EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52012AR0099
Opinion of the Committee of the Regions on ‘Public procurement package’
Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Il-pakkett dwar l-akkwist pubbliku”
Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Il-pakkett dwar l-akkwist pubbliku”
OJ C 391, 18.12.2012, p. 49–83
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
18.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 391/49 |
Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Il-pakkett dwar l-akkwist pubbliku”
2012/C 391/09
IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI
— |
huwa tal-fehma li l-qafas regolatorju fil-qasam tal-akkwist għandu jpoġġi enfasi akbar fuq l-aktar offerti ekonomikament vantaġġużi fl-akkwist. Peress li l-għan prinċipali ta’ awtorità kontraenti li tidħol fi proċedura ta’ akkwist huwa li tixtri prodotti, servizzi jew xogħlijiet, il-qafas regolatorju għandu jiżgura li l-akkwist jiġi konkluż b’mod sodisfaċenti kemm għaċ-ċittadini kif ukoll għall-bejjiegħa u x-xerrejja. Iżjed minn kull ħaġa oħra, regoli sempliċi u li jinftiehmu faċilment bla dubju jaġevolaw anke l-kummerċ transkonfinali; |
— |
jiddispjaċih li wħud mill-proposti l-ġodda huma diffiċli biex jinftiehmu u huma estremament dettaljati. Barra minn hekk, żdiedu bosta dispożizzjonijiet ġodda. Żdiedu wkoll ċerti dispożizzjonijiet bil-għan li jaġevolaw il-proċeduri tal-akkwist, iżda innovazzjonijiet oħra jinvolvu piżijiet amministrattivi għall-awtoritajiet kontraenti, minkejja li, sabiex l-akkwist pubbliku jsir b’mod tajjeb, hemm bżonn ta’ stabbiltà legali; |
— |
jemmen li waħda mill-provi li huwa possibbli li jiġu stabbiliti regoli iżjed sempliċi, iżda wkoll iżjed effettivi, fil-qasam tal-akkwisti, toħroġ fid-dieher permezz tal-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi (GPA – Government Procurement Agreement) tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), li fil-fatt huwa iżjed sempliċi mir-regolamentazzjoni Ewropea korrispondenti. Il-Kummissjoni hija mitluba żżid b’mod sostanzjali l-limiti permessibbli fil-qasam tal-akkwisti. Fid-dawl tan-numru estremament baxx tal-akkwisti pubbliċi transkonfinali u tal-piżijiet amministrattivi li jipprevedi l-qafas regolatorju għall-awtoritajiet u l-fornituri, huwa inutli li l-limiti jiġu stabbiliti f’livell daqstant baxx; |
— |
jemmen li l-proposta tmur kontra d-dritt ta’ kull Stat Membru li jorganizza l-amministrazzjoni proprja tiegħu u tikser il-prinċipju tas-sussidjarjetà. Huwa importanti li jiġu rispettati l-prinċipji tal-proporzjonalità u tas-sussidjarjetà. L-intervent propost min-naħa tal-EU għandu jkun kemm indispensabbli biex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti kif ukoll iżjed effettiv minn intervent simili fil-livell nazzjonali. |
Relatur |
Is-Sinjura SEGERSTEN LARSSON (SE/PPE), Membru tal-Assemblea tal-Kunsill tal-Kontea ta’ Värmland |
||||
Dokumenti ta’ referenza |
Il-Pakkett dwar l-Akkwist Pubbliku jiġbor fih dawn id-dokumenti:
|
I. SFOND
IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI
1. |
josserva li l-Green Paper tal-Kummissjoni Ewropea dwar “L-immodernizzar tal-politika tal-UE dwar l-akkwist pubbliku – Lejn Suq Ewropew tal-Akkwist iżjed effiċjenti” (COM(2011) 15 final) indirizzat bosta kwistjonijiet dwar l-akkwist pubbliku; |
2. |
ippubblika opinjoni dwar il-Green Paper f’Mejju 2011 u enfasizza, fost affarijiet oħra, l-importanza li l-SMEs ikunu jistgħu jipparteċipaw fi proċeduri marbutin mal-akkwisti pubbliku, il-fatt li r-regoli fis-seħħ huma dettaljati wisq u li jeħtieġ li jitqiesu l-kwistjonijiet ambjentali, li jiġu previsti rekwiżiti soċjali u li l-akkwist pubbliku jintuża għall-promozzjoni tal-innovazzjoni. Barra minn hekk, il-Kumitat wera li kien favur iż-żamma tad-distinzjoni bejn is-servizzi “A” u “B”, l-introduzzjoni ta’ passaport Ewropew għall-akkwisti pubbliċi, l-estensjoni tal-applikazzjoni tal-proċedura nnegozjata u t-titjib tad-dispożizzjonijiet tal-ftehimiet qafas; |
II. PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI EWROPEA LI TEMENDA D-DIRETTIVA DWAR L-AKKWIST PUBBLIKU U D-DIRETTIVA DWAR L-AKKWIST MINN ENTITAJIET LI JOPERAW FIS-SETTURI TAS-SERVIZZI TAL-ILMA, L-ENERĠIJA, IT-TRASPORT U DAWK POSTALI
3. |
josserva li l-Proposta ġdida għal Direttiva dwar l-akkwist pubbliku tinvolvi sensiela ta’ dispożizzjonijiet ġodda u dettaljati rigward id-direttivi attwali. Xi wħud mill-proposti għandhom l-għan li jiffaċilitaw l-attivitajiet tal-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju. Ċerti forom ta’ kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet pubbliċi huma esklużi. Saret enfasi ikbar fuq l-ambjent, l-aspetti soċjali, l-innovazzjonijiet u l-akkwist elettroniku. Novità oħra hija l-proposta li titneħħa d-distinzjoni bejn is-servizzi “A” u “B” u l-introduzzjoni ta’ sistema ġdida għall-akkwist tas-servizzi soċjali. Ġew proposti wkoll regoli fil-qasam tas-sorveljanza u l-konsulenza tal-akkwist pubbliku; |
4. |
ġibed l-attenzjoni għall-ħtieġa ta’ qafas regolatorju ferm iżjed sempliċi meta kienet qed titfassal id-Direttiva attwali dwar l-akkwist pubbliku. Is-sistema attwali toħloq għadd kbir ta’ problemi u proċeduri legali minħabba l-kumplessità u n-nuqqas ta’ ċarezza tal-qafas regolatorju. Dan jista’ jiġi interpretat ukoll bħala nuqqas ta’ fiduċja fil-konfront tal-awtoritajiet kontraenti; barra minn hekk, jiddispjaċih li l-enfasi qiegħda fuq il-proċedura tal-akkwist pubbliku u mhux fuq ir-riżultat mil-lat tal-interess ġenerali; |
5. |
huwa tal-fehma li l-qafas regolatorju fil-qasam tal-akkwist għandu jpoġġi enfasi akbar fuq l-aktar offerti ekonomikament vantaġġużi fl-akkwist. Peress li l-għan prinċipali ta’ awtorità kontraenti li tidħol fi proċedura ta’ akkwist huwa li tixtri prodotti, servizzi jew xogħlijiet, il-qafas regolatorju għandu jiżgura li l-akkwist jiġi konkluż b’mod sodisfaċenti kemm għaċ-ċittadini kif ukoll għall-bejjiegħa u x-xerrejja. Iżjed minn kull ħaġa oħra, regoli sempliċi u li jinftiehmu faċilment bla dubju jaġevolaw anke l-kummerċ transkonfinali; |
6. |
jiddispjaċih li wħud mill-proposti l-ġodda huma diffiċli biex jinftiehmu u huma estremament dettaljati. Barra minn hekk, żdiedu bosta dispożizzjonijiet ġodda. Żdiedu wkoll ċerti dispożizzjonijiet bil-għan li jaġevolaw il-proċeduri tal-akkwist, iżda innovazzjonijiet oħra jinvolvu piżijiet amministrattivi għall-awtoritajiet kontraenti, minkejja li, sabiex l-akkwist pubbliku jsir b’mod tajjeb, hemm bżonn ta’ stabbiltà legali; |
7. |
josserva li, skont l-Artikolu 5(5) tat-Trattat tal-UE, il-kontenut u l-forma tal-azzjoni tal-Unjoni m’għandhomx jeċċedu dak li jkun meħtieġ sabiex jitwettqu l-objettivi tat-Trattati. Il-livell ta’ dettall propost imur kontra l-għan li jiġu ssemplifikati r-regoli tal-akkwist, u ser jinvolvi piż amministrattiv inaċċettabbli għall-awtoritajiet kontraenti, b’mod partikolari għall-awtoritajiet iż-żgħar fil-livell lokali u reġjonali; |
8. |
