EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52012DC0391
REPORT FROM THE COMMISSION TO THE EUROPEAN PARLIAMENT, THE COUNCIL, THE EUROPEAN ECONOMIC AND SOCIAL COMMITTEE AND THE COMMITTEE OF THE REGIONS Implementation of the European Progress Microfinance Facility — 2011
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI L-implimentazzjoni tal-Faċilità Ewropea ta' Mikrofinanzjament għall-Progress - 2011
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI L-implimentazzjoni tal-Faċilità Ewropea ta' Mikrofinanzjament għall-Progress - 2011
/* COM/2012/0391 final */
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI L-implimentazzjoni tal-Faċilità Ewropea ta' Mikrofinanzjament għall-Progress - 2011 /* COM/2012/0391 final */
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT
EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U
LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI L-implimentazzjoni tal-Faċilità Ewropea
ta' Mikrofinanzjament għall-Progress - 2011 WERREJ 1........... Introduzzjoni................................................................................................................... 3 2........... L-implimentazzjoni fil-livell ta'
fornituri ta' mikrokreditu..................................................... 4 2.1........ Kuntratti konklużi........................................................................................................... 4 2.2........ L-azzjonijiet iffinanzjati.................................................................................................... 6 2.3........ Applikazzjonijiet
aċċettati u miċħuda............................................................................... 8 3........... L-Impatt fuq livell mikromutwatarju................................................................................. 8 3.1........ Il-volumi tal-mikroself u n-numru
ta' benefiċjarji............................................................... 8 3.2........ Tipi ta’ benefiċjarji finali.................................................................................................. 8 3.3........ L-impatt soċjali u l-impatt fuq
l-impjiegi tal-Mikrofinanzjament għall-Progress.................. 8 4........... Il-komplementarjetà u
l-koordinazzjoni ma' strumenti oħra tal-Unjoni Ewropea................ 8 5........... Konklużjonijiet u prospettivi............................................................................................ 8 1. Introduzzjoni Il-Faċilità Ewropea ta' Mikrofinanzjament
għall-Progress (Mikrofinanzjament għall-Progress) għall-impjiegi
u l-inklużjoni soċjali kienet stabbilita f'Marzu 2010 permezz
tad-Deċiżjoni Nru 283/2010/UE (minn hawn 'il quddiem imsejħa
id-"Deċiżjoni"). Il-fornituri tal-mikrokreditu fl-Istati Membri
tal-UE jistgħu japplikaw għal garanziji jew strumenti ffinanzjati
(strumenti għad-dejn, għall-ekwità u għall-qsim tar-riskji)
mill-Fond Ewropew għall-Investiment (FEI), sabiex ikunu jistgħu jsiru
intermedjarji skont il-Mikrofinanzjament għall-Progress[1]. Dawn jagħtu mikroself
(self ta' inqas minn EUR 25 000) lil mikrointrapriżi jew
individwi, partikolarment lill-persuni qiegħda, fir-riskju li jitilfu
l-impjieg tagħhom, fir-riskju li jiġu esklużi soċjalment jew
inkella lil dawk fi żvantaġġ meta jiġu biex jassiguraw self
tradizzjonali. L-għan tal-mikroself għandu jkun li jistabbilixxi
u/jew jiżviluppa mikrointrapriżi. Għall-perjodu 2010-13,
l-Unjoni Ewropea tagħmel disponibbli EUR 103 miljun
għall-Mikrofinanzjament għall-Progress[2],
u l-Bank Ewropew għall-Investiment (BEI) impenja ruħu li jżid
EUR 100 miljun oħra għal strumenti finanzjarji. It-total
ta' EUR 203 miljun huwa diviż bejn żewġ twieqi kif
ġej: EUR 25 miljun għal garanziji u
EUR 178 miljun għal strumenti ffinanzjati. Il-Mikrofinanzjament
għall-Progress huwa implimentat mill-FEI f'isem il-Kummissjoni u l-BEI. L-2011 kienet l-ewwel sena sħiħa ta’
operat tal-Faċilità ta' Mikrofinanzjament għall-Progress. Skont
l-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni, dan ir-rapport ikopri
l-implimentazzjoni fil-livell ta' fornituri ta' mikrokreditu, inklużi
kuntratti konklużi mal-FEI, distribuzzjoni ġeografika, azzjonijiet
iffinanzjati u applikazzjonijiet aċċettati u miċħuda.
It-tieni parti tar-rapport tanalizza l-impatt fil-livell ta' mikromutwatajru,
inklużi t-tipi ta' benefiċjarji u d-distribuzzjoni għal kull
settur, abbażi tad-dejta disponibbli f’dan l-istadju. L-aħħar
taqsimiet iħarsu lejn il-komplimentarjetà bejn il-Mikrofinanzjament
għall-Progress u strumenti oħra u l-perspettiva fir-rigward ta’
żviluppi futuri. Ir-rapport ikopri s-sena 2011, iżda jinkludi
dejta aktar riċenti fejn huwa possibbli. 2. L-implimentazzjoni
fil-livell ta' fornituri ta' mikrokreditu 2.1. Kuntratti
konklużi Tipi ta' intermedjarji Il-Mikrofinanzjament għall-Progress huwa
miftuħ għal firxa wiesgħa ta' intermedjarji fil-livell
nazzjonali, reġjonali jew lokali, inklużi banek u istituzzjonijiet
mhux bankarji kif ukoll istituzzjonijiet privati u pubbliċi. Is-settur
wera interess konsiderevoli fl-istrumenti li toffri l-Faċilità. Sa
