EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52012DC0429

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI dwar l-applikazzjoni fl-2011 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 dwar l-aċċess pubbliku għal dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni

/* COM/2012/0429 final */

52012DC0429

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI dwar l-applikazzjoni fl-2011 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 dwar l-aċċess pubbliku għal dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni /* COM/2012/0429 final */


RAPPORT TAL-KUMMISSJONI

dwar l-applikazzjoni fl-2011 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 dwar l-aċċess pubbliku għal dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni

Daħla

Dan ir-rapport, imfassal skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 dwar l-aċċess pubbliku għal dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni[1], ikopri s-sena 2011 u hu bbażat fuq dejta statistika miġbura fil-qosor fl-Anness.

Dawn l-istatistiki jirriflettu n-numru ta’ applikazzjonijiet u mhux ta' dokumenti mitluba. Fil-prattika, l-applikazzjonijiet jistgħu jkopru dokument wieħed waħdu jew fajls sħaħ dwar xi proċedura speċifika. L-applikazzjonijiet għal aċċess tad-dokumenti li kienu pubblikament aċċessibbli fil-mument tat-talba mhumiex inklużi.

1.           Reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001

1.1.        Żewġ proposti differenti għar-reviżjoni tar-Regolament 1049/2001 mressqa mill-Kummissjoni Ewropea għadhom suġġetti għal riflessjoni interistituzzjonali. L-ewwel proposta għal riformulazzjoni tar-Regolament, ippreżentata mill-Kummissjoni fit-30 ta' April 2008, tintroduċi serje ta' emendi sostanzjali, li jiċċaraw l-interpretazzjoni tar-Regolament 1049/2001. It-tieni proposta tressqet mill-Kummissjoni fil-21 ta' Marzu 2011 bil-ħsieb li tadatta r-Regolament 1049/2001 għar-rekwiżiti formali tat-Trattat ta' Lisbona billi testendi l-kamp ta' applikazzjoni istituzzjonali tar-Regolament għall-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji kollha tal-Unjoni Ewropea, b'xi restrizzjonijiet rigward il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja, il-Bank Ċentrali Ewropew u l-Bank Ewropew tal-Investiment.

1.2.        Il-Parlament Ewropew adotta l-pożizzjoni tiegħu rigward iż-żewġ proposti fl-ewwel qari fil-15 ta' Diċembru 2011 li tipproponi 63 emenda. Il-Presidenza Daniża tal-Kunsill kienet qed tikkunsidra għażliet varji sabiex il-proċess leġiżlattiv jitmexxa 'l quddiem bil-ħsieb li jintlaħaq ftehim bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni.

2.           Reġistri u Siti fuq l-Internet

2.1.        Matul is-sena 2011, 19,956 dokument ġdid ġew miżjuda fir-reġistru tad-dokumenti tal-Kummissjoni (ara t-tabella fl-Anness).

2.2.        Skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament 1049/2001 il-Kummissjoni għandha tipprovdi fir-rapporti annwali tagħha n-numru ta’ dokumenti fil-pussess tagħha li jkunu “sensittivi” skont it-tifsira tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament[2] u li għalhekk ma jkunux ġew irreġistrati. Ir-reġistru pubbliku tal-Kummissjoni kopra d-dokumenti COM, C, ĠU, PV u serje SEC sal-aħħar tal-2011. Fl-2011 l-ebda dokument sensittiv ma nħoloq jew wasal għand il-Kummissjoni, li jaqa' fi ħdan waħda minn dawn il-kategoriji ta' dokumenti.

2.3.        It-tabella hawn taħt turi l-istatistika għall-2011 dwar il-konsultazzjoni tas-sit “Trasparenza u Aċċess għad-Dokumenti” fuq EUROPA.

|| Numru ta’viżitaturi || Numru ta’sessjonijiet || Paġni meqjusa

Total || 41,408 || 46,191 || 425,434

Medja kull xahar || 3,451 || 3,849 || 35,453

3.           Kooperazzjoni mal-istituzzjonijiet l-oħra soġġetti għar-Regolament

Il-kumitat interistituzzjonali mwaqqaf skont l-Art. 15(2) tar-Regolament ma tlaqqax matul l-2011. It-tliet istituzzjonijiet (il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni) żammew kuntatti regolari fuq livell amministrattiv bil-ħsieb li jiżguraw applikazzjoni konsistenti tar-Regolament.