huwa tal-fehma li l-qafas regolatorju seta’ kien iżjed maniġġabbli kieku ġie stabbilit numru iżgħar ta’ regoli iżjed sempliċi, ikkomplementati, jekk ikun hemm bżonn, minn linji gwida bbażati fuq il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE. Dawn jistgħu jiġu aġġornati kontinwament mingħajr il-bżonn ta’ emendi oħra għad-Direttivi; |
9. |
jemmen li waħda mill-provi li huwa possibbli li jiġu stabbiliti regoli iżjed sempliċi, iżda wkoll iżjed effettivi, fil-qasam tal-akkwisti, toħroġ fid-dieher permezz tal-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi (GPA – Government Procurement Agreement) tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), li fil-fatt huwa iżjed sempliċi mir-regolamentazzjoni Ewropea korrispondenti. Il-Kummissjoni hija mitluba żżid b’mod sostanzjali l-limiti permessibbli fil-qasam tal-akkwisti. Fid-dawl tan-numru estremament baxx tal-akkwisti pubbliċi transkonfinali u tal-piżijiet amministrattivi li jipprevedi l-qafas regolatorju għall-awtoritajiet u l-fornituri, huwa inutli li l-limiti jiġu stabbiliti f’livell daqstant baxx. Il-GPA tad-WTO li ġie konkluż reċentement jieħu post il-Konvenzjoni tal-1994. Il-Kumitat tar-Reġjuni jħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex minn issa terġa’ tibda tinnegozja mill-ġdid il-ftehim li ġie konkluż f’Diċembru 2011 sabiex jiżdied il-limitu permissibbli b’mod sinifikanti; |
10. |
jemmen li huwa estremament importanti li jkun hemm regoli li jagħmluha possibbli li l-SMEs jipparteċipaw fl-akkwisti pubbliċi, billi jenfasizza l-possibbiltajiet għas-sottokuntrattar. Anke f’dan il-każ, qafas regolatorju sempliċi jkun iżjed vantaġġuż, fid-dawl tal-fatt li l-SMEs ma għandhomx aċċess għal konsulenza legali fil-qasam tal-akkwist jew ta’ kwalunkwe tip ieħor. L-intrapriżi huma esperti dwar il-prodotti u s-servizzi li jipprovdu, mhux dwar ir-regoli tal-akkwist. Qed tiġi proposta sensiela ta’ regoli li jiffaċilitaw l-attivitajiet tal-intrapriżi, pereżempju rigward il-bżonn li jinħarġu ċertifikati u l-introduzzjoni ta’ passaport Ewropew għall-akkwisti pubbliċi, li lkoll huma pożittivi. Iżda, fil-fehma tal-Kumitat, ma għandux ikun obbligatorju li l-kuntratti jinqasmu f’lottijiet jew li jingħataw raġunijiet għala dan ma jsirx; |
11. |
jemmen li l-kuntratti mogħtija lill-entitajiet ikkontrollati jew il-kooperazzjoni għall-eżekuzzjoni konġunta tax-xogħlijiet ta’ servizz pubbliku min-naħa tal-awtoritajiet kontraenti parteċipanti għandhom jiġu eżentati mill-applikazzjoni tar-regoli jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-Direttiva jiġu sodisfatti. Madankollu, ir-regoli proposti dwar eżenzjonijiet f’każ ta’ kooperazzjoni fi ħdan grupp u f’każ ta’ kooperazzjoni bejn awtoritajiet kontraenti huma fformulati b’mod ristrett wisq u ma jkunx possibbli li jitwettqu fil-prattika. Dan jippermetti li d-Direttiva tinterferixxi fl-arranġamenti amministrattivi interni tal-Istati Membri; |
12. |
ippropona, fl-Opinjoni tiegħu dwar il-Green Paper, li tiġi applikata l-proċedura nnegozjata taħt l-istess kundizzjonijiet stabbiliti għas-settur tas-servizzi pubbliċi, u għadu tal-istess fehma. Ma hemmx raġuni għalfejn naħsbu li l-awtoritajiet fis-settur tradizzjonali huma inqas adatti biex jinnegozjaw mill-awtoritajiet fis-settur tas-servizzi pubbliċi. L-awtoritajiet kontraenti jittrattaw l-akkwisti mhux biss fil-qasam tal-prodotti standard, iżda wkoll għal bosta prodotti kumplessi, pereżempju s-sistemi tal-IT u t-teknoloġija medika Il-proċedura nnegozjata hija adatta għal dawn il-proċeduri tal-akkwist, bħalma hija wkoll għal diversi tipi ta’ servizzi kumplessi; |
13. |
josserva li l-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju għandhom jibbenefikaw minn applikazzjoni iżjed mifruxa tal-proċedura nnegozjata, minħabba l-fatt li l-proċess ikun iżjed flessibbli. Problema oħra li jiltaqgħu magħha ta’ spiss dawn l-intrapriżi hija d-diffikultà li jiffaċċjaw biex jikkompletaw jew jimmodifikaw l-offerta; għalhekk ikun tajjeb li r-regoli f’dan il-qasam ikunu ftit inqas riġidi; |
14. |
jemmen li l-proċedura tal-akkwist fil-qasam tal-ICT hija partikolarment problematika, peress li l-kuntratti supplementari, bħal-liċenzji supplementari jew il-formoli ġodda, mhux dejjem jistgħu jkunu soġġetti għal proċedura tal-akkwist mingħajr ma jkun hemm inkonvenjenzi kbar, kemm mil-lat tekniku kif ukoll mil-lat ta’ spejjeż; |
15. |
jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li għall-awtoritajiet kontraenti fil-livell lokali u reġjonali, qed tiġi proposta sistema iżjed sempliċi li tipprevedi avviż ta’ informazzjoni minn qabel bħala mezz biex jinbeda l-kuntratt, b’konformità mad-dispożizzjonijiet tad-WTO. Jekk l-awtoritajiet jużaw din il-possibbiltà, m’għandhomx jippubblikaw sejħa għall-offerti separata qabel it-tnedija tal-proċedura tal-akkwist. Fil-fehma tal-Kumitat, din hija proposta tajba li tista’ tkun ta’ ġid kemm għall-awtoritajiet innifishom kif ukoll għall-intrapriżi; |
16. |
fl-Opinjoni tiegħu dwar il-Green Paper, jgħid li biex ir-regoli jkunu iżjed flessibbli, id-dispożizzjonijiet tal-ftehim qafas għandhom jiġu rregolati b’konformità ma’ dawk tad-Direttiva dwar l-“utilitajiet”. Sfortunatament, il-Kummissjoni minflok għażlet li tipproponi li tiġi emendata l-formulazzjoni ta’ din id-Direttiva, b’mod li tiġi rregolata bl-istess livell ta’ dettall previst għas-settur klassiku. Barra minn hekk, għandu jkun ċar li, fir-rigward ta’ prodotti jew servizzi li jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-individwi (pereżempju materjal għall-persuni b’diżabbiltà), il-ftehim jista’ jitfassal b’mod li ċ-ċittadin interessat ikun jista’ jagħżel il-fornitur minn fost dawk imniżżla fil-ftehim qafas; |
17. |
huwa favur l-akkwist elettroniku u jilqa’ b’sodisfazzjon l-inizjattiva tal-Kummissjoni f’dan il-qasam. L-akkwisti elettroniċi jipprovdu benefiċċji kemm għax-xerrejja kif ukoll għall-bejjiegħa. Huwa tal-fehma li l-perjodu ta’ tranżizzjoni ta’ sentejn propost mill-Kummissjoni qabel ma jsir obbligatorju li jitressqu u jintlaqgħu offerti elettroniċi huwa qasir wisq, b’mod partikolari għall-intrapriżi ż-żgħar. Huma l-awtoritajiet kontraenti li għandhom jieħdu deċiżjoni peress li l-livell ta’ maturità f’dan il-qasam ivarja b’mod sostanzjali kemm minn settur għal ieħor kif ukoll minn Stat Membru għal ieħor; huma dawn l-awtoritajiet li għandhom l-aħjar perspettiva globali tas-sitwazzjoni. Jidher illoġiku li jkun hemm regoli speċjali u skadenza iqsar għall-introduzzjoni tal-akkwist elettroniku fil-każ taċ-ċentri tal-bejgħ, speċjalment dawk fil-livell lokali u reġjonali; |
18. |
jenfasizza wkoll li huwa assolutament neċessarju li l-Kummissjoni tirrevedi l-kodiċi CPV (Vokabolarju Komuni tal-Akkwist) peress li huwa diffiċli li dak li jkun ifittex l-informazzjoni meħtieġa fiha, hija ambigwa u, f’ċerti partijiet, illoġika. Kodiċi CPV li taħdem kif imiss tiffavorixxi l-akkwisti elettroniċi; |
19. |