Marzu 2012, il-FEI kien iffirma 18-il kuntratt ma' 16-il fornitur ta'
mikrokreditu: ·
tmien istituzzjonijiet mhux bankarji: microStart
(BE), Mikrofond u JOBS MFI (BG), Créasol (FR), Qredits
(NL), Inicjatywa Mikro (PL), FAER u Patria Credit (RO); ·
seba’ banek: Central Cooperative Bank (CY), Pancretan
Cooperative Bank (EL), Siauliu Bankas (LT), FM Bank
(PL), Millennium Bank (PT), Banca Transilvania (RO) u Volksbank
Slovenia (SI); ·
istituzzjoni pubblika waħda: ICREF
(ES). Il-varjetà ta' intermedjarji tippermetti li
l-Faċilità tagħti aċċess għall-kreditu lil firxa
wiesgħa ta' mikrointraprendituri (ara wkoll il-punt 3.2). Il-fornituri tal-mikrokreditu fil-livelli kollha
territorjali huma rrappreżentati. Xi wħud minnhom ikopru pajjiż
sħiħ, eż. FM Bank fil-Polonja, filwaqt li oħrajn
jaħdmu fuq skala reġjonali jew lokali. Pereżempju, l-ICREF Spanjola
tiffoka fuq ir-reġjun ta’ Murcia, filwaqt li l-Millennium Bank
Portugiż għandu aġenziji f'Lisbona, f'Porto, fl-Azores u
f'Madeira. Il-microStart Belġjana hija attiva f’xi żoni ta’
Brussell. Distribuzzjoni ġeografika Għalkemm hija mmexxija mid-domanda,
il-Mikrofinanzjament għall-Progress timmira li tikseb distribuzzjoni
ġeografika bbilanċjata. Il-FEI huwa għaldaqstant
meħtieġ li joħroġ garanziji għal intermedjarji
f'tal-anqas 12-il Stat Membru u li jirrispetta limitu ta' konċentrazzjoni
fuq garanziji għal kull pajjiż. Sa tmiem Marzu 2012, kienu maħruġa
garanziji f'sitt pajjiżi (BE, EL, NL, PL, PT, RO - ara t-Tabella 1
għal aktar dettalji). Ġew iffirmati kuntratti għal strumenti
ffinanzjati f'disa' Stati Membri: BG, CY, EL, ES, FR, LT, PL, RO u SI. Skont
ir-Regolament tal-Ġestjoni li jirregola l-istrumenti ffinanzjati skont
il-Mikrofinanzjament għall-Progress, l-esponiment għal intermedjarji
fi kwalunkwe Stat Membru wieħed ma jistax jeċċedi l-10 %
tal-impenji totali fil-mira tal-investituri, jiġifieri fil-preżent
EUR 17,5 miljun. Bi tliet kuntratti li flimkien jammontaw għal
EUR 16,5 miljun, ir-Rumanija hija l-uniku pajjiż li huwa qrib
il-limitu. Distribuzzjoni ġeografika
tal-Mikrofinanzjament għall-Progress (Marzu 2012) Iffirmat
Approvat 2.2. L-azzjonijiet
iffinanzjati Garanziji Skont it-tieqa ta' garanzija tal-Mikrofinanzjament
għall-Progress, li hija ffinanzjata mill-Kummissjoni biss, il-FEI jista'
joħroġ garanziji għall-portafolli lill-fornituri ta'
mikrokreditu, jew jista' joħroġ kontrogaranziji sabiex jiggarantixxu
istituzzjonijiet li mbagħad joħorġu garanziji biex ikopru
l-portafolli ta' mikroself tal-fornituri tal-mikrokreditu. Meta fornitur
tal-mikrokreditu jkollu garanzija jkun iktar faċli għalih li jservi
gruppi fil-mira li huma meqjusa bħala riskjużi, bħal negozji
ġodda li għad m'għandhomx storja, żgħażagħ
jew nies li jappartjenu għal gruppi ta' minoranza. Dan għaliex parti
minn xi inadempjenzi li jistgħu jseħħu huma koperti
mill-garanzija u għalhekk rimborżati skont il-Mikrofinanzjament
għall-Progress[3].
L-applikanti għall-garanziji normalment ikunu istituzzjonijiet
mikrofinanzjarji li diġà jiffukaw fuq gruppi riskjużi, bħall-microStart
Belġjana li għandha fil-mira b'mod speċjali persuni bi sfond ta'
migrazzjoni, jew fornituri ta' mikrokreditu li jixtiequ jestendu l-attivitajiet
tagħhom ta' self lil gruppi riskjużi. Bis-saħħa tal-garanzija
tal-Mikrofinanzjament għall-Progress, l-FM Bank Pollakk iservi
intrapriżi ġodda li ilhom joperaw inqas minn 12-il xahar. F'każijiet oħra, garanzija tintuża
biex ittejjeb il-kundizzjonijiet għas-self lill-mikromutwatajru,
jiġifieri rata ta' interess aktar baxxa jew rekwiżiti kollaterali li
huma inqas stretti. Pereżempju, bi skambju għal garanzija, il-Patria
Credit Rumena kienet meħtieġa tbaxxi r-rata ta' interess
tagħha bi 2,9 punti perċentwali u taċċetta garanzija
personali mingħand il-klijenti tagħha minflok titlobhom
jippreżentaw kollaterali reali. Minħabba li d-domanda għall-garanziji
ta' Mikrofinanzjament għall-Progress waqgħet lura minn dik
mistennija, it-terminu tal-garanziji ġie estiż minn tliet għal
sitt snin. Dan ħoloq żieda fl-interess fil-garanziji, u sa
Marzu 2012, kienu mnedija sitt operazzjonijiet ta' garanzija. Stumenti ffinanzjati Skont it-tieqa tal-istrumenti ffinanzjati, li hija
kofinanzjata mill-Kummissjoni Ewropea u mill-BEI, hemm disponibbli erba' tipi
ta' prodotti: –
Self preferenzjali[4], –
Self subordinat[5], –
Self bi qsim tar-riskji[6], –
Parteċipazzjonijiet ta' ekwità (ekwità diretta
jew indiretta). Is-self preferenzjali jgħin biex
l-intermedjarji jkollhom likwidità li jkunu jistgħu jużawha
għas-self bħala mikrokreditu. Bi 13-il fornitur ta' mikrokreditu
jagħżlu s-self preferenzjali, dan il-prodott kien l-aktar popolari sa
issa skont l-aspettattivi tal-bidu nett. Raġuni waħda
għall-prevalenza tas-self preferenzjali hija li dan huwa prodott
relattivament sempliċi u eħfef biex jintuża mis-self subordinat
jew dak bi qsim tar-riskji jew mill-parteċipazzjonijiet ta' ekwità
sofistikati. Is-self subordinat jipprovdi serħan
tal-kapital, partikolarment lil banek żgħar li jippruvaw jistimolaw
adegwatezza tal-kapital tagħhom sabiex jissodisfaw rekwiżiti legali.