4.           Analiżi tal-Applikazzjonijiet Għall-Aċċess

4.1.        Fl-2011, il-fluss ta' talbiet għall-aċċess fl-istadju inizjali baqa' pjuttost stabbli b’żieda żgħira ħafna fin-numru ta’ applikazzjonijiet (6447 fl-2011 meta mqabbla ma' 6361 fl-2010) u saħansitra tnaqqis iżgħar fl-għadd ta’ tweġibiet fuq il-bażi tar-Regolament 1049/2001 (6055 fl-2011 meta mqabbla ma' 6127 fl-2010).

4.2.        Fir-rigward tal-istadju konfermattiv, in-numru tal-applikazzjonijiet li waslu naqsu bi kważi 9 % (165 applikazzjoni ġdida konfermatorja fl-2011 kontra l-181 fl-2010). L-għadd totali ta' tweġibiet għal applikazzjonijiet konfermatorji kien jikkorrispondi mill-qrib man-numru ta’ applikazzjonijiet li waslu (162 każ magħluqa fl-2011 meta mqabbla ma' 150 fl-2010). Fost dawk, 144 tweġiba (89 %) kienu d-deċiżjonijiet konfermattivi dwar l-aċċess għad-dokumenti skont ir-Regolament 1049/2001. L-għadd tagħhom żdied fl-2011 bi 18 % meta mqabbel mal-2010 fejn inħarġu 122 deċiżjoni bħal dawn.

4.3.        Fl-2011, id-DĠ għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali rċieva l-ogħla numru ta’ talbiet inizjali (7,80 %), segwit mill-qrib ħafna mid-DĠ Kompetizzjoni b'6,99 % tal-applikazzjonijiet inizjali, u d-DĠ Saħħa u Ħarsien tal-Konsumatur, b'6,96 %. Ta' min jinnota ż-żieda fl-interess fis-setturi li reċentement ġew riorganizzati fejn erba’ Direttorati-Ġenerali ġodda ħadu post it-tnejn li kienu jeżistu qabel: id-Direttorati Ġenerali Mobilità u Trasport flimkien ma' dak tal-Enerġija (li qabel kien jissejjaħ id-DĠ Trasport u Enerġija) kif ukoll id-Direttorati-Ġenerali Ambjent flimkien ma' dak dwar l-Azzjoni dwar il-Klima (li qabel kien jissejjaħ id-DĠ Ambjent).

Għalkemm ir-relazzjonijiet esterni tal-UE saru kompetenza tas-Servizz Ewropew il-ġdid għall-Azzjoni Esterna, fl-2011 dan kien għadu mhux rifless fl-istatistika tal-Kummissjoni, peress li r-reġistri tagħha komplew ikopru l-biċċa l-kbira tat-talbiet rispettivi skont ir-Regolament 1049/2001.

4.4.        Id-dinja akkademika ippruvat għal darb'oħra li hija l-aktar kategorija attiva mill-applikanti, meta kienet responsabbli għal 25,73 % tal-applikazzjonijiet inizjali. Bħal fis-snin preċedenti ġiet segwita minn ditti legali bi 11,30 % u s-soċjetà ċivili (NGOs, gruppi ta' interess) b'8,59 % tal-għadd totali tal-applikazzjonijiet. Il-profil soċjoprofessjonali mhuwiex iddefinit fil-każ ta’ 34,78 % tal-applikazzjonijiet.

4.5.        It-tqassim ġeografiku tal-applikazzjonijiet inizjali wkoll baqa' simili għal snin preċedenti b’żieda żgħira fir-rigward tal-proporzjon tal-applikazzjonijiet ġejjin mill-Belġju li dejjem ikun l-akbar wieħed (21,42 %). Kważi l-istess numru ta' applikazzjonijiet oriġina mill-Italja u mill-Ġermanja (12,37 % u 12,27 % rispettivament). L-ebda wieħed mill-Istati Membri l-oħra, ma qabeż l-10 % tal-applikazzjonijiet, bl-akbar għadd ġej mill-Istati Membri li għandhom popolazzjoni kbira, jiġifieri Franza, Spanja, ir-Renju Unit, il-Pajjiżi l-Baxxi u l-Polonja. Il-proporzjon tal-applikazzjonijiet mit-12-il Stat Membru l-"ġdid" għadu ftit 'l isfel mill-proporzjon korrispondenti li joriġina mill-Istati Membri l-“qodma ”.