jisħaq li d-distinzjoni attwali bejn is-servizzi A u B għandha tinżamm b’mod assolut, u li l-Artikoli 74-76 proposti dwar is-servizzi soċjali u oħrajn għandhom jitħassru. Dawn is-servizzi ftit li xejn għandhom interess transkonfinali. Il-mudell propost għas-servizzi soċjali ma jikkumpensax għall-iżvantaġġi marbuta mat-tneħħija tas-sistema separata għas-servizzi B. L-eżenzjoni m’għandhiex tapplika biss għas-servizzi soċjali u dawk tas-saħħa – pereżempju, is-servizzi legali wkoll jinvolvu element sostanzjali ta’ fiduċja personali u ftit li xejn huma adatti għat-tipi standard għat-tressiq tal-offerta. Anke s-servizzi tal-forniment tal-ikel u x-xorb u s-servizzi tat-taħriġ vokazzjonali huma sikwit marbutin mill-qrib mas-servizzi soċjali, kif inhuma wkoll is-servizzi tat-tindif u servizzi simili pprovduti għall-persuni mdaħħlin fl-età u dawk b’diżabbiltà; |
20. |
huwa tal-fehma li l-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jagħtu kontribut sostanzjali biex jintlaħqu l-għanijiet previsti fl-Istrateġija Ewropa 2020, billi jużaw il-poter tal-akkwist tagħhom, speċjalment fir-rigward tal-inizjattivi ewlenin li jikkonċernaw l-“Unjoni tal-Innovazzjoni” u “Ewropa b’użu effiċjenti ta’ riżorsi”; |
21. |
jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-Proposta għal Direttiva tagħti piż ikbar lill-possibbiltà li jitqiesu r-rekwiżiti ambjentali u soċjali, anke jekk probabbilment mhux ser ikun faċli li r-regoli jiġu applikati (ara pereżempju l-Artikolu 67 dwar l-ispejjeż tul iċ-ċiklu tal-ħajja). Huwa importanti li jkunu l-awtoritajiet kontraenti li jiddeċiedu sa liema punt, u liema rekwiżiti, għandhom jiġu rispettati, minħabba n-natura differenti ħafna tal-prodotti u s-servizzi u l-ħtieġa li jkun permissibbli li l-għanijiet ta’ politika jiġu definiti mill-għażliet politiċi fil-livell lokali u reġjonali. Pereżempju, hemm differenza kbira bejn l-akkwist tas-siment u dak tat-tagħmir ta’ MRI. Però l-KtR jinnota li fi kwalunkwe każ irid ikun hemm rabta reali mas-suġġett tal-kuntratt, sabiex jiġu evitati d-deċiżjonijiet mhux trasparenti u arbitrarji dwar l-għoti tal-kuntratt u sabiex tiġi garantita kompetizzjoni ġusta bejn l-intrapriżi; |
22. |
huwa tal-fehma li, fil-qafas ta’ proċedura ta’ akkwist, għandu jkun possibbli li d-deċiżjonijiet isiru kemm abbażi tal-aktar prezz baxx kif ukoll jew abbażi tal-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża, skont l-għażla tal-awtorità kontraenti. Għal għadd kbir ta’ prodotti standard bħall-petrol, il-prezz huwa l-uniku kriterju rilevanti; l-istess jgħodd għal bosta prodotti kumplessi bħal ċerti mediċini li diġà ġiet ittestjata l-kwalià tagħhom bħala parti mill-awtorizzazzjoni uffiċjali għall-kummerċjalizzazzjoni. Li l-akkwist jissejjes fuq l-aktar prezz baxx ċertament m’għandux ifisser li ma jiġi impost l-ebda rekwiżit ta’ kwalità. F’dawn it-tipi ta’ proċeduri ta’ akkwist, ir-rekwiżiti ta’ kwalità huma obbligatorji, u mbagħad tiġi aċċettata l-offerta li tissodisfa dawn ir-rekwiżiti għall-aktar prezz baxx. Il-proċeduri bl-aktar prezz baxx jibbenefikaw ukoll minnhom negozji żgħar għax ta’ spiss ikollhom spejjeż amministrattivi baxxi u jistgħu joffru prezzijiet kompetittivi. Min-naħa l-oħra, il-kompetizzjoni relatata mal-karatteristiċi soċjali u ambjentali tista’ twarrab ħafna intrapriżi żgħar mis-suq. L-użu tal-frażi “l-aktar spiża baxxa” minflok “l-aktar prezz baxx” fil-proposta jqajjem konfużjoni. It-terminu “l-aktar spiża baxxa” huwa iżjed relatat mal-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża, u jindika li se jiġu kkunsidrati fatturi oħra minbarra l-prezz. F’ġieħ iċ-ċarezza, għandha tinżamm il-formulazzjoni tad-direttiva attwali; |
23. |
josserva li l-Kummissjoni tipproponi wkoll sensiela ta’ dispożizzjonijiet ġodda dwar ir-relazzjonijiet mas-sottokuntratturi u dwar it-tibdil tal-kuntratti matul il-perjodu tal-validità tagħhom. Fil-fehma tal-Kumitat, dawn l-aspetti għandhom jibqgħu ma jiġux regolati mid-Direttiva, għaliex huma l-iżjed kwistjonijiet koperti mil-liġi kuntrattwali tal-Istati Membri individwali. Madankollu, jista’ jkun siewi li jiġu indirizzati f’dokumenti interpretattivi; |
24. |
josserva li l-Kummissjoni tipproponi sensiela ta’ dispo¿izzjonijiet ta’ ambitu wiesa’ ħafna dwar korpi nazzjonali ta’ superviżjoni u l-appoġġ fil-qasam tal-akkwist. F’dan il-każ, nistgħu ngħidu li l-Green Paper ma tiddiskutix dawn l-aspetti. Fi kliem l-Artikolu 2 tal-Protokoll Nru 2 tat-Trattat ta’ Lisbona dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità, “[q]abel ma tipproponi att leġislattiv, il-Kummissjoni għandha tagħmel konsultazzjonijiet wiesgħa. Dawn il-konsultazzjonijiet għandhom, fejn ikun xieraq, iqisu d-dimensjoni reġjonali u lokali tal-azzjoni maħsuba. F’każijiet ta’ urġenza eċċezzjonali, il-Kummissjoni m’għandhiex tagħmel dawn il-konsultazzjonijiet.” Il-ħolqien ta’ awtoritajiet nazzjonali ta’ superviżjoni huwa indubbjament ta’ importanza kbira għal-livell lokali u reġjonali, b’mod partikolari fl-Istati Membri fejn l-awtoritajiet sottonazzjonali għandhom setgħat regolatorji; |
25. |
jemmen li l-proposta tmur kontra d-dritt ta’ kull Stat Membru li jorganizza l-amministrazzjoni proprja tiegħu u tikser il-prinċipju tas-sussidjarjetà. Huwa importanti li jiġu rispettati l-prinċipji tal-proporzjonalità u tas-sussidjarjetà. L-intervent propost min-naħa tal-EU għandu jkun kemm indispensabbli biex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti kif ukoll iżjed effettiv minn intervent simili fil-livell nazzjonali. F’dan il-każ, xejn ma jġegħilna naħsbu li s-sistema proposta se tkun iżjed effettiva minn kull intervent ieħor tal-Istati Membri individwali abbażi tas-sistemi nazzjonali rispettivi tagħhom. L-istrutturi governattivi u ġudizzjarji eżistenti għandhom ikunu jistgħu jibdew jaqdu r-rwoli ġodda ta’ infurzar mingħajr il-ħtieġa li jitwaqqfu korpi ġodda separati ta’ superviżjoni f’kull Stat Membru. Barra min hekk, jidher li l-mudell propost tal-Kummissjoni jiġbor flimkien diversi kompiti b’tali mod li jmur kontra d-distinzjoni tradizzjonali bejn l-awtoritajiet pubbliċi u l-qrati. |
III. RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU EMENDI
Emenda 1
COM(2011) 896 final
Premessa 14
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||||
|
|
Raġuni
Għandu jiġi ċċarat li l-forom differenti ta’ kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet pubbliċi ma jaqgħux taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tar-regoli fil-qasam tal-akkwist.
Emenda 2
COM(2011) 896 final
Premessa 46
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||||
|
|
Raġuni
L-evalwazzjoni taċ-ċirkostanzi imprevidibbli msemmija fil-premessi ma tistax tikkunsidra r-riżorsi disponibbli għall-awtoritajiet kontraenti u r-relazzjoni tagħhom mal-valur previdibbli totali ta’ proġett. Ir-riżorsi disponibbli għall-awtoritajiet kontraenti u l-evalwazzjoni ta’ dawk ir-riżorsi mhumiex inklużi fil-mandat tal-Kummissjoni u l-evalwazzjoni tar-riżultat finali tal-proċedura ta’ akkwist m’għandhiex tqis fatturi relatati mal-organizzazzjoni jew il-persunal tal-awtorità kontraenti. L-awtoritajiet kontraenti fil-livell lokali jistgħu jistabbilixxu r-riżorsi umani u l-metodi ta’ ħidma tagħhom stess irrispettivament minn kif għandhom jagħtu l-kuntratti għal servizzi pubbliċi. Il-mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni kkonċernat għandu jitneħħa mill-premessi peress li jmur kontra l-liġi tal-UE.