Dawn l-istrumenti jagħmluha eħfef biex wieħed jikseb aktar fondi
minn investituri oħra, għalhekk dawn joħolqu effett ta’ lieva.
Għal self subordinat, l-intermedjarji huma meħtieġa
jiġġeneraw portafoll ta’ mikroself ta' mill-inqas darbtejn l-ammont
ta' self riċevut. Sa Marzu 2012, fornitur wieħed ta'
mikrokreditu (Volksbank Slovenia) kien iffirma ftehim ta' self
subordinat. Is-self bi qsim tar-riskji jikkombina elementi ta'
self preferenzjali ma' dak bi qsim tar-riskji tal-portafoll. Għal self bi
qsim tar-riskji, l-intermedjarji huma meħtieġa jqabblu l-ammont
tas-self riċevut. Dan ifisser li l-effett ta' lieva huwa wkoll mill-inqas
id-doppju tal-ammont inizjali. Self bi qsim tar-riskji huwa l-aktar probabbli
li jintgħażel mill-banek, partikolarment fil-kuntest ta'
proġetti down-scaling[7]. L-ekwità tista' tieħu l-forma ta’
investimenti diretti f'fornitur ta' mikrokreditu jew investimenti indiretti
f'fond li jinvesti f'fornituri ta' mikrokreditu. Billi l-ekwità tgħin
lill-fornituri ta' mikrokreditu jiksbu aktar finanzjament, l-intermedjarji huma
meħtieġa jiġġeneraw portafoll ta' mikroself mill-anqas
tliet darbiet l-ammont ta' investiment ta' ekwità riċevut[8]. Komplementarjetà bejn garanziji u strumenti
ffinanzjati Permezz tal-varjetà ta'
prodotti, il-Mikrofinanzjament għall-Progress iservi firxa wiesgħa ta'
intermedjarji f’partijiet differenti tal-Ewropa. Barra minn hekk,
iż-żewġ twieqi taħt il-Mikrofinanzjament
għall-Progress huma kumplimentari. L-ewwel nett, id-disponibbiltà
taż-żewġ garanziji u l-istrumenti ffinanzjati għandha
effett pożittiv fuq il-kopertura f’termini ġeografiċi peress li
dawn għandhom it-tendenza li jintużaw f'pajjiżi differenti (ara
t-taqsima 2.1). It-tieni nett, f’każijiet fejn fornitur ta' mikrokreditu
jkun irċieva appoġġ taħt iż-żewġ twieqi,
il-prodotti jintużaw b’mod kumplimentari. Pereżempju, il-Pancretan
Cooperative Bank (EL) se (i) juża protezzjoni tar-riskju skont
il-garanzija biex ikopri portafoll aktar riskjuż ta’ negozji li jkunu
għadhom kif bdew bi storja anqas minn tliet snin jew mutwatarji ġodda
li ma jistgħux jipprovdu kollaterali biżżejjed u (ii)
jaħdem fuq il-finanzjament taħt self preferenzjali biex
jiġġenera portafoll separat li għandu fil-mira intrapriżi
li jkollhom diffikultà biex jaċċessaw il-mikroself fil-klima ekonomika
attwali. Tabella 1: Ħarsa lejn l-operazzjonijiet
tal-Mikrofinanzjament għall-Progress sal-31 ta' Marzu 2012 Stat Membru || Intermedjarju || Strument || Appoġġ lil intermedjarju (EUR) BE || microStart || Garanzija || 111 375 BG || Mikrofond || Self Preferenzjali || 3 000 000 BG || JOBS MFI || Self Preferenzjali || 6 000 000 CY || Cooperative Central Bank || Self Preferenzjali || 8 000 000 FR || Créasol || Self Preferenzjali || 1 000 000 EL || Pancretan Cooperative Bank || Garanzija Self Preferenzjali || 803 250 8 750 000 LT || Siauliu Bankas || Self Preferenzjali || 5 000 000 NL || Qredits || Garanzija || 750 000 PL || FM Bank || Garanzija || 1 940 000 PL || Inicjatywa Mikro || Self Preferenzjali || 4 000 000 PT || Millenium Bank || Garanzija || 309 488 RO || Patria Credit || Garanzija Self Preferenzjali || 960 000 8 000 000 RO || FAER || Self Preferenzjali || 1 000 000 RO || Banca Transilvania || Self Preferenzjali || 7 500 000 SI || Volksbank Slovenia || Self subordinat || 8 750 000 ES || ICREF || Self Preferenzjali || 8 000 000 12-il Stat Membru || 16-il fornitur ta' mikrokreditu || 18-il kuntratt || 73 874 068 Volumi finanzjarji Sal-31 ta' Marzu 2012, il-FEI
għamel total ta' EUR 73,87 miljun f'impenji ma' fornituri ta'
mikrokreditu. Taħt it-tieqa tal-garanzija, l-impenji
jammontaw għal EUR 4,87 miljun (mit-total ta'
EUR 25 miljun disponibbli għall-garanziji). Dan huwa
konsiderevolment taħt it-EUR 8 miljuni mistennija għal
tmiem l-2011. Madankollu, il-FEI kkonferma li hemm domanda dejjem tikber
għal garanziji. Dan għandu jimmaterjalizza f'għadd ta' kuntratti
addizzjonali fl-2012 inkluż għal volumi akbar. Iż-żieda
fid-domanda hija wkoll minħabba l-estensjoni tat-terminu tal-garanziji
minn tlieta għal sitt snin. Taħt it-tieqa tal-istrumenti ffinanzjati,
l-impenji ta' EUR 69 miljun lill-fornituri ta' mikrokreditu
jaqbżu l-ammont mistenni ta' EUR 44 miljun. Dan huwa dovut
għad-domanda kbira mis-settur u l-isforzi kontinwi biex jiġu
ġġenerati aktar trasazzjonijiet. L-iżborż skont il-ftehimiet tas-self
preferenzjali huwa magħmul f'pagamenti tul perjodu ta' bejn 18 u
24 xahar. L-operazzjonijiet iffirmati fl-2011 huma għalhekk
mistennija li jitħallsu kompletament fl-2013. L-ewwel pagament
jitħallas ladarba fornitur ta' mikrokreditu jissodisfa ċerti
kundizzjonijiet, bħal dawk relatati ma' tħejjija operazzjonali jew
it-titjib tal-prattiċi tas-self lill-klijent. Tipikament kull
żborż ma jaqbiżx il-50 % tal-impenji totali.