5.           L-Applikazzjoni tal-Eċċezzjonijiet għad-Dritt ta' aċċess

5.1.        Fl-2011, il-proporzjon tal-applikazzjonijiet li kienu totalment rifjutati fl-ewwel istanza baqa' kważi identiku mas-sena preċedenti (12,17 % fl-2011 kontra 12,47 % fl-2010). F'erbgħa minn kull ħames każijiet (80,20 % kontra 82,16 % fl-2010) ingħata żvelar sħiħ filwaqt li żdied ftit il-persentaġġ ta' dokumenti parzjalment żvelati meta mqabbel mas-snin preċedenti biex laħaq is-7,63 % (meta mqabbel ma' 5,37 % fl-2010).

5.2.        L-għadd ta’ każijiet fejn, wara applikazzjoni konfermatorja, il-Kummissjoni qalbet il-pożizzjoni meħuda mis-servizzi tagħha billi żvelat kompletament dokumenti li qabel kienu miċħuda, baqa' pjuttost stabbli (14,58 % kontra 15,57 % fl-2010). Madankollu, kien hemm inqas każijiet fejn ir-rifjut kien kompletament ikkonfermat u għadd notevolment akbar ta' każijiet fejn ingħata aċċess usa’ wara applikazzjoni konfermatorja.

5.3.        Għalkemm il-protezzjoni tal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni (l-Artikolu 4(3)) tammonta għal persentaġġ kemm kemm imnaqqas ta' raġunijiet ta' rifjut meta mqabbel mas-sena ta' qabel (25,73 % kontra 26,42 % fl-2010), tiġi l-ewwel fil-lista ta' l-aktar eċċezzjonijiet li jiġu invokati spiss, u tiżboq l-eċċezzjoni tal-protezzjoni tal-iskop tal-ispezzjonijiet, investigazzjonijiet u verifiki (it-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2)), li s-sena li għaddiet naqset bi kważi 5 % sabiex laħqet il-21,90 % tal-każijiet (kontra 26,63 % fl-2010).

5.4.        It-tendenza li qed tizdied għandha tiġi nnutata f'dak li jirrigwarda l-protezzjoni tal-interessi kummerċjali (16,83 % kontra 11,84 % fl-2010) u l-ħarsien tar-relazzjonijiet internazzjonali (12,02 % kontra 9,83 % fl-2010).

5.5.        L-aktar raġuni invokata ta' spiss għall-konferma tar-rifjut għall-aċċess kienet, bħal fi snin preċedenti, il-protezzjoni tal-iskop tal-investigazzjonijiet (32,68 % meta mqabbla ma' 32 % fl-2010).

– Il-protezzjoni tal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni, kienet invokata f'19,33 % tal-każijiet (eżattament l-istess bħal fl-2010) iżda dan in-numru huwa riżultat akkumulat ta' żieda rigward il-każijiet fejn il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet kien għaddej (15,33 % kontra 11,33 % fis-sena preċedenti) u t-tnaqqis parallel ta’ każijiet dwar opinjonijiet għall-użu intern, fejn id-deċiżjoni kienet diġà ttieħdet (4 % meta mqabbel ma' 8 % fl-2010).

– Żieda importanti għandha tiġi nnutata rigward il-protezzjoni tal-privatezza u l-integrità tal-individwi (20,67 % kontra 9,33 % fl-2010). Min-naħa l-oħra, il-protezzjoni tal-interessi kummerċjali kienet invokata ftit inqas spiss milli fis-snin preċedenti (14,10 % meta mqabbla ma' 16,67 % fl-2010), u bl-eċċezzjoni tal-protezzjoni tal-proċedimenti fil-qrati u l-pariri legali kienet saħansitra aktar minn hekk (1,33 % kontra 10 % fis-sena preċedenti).

6.           Ilmenti lill-Ombudsman Ewropew

6.1.        Fl-2011 l-Ombudsman għalaq dawn is-17-il ilment kontra l-mod kif il-Kummissjoni ttrattat it-talbiet ta’ aċċess għal dokumenti:

Każ wieħed (1) magħluq mingħajr ma nstabet xi forma ta’ amministrazzjoni ħażina

1735/2010/MHZ ||

8 każijiet magħluqa b’rimarka kritika u/jew ulterjuri

56/2007/PB || 3196/2007/(BEH)VL || 1633/2008/DK || 1294/2009/TN

271/2010/GG || 1403/2010/GG || 2073/2010/AN || 339/2011/AN

8 każijiet magħluqa mingħajr ma ttieħedet azzjoni oħra

715/2009/ANA || 1861/2009/(JF)AN || 1051/2010/BEH || 1109/2010/VL

1577/2010/GG || 1581/2010/(FS)GG || 2609/2010/BEH || 2691/2010/(VL)GG

6.2.        Matul is-sena l-Ombudsman fetaħ 10 inkjesti ġodda fejn l-aċċess għad-dokumenti kien jew il-parti prinċipali jew dik sussidjarja tal-ilment. Dan hu konsiderevolment inqas milli fl-2010, meta nfetħu 22 investigazzjoni.