Emenda 3
COM(2011) 895 final
Artikolu 1
COM(2011) 896 final
Artikolu 1
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||
Artikolu 1 |
Artikolu 1 |
||
Suġġett u l-kamp ta’ applikazzjoni |
Suġġett u l-kamp ta’ applikazzjoni |
||
1. Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli dwar il-proċeduri għall-akkwist mill-awtoritajiet kontraenti fir-rigward tal-kuntratti pubbliċi kif ukoll tal-kompetizzjonijiet ta’ disinn, li l-valur tagħhom huwa stmat li mhuwiex inqas mil-limiti stabbiliti fl-Artikolu 4. |
1. Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli dwar il-proċeduri għall-akkwist mill-awtoritajiet kontraenti fir-rigward tal-kuntratti pubbliċi kif ukoll tal-kompetizzjonijiet ta’ disinn, li l-valur tagħhom huwa stmat li mhuwiex inqas mil-limiti stabbiliti fl-Artikolu 4. |
||
2. Fis-sens ta’ din id-Direttiva l-akkwist huwa x-xiri jew forom oħra ta’ akkwist ta’ xogħlijiet, provvisti jew servizzi minn awtorità kontraenti waħda jew aktar mingħand atturi ekonomiċi magħżula minn dawk l-awtoritajiet kontraenti, sew jekk ix-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi huma maħsuba għal skop pubbliku u sew jekk le. |
2. Fis-sens ta’ din id-Direttiva l-akkwist huwa x-xiri jew forom oħra ta’ akkwist ta’ xogħlijiet, provvisti jew servizzi minn awtorità kontraenti waħda jew aktar mingħand atturi ekonomiċi magħżula minn dawk l-awtoritajiet kontraenti. |
||
Firxa sħiħa ta’ xogħlijiet, provvisti u/jew servizzi, anki jekk mixtrija permezz ta’ kuntratti differenti, tikkostitwixxi akkwist wieħed skont it-tifsira ta’ din id-Direttiva, jekk il-kuntratti jkunu parti minn proġett wieħed. |
|||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
Raġuni
L-akkwist ta’ prodotti, servizzi u xogħlijiet li ma jaqdux l-interess pubbliku ma jidħolx fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttivi dwar l-akkwist pubbliku.
Għal proċedura ta’ akkwist pubbliku għandu jkun hemm kuntratt wieħed u mhux proġett, billi dan jista’ jinkludi wkoll elementi li ma jaqgħux taħt l-ambitu tad-Direttiva.
Ir-regoli dwar ir-relazzjonijiet bejn l-awtoritajiet pubbliċi għandhom jiċċaqilqu mill-Artikolu 11 (f’COM(2011) 896) u l-Artikolu 21 (f’COM(2011) 895) għall-Artikolu 1, peress li ma jidħlux fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva.
Fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE (kawża Teckal C-107/98), hemm referenza għall-biċċa l-kbira tal-attivitajiet u mhux għal 90 %; għalhekk, il-formulazzjoni ma għandhiex tkun aktar restrittiva minn dik tal-ġurisprudenza tal-Qorti.
B’segwitu tal-emenda proposta għandhom jitħassru l-Artikolu 11 (f’COM(2001) 896) u l-Artikolu 21 (f’COM(2011) 895).
Emenda 4
COM(2011) 896 final
Artikolu 4
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||||
Artikolu 4 |
Artikolu 4 |
||||
Ammonti tal-limiti stabbiliti |
Ammonti tal-limiti stabbiliti |
||||
Din id-Direttiva għandha tapplika għall-akkwisti li l-valur stmat tagħhom barra t-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) huwa daqs jew aktar mil-limiti stabbiliti li ġejjin: |
Din id-Direttiva għandha tapplika għall-akkwisti li l-valur stmat tagħhom barra t-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) huwa daqs jew aktar mil-limiti stabbiliti li ġejjin: |
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
Raġuni
Il-kummerċ transkonfinali huwa kważi ineżistenti, meta wieħed iqis il-limitu attwali ta’ madwar DKK 1,5 miljun għall-merkanzija u s-servizzi. Fost il-kuntratti konklużi fl-2009, 1,4 % biss kienu jinvolvu operazzjonijiet transkonfinali. Il-limitu għall-merkanzija u s-servzzi għandu jiżdied, filwaqt li punt (d) tal-Artikolu 4 għandu jitħassar. Id-darba li jmiss meta jiġi nnegozjat mill-ġdid il-ftehim tad-WTO, il-Kummissjoni għandha, tal-inqas, tagħti prijorità liż-żieda tal-limitu għall-akkwist f’termini reali. Fid-dawl tal-fatt li perċentwal żgħir ħafna biss tal-akkwist pubbliku huwa transkonfinali, u fid-dawl tal-piż amministrattiv li joħloq il-qafas regolatorju għall-awtoritajiet u l-fornituri, il-limiti m’għandhomx għalfejn ikunu baxxi daqs kemm huma bħalissa.
Emenda 5
COM(2011) 895 final
Artikolu 19
COM(2011) 896 final
Artikolu 10
Esklużjonijiet speċifiċi għal kuntratti ta’ servizzi
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||||
Esklużjonijiet speċifiċi għal kuntratti ta’ servizzi |
Esklużjonijiet speċifiċi għal kuntratti ta’ servizzi |
||||
… |
… |
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
[…] |
||||
|
|
Raġuni
(c) 1. |
Is-servizzi relatati mar-rappreżentanza legali fil-qorti u servzzi legali oħra huma marbutin mill-qrib mas-sistema legali nazzjonali rilevanti, li ġeneralment ma tipprevedix forniment transkonfinali. Barra minn hekk, tali servizzi jitolbu livell partikolari ta’ fiduċja, li ma jistax jiġi definit oġġettivament fi proċedura ta’ akkwist. |
(c) 2. |
Kriterji bħall-vijabbiltà ekonomika m’għandhomx jinfluwenzaw is-sikurezza nazzjonali, inklużi s-servizzi ta’ emerġenza. |
(d). |
Jeħtieġ li tinżamm l-eżenzjoni rigward id-dritt esklużiv previst fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 2004/18/KE attwali u fl-Artikoli 24 u 25 tad-Direttiva 2004/17/KE, kif ukoll id-dispożizzjonijiet dwar l-eżenzjoni rigward l-operazzjonijiet ta’ provvista ta’ flus jew ta’ kapital tal-awtoritajiet kontraenti previsti fl-Artikolu 16(d). Dispożizzjonijiet bħal dawn huma meħtieġa fl-Istati Membri. |
(g). |
It-trattati Ewropej jagħtu d-dritt espliċitu lill-Istati Membri li jittrasferixxu d-drittijiet esklużivi. Dan għandu jiġi rifless fir-regoli dwar l-akkwist. |
Emenda 6
COM(2011) 896 final
Artikolu 15
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
|
Artikolu 15 |
Raġuni
L-għan tat-test il-ġdid propost huwa li jikkjarifika l-kamp ta’ applikazzjoni tat-trasferimenti ta’ kompiti u responsabbiltajiet li mhumiex soġġetti għal-liġi dwar l-akkwist pubbliku.
Emenda 7
COM(2011) 895 final
Artikolu 21
COM(2011) 896 final
Artikolu 11
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||||
Ir-relazzjonijiet bejn l-awtoritajiet pubbliċi |
|||||
1. Kuntratt mogħti minn awtorità kontraenti lil persuna ġuridika ma għandux jibqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, fejn jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin: |
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
Awtorità kontraenti għandha titqies li teżerċita kontroll fuq persuna ġuridika li huwa analogu għal dak li hija teżerċita fuq id-dipartimenti tagħha stess skont it-tifisira tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu meta din teżerċita influwenza determinanti kemm fuq l-għanijiet strateġiċi kif ukoll fuq id-deċiżjonijiet importanti tal-persuna ġuridika kkontrollata. |
|||||
2. Il-paragrafu 1 japplika wkoll meta entità kkontrollata, li hija awtorità kontraenti, tagħti kuntratt lill-entità li jkollha l-kontroll tagħha, jew lil xi persuna ġuridika kkontrollata mill-istess awtorità kontraenti, sakemm ma jkun hemm l-ebda parteċipazzjoni privata fil-persuna ġuridika li jingħatalha l-kuntratt ta’ appalt. |
|
||||
3. Awtorità kontraenti li ma teżerċitax kontroll fuq persuna ġuridika skont it-tifsira tal-paragrafu 1, xorta waħda tista’ tagħti kuntratt ta’ appalt mingħajr ma tapplika din id-Direttiva lil persuna ġuridika li hija tikkontrolla b’mod konġunt ma’ awtoritajiet kontraenti oħra, meta jiġu sodisfatti il-kundizzjonijiet li ġejjin: |
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
Għall-finijiet tal-punt (a), l-awtoritajiet kontraenti għandhom jitqiesu li jikkontrollaw b’mod konġunt persuna ġuridika fejn jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin: |
|||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
4. Ftehim konkluż bejn żewġ awtoritajiet kontraenti jew aktar ma għandux jitqies bħala kuntratt ta’ appalt skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6) ta’ din id-Direttiva, meta jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin: |
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
5. Fil-mument tal-għoti tal-kuntratt jew tal-konklużjoni tal-ftehim għandu jiġi vverifikat li m’hemm l-ebda parteċipazzjoni privata msemmija fil-paragrafi 1 sa 4. |
|
||||
L-esklużjonijiet previsti fil-paragrafi 1 sa 4 għandhom jieqfu milli japplikaw mill-mument li fih isseħħ kwalunkwe parteċipazzjoni privata, bl-effett li l-kuntratti attwali jkunu jridu jinfetħu għall-kompetizzjoni permezz ta’ proċeduri regolari ta’ akkwist. |
Raġuni
It-tħassir tal-Artikoli 11 u 21 huwa konsegwenza loġika tal-Emenda 3.