Żborżi sussegwenti jsiru biss ladarba jkunu ntlaħqu l-miri
tal-ġenerazzjoni tal-mikroself innegozjati qabel. Sa Marzu 2012, ġew żborżati
EUR 19,1 miljun: EUR erba' miljuni lil Cooperative Central Bank (CY),
EUR erba' miljun lil ICREF (ES), EUR erba' miljuni lil Patria Credit
(RO), EUR 2,5 mijuni lil Siauliu Bankas (LT), EUR żewġ
miljun lil JOBS MFI (BG), EUR 1,5 miljun Mikrofond (BG),
EUR 0,89 miljun lil Inicjatywa Mikro (PL) u EUR 0,24 miljun
lil FAER (RO). 2.3. Applikazzjonijiet
aċċettati u miċħuda Biex isiru intermedjarji skont il-Mikrofinanzjament
għall-Progress, il-fornituri ta' mikrokreditu għandhom iwieġbu
għas-sejħa għal turija ta’ interess għall-garanziji jew
jippreżentaw applikazzjonijiet direttament lill-FEI għall-istrumenti
ffinanzjati[9].
Il-FEI jevalwa l-proposti u jwettaq diliġenza dovuta fuq il-fornituri ta'
mikrokreditu applikanti. Għall-garanziji, hija meħtieġa wkoll
l-approvazzjoni tal-Kummissjoni. Wara li tinkiseb l-approvazzjoni tal-Bord
tal-FEI, jiġi nnegozjat u ffirmat kuntratt bejn il-FEI u l-intermedjarju. S'issa, l-ebda applikazzjoni
għall-finanzjament taħt il-Mikrofinanzjament għall-Progress ma
ġiet miċħuda formalment. Madankollu, wara li għamlu l-ewwel
kuntatt mal-FEI, għadd ta' fornituri ta' mikrokreditu għażlu li ma
japplikawx. Għal garanziji, dan ġara parzjalment minħabba li
l-fornituri ta' mikrokreditu sabu li, fl-aħħar mill-aħħar,
l-istrumenti ffinanzjati kienu aktar adattati għall-ħtiġijiet
tagħhom. Għal strumenti ffinanzjati, operazzjonijiet
li ma għadhomx parti mill-proġetti formali jinkludu ftehimiet ta'
self preferenzjali ma' żewġ fornituri ta' mikrokreditu li ma
għadhomx jeħtieġu l-appoġġ mill-Mikrofinanzjament
għall-Progress Il-parteċipazzjoni diretta fl-ekwità fi pjattaforma
ta' self "peer-to-peer" ġiet abbandunata minħabba
inċertezzi dwar il-konformità mad-Deċiżjoni. F’termini aktar
ġenerali, xi kuntatti bikrin ma rriżultawx f'operazzjonijiet konkreti
minħabba li l-ammonti mitluba kienu għoljin wisq, id-daqs u l-kwalità
tar-riskju tal-fornitur ta' mikrokreditu kienu insuffiċjenti jew
il-prattiċi tas-self tagħhom qanqlu mistoqsijiet. Barra minn hekk, numru ta' ftehimiet approvati
mill-Bord tal-FEI għadhom ma ġewx iffirmati filwaqt li
l-ġejjieni tagħhom għadu inċert. Dan huwa l-każ ta'
investiment ta' ekwità f'fond ibbażat fir-Renju Unit, diġà approvat
f'Diċembru 2010. Minħabba żviluppi fir-rigward
tal-istabbiliment strutturali tal-intermedjarju, ma jidhirx li hemm aktar
interess fil-konklużjoni tal-ftehim mal-FEI. In-negozjar ta' ftehim ma’
fornitur Taljan approvat mill-Bord tal-FEI ġiet sospiża fl-istennija tal-konferma
dwar injezzjoni ta' kapital ġdid fil-livell intermedjarju.
Fl-aħħar nett, il-futur ta’ ftehim ta' kontrogaranzija
mal-istituzzjoni ta' garanzija Taljana huwa inċert minħabba bidla
riċenti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali. Il-bidla tfixkel l-abbiltà
tal-istituzzjoni ta' garanzija li tissodisfa r-rekwiżiti
tal-addizzjonalità skont il-Mikrofinanzjament għall-Progress. 3. L-Impatt fuq livell
mikromutwatarju 3.1. Il-volumi
tal-mikroself u n-numru ta' benefiċjarji Miri F'termini ta' mikrokreditu għall-benefiċjarji
finali, il-baġit totali ta’ EUR 203 miljuni huwa stmat li
jogħla għal volum ta' EUR 500 miljun f'mikrokreditu,
jiġifieri madwar 46 000 mikroself. Abbażi tat-termini kuntrattwali tat-18-il
ftehim attwali ma' fornituri ta' mikrokreditu, huwa mistenni li
t-EUR 73,87 miljun impenjati sa Marzu 2012, jiġifieri aktar
minn terz tal-baġit totali disponibbli, se jirriżulta f’aktar minn
EUR 170 miljun f'mikroself fis-snin li ġejjin. Għadd ta’
inċentivi għall-intermedjarji jiżguraw li dan ikun il-każ:
nuqqas milli jintlaħqu l-miri miftehma għall-ġenerazzjoni
tal-mikroself, eż. fuq self preferenzjali, ikun ifisser li l-fornitur
tal-mikrokreditu jkollu jħallas lura s-self kmieni. Dan joħloq
inċentiv ċar biex isir self ta' fondi mislufa lill-mikromutwatarju
b'mod effettiv u effiċjenti. Inċentiv simili jintuża
għall-garanziji: filwaqt li dawn huma, fil-prinċipju, mogħtija
mingħajr ħlas, il-fornituri ta' mikrokreditu għandhom
iħallsu tariffa ta’ impenn jekk dawn jiżborżaw inqas minn 90%
tal-volum miftiehem ta' mikroself. Il-volumi tal-mikroself u n-numru ta'
benefiċjarji Sa Marzu 2012, volum totali ta' mikrokreditu
ta' EUR 26,8 miljun (EUR 17,8 miljun skont il-garanziji u
EUR 9,1 miljun skont l-istrumenti ffinanzjati) ġie
ġġenerat minn fornituri ta' mikrokreditu fil-BE, BG, ES, LT, NL, PL u
RO[10]. Dan jikkorrispondi għal
15,72 % tal-volum mistenni li jintlaħaq permezz tat-18-il ftehim
iffirmati sa Marzu 2012. F’termini ta’ numri, sa Marzu 2012, dawn
il-fornituri ta' mikrokreditu kienu żburżaw 2 933 mikroself
(1 834 taħt garanziji, 1 099 taħt strumenti ffinanzjati).