7.           Reviżjoni ġudizzjarja

Bħal fis-snin preċedenti, ġiet deċiża każistika sinjifikanti ġdida fl-2011[3].

7.1.        Il-Qorti tal-Ġustizzja qatgħet sentenza importanti fuq l-appell fil-każ My Travel[4]. Il-Qorti saħħet l-oneru tal-prova għall-invokar tal-eċċezzjonijiet immirati lejn il-protezzjoni tal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet u l-pariri legali fir-rigward ta' dokumenti interni relatati ma' materji mhux leġiżlattivi, fejn tkun diġà ġiet adottata deċiżjoni.

7.2.        Fir-rigward tal-Qorti Ġenerali, din qatgħet 6 sentenzi marbuta mad-dritt tal-aċċess għal dokumenti:

T-362/08 IFAW v il-Kummissjoni, sentenza tat-13.1.2011 || T-250/08, Batchelor v il-Kummissjoni, sentenza tal-24.5.2011 || Każijiet konġunti T-109/05 u T-444/05, Navigazione Libera del Golfo v il-Kummissjoni, sentenza tal-24.5.2011

T-161/04, V. Jordana v il-Kummissjoni, sentenza tas-7.7.2011 || T-29/08 LPN v il-Kummissjoni, sentenza tad-9.9.2011 || T-437/08 CDC v il-Kummissjoni, sentenza tal-15.12.2011

Fis-sentenzi Batchelor u IFAW II, il-Qorti pprovdiet kjarifiki importanti rigward il-valutazzjoni tal-oġġezzjonijiet tal-Istati Membri għall-iżvelar ta' dokumenti li joriġinaw minnhom iżda miżmuma mill-Kummissjoni.

F'Navigazione Libera del Golfo, il-Qorti Ġenerali annullat id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ttieħdet qabel is-sentenza l-Isvezja v il-Kummissjoni (IFAW I) tal-Qorti tal-Ġustizzja u fejn l-oġġezzjoni ta' Stat Membru kienet invokata mingħajr motivazzjoni ulterjuri biex ma tiżvelax dokument li joriġina minn dak l-Istat Membru.

Fis-sentenza tagħha mogħtija fil-każ Jordana, il-Qorti ċċarat li l-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament hija dispożizzjoni indiviżibbli li tirrikjedi li kwalunkwe imminar tal-privatezza jew l-integrità tal-individwu għandu dejjem jiġi eżaminat u vvalutat f'konformità mal-leġiżlazzjoni tal-UE rigward il-protezzjoni tad-dejta personali, partikolarment mar-Regolament 45/2001.

Fil-każ LPN, il-Qorti kkonfermat l-eżistenza ta' preżunzjoni ġenerali li l-iżvelar ta' dokumenti fil-proċedimenti ta' ksur fil-prinċipju jdgħajjef il-protezzjoni tal-għan tal-attivitajiet ta' investigazzjoni, sakemm dawn il-proċedimenti għadhom għaddejjin.

Fl-aħħar, fis-sentenza tas-CDC, il-Qorti ddeċidiet li l-protezzjoni tal-iskop tal-investigazzjonijiet ma setgħetx tiġi invokata biex jiġi rrifjutat l-aċċess għal lista ta’ dokumenti.

Għandhom jissemmew tliet każijiet oħra li tneħħew mir-reġistru wara l-irtirar mill-applikant:

T-88/11 BIA Separations v il-Kummissjoni || T-14/11 Timab Industries u CFPR v il-Kummissjoni || T-399/07, Basell Polyolefine v il-Kummissjoni

7.3.        Il-Qorti ddeċidiet li ma taġġudikax f'ħames każijiet u għalhekk ordnat it-tneħħija tagħhom mir-reġistru:

T-411/09, Terezakis v il-Kummissjoni || T-291/10, A. Martin v il-Kummissjoni || T-395/10 Stichting Corporate Europe Observatory v il-Kummissjoni

T-120/10 ClientEarth and Others v il-Kummissjoni || T-449/10 ClientEarth and Others v il-Kummissjoni ||

7.4.        Fl-2010 tressqu 15-il-każ ġdid kontra deċiżjonijiet tal-Kummissjoni taħt ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001.