Emenda 8
COM(2011) 895 final
Artikolu 31
COM(2011) 896 final
Artikolu 17
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
Kuntratti riżervati |
Kuntratti riżervati |
L-Istati Membri jistgħu jirriżervaw id-dritt li jipparteċipaw fi proċeduri ta’ akkwist pubbliku għal workshops protetti jew atturi ekonomiċi li l-għan tagħhom huwa l-integrazzjoni soċjali u professjonali ta’ ħaddiema li għandhom diżabbiltà jew li huma żvantaġġati jew jipprovdu sabiex dawn il-kuntratti jitwettqu fil-kuntest tal-programmi ta’ impjiegi protetti, sakemm aktar minn 30 % tal-impjegati ta’ dawk il-workshops, atturi jew programmi ekonomiċi huma persuni b’diżabilità jew ħaddiema żvantaġġati. |
L-Istati Membri jistgħu jirriżervaw id-dritt li jipparteċipaw fi proċeduri ta’ akkwist pubbliku għal workshops protetti jew atturi ekonomiċi li l-għan tagħhom huwa l-integrazzjoni soċjali u professjonali ta’ ħaddiema li għandhom diżabbiltà jew li huma żvantaġġati jew jipprovdu sabiex dawn il-kuntratti jitwettqu fil-kuntest tal-programmi ta’ impjiegi protetti, sakemm aktar minn 30 % tal-dawk il-workshops, atturi jew programmi ekonomiċi huma persuni b’diżabilità jew ħaddiema żvantaġġati. |
Is-sejħa għall-kompetizzjoni għandha tagħmel referenza għal din id-dispożizzjoni. |
Is-sejħa għall-kompetizzjoni għandha tagħmel referenza għal din id-dispożizzjoni. |
Raġuni
Billi din hija dispożizzjoni ġdida, jeħtieġ li jiġu definiti l-persuni milquta direttament mid-dispożizzjoni, l-aktar peress li għandha ambitu usa’ minn dak tal-Artikolu 19 attwali.
Emenda 9
COM(2011) 895 final
Artikolu 34
COM(2011) 896 final
Artikolu 19(7)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, sa mhux aktar tard minn sentejn (2) wara d-data speċifikata fl-Artikolu 92(1), il-proċeduri ta’ akkwist kollha taħt din id-Direttiva jitwettqu billi jintużaw mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni, b’mod partikolari s-sottomissjoni elettronika skont ir-rekwiżiti ta’ dan l-Artikolu. |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw lil-proċeduri ta’ akkwist kollha taħt din id-Direttiva jitwettqu billi jintużaw mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni, b’mod partikolari s-sottomissjoni elettronika skont ir-rekwiżiti ta’ dan l-Artikolu. |
Raġuni
Peress li l-kundizzjonijiet li fihom joperaw kemm l-awtoritajiet kontraenti, b’mod partikolari fil-livell lokali, kif ukoll il-fornituri ta’ servizzi f’diversi setturi jvarjaw b’mod sinifikanti, ikun aktar raġonevoli li l-Istati Membri jħejju b’mod attiv it-tranżizzjoni lejn akkwist elettroniku minflok ma jistabbilixxu rekwiżiti fuq perjodu qasir f’dan ir-rigward.
Emenda 10
COM(2011) 896 final
Artikolu 24
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||||
Għażla tal-proċeduri |
Għażla tal-proċeduri |
||||
1. Fl-għoti tal-kuntratti pubbliċi tagħhom, l-awtoritajiet kontraenti għandhom japplikaw il-proċeduri nazzjonali aġġustati sabiex ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, dejjem jekk, mingħajr ħsara għall-Artikolu 30, tkun ġiet ippubblikata sejħa għall-kompetizzjoni b’konformità ma’ din id-Direttiva. |
1. Fl-għoti tal-kuntratti pubbliċi tagħhom, l-awtoritajiet kontraenti għandhom japplikaw il-proċeduri nazzjonali aġġustati sabiex ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, dejjem jekk, mingħajr ħsara għall-Artikolu 30, tkun ġiet ippubblikata sejħa għall-kompetizzjoni b’konformità ma’ din id-Direttiva. |
||||
L-Istati Membri għandhom jispeċifikaw li dawk l-awtoritajiet kontraenti jistgħu japplikaw proċeduri miftuħa jew limitati kif irregolati f’din id-Direttiva. |
L-Istati Membri għandhom jispeċifikaw li dawk l-awtoritajiet kontraenti jistgħu japplikaw proċedur miftuħa limitat kif irregolat f’din id-Direttiva. |
||||
L-Istati Membri jistgħu jistabilixxu li l-awtoritajiet kontraenti jistgħu japplikaw għall-innovazzjoni kif irregolati f’din id-Direttiva. |
L-Istati Membri jistabilixxu li l-awtoritajiet kontraenti jistgħu japplikaw għall-innovazzjoni kif irregolati f’din id-Direttiva. |
||||
Jistgħu jipprovdu wkoll li awtoritajiet kontraenti jistgħu jużaw proċedura kompetittiva permezz tan-negozjar jew djalogu kompetittiv fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin: |
|||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jittrasponux fil-liġi nazzjonali tagħhom il-proċedura kompetittiva permezz tan-negozjar, id-djalogu kompetittiv u l-proċeduri tas-sħubija għall-innovazzjoni. |
Raġuni
Skont il-Kumitat tar-Reġjuni, fil-każ tal-proċedura nnegozjata għandhom japplikaw l-istess kundizzjonijiet kemm fis-settur klassiku kif ukoll fis-settur tal-“utilitajiet” u l-istess jgħodd għad-djalogu kompetittiv. Wieħed m’għandux għalfejn jaħseb li l-awtoritajiet tas-settur “klassiku” huma anqas adatti biex jinnegozjaw minn dawk tas-settur tal-“utilitajiet”. . L-għażla tal-proċedura li għandha tiġi applikata fil-qafas tal-kuntratti għandha tkun f’idejn l-awtoritajiet kontraenti.
Huwa importanti wkoll li jiġi ċċarat li hija l-awtorità kontraenti li għandha tagħżel il-proċedura adatta f’kull każ, mhux il-livell nazzjonali jew dak tal-UE. L-UE u l-livell nazzjonali għandhom jagħmlu l-proċeduri kollha disponibbli għall-awtoritajiet kontraenti. Kull aġir ieħor ifisser regoli u proċeduri differenti fi Stati Membri differenti, distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni li ma jkunux ekwivalenti.
Emenda 11
COM(2011) 896 final
Artikolu 30(2)(a)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||||
|
|
Raġuni
Flimkien mal-Artikolu 84 (li jintroduċi korp ġdid ta’ sorveljanza fil-livell nazzjonali), dan l-obbligu ta’ rappurtar iwassal għal burokrazija żejda. Kompiti amministrattitivi ġodda għandhom jiġu evitati b’mod assolut fl-interessi kemm tas-semplifikazzjoni tal-liġi tal-UE dwar l-akkwist kif ukoll taż-żieda fil-flessibbiltà tagħha. Għalhekk, din iż-żieda għandha titħassar.
Emenda 12
COM(2011) 895 final
Artikolu 44(3)(d)(i) u 44(3)(e)
COM(2011) 896 final
Artikolu 30(2)(c)(i) u 30(2)(d)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
Raġuni
F’dan l-artikolu, ma għandhomx jitħallew barra r-raġunijiet legali. B’hekk ikunu jistgħu jiġu koperti wkoll sitwazzjonijiet fejn, pereżempju, l-awtorità kontraenti tkun trid tibni bini (bħal xi skola) f’post partikolari, u sid l-art jaċċetta l-bejgħ biss bil-patt li jiġi fdat bil-proġett tal-bini.
L-użu tal-espressjoni “forza maġġuri” timplika riformulazzjoni aktar rigoruża tal-Artikolu 31(1)(c) tad-Direttiva 2004/18/KE attwali. Għandha tintuża l-formulazzjoni attwali. Għandu jkun possibbli li, matul proċeduri tal-qorti dwar rikors kontra akkwist, tintuża proċedura nnegozjata mingħajr kompetizzjoni għax-xiri ta’ prodotti u servizzi li l-provvista tagħhom trid tkun garantita minn awtorità kontraenti bis-saħħa ta’ leġislazzjoni oħra, pereżempju l-provvisti tal-ikel immirati lejn id-djar tal-anzjani jew il-valvijiet tal-qalb fl-isptarijiet.