Dan jammonta għal 17,8 % tat-total mistenni għat-18-il ftehim. Skont l-istimi tal-FEI, il-figuri attwali huma
ġeneralment konformi mal-mudell tipiku tal-akkumulu tal-portafoll ta'
mikrokreditu fuq perjodu ta' inklużjoni minn sentejn sa tliet snin wara
kull firma ta' kuntratt. Ix-xejriet ta' implimentazzjoni tipikament jindikaw
akkumulu mhux lineari tal-portafoll b'bidu bil-mod segwit minn żieda aktar
qawwija fil-volumi. Wara li jiġi ffirmat ftehim, il-fornitur tal-mikrokreditu
għandu jipprepara biex jibda l-attivitajiet tal-mikroself,
speċjalment meta jitnieda prodott ġdid ta' mikroself.
Pereżempju, qabel ma jkun jista' jitħallas l-ewwel mikroself,
istituzzjoni pubblika jista' jkollha tgħaddi minn proċess ta’
sejħa għall-offerti biex issib bank li jikkopera magħha. Dan
jista’ jieħu diversi xhur. Il-garanziji normalment ikollhom perjodu ta'
disponibbiltà ta' sentejn, self preferenzjali jkollu perjodu ta'
inklużjoni minn sentejn sa tliet snin. Dan ifisser li bejn l-2013 u
l-2015, il-fornituri ta' mikrokreditu li kienu ffirmaw ftehimiet għandhom
jilħqu l-mira tagħhom ta' volumi u n-numri ta' mikroself. 3.2. Tipi
ta’ benefiċjarji finali Fornituri tal-mikrokreditu sostnuti
mill-Mikrofinanzjament għall-Progress jimmiraw għal firxa wiesgħa
ta’ benefiċjarji finali. Uħud jiffokaw fuq nies li jaħdmu
għal rashom u/jew mikrointrapriżi inġenerali, eż. Banca
Transilvania (RO), li jippreżenta ruħu bħala "Bank
għal Nies Intraprenditorjali", il-Cooperative Central Bank (CY)
bil-faċilità tiegħu ta' negozjant esklussiv, jew il-Pancretan
Cooperative Bank (EL), li għandu fil-mira mikrointrapriżi
eżistenti li għandhom diffikultà biex jaċċessaw il-finanzi. Għadd ta' fornituri ta' mikrokreditu jimmiraw
lejn intraprendituri f'żoni rurali, u jiffukaw fuq is-settur agrikolu. Dan
huwa partikolarment sinifikanti f'pajjiżi fejn hemm it-tendenza li l-banek
ikunu kkonċentrati fi bliet kbar. FAER and Patria Credit għalhekk
jimlew nuqqas importanti fir-Rumanija, bħalma tagħmel Mikrofond fil-Bulgarija.
Inicjatywa Mikro (PL) ukoll għandha fil-mira lil dawk li jaħdmu
għal rashom, speċjalment produtturi-agrikoli. Diversi fornituri ta' mikrokreditu jimmiraw li
jagħtu aċċess għall-finanzjament ta’ negozji li
għadhom kif bdew, li ġeneralment huma meqjusa pjuttost riskjużi.
FM Bank (PL) jikkonċentra fuq intrapriżi li għandhom inqas minn
12-il xahar. Qredits (NL) għandha portafoll garantit
mill-Mikrofinanzjament għall-Progress li jiffinanzja negozji li
għadhom kif fetħu. Volksbank Slovenia u Pancretan Cooperative Bank
(EL) jimmiraw għal mikrointrapriżi li għandhom anqas minn tliet
snin. Pancretan Cooperative Bank għandu fil-mira wkoll mutwatarji
ġodda bi pjan ta’ negozju vijabbli li ma jistgħux jipprovdu
kollateral biżżejjed. Fl-aħħar nett, xi intermedjarji
tal-Mikrofinanzjament għall-Progress jimmiraw partikolarment lejn gruppi
vulnerabbli, bħalma huma ż-żgħażagħ u n-nisa
(ICREF (ES)). JOBS MFI (BG) tipprovdi mikroself u mikrolokazzjoni għal
persuni bla xogħol jew dawk li qed ifittxu x-xogħol u jixtiequ jibdew
negozju. microstart (BE) għandha klijenti li fil-parti l-kbira
għandhom sfond ta' migrazzjoni, filwaqt li Siauliu Bankas (LT) għamel
bħala l-mira tiegħu l-finanzjament ta' mill-inqas 50 %
tal-intraprendituri nisa u mikrointrapriżi li jimpjegaw
maġġoranza ta' nisa jew huma proprjetà ta' nisa biss. Millennium Bank
(PT), bħala parti mill-portafoll tiegħu, stabbilixxa koperazzjoni ma'
assoċjazzjoni li tappoġġja persuni li huma soċjalment
esklużi, bħal dawk bla dar jew ex-dipendenti tad-droga u Roma.