T-603/11 Ecologistas en Acción-CODA v il-Kummissjoni || T-545/11 Stichting Greenpeace Nederland u PAN Europe v il-Kummissjoni || T-534/11 Schenker v il-Kummissjoni

T-516/11 MasterCard and Others v il-Kummissjoni || T-480/11 Technion - Israel Institute of Technology u Technion Research & Development v il-Kummissjoni || T-362/11 Stichting Greenpeace Nederland u PAN Europe v il-Kummissjoni

T-341/11 Ecologistas en Acción-CODA v il-Kummissjoni || T-330/11 MasterCard and Others v il-Kummissjoni || T-278/11 ClientEarth and Others v il-Kummissjoni

Case T-211/11 Timab Industries u CFPR v il-Kummissjoni || T-111/11 ClientEarth v il-Kummissjoni || T-93/11 Stichting Corporate Europe Observatory v il-Kummissjoni

T-14/11 Timab Industries u CFPR v il-Kummissjoni || T-88/11 BIA Separations v il-Kummissjoni || T-447/11 Catinis v il-Kummissjoni

7.5.        Barra minn dan, tliet appelli ġodda tressqu quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja kontra ordni/sentenza tal-Qorti Ġenerali.

C-208/11P Internationaler Hilfsfonds v il-Kummissjoni || C-554/11 P Internationaler Hilfsfonds v il-Kummissjoni || Każ C-135/11 P IFAW Internationaler Tierschutz-Fonds v il-Kummissjoni

8.           Konklużjonijiet

Wara disa' snin ta' żieda kontinwa, in-numru ta' talbiet għall-aċċess imressqa quddiem il-Kummissjoni baqa' fl-istess livell fl-2010 u l-2011. Bi kważi 6500 talba fis-sena, il-Kummissjoni ttrattat dak li bil-bosta kien l-akbar numru ta' talbiet għall-aċċess tal-istituzzjonijiet u l-korpi kollha tal-Unjoni Ewropea.

Din l-istabbilizzazzjoni tal-volum tat-talbiet hija possibbilment indikazzjoni li d-dritt tal-aċċess għad-dokumenti laħaq livell sinifikanti ta' rikonoxximent pubbliku fost iċ-ċittadini Ewropej, is-soċjetà ċivili u l-operaturi ekonomiċi. Fl-ispirtu tat-Trattat ta' Lisbona, tali kuxjenza twitti t-triq għal żieda tad-dibattitu pubbliku u l-parteċipazzjoni tagħhom aktar mill-qrib fit-tfassil tal-politiki Ewropej.

Min-naħa l-oħra, il-ħtieġa li jagħmlu talbiet għal aċċess għad-dokumenti tonqos hekk kif il-Kummissjoni gradwalment iżżid l-iżvelar proattiv ta' dokumenti u informazzjoni permezz ta’ reġistri pubbliċi u websajts.

Trasparenza attiva b'mod ġenerali ntlaħqet fir-rigward tal-attività leġiżlattiva. Ammont sinjifikanti ta' talbiet għall-aċċess u kważi l-applikazzjonijiet konfermatorji kollha jikkonċernaw l-attivitajiet tal-Kummissjoni fil-qasam tal-monitoraġġ tal-applikazzjoni tal-liġi tal-UE. Dawn it-talbiet għandhom ikunu indirizzati b’mod parallel mal-investigazzjonijiet ikkonċernati. F'każijiet bħal dawn il-Kummissjoni trid issib il-bilanċ ġust bejn l-iżgurar tat-trasparenza tal-attivitajiet tagħha u l-protezzjoni ta' drittijiet oħra li huma garantiti bil-liġi u mill-każistika tal-Qrati Ewropej.

ANNESS

Statistika dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001

1.           L-għadd ta’ dokumenti mniżżla fir-reġistru

|| COM || C || ĠU || PV || SEC || Totali

2011 || 2414 || 14025 || 131 || 93 || 3293 || 19956

It-talbiet inizjali

2.           L-applikazzjonijiet irċevuti u pproċessati

|| 2009 || 2010 || 2011

Applikazzjonijiet irċevuti || 5401 || 6361 || 6477

Tweġibiet mogħtija[5] [6]. || 6636 || 7148 || 7075

Tweġibiet mogħtija abbażi tar-Regolament 1049/2001 || 5055 || 6127 || 6055

3.           Riżultat

            || 2009 || 2010 || 2011

Nru || % || Nru || % || Nru || %

Aċċess mogħt || 4258 || 84.23 || 5034 || 82.16 || 4856 || 80.20

Aċċess miċħud || 589 || 11.65 || 764 || 12.47 || 737 || 12.18

Aċċess parzjali || 208 || 4.11 || 329 || 5.37 || 462 || 7.62

totali || 5055 || 100 || 6127 || 100 || 6055 || 100

Talbiet ta’ konferma

4.           L-applikazzjonijiet irċevuti u pproċessati

|| 2009 || 2010 || 2011

Applikazzjonijiet irċevuti || 140 || 181 || 165

Tweġibiet għal applikazzjonijiet || 134 || 152 || 162

Deċiżjonijiet dwar applikazzjonijiet konfermatorji abbażi tar-Regolament 1049/2001 || 120 || 122 || 144