Emenda 13
COM(2011) 895 final
Artikolu 45
COM(2011) 896 final
Artikolu 31
Ftehimiet qafas
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
1. L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jikkonkludu ftehimiet qafas, jekk japplikaw il-proċeduri speċifikati f’din id-Direttiva. |
1. L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jikkonkludu ftehimiet qafas, jekk japplikaw il-proċeduri speċifikati f’din id-Direttiva. |
Ftehim qafas ifisser ftehim bejn awtorità kontraenti waħda jew aktar u attur ekonomiku wieħed jew aktar, li l-għan tiegħu huwa li jistabbilixxi t-termini li jirregolaw il-kuntratti li għandhom jingħataw matul perjodu speċifikat, b’mod partikolari fir-rigward tal-prezz u, fejn xieraq, il-kwantità prevista. |
Ftehim qafas ifisser ftehim bejn awtorità kontraenti waħda jew aktar u attur ekonomiku wieħed jew aktar, li l-għan tiegħu huwa li jistabbilixxi t-termini li jirregolaw il-kuntratti li għandhom jingħataw matul perjodu speċifikat, b’mod partikolari fir-rigward tal-prezz u, fejn xieraq, il-kwantità prevista. |
It-terminu ta’ ftehim qafas ma għandux jaqbeż l-erba’ snin, għajr f’każijiet eċċezzjonali ġustifikati kif xieraq, b’mod partikolari mis-suġġett tal-ftehim qafas. |
|
2. Kuntratti bbażati fuq ftehim ta’ qafas għandhom jingħataw f’konformità mal-proċeduri stipulati f’dan il-paragrafu u l-paragrafi 3 u 4. |
2. Kuntratti bbażati fuq ftehim ta’ qafas għandhom jingħataw f’konformità mal-proċeduri stipulati f’dan il-paragrafu u l-paragrafi 3 u 4. |
Dawn il-proċeduri jistgħu jkunu applikati biss bejn dawk l-awtoritajiet kontraenti identifikati b’mod ċar għal dan l-iskop fis-sejħa għall-kompetizzjoni jew l-istedina għall-konferma tal-interess u dawk l-atturi ekonomiċi oriġinarjament firmatarji għall-ftehim ta’ qafas. |
|
Kuntratti bbażati fuq ftehim qafas ma jistgħux jagħmlu modifiki sostanzjali għat-termini stabbiliti f’dak il-ftehim qafas taħt l-ebda ċirkostanza, b’mod partikolari fil-każ imsemmi fil-paragrafu 3. |
Kuntratti bbażati fuq ftehim qafas ma jistgħux jagħmlu modifiki sostanzjali għat-termini stabbiliti f’dak il-ftehim qafas taħt l-ebda ċirkostanza, b’mod partikolari fil-każ imsemmi fil-paragrafu 3. |
L-awtoritajiet kontraenti ma għandhomx jużaw il-ftehimiet qafas b’mod skorrett jew b’tali mod li jipprevjenu, jillimitaw jew jgħawġu l-kompetizzjoni. |
Raġuni
Skont il-Kumitat tar-Reġjuni, fil-prinċipju l-ftehimiet qafas għandhom jiġu rregolati abbażi tad-Direttiva 2004/17/KE attwali, peress li ma hemm l-ebda raġuni għalfejn, pereżempju, jiġi rregolat il-perjodu ta’ validità ta’ dan it-tip ta’ ftehim ladarba dan ma jsirx għal tipi oħra ta’ kuntratti. Bħalma jiġri fil-kuntest tas-sistemi dinamiċi ta’ xiri, għandu jkun possibbli li jiġu inkorporati operaturi ekonomiċi ġodda waqt li-perjodu ta’ validità ta’ kuntratt, peress li dan ikun ta’ vantaġġ kemm għax-xerrejja kif ukoll għall-bejjiegħa. L-aħħar sentenza hija superfluwa, peress li hija konsegwenza ovvja tal-prinċipji ġenerali.
Emenda 14
COM(2011) 895
final Artikolu 45(4)
COM(2011) 896 final
Artikolu 31(4)
Ftehimiet qafas
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||||
4. Fejn ftehim qafas jiġi konkluż ma’ aktar minn attur ekonomiku wieħed, dan jista’ jsir b’wieħed minn dawn iż-żewġ modi: |
4. Fejn ftehim qafas jiġi konkluż ma’ aktar minn attur ekonomiku wieħed, dan jista’ jsir b’ dan il-mod: |
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
Raġuni
Id-Direttiva ma tikkjarifikax kif il-ftehimiet qafas għandhom jiġu applikati. Dan huwa l-każ b’mod partikolari tal-implimentazzjoni u l-għażla bejn l-għoti dirett ta’ kuntratti u t-tnedija mill-ġdid tal-kompetizzjoni. Bil-għan li l-implimentazzjoni ssir flessibli għandu jkun possibbli li tintuża taħlita ta’ dawn il-metodi. B’hekk tkun tista’ ssir referenza diretta għat-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti f’każ ta’ kuntratti iżgħar, filwaqt li jkun possibbli li l-kompetizzjoni terġa’ titnieda bl-istess ftehimiet qafas fil-każ ta’ kuntratti ikbar.
Emenda 15
COM(2011) 896 final
Artikolu 37
Akkwisti konġunti okkażjonali
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
1. Awtorità kontraenti waħda jew aktar jistgħu jaqblu li jwettqu ċerti akkwisti speċifiċi b’mod konġunt. |
1. Awtorità kontraenti waħda jew aktar jistgħu jaqblu li jwettqu ċerti akkwisti speċifiċi b’mod konġunt. |
2. Fejn awtorità kontraenti waħedha tmexxi l-proċeduri ta’ akkwist ikkonċernati fl-istadji kollha tagħhom mill-pubblikazzjoni tas-sejħa għall-kompetizzjoni sa tmiem it-twettiq tal-kuntratt jew kuntratti li jirriżultaw, dik l-awtorità kontraenti għandu jkollha r-responsabilità unika li tissodisfa l-obbligi skont din id-Direttiva. |
2. Fejn awtorità kontraenti waħedha tmexxi l-proċeduri ta’ akkwist ikkonċernati fl-istadji kollha tagħhom mill-pubblikazzjoni tas-sejħa għall-kompetizzjoni sa tmiem it-twettiq tal-kuntratt jew kuntratti li jirriżultaw, dik l-awtorità kontraenti għandu jkollha r-responsabilità unika li tissodisfa l-obbligi skont din id-Direttiva. |
Madanakollu, fejn it-tmexxija tal-proċeduri ta’ akkwist u t-twettiq tal-kuntratti li jirriżultaw jitwettqu minn aktar minn waħda mill-awtoritajiet kontraenti parteċipanti, kull waħda minnhom tibqa’ tkun responsabbli li tissodisfa l-obbligi tagħha skont din id-Direttiva fir-rigward tal-istadji li tmexxi. |
Madanakollu, fejn it-tmexxija tal-proċeduri ta’ akkwist u t-twettiq tal-kuntratti li jirriżultaw jitwettqu minn aktar minn waħda mill-awtoritajiet kontraenti parteċipanti, kull waħda minnhom tibqa’ tkun responsabbli li tissodisfa l-obbligi tagħha skont din id-Direttiva fir-rigward tal-istadji li tmexxi. |
|
|
Raġuni
Din iż-żieda tiżgura li l-akkwist konġunt ma jkunx ta’ piż żejjed. L-istess prinċipju għandu japplika kemm għall-kooperazzjoni okkażjonali kif ukoll għall-korpi ċentrali għall-akkwist (ara l-Artikolu 35(5)).
Emenda 16
COM(2011) 895 final
Artikolu 54
COM(2011) 896 final
Artikolu 40
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
1. L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi kif definiti fil-punt 1 tal-Anness VIII għandhom jiġu stabbiliti fid-dokumenti tal-akkwist. Huma għandhom jiddefinixxu l-karatteristiċi meħtieġa ta’ xogħol, servizz jew provvista. |
1. L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi kif definiti fil-punt 1 tal-Anness VIII għandhom jiġu stabbiliti fid-dokumenti tal-akkwist. Huma għandhom jiddefinixxu l-karatteristiċi meħtieġa ta’ xogħol, servizz jew provvista. |
Dawn il-karatteristiċi jistgħu jirreferu wkoll għall–proċess speċifiku ta’ produzzjoni jew provvediment tax-xogħlijiet, provvisti jew servizzi mitluba jew ta’ kwalunkwe stadju ieħor taċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu kif imsemmi fil-punt 22 tal-Artikolu 2. |
Dawn il-karatteristiċi jistgħu jirreferu wkoll għall–proċess speċifiku ta’ produzzjoni jew provvediment tax-xogħlijiet, provvisti jew servizzi mitluba jew ta’ kwalunkwe stadju ieħor taċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu kif imsemmi fil-punt 22 tal-Artikolu 2. |
L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom jispeċifikaw ukoll jekk huwiex se jkun meħtieġ it-trasferiment tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali. |
L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom jispeċifikaw ukoll jekk huwiex se jkun meħtieġ it-trasferiment tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali. |
Għall-akkwisti kollha li s-suġġett tagħhom huwa maħsub għall-użu minn persuni, kemm jekk għall-pubbliku ġenerali kif ukoll jekk għall-persunal tal-awtorità kontraenti, dawk l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom jitfasslu b’tali mod li jikkunsidraw il-kriterji ta’ aċċessibbiltà għall-persuni b’diżabilitajiet jew disinn għall-utenti kollha, għajr f’każijiet ġustifikati sew. |
|
Fejn l-istandards ta’ aċċessibilità mandatorji huma adottati permezz ta’ att leġiżlattiv tal-Unjoni, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom jiġu definiti b’referenza għalih, sa fejn ikunu kkonċernati l-kriterji ta’ aċċessibilità. |
Fejn l-istandards ta’ aċċessibilità mandatorji huma adottati permezz ta’ att leġiżlattiv tal-Unjoni, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom jiġu definiti b’referenza għalih, sa fejn ikunu kkonċernati l-kriterji ta’ aċċessibilità. |
Raġuni
L-ambitu tat-test propost huwa wiesa’ żżejjed minħabba l-varjetà kbira tal-proċeduri eżistenti tal-akkwist. Barra minn hekk, huma diġà previsti dispożizzjonijiet ta’ dan it-tip fl-istandards nazzjonali dwar il-bini. Għandu jinżamm it-test tal-Artikolu 23(1) tad-Direttiva 2004/18/KE attwali, kif ukoll dak tal-Artikolu 34(1) tad-Direttiva 2004/17/KE.