Créasol (FR) għandha fil-mira tagħha nies qiegħda, sikwit bi
sfond ta' migrazzjoni, li jixtiequ joħolqu negozju jew jiżviluppaw
in-negozju tagħhom u li ġew miċħuda minn xi bank
fir-reġjun. 3.3. L-impatt
soċjali u l-impatt fuq l-impjiegi tal-Mikrofinanzjament
għall-Progress Il-FEI jirrapporta lill-Kummissjoni dwar l-impatt
soċjali u l-impatt fuq l-impjiegi tal-Mikrofinanzjament
għall-Progress abbażi ta' tagħrif pprovdut mill-fornituri
tal-mikrokreditu li jappoġġjaw il-Faċilità. Dan it-tip ta’
rapportar tal-impatt soċjali mhuwiex prattika tas-suq komuni u
għalhekk hemm il-ħtieġa ta' xi aġġustamenti
tal-proċeduri interni u tas-sistemi biex il-fornituri ta' mikrokreditu
jkunu jistgħu jirrapportaw lill-FEI. Ir-rappurtar soċjali
bħalissa huwa meħtieġ biss darba fis-sena,
bit-30 ta' Settembru bħala d-data ta' skadenza. Sa dik id-data fl-2011, ħames fornituri ta'
mikrokreditu biss kienu bdew iselfu skont il-Mikrofinanzjament
għall-Progress, iżda d-dejta dwar xi aspetti hija disponibbli biss
mingħand żewġ fornituri ta' mikrokreditu. Il-fatt li din kienet
l-ewwel darba li sar dan it-tip ta' rappurtar jispjega xi problemi. Dejta dwar
l-impjiegi u l-impatt soċjali għalhekk ma tistax titqies bħala
rappreżentattiva. Barra minn hekk għadu kmieni wisq għal dejta
dwar is-sostenibbiltà tan-negozji li ġew appoġġjati. Il-ħolqien tal-impjiegi u tal-kummerċ L-effetti tal-ħolqien tal-impjiegi permezz
tal-Mikrofinanzjament għall-Progress jista’ jitkejjel bin-numru ta'
persuni diżokkupati u inattivi li bdew negozju bl-għajnuna ta’
mikroself. Abbażi tal-informazzjoni mogħtija minn microStart
(BE) u Mikrofond (BG), dan kien il-każ għal 27,46%
tal-klijenti. Barra minn hekk, evidenza aneddottali tissuġġerixxi li
xi wħud minn dawk li qabel kienu impjegati kienu qegħdin jaħdmu
part-time biss. Għal xi wħud mill-mikrointrapriżi
diġà operattivi fil-mument tal-għoti tal-mikroself, l-informazzjoni
mogħtija turi li kważi 60 % tal-intrapriżi
apoġġjati għandhom anqas minn sena. Għalhekk huma
jappartjenu għall-grupp ta' mikromutwatarji meqjusa bħala
"riskjużi". Aktar minn terz tal-intrapriżi
appoġġjati għandhom anqas minn sitt xhur. Tabella 2: L-istorja
ta’ intrapriżi appoġġjati minn intermedjarji
tal-Mikrofinanzjament għall-Progress (id-dejta ta' Settembru 2011) || Sa sentejn || Sa sena || Sa sitt xhur FM Bank || 100 % || 94.39 % || 58.88 % Mikrofond || 40,93 % || 30,38 % || 13,50 % microStart || 90,74 % || 85,19 % || 79,63 % Patria Credit || 90,21 % || 79,02 % || 73,43 % Qredits || 75,42 % || 55,87 % || 24,39 % Totali || 73,01 % || 58,63 % || 34,69 % Il-kopertura ta' gruppi fil-mira
żvantaġġjati Individwi b’livell għoli ta’ edukazzjoni huma
aktar probabbli li jinvolvu ruħhom f'attività imprenditorjali minn dawk
b’livell ta’ edukazzjoni iktar baxx[11].
Dejta pprovduta minn microStart u Mikrofond dwar l-isfond
edukattiv tal-klijenti tagħhom, madankollu, turi li aktar minn tliet
kwarti tal-mikromutwatarji ffinanzjati jew kienu jispiċċaw
l-edukazzjoni sekondarja (71 %) jew l-edukazzjoni primarja (5 %)
biss. Dan juri li dawn l-intermedjarji jservu wkoll nies li huma
f'pożizzjoni aktar fraġli fis-suq tax-xogħol. F’termini ta’ żvantaġġ tal-età,
madwar 5 % mikromutwatarji kienu taħt il-25 sena u 13 %
kienu akbar ('il fuq minn 54 sena). Madankollu, il-grupp bl-età bejn il-25
u l-54 sena ċertament li mhuwiex omoġenju. Stima
tar-rappreżentazzjoni fost il-benefiċjarji aħħarija
tal-grupp bejn il-25 u t-30 sena tista' tagħti aktar tagħrif
dwar il-potenzjal tal-Mikrofinanzjament għall-Progress biex tgħin
liż-żgħażagħ isibu impjieg. Kważi 10 %
tal-impjegati tal-mikrointrapriżi ffinanzjati kienu
żgħażagħ taħt il-25 sena u 12 % kienu
anzjani 'l fuq minn 55 sena. Iċ-ċifri jvarjaw ħafna f’termini
ta’ sess. Filwaqt li Mikrofond, fil-parti l-kbira attiva
fiż-żoni rurali tal-Bulgarija, għandha 28 % biss ta'
klijenti nisa (li huwa taħt il-medja nazzjonali ta' 31 % ta'
intraprendituri nisa[12]),
il-parti l-kbira tal-klijenti ta' microStart, li hija bbażata fi
Brussell, huma nisa (54 %). Din iċ-ċifra hija ħafna
ogħla mill-medja nazzjonali ta' 29 % ta’ nisa intraprendituri. Rigward l-ilħiq ta’ gruppi
żvantaġġjati oħra, minn Settembru 2011,
iż-żewġ fornituri ta' mikrokreditu li rrappurtaw lil dan
l-indikatur ma ffinanzjaw l-ebda intraprenditur b'diżabbiltà. Madankollu, Mikrofond
tirrapporta li 18,8 % tal-klijenti tagħha jappartjenu għal
minoranza li probabbli tagħmel parti mill-komunitajiet Roma
fiż-żoni rurali li fihom hija attiva. Ħafna mill-klijenti ta' microStart
ġejjin minn familji migranti, bi 93 % tagħhom imwielda barra
l-pajjiż. It-templates għandhom jiġu adattati biex jirriflettu
dan fir-rappurtar uffiċjali. Abbażi tal-informazzjoni mogħtija minn
erba' fornituri ta' mikrokreditu, madwar 1 % tal-impjegati
tal-mikrointrapriżi ffinanzjatigħandhom diżabbiltà, filwaqt li
8 % jappartjenu għal xi grupp ta' minoranza. Minħabba d-daqs żgħir tal-kampjun,
għadu kmieni wisq biex wieħed jasal għal konklużjonijiet
dwar l-impatt soċjali u tal-impjiegi tal-Mikrofinanzjament
għall-Progress. Madankollu, il-gruppi fil-mira indikati mill-fornituri ta'
mikrokreditu u l-ewwel indikazzjonijiet rigward l-impatt reali
jissuġġerixxu li l-Mikrofinanzjament għall-Progress jgħin
biex jinħolqu l-impjiegi u jservi gruppi żvantaġġjati, li
huwa konformi mal-għan politiku tal-promozzjoni tal-inklużjoni
finanzjarja. Id-distribuzzjoni ġeografika u tas-settur
tal-intrapriżi L-1 079 mikromutwatarju ffinanzjati
mill-ħames fornituri ta' mikrokreditu li qed jirraputaw sa
Settembru 2011 huma attivi f’varjetà ta’ setturi. Is-settur predominanti
huwa l-kummerċ, li jammonta għal 28,5 % tal-mikrointrapriżi
ffinanzjati, segwit mill-agrikoltura, li jammonta għal 20 %. Il-persentaġġ għoli ta'
mikrointrapriżi fis-settur agrikolu jista' jiġi spjegat minħabba
l-presenza ta' Patria Credit u Mikrofond fil-kampjun, li jiffokaw
fuq żoni rurali fir-Rumanija u l-Bulgarija. 4. Il-komplementarjetà u
l-koordinazzjoni ma' strumenti oħra tal-Unjoni Ewropea Fornitur ta' mikrokreditu tipikament
jeħtieġ finanzjament biex jibni l-portafoll tal-mikroself tiegħu
u strumenti għall-qsim tar-riskju sabiex inaqqsu r-riskju tal-portafoll.