5.           Riżultat

|| 2009 || 2010 || 2011

Nru || % || Nru || % || Nru || %

Konferma || 27 || 22.50 || 61 || 50 || 61 || 42.36

Reviżjoni parzjali || 33 || 27.50 || 42 || 34.43 || 62 || 43.05

Reviżjoni sħiħa || 60 || 50 || 19 || 15.57 || 21 || 14.58

totali || 120 || 100 || 122 || 100 || 144 || 100

(1) Id-distribuzzjoni tar-rifjuti skont l-eċċezzjoni applikata (%)

6.           It-talbiet inizjali

|| 2009 || 2010 || 2011

4.1.a. l-1el inċiż – Protezzjoni tas-sigurtà pubblika || 1.36 || 1.94 || 2.40

4.1.a. it-2i inċiż – Protezzjoni tad-difiża u l-kwistjonijiet militari || 0.54 || 0.14 || 0.39

4.1.a. it-3et inċiż – Protezzjoni ta’ relazzjonijiet internazzjonali || 8.17 || 9.83 || 12.02

4.1.a. ir-4a' inċiż – Protezzjoni tal-politika finanzjarja, monetarja u ekonomika || 2.09 || 2.15 || 1.88

4.1.b. Protezzjoni tal-privatezza u l-integrità tal-individwu || 6.99 || 9.76 || 8.90

4.2.L-1 inċiż - Protezzjoni tal-interessi kummerċjali || 13.99 || 11.84 || 16.83

4.2 It-2 inċiż - Protezzjoni tal-proċedimenti fil-qrati u pariri legali || 9.81 || 7.32 || 6.76

4.2 It-3 inċiż - Protezzjoni għall-iskop ta’ spezzjonijiet, investigazzjoni u verifiki || 27.61 || 26.63 || 21.90

4.3 subparagrafu 1 - Proċess ta’ teħid ta’deċiżjonijiet, għadha ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni || 17.80 || 16.80 || 17.15

4.3. subparagrafu 2- Proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet, deċiżjoni li diġà ttieħdet: opinjonijiet għall-użu intern bħala parti mid-deliberazzjonijiet u l-konsultazzjonijiet preliminari || 7.81 || 9.62 || 8.58

4.5. Rifjut mill-Istat Membru/it-tielet l-awtur || 3.81 || 3.94 || 3.18

totali || 100 || 100 || 100

7.           Talbiet ta’ konferma

|| 2009 || 2010 || 2011

4.1.a. l-1el inċiż – Protezzjoni tas-sigurtà pubblika || 2.55 || 2,67 || 1.33

4.1.a. it-2i inċiż – Protezzjoni tad-difiża u l-kwistjonijiet militari || 0 || 0 || 2.00

4.1.a. . it-3et inċiż – Protezzjoni ta’ relazzjonijiet internazzjonali || 4.38 || 6,67 || 4.67

4.1.a. ir-4a' inċiż – Protezzjoni tal-politika finanzjarja, monetarja u ekonomika || 3.28 || 3,33 || 3.34

4.1.b. - Protezzjoni tal-privatezza u l-integrità tal-individwu || 14.23 || 9,33 || 20.67

4.2. L-1 inċiż - Protezzjoni tal-interessi kummerċjali || 17.52 || 16.67 || 14.66

4.2. It-2 inċiż - Protezzjoni tal-proċedimenti fil-qrati u pariri legali || 5.47 || 10 || 1.33

4.2. It-3 inċiż - Protezzjoni għall-iskop ta’ spezzjonijiet, invesitgazzjonijiet u verifiki || 25.91 || 32 || 32.68

4.3 subparagrafu 1 - Proċess ta’ teħid ta’deċiżjonijiet, għadha ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni || 12.77 || 11,33 || 15.33

4.3 subparagrafu 2- Proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet, deċiżjoni li diġà ttieħdet: opinjonijiet għall-użu intern bħala parti mid-deliberazzjonijiet u l-konsultazzjonijiet preliminari || 13.87 || 8 || 4.00