Emenda 17
COM(2011) 896 final
Artikolu 44
Qsim ta’ kuntratti f’lottijiet
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
1. Il-kuntratti pubbliċi jistgħu jinqasmu f’lottijiet omoġeni jew eteroġeni. Għal kuntratti b’valur ekwivalenti għal jew ikbar mil-limiti minimi pprovduti fl-Artikolu 4 iżda li ma humiex inqas minn EUR 500 000, determinati skont l-Artikolu 5, meta l-awtorità kontraenti ma tqisx xieraq li jinqasmu f’lottijiet, għandha tipprovdi fl-avviż tal-kuntratt jew fl-istedina għall-konferma tal-interess spjegazzjoni speċifika tar-raġunijiet tagħha. |
1. Il-kuntratti pubbliċi jistgħu jinqasmu f’lottijiet omoġeni jew eteroġeni. |
Fl-avviż dwar kuntratt jew fl-istedina għall-konferma tal-interess, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jindikaw jekk l-offerti humiex limitati biss għal lott waħda jew aktar. |
Raġuni
Il-proposta qed titħassar minħabba li ġġib magħha piż amministrattiv żejjed għall-awtoritajiet kontraenti.
Emenda 18
COM(2011) 896 final
Artikolu 54(2)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
Artikolu 54 |
Artikolu 54 |
L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jiddeċiedu li ma jagħtux kuntratt lill-offerent li jissottometti l-aħjar offerta fejn dawn ikunu stabbilixxew li l-offerta ma tikkonformax, għall-inqas b’mod ekwivalenti mal-obbligi stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-liġi soċjali u tax-xogħol jew tal-liġi ambjentali jew mad-dispożizzjonijiet tal-liġi internazzjonali soċjali u ambjentali elenkati fl-Anness XI. |
L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jiddeċiedu li ma jagħtux kuntratt lill-offerent li jissottometti l-aħjar offerta fejn dawn ikunu stabbilixxew li l-offerta ma tikkonformax, għall-inqas b’mod ekwivalenti mal-obbligi stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-liġi soċjali u tax-xogħol jew tal-liġi ambjentali jew mad-dispożizzjonijiet tal-liġi internazzjonali soċjali u ambjentali elenkati fl-Anness XI. |
Raġuni
L-offerenti għandhom jikkonformaw mal-leġislazzjoni nazzjonali kif ukoll dik tal-UE.
Emenda 19
COM(2011) 896 final
Artikolu 55(3)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
Artikolu 55 |
Artikolu 55 |
Sabiex japplikaw ir-raġuni għall-esklużjoni msemmija fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jipprovdu metodu għall-valutazzjoni tat-twettiq kontrattwali li huwa bbażat fuq kriterji oġġettivi u li jistgħu jitkejlu u applikati b’mod sistematiku, konsistenti u trasparenti. Kull valutazzjoni tal-prestazzjoni għandha tiġi komunikata lill-kuntrattur inkwistjoni, li għandu jingħata l-opportunità li joġġezzjona għas-sejbiet u li jikseb protezzjoni legali. |
Raġuni
L-ispjegazzjoni mogħtija fl-aħħar paragrafu tal-Artikolu 55(3) ma tinftehimx u għalhekk tnaqqas iċ-ċertezza legali, li jwassal biex jinġabu iżjed rikorsi quddiem il-qorti. Il-paragrafu jintroduċi wkoll obbligi ġodda għall-awtoritajiet kontraenti li għandhom jitneħħew biex titnaqqas il-burokrazija żejda.
Emenda 20
COM(2011) 895 final
Artikolu 76
COM(2011) 896 final
Artikolu 66
Kriterji tal-għoti ta’ kuntratt
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||||
1. Mingħajr ħsara għal-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali li jikkonċernaw ir-remunerazzjoni ta’ ċerti servizzi, il-kriterji li l-awtoritajiet kontraenti għandhom jibbażaw l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi fuqhom għandhom ikunu waħda minn dawn li ġejjin: |
1. Mingħajr ħsara għal-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali li jikkonċernaw ir-remunerazzjoni ta’ ċerti servizzi, il-kriterji li l-awtoritajiet kontraenti għandhom jibbażaw l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi fuqhom għandhom ikunu waħda minn dawn li ġejjin: |
||||
|
|
||||
|
|
||||
L-ispejjeż jistgħu jiġu valutati, skont l-għażla tal-awtorità kontraenti, fuq il-bażi tal-prezz biss jew billi jintuża approċċ tal-kosteffiċenza, bħall-approċċ tal-ispejjeż tul iċ-ċiklu tal-ħajja, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 67. |
|||||
2. Mill-punt ta’ vista tal-awtorità kontraenti, l-aktar offerta ekonomikament vantaġġjuża msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għandha tiġi identifikata fuq il-bażi tal-kriterji marbutin mas-suġġett tal-kuntratt pubbliku inkwistjoni. Dawk il-kriterji għandhom jinkludu, minbarra l-prezz jew l-ispejjeż imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1, kriterji oħrajn marbutin mas-suġġett tal-kuntratt pubbliku inkwistjoni, bħal: |
2. Mill-punt ta’ vista tal-awtorità kontraenti, l-aktar offerta ekonomikament vantaġġjuża msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għandha tiġi identifikata fuq il-bażi tal-kriterji marbutin mas-suġġett tal-kuntratt pubbliku inkwistjoni. Dawk il-kriterji għandhom jinkludu, minbarra l-prezz jew l-ispejjeż imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1, kriterji oħrajn marbutin mas-suġġett tal-kuntratt pubbliku inkwistjoni, bħal: Dawk il-kriterji għandhom jinkludu, minbarra l-prezz, kriterji oħrajn marbutin mas-suġġett tal-kuntratt pubbliku inkwistjoni, bħal: |
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
Raġuni
Hija ħaġa pożittiva li l-awtoritajiet kontraenti jkollhom l-għażla bejn il-kriterju tal-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża u dak tal-aktar spiża baxxa. Madankollu, għandha tinżamm il-formulazzjoni użata fid-Direttiva attwali, jiġifieri “l-aktar prezz baxx”, peress li l-aktar spiża baxxa ma tfissirx l-istess bħall-aktar prezz baxx. It-terminu “spiża” huwa aktar komprensiv mit-terminu “prezz”. Sabiex ikunu jistgħu jitqiesu parametri oħrajn bħall-ispejjeż taċ-ċiklu tal-ħajja, għandu jintuża l-kriterju tal-“aktar offerta ekonomikament vantaġġuża”.
F’ċerti każijiet, l-awtorità kontraenti tindika l-prezz sa mid-dokumenti tal-offerta. Għandu jkun ċar li dan huwa possibbli.
Il-kriterju taċ-ċirkwiti qosra tal-produzzjoni ġie inkluż biex l-awtoritajiet kontraenti jingħataw valur miżjud għal ċerti prodotti u servizzi. Dan il-valur miżjud jikkonċerna l-fatt li ċ-ċirkwiti qosra tal-produzzjoni jippermettu li l-prodotti u s-servizzi jaslu għand il-korpi tal-akkwist aktar malajr, b’adattament aktar rapidu u aktar flessibbli għar-rekwiżiti tagħhom. Barra minn hekk, il-kriterju jipprovdi wkoll għal titjib sinifikanti fl-istandards ambjentali (perjodi ta’ żmien iqsar għat-trasport u l-ħżin, anqas emissjonijiet) li fl-aħħar mill-aħħar huwa ta’ benefiċċju kemm għall-korpi tal-akkwist kif ukoll għall-pubbliku. Għalhekk, il-korpi tal-akkwist ikollhom il-possibbiltà li fil-kriterji tal-għoti tagħhom jinkludu parametri li jagħtu indikazzjonijiet usa’ f’ċerti kategoriji rigward l-offerta ta’ operatur ekonomiku partikolari, li jista’ jissodisfa aktar ir-rekwiżiti tal-akkwist pubbliku.
Barra minn hekk, għandu jkun possibbli b’mod espliċitu li jiġu kkunsidrati l-kriterji soċjali, pereżempju billi jiġu allokati aktar punti għal politika korporattiva ta’ opportunitajiet indaqs għall-impjegati u jekk jiġu rreklutati persuni li jkunu qiegħda għat-tul.