Jeħtieġ ukoll finanzjament u assistenza teknika mhux finanzjarja
sabiex jibni jew itejjeb il-kapaċità istituzzjonali tiegħu. Matul l-aħħar ftit snin, elementi
differenti ta' appoġġ ta' mikrofinanzjament ġew ipprovduti
taħt firxa ta' strumenti kumplimentari għall-UE: ·
Il-Mikrofinanzjament għall-Progress jimla
nuqqas importanti għall-finanzjament tal-portafoll. ·
Garanziji fuq portafolli ta' mikrokreditu diġà
huma disponibbli taħt il-Programm Kompetittività u Innovazzjoni (CIP).
Illum, il-garanziji tas-CIP u tal-Mikrofinanzjament għall-Progress huma
kumplimentari. Fil-prinċipju, garanziji għall-mikrokreditu jinħarġu
biss taħt is-CIP meta kuntratt ma jkunx possibbli taħt
il-Mikrofinanzjament għall-Progress minħabba l-ġeografija
fil-mira (pajjiżi mhux fl-UE), id-daqs tal-ammont ta' limitu, jew il-fokus
purament kummerċjali tal-portafoll. Il-FEI ippubblika linji gwida dwar
l-allokazzjoni tal-ftehim fuq il-websajt tiegħu sabiex jgħin
lill-fornituri ta' mikrokreditu fil-proċess tal-applikazzjoni. ·
L-Azzjoni Preparatorja tal-Parlament Ewropew (EPPA)
allokat ammont limitat ta' finanzjament ta' avvjament biex jgħin lill-intermedjarji
tal-mikrofinanzjament jibnu l-kapaċità biex b'hekk tippromwovi
l-iżvilupp ta' fornituri ta' mikrokreditu tal-UE. MicroStart u Qredits
ibbenefikaw minn sostenn kumplementari kemm taħt il-Mikrofinanzjament
għall-Progress kif ukoll l-EPPA. Peress li l-EPPA kien proġett
pilota, m'għadx baqa' finanzjament ta' avvjament disponibbli
għall-perjodu finanzjarju attwali. Madankollu, is-suċċess ta'
din l-inizjattiva wasslet lill-Kummissjoni biex tinkludi element
għall-iżvilupp tal-kapaċitajiet fl-istrument ta'
appoġġ għall-mikrofinanzjament propost skont il-Programm
għall-Bidla u l-Innovazzjoni Soċjali (ara wkoll it-taqsima 5). ·
Skont l-inizjattiva JASMINE, li għandha
l-għan li ttejjeb il-kapaċità tal-fornituri ta' mikrokreditu
f'diversi oqsma, bħall-governanza istituzzjonali, is-sistemi ta'
informazzjoni, l-istandards tar-rapportar u l-ġestjoni tar-riskju,
il-fornituri tal-mikrokreditu jistgħu jirċievu evalwazzjoni u/jew
klassifikazzjoni tal-organizzazzjoni tagħhom segwiti minn servizz ta'
pariri u taħriġ adattat biex jirrimedja n-nuqqasijiet identifikati.
JASMINE jgħin iħejji l-fornituri ta' mikrokreditu biex ikunu
eliġibbli għal aktar appoġġ. Diversi benefiċjarji
tal-JASMINE applikaw b’suċċess għall-Mikrofinanzjament
għall-Progress, eż. JOBS MFI (BG), Mikrofond (BG), Créasol
(FR), Qredits (NL), Patria Credit (RO) u FAER (RO).
Viċe versa, diversi intermedjarji tal-Mikrofinanzjament
għall-Progress (eż. Qredits u microStart) applikaw
għall-JASMINE fi stadju aktar tard. Dan juri n-natura kumplimentarja ta'
dawn iż-żewġ inizjattivi[13]. ·
Il-Mikrofinanzjament għall-Progress
jikkumplimenta wkoll il-fondi strutturali. Għadd ta' Stati Membri
jużaw il-Fond Soċjali Ewropew biex jiffinanzjaw is-servizzi
tal-iżvilupp tan-negozju, bħall-mentoring jew it-taħriġ
għal dawk li jkunu għadhom jibdew. Dawn is-servizzi huma
magħrufa li jżidu r-rati ta’ sopravivenza ta’ negozji ġodda,
anki jekk dawn huma għaljin għall-fornituri ta' mikrokreditu. Din
hija r-raġuni għala fornituri ta' mikrokreditu appoġġjati
mill-Mikrofinanzjament għall-Progress huma meħtieġa li
jikkoperaw mal-organizzazzjonijiet li jipprovdu dawn is-servizzi,
partikolarment dawk iffinanzjati mill-FSE. ·
Il-Kummissjoni ffaċilitat it-tagħlim
reċiproku f’dan il-qasam permezz tal-finanzjament tal-Komunità ta'
Prattika dwar l-Intraprenditorija Inklużiva (COPIE). Dan in-netwerk ta'
awtoritajiet ġestjonarji tal-FSE żviluppa bosta għodod li jkopru
l-ippjanar tal-azzjonijiet, l-immaniġġjar tal-kwalità, l-edukazzjoni
intraprenditorjali, l-aċċess għall-finanzi u l-appoġġ
għan-negozju integrat. Dawn l-għodod huma maħsuba biex
jgħinu lil min ifassal il-politika jtejjeb is-sistemi ta’ appoġġ
sabiex l-intraprenditorija ssir għażla vijabbli għall-membri
kollha tas-soċjetà, inklużi l-gruppi żvantaġġjati.
