ Dejta ta’ Identifikazzjoni tal-Frekwenza tar-Radju.

[64] Il-proġett DiSCwise (http://www.discwise.eu/), iffinanzjat mid-DĠ ENTR, għandu l-għan li jikkonnettja iktar partijiet interessati, billi jassisti l-integrazzjoni tagħhom fi ktajjen tal-provvista effiċjenti u komodali. Huwa jippermetti lill-utenti u l-fornituri tas-servizz tat-trasport u l-loġistika, b’mod partikolari l-SMEs, biex jipparteċipaw b’mod iktar faċli fl-ippjanar u l-eżekuzzjoni tat-trasport, billi juża alternattivi sostenibbli tat-trasport.

[65] Idealment, dawk il-pjattaformi jirrazzjonalizzaw il-konsenja għall-kummerċ elettroniku, jintegraw is-servizzi tal-loġistika b’sistemi ta’ informazzjoni kondiviżi, itejbu l-koordinazzjoni u jużaw trasportatur komuni jew miftiehem għall-konsenja (li jillimita l-impatt ambjentali u li jiffaċilita l-immaniġġar ta’ oġġetti ritornati u l-immaniġġjar tal-istokks).

[66] Eżempju ta’ tali task force kien il-US Mailing Industry Task Force li ġiet stabbilita fis-snin 90 u li ġabet flimkien uffiċjali għoljin tat-teknoloġija mill-partijiet interessati ewlenin tal-industrija sabiex issib soluzzjonijiet innovattivi u intelliġenti sabiex il-posta tasal aħjar.

[67] Bħalissa madwar 30 % tax-xerrejja onlajn fir-Renju Unit jindikaw li jixtru oġġetti minn websajts barranin (anke barra mill-Ewropa). Il-medja intra-UE għal xiri onlajn transfruntiera huwa madwar 10 %. F’dak l-isfond, l-importanza ta’ qbil dwar standards Ewropej u internazzjonali u l-iżgurar ta’ livell ogħla ta’ konnettività jsir ċar, speċjalment għall-SMEs u l-konsumaturi li huma affettwati b’mod disproporzjonat.

[68] Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/C217/07.

[69] Pereżempju, il-promozzjoni tal-aħjar prattiki, ftehimiet ta’ sħubija u kodiċijiet ta’ kondotta; standards għat-trasferimenti elettroniċi tad-dejta, tikketti, bażijiet tad-dejta bl-indirizzi; l-iżvilupp tikketta Ewropea ta’ konsenja.

[70] Bħalissa, il-kwistjonijiet ta’ standardizzazzjoni huma trattati fil-Kumitat Tekniku CEN għas-servizzi postali u kwistjonijiet ta’ interoperabbiltà fost xi operaturi postali huma trattati mill-Grupp Ewropew tal-Pakketti.

Top