4.5. Rifjut tal-Istat Membru || - || - || -

totali || 100 || 100 || 100

Analiżi tat-talbiet

8.           Skont il-profil soċjali u professjonali tal-applikanti (%)

|| 2009 || 2010 || 2011

Akkademiċi || 21.29 || 23.24 || 25.73

Avukati || 10.24 || 10.69 || 11.30

Is-soċjetà ċivili (gruppi ta’ interess, industrija, NGOs eċċ.) || 9.85 || 8.18 || 8.59

Awtoritajiet pubbliċi (minbarra l-istituzzjonijiet tal-UE) || 7.33 || 13.56 || 8.20

Istituzzjonijiet oħra tal-UE || 3.77 || 8.32 || 8.15

Ġurnalisti || 2.02 || 3.35 || 3.25

Mhux speċifikati || 45.5 || 32.68 || 34.78

totali || 100 || 100 || 100

9.           Skont l-oriġini ġeografika (%)

|| 2009 || 2010 || 2011

Il-Belġju || 18.26 || 17.95 || 21.42

L-Italja || 7.18 || 8.85 || 12.37

Il-Ġermanja || 16.61 || 16.62 || 12.27

Franza || 8.01 || 9.05 || 8.90

Ir-Renju Unit || 6.23 || 7.24 || 8.59

Spanja || 6.27 || 6.86 || 7.16

L-Olanda || 5.45 || 4.43 || 4.18

Il-Polonja || 2.86 || 2.76 || 2.68

Il-Lussemburgu || 1.71 || 1.99 || 2.12

Id-Danimarka || 1.63 || 2.02 || 2.11

L-Isvezja || 2.13 || 2.18 || 1.81

Il-Finlandja || 0.78 || 0.81 || 1.57

L-Awstrija || 1.98 || 2.08 || 1.38

Il-Portugall || 1.61 || 1.16 || 1.15

Il-Greċja || 1.06 || 1.22 || 1.10

L-Irlanda || 0.72 || 1.49 || 1.02

L-Ungerija || 0.70 || 0.89 || 0.96

Ir-Repubblika Ċeka || 1.11 || 4.23 || 0.93

Il-Bulgarija || 0.56 || 0.69 || 0.93

Ir-Rumanija || 0.93 || 1.11 || 0.87

Is-Slovakkja || 0.50 || 0.56 || 0.56

Il-Litwanja || 0.35 || 0.31 || 0.42

Is-Slovenja || 0.39 || 0.52 || 0.31

Ċipru || 0.20 || 0.20 || 0.25

L-Estonja || 0.17 || 0.09 || 0.19

Il-Latvja || 0.06 || 0.13 || 0.15

Malta || 0.30 || 0.22 || 0.12

Pajjiżi Ewropej li mhumiex fl-UE || 0.83 || 0.50 || 0.40

L-Amerika ta’ Fuq || 0.37 || 0.11 || 0.23

L-Awstralja u New Zealand || 0.07 || 0.09 || 0.03

L-Afrika || 0.20 || 0.05 || 0.02

L-Amerika t’Isfel || 0.09 || 0.05 || 0.02

L-Asja || 0.19 || 0.04 || 0.06

Mhux speċifikati || 10.57 || 3.49 || 3.73

totali || 100 || 100 || 100

10.         Skont il-qasam ta’ interess (%)

Direttorat Ġenerali/Servizz || 2009 || 2010 || 2011

SG – Segretarjat Ġenerali || 10.10 || 11.64 || 10.12

TAXUD – Tassazzjoni u Unjoni Doganali || 6.20 || 5.30 || 7.80

COMP – Kompetizzjoni || 7.03 || 9.07 || 6.99

SANCO – Saħħa u Konsumaturi || 4.69 || 5.44 || 6.96

ENV – Ambjent [7] || 8.37 || 4.86 || 6.37

ENER – Enerġija || - || 2.91 || 5.86

MARKT – Suq intern u servizzi || 7.27 || 6.14 || 5.72

ENTR – Intrapriża u Industrija || 4.55 || 4.48 || 4.84

HOME - Affarijiet Interni || - || 1.63 || 4.74

TRADE – Kummerċ || 2.08 || 3.06 || 3.47

DEVCO – Żvilupp u Kooperazzjoni-EuropeAid (li kienu DEV + AIDCO) || 2.75 || 2.77 || 3.30