L-għodod huma disponibbli fuq l-internet[14]. ·
Xi Stati Membri u reġjuni jużaw parti
mill-approprjazzjonijiet tal-fondi strutturali tagħhom biex itejbu
l-aċċess tal-mikrointraprendituri għall-finanzi direttament jew
permezz ta’ fondi ta' parteċipazzjoni azzjonarja, inkluż permezz
tal-inizjattiva JEREMIE. 5. Konklużjonijiet u
prospettivi Għalkemm il-Mikrofinanzjament
għall-Progress ilu jopera kompletament għal ftit aktar minn sena,
wieħed diġà jista' joħroġ diversi konklużjonijiet
pożittivi. It-18-il ftehim iffirmati juru li l-Mikrofinanzjament għall-Progress
jaqdi l-bżonnijiet ta' varjetà kbira ta' fornituri ta' mikrokreditu madwar
l-UE. Huwa mistenni li sa tmiem l-2012, jiġu ffirmati aktar ftehimiet ma'
fornituri ta' mikrokreditu fl-Awstrija, fil-Belġju, fil-Ġermanja,
fl-Irlanda, fl-Italja, fl-Iżvezja u fir-Renju Unit. Ir-rapporti
tal-fornituri ta' mikrokreditu juru li kellu impatt pożittiv f'termini ta'
impjiegi u inklużjoni soċjali. Il-Kummissjoni se tesplora, flimkien
mal-FEI, kif il-qafas tar-rappurtar tal-impatt soċjali jista' jitjieb. Għall-perjodu finanzjarju li jmiss 2014-20,
il-Kummissjoni pproponiet li tkompli tappoġġja l-iżvilupp
tal-mikrofinanzjament madwar l-UE taħt il-Programm għall-Bidla u
l-Innovazzjoni Soċjali (PSCI)[15].
Dan għandu jibni fuq il-mudell intermedjarju li għamel
suċċess billi bl-istess mod joffri firxa wiesgħa ta’ prodotti,
ixerred l-aħjar prattika u jservi ta' pijunier fl-inklużjoni
finanzjarja billi jsaħħaħ dawk il-partijiet mis-suq li huma
inqas moqdija. Waħda mill-kritiki magħmula dwar il-perjodu
finanzjarju attwali hija li l-appoġġ tal-UE
għall-mikrofinanzjament huwa mxerred fost bosta programmi separati,
għalkemm kumplimentari. Il-PSCI propost jipprova joħloq punt uniku
ta' servizz għall-appoġġ tal-mikrofinanzjament. Huwa se jagħmel
l-iffinanzjar disponibbli għall-bini tal-kapaċità tal-fornituri ta'
mikrokreditu abbażi tal-esperjenza miksuba mill-inizjattiva tal-EPPA u
jippermetti l-finanzjament ta' għajnuna teknika għall-fornituri ta'
mikrokreditu. Il-finanzjament tal-iskemi ta' mikrofinanzjament, l-azzjonijiet
għall-bini tal-kapaċità u s-servizzi ta' appoġġ
lill-intraprenditorija se jibqgħu possibbli madwar l-UE taħt il-fondi
strutturali (FEŻR u FSE), operati permezz ta’ ġestjoni maqsuma bejn
il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-Istati Membri. [1] Għal aktar dettalji ara r-Rapport ta'
Implimentazzjoni 2010, COM(2011) 195. [2] Barra EUR 100 miljun previsti fil-bidu,
EUR 3 miljun oħra ġew miżjuda minn Azzjoni
Preparatorja tal-Parlament Ewropew (għal aktar dettalji ara r-Rapport ta'
Implimentazzjoni 2010). [3] Għal deskrizzjoni dettaljata tal-garanziji, jekk
jogħġbok irreferi għar-Rapport ta' Implimentazzjoni 2010,
COM(2011) 195. [4] Jekk il-mutwatarju jfalli, għandu jitħallas
lura s-self preferenzjali qabel ma krediti oħra jirċievu xi
ħlas. [5] Finanzjament subordinat għal kredituri
preferenzjali. [6] Self preferenzjali magħqud mal-parteċipazzjoni
tar-riskju fil-portafoll tal-mikrokreditu. [7] L-ewwel ftehim ta' self bi qsim tar-riskji x’aktarx ikun
iffirmat fl-2012. [8] Huwa probabbli li jimmaterjalizza ftehim ta' ekwità
indiretta b’fond fir-Renju Unit fl-2012. [9] http://www.eif.org/what_we_do/microfinance/progress/index.htm. [10] Dawn iċ-ċifri jirreferu għall-portafolli
ta' mikrokreditu mibnija minn fornituri ta' mikrokreditu bis-saħħa
tal-Mikrofinanzjament għall-Progress. [11] Il-Kummissjoni Ewropea, Flash Eurobarometer 283, Entrepreneurship
in the EU and beyond. A survey in the EU, EFTA countries, Croatia, Turkey, the
US, Japan, South Korea and China, Mejju 2010 [12] Il-Kummissjoni Ewropea, L-ugwaljanza bejn in-nisa u
l-irġiel – 2010, COM(2009) 694 finali. [13] L-istrument suċċessur
għall-appoġġ ta' mikrofinanzjament propost skont il-PSCI (ara
t-taqsima 5) se jkun jeħtieġ li l-fornituri ta' mikrokreditu
japplikaw standards ta’ kwalità għolja konformi mal-prinċipji
tal-"Kodiċi Ewropew tal-Imġiba Tajba għall-Provvista ta’
Mikrokreditu". [14] www.cop-ie.eu. [15] COM(2011) 609 finali.