MOVE – Mobilità u Trasport || - || 3.13 || 3.02

SJ – Servizz Legali || 1.80 || 2.68 || 2.76

AGRI – Agrikoltura u Żvilupp Rurali || 4.07 || 3.15 || 2.62

JUST - Ġustizzja (li qabel kien JLS)[8] || 7.74 || 6.75 || 2.54

RELEX – Relazzjonijiet Esterni[9] || 2.25 || 3.29 || 2.39

HR - Riżorsi Umani u Sigurtà + OIB + OIL - l-Uffiċji għall-Infrastruttura u l-Loġistika fi Brussell u l-Lussemburgu + PMO - Uffiċċju għall-Amministrazzjoni u Ħlas ta’ Drittijiet Individwali || 3.15 || 2.29 || 2.34

REGIO – Politika reġjonali || 3.67 || 3.06 || 2.29

CLIMA – Azzjoni Klimatika || - || 1.21 || 2.22

INFSO - Soċjetà tal-Informazzjoni || 2.29 || 1.79 || 1.98

EMPL – Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni || 3.28 || 2.74 || 1.64

ECFIN – Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji || 1.87 || 2.32 || 1.57

RTD - Riċerka u Innovazzjoni + ĊKR - Ċentru Konġunt tar-Riċerka || 1.74 || 1.82 || 1.27

COMM – Servizz Komunikazzjoni || 0.41 || 0.74 || 1.26

EAC – Edukazzjoni u kultura || 1.44 || 1.13 || 1.05

ELARG – Tkabbir || 1.74 || 1.47 || 1.04

BUDG – Baġit || 1.07 || 1.24 || 1.02

MARE - Affarijiet Marittimi u Sajd || 0.79 || 0.66 || 0.95

OP – Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet || 0.19 || 0.19 || 0.37

ECHO – Għajnuna Umanitarja u Protezzjoni Ċivili || 0.24 || 0.28 || 0.33

OLAF – Uffiċċju Ewropew għall-Ġlieda kontra l-Frodi || 0.24 || 0.27 || 0.25

EPSO – European Personnel Selection Office || 0.26 || 0.14 || 0.23

ESTAT – Eurostat || 0.11 || 0.31 || 0.20

DGT – Traduzzjoni || 0.13 || 0.36 || 0.14

CAB – Kabinetti tal-Kummissarji || 0.30 || 0.28 || 0.11

BEPA - Uffiċċju tal-Konsulenti tal-Politika Ewropea || 0.06 || 0.03 || 0.11

DIGIT – Informatika || 0.07 || 0.09 || 0.09

IAS – Servizz ta' Verifika interna || 0.02 || 0.09 || 0.05

SCIC – Servizz Komuni tal-Interpretazzjoni || 0.02 || 0.08 || 0.00

TREN[10] || 8.02 || 1.10 || -

totali || 100 || 100 || 100

[1]               ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43

[2]               "Dokumenti li ġejjin mill-istituzzjonijiet jew mill-aġenziji mwaqqfa minnhom, mill-Istati Membri, pajjiżi terzi jew Organizzazzjonijiet Internazzjonali, klassifikati bħala "TRÉS SECRET/TOP SECRET", "SECRET" jew "CONFIDENTIEL" skont ir-regoli tal-istituzzjoni rilevanti, li jħarsu l-interessi essenzali tal-Unjoni Ewropea jew ta' wieħed jew aktar mill-Istati Membri tagħha fl-oqsma koperti mill-Artikolu 4(1)(a), partikolarment is-sigurtà pubblika, kwistjonijiet militari u tad-difiża” (l-Artikolu 9(1))

[3]               Għad-dettalji ta’ kull każ imsemmi hawn taħt, ara http://curia.europa.eu/jurisp/cgi-bin/form.pl?lang=en

[4]               Każ C-506/08 P l-Isvezja/MyTravel u l-Kummissjoni, tal-21/7/2011.

[5]               Jekk jogħġbok innota li talba waħda tista’ tkopri diversi dokumenti u konsegwentement tista’ twassal għal bosta tweġibiet differenti;

[6]               Jekk jogħġbok innota li l-kategorija "Tweġibiet mogħtija" tinkludi t-tweġbiet mogħtija 'l barra mill-ambitu tar-Regolament 10498/2001, pereżempju t-tweġibiet mogħtija skont ir-Regolament 45/2001.

[7]               Please note that DG ENV split into DG ENV and DG CLIMA in 2010;

[8]               Jekk jogħġbok innota li DĠ JLS inqasam f’DĠ JUST u DĠ HOME fl-2010;

[9]               Jekk jogħġbok innota li l-biċċa l-kbira tal-attività tad-DĠ RELEX ittieħdet mis-Servizz Ewropew għal Azzjoni Esterna mill-1 ta' Jannar 2011;

[10]             Jekk jogħġbok innota li DĠ TREN inqasam f’DĠ ENER u DĠ MOVE fl-2010;

Top