Emenda 21
COM(2011) 896 final
Artikolu 66(3)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
Artikolu 66 |
Artikolu 66 |
L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu li dak l-għoti ta’ ċerti tipi ta’ kuntratti għandu jkun ibbażat fuq l-aktar offerta ekonomikament vantaġġjuża kif imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1 u fil-paragrafu 2. |
Raġuni
L-għan li jiġi modernizzat l-akkwist pubbliku huwa li l-awtoritajiet kontraenti u l-offerenti jiġu pprovduti bl-ogħla livell ta’ flessibbiltà possibbli. Għalhekk, l-awtoritajiet kontraenti għandhom ikunu jistgħu jiddeċiedu huma stess jekk għandhomx jagħtu kuntratti abbażi tal-iżjed offerta ekonomikament vantaġġuża jew tal-iżjed prezz baxx. L-Istati Membri m’għandhomx jantiċipaw il-ħtiġijiet tal-awtoritajiet lokali f’dan ir-rigward. Jekk kuntratt ma jistax jingħata iżjed abbażi tal-iżjed prezz baxx, dan inaqqas b’mod sostanzjali l-opportunitajet tal-intrapriżi ż-żgħar li jikkompetu. Għalhekk, l-Artikolu 66(3) għandu jitħassar.
Emenda 22
COM(2011) 895 final
Artikolu 76(4)
COM(2011) 896 final
Artikolu 66(4)
Kriterji tal-għoti ta’ kuntratt
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
4. Il-kriterji tal-għoti ma għandhomx jagħtu lill-awtorità kontraenti libertà mingħajr restrizzjonijiet għall-għażla. Għandhom jiżguraw il-possibilità ta’ kompetizzjoni effettiva u għandhom ikunu akkumpanjati minn rekwiżiti li jippermettu li tiġi verifikata b’mod effettiv dik l-informazzjoni pprovduta mill-offerenti. L-awtoritajiet kontraenti għandhom jivverifikaw b’mod effettiv jekk l-offerti jissodisfawx il-kriterji tal-għoti fuq il-bażi tal-informazzjoni u l-provi pprovduti mill-offerenti. |
|
Raġuni
Din id-dispożizzjoni hija superfluwa. Ma tesprimi xejn ġdid u għandha titħassar. Il-kontenut tagħha diġà jinsab fil-prinċipji ġenerali.
Emenda 23
COM(2011) 896 final
Artikolu 73(a)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||||
|
|
Raġuni
Emenda konsegwenzjali għat-test tal-Kummissjoni b’segwitu tat-tneħħija tal-Artikolu 11(5) tal-COM(2011) 896 final u l-Artikolu 21(5) tal-COM(2011) 895 final (Emenda 7). Din is-sitwazzjoni ma tistax tibqa’ tapplika wara l-għoti tal-kuntratt.
Emenda 24
COM(2011) 895 final
Artikolu 77
COM(2011) 896 final
Artikolu 67
L-ispejjeż tul iċ-ċiklu tal-ħajja
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
3. Kull meta, permezz ta’ att leġiżlattiv tal-Unjoni, tiġi adottata metodoloġija komuni għall-kalkolu tal-ispejjeż taċ-ċiklu tal-ħajja, inkluż permezz ta’ atti ddelegati skont il-leġiżlazzjoni speċifika għas-settur, din għandha tiġi applikata fejn il-kalkolu tal-ispejjeż tul iċ-ċiklu tal-ħajja jkun inkluż fil-kriterji tal-għoti msemmija fl-Artikolu 66(1). |
|
Il-lista ta’ dawn l-atti leġiżlattivi u ddelegati hija pprovduta fl-Anness XV. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 89 rigward l-aġġornar ta’ din il-lista, fejn fuq il-bażi tal-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni ġdida, ikunu meħtieġa t-tħassir jew il-modifika ta’ din il-leġiżlazzjoni jew dawn l-emendi. |
Raġuni
Il-KtR jappoġġja l-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020 u jagħraf il-valur ta’ proċeduri tal-akkwist sostenibbli, soċjalment responsabbli u favorevoli għall-innovazzjoni. Huwa wkoll pożittiv li l-Kummissjoni tħeġġeġ lill-awtoritajiet kontraenti jikkunsidraw l-ispejjeż tul iċ-ċiklu tal-ħajja. Bħalissa qed issir ħafna ħidma f’dan il-qasam, iżda għad baqa’ ħafna xi jsir. Skont il-Kumitat, fiċ-ċirkustanzi attwali l-obbligu li tintuża l-metodoloġija stabbilita mill-UE huwa eċċessiv.
Emenda 25
COM(2011) 895 final
Artikolu 79
COM(2011) 896 final
Artikolu 69
Offerti baxxi wisq
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||||
1. L-awtoritajiet kontraenti għandhom jeħtieġu li l-atturi ekonomiċi jispjegaw il-prezz jew l-ispejjeż mitlubaż, fejn jiġu sodisfatti dawn il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin: |
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
2. Fejn l-offerti jkunu jidhru baxxi wisq għal raġunijiet oħra, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jitolbu spjegazzjoni għal dan ukoll. |
. Fejn l-offerti jkunu jidhru baxxi wisq għal raġunijiet oħra, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jitolbu spjegazzjoni għal dan ukoll. |
||||
3. L-ispjegazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 jistgħu jkunu relatati b’mod partikolari ma’: |
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
4. L-awtorità kontraenti għandha tivverifika l-informazzjoni pprovduta billi tikkonsulta lill-offerent. Din tista’ tiċħad l-offerta biss fejn il-provi ma jiġġustifikawx il-livell baxx tal-prezz jew tal-ispejjeż mitluba, billi jittieħdu f’kunsiderazzjoni l-elementi msemmija fil-paragrafu 3. |
|
||||
L-awtoritajiet kontraenti għandhom jiċħdu l-offerta, fejn ikunu stabbilixxew li l-offerta hija baxxa wisq għax ma tikkonformax mal-obbligi stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-liġi soċjali u tax-xogħol jew tal-liġi ambjentali jew tad-dispożizzjonijiet internazzjonali tal-liġi soċjali u ambjentali elenkati fl-Anness XI. |
|||||
5. Fejn awtorità kontraenti tiddeċiedi li offerta hija baxxa wisq għax l-offerent kiseb għajnuna mill-Istat, l-offerta tista’ tiġi miċħuda għal dik ir-raġuni waħedha iżda biss wara konsultazzjoni mal-offerent fejn, fi ħdan limitu ta’ żmien suffiċjenti stabbilit mill-awtorità kontraenti, dan tal-aħħar ma jistax juri li l-għajnuna inkwistjoni hija kompatibbli mas-suq intern fis-sens tal-Artikolu 107 tat-Trattat.Fejn l-awtorità kontraenti tiċħad offerta f’dawk iċ-ċirkostanzi, din għandha tgħarraf lill-Kummissjoni dwar dan. |
|
||||
6 Meta ssirilhom talba, l-Istati Membri għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri l-oħrajn, skont l-Artikolu 88, kwalunkwe informazzjoni relatata mal-provi u d-dokumenti ppreżentati fir-rigward tad-dettalji elenkati fil-paragrafu 3. |
|
Raġuni
Fil-każ ta’ offerti baxxi wisq, il-Kumitat tar-Reġjuni jippreferi jżomm il-formulazzjoni tal-Artikolu 55 tad-Direttiva 2004/18/KE fis-seħħ bħalissa, peress li t-test propost iġib miegħu piżijiet amministrattivi kemm għall-awtoritajiet kontraenti kif ukoll għall-fornituri. Barra minn hekk, it-test propost inaqqas ukoll bla bżonn il-marġni ta’ manuvra tal-awtoritajiet kontraenti f’dan il-qasam.
Emenda 26
COM(2011) 895 final
Artikolu 81
COM(2011) 896 final
Artikolu 71
Sottokuntrattar
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
1. Fid-dokumenti tal-akkwist, l-awtorità kontraenti tista’ titlob jew tista’ tkun meħtieġa minn Stat Membru li titlob lill-offerent sabiex fl-offerta tiegħu jindika kwalunkwe sehem mill-kuntratt li hu jista’ jkollu l-ħsieb li jagħti bħala sottokuntratt lil partijiet terzi u jindika anki kwalunkwe sottokuntratturi proposti. |
|
2. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li fuq talba tas-sottokuntrattur u fejn in-natura tal-kuntratt tkun tippermetti dan, l-awtorità kontraenti għandha tittrasferixxi l-ħlasijiet dovuti direttament lis-sottokuntrattur għas-servizzi, il-provvisti jew ix-xogħlijiet pprovduti lill-kuntrattur prinċipali. F’dan il-każ, l-Istati Membri għandhom jimplimentaw mekkaniżmi xierqa li jippermettu lill-kuntrattur prinċipali sabiex joġġezzjona għal ħlasijiet mhux dovuti. L-arranġamenti li jikkonċernaw dak il-mod ta’ ħlas għandhom jiġu stabbiliti fid-dokumenti tal-akkwist. |
|
3. Il-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu mingħajr ħsara għall-kwistjoni tar-responsabilità tal-attur ekonomiku prinċipali. |
|
Raġuni
Ir-relazzjoni bejn il-kuntrattur u s-sottokuntrattur taqa’ taħt il-liġi dwar il-kompetizzjoni u taħt il-liġi kuntrattwali tal-Istati Membri, u dan m’għandux jiġi emendat minn din id-Direttiva.
Barra minn hekk, din id-dispożizzjoni tikkawża inċertezza legali, peress li sottokuntrattur li abbażi ta’ kumpens jaħdem għal awtorità kontraenti ma jibqax sottokuntrattur iżda jsir kuntrattur. Din id-dispożizzjoni tista’ tillimita l-possibbiltà li l-awtorità kontraenti tiċħad il-ħlas sakemm il-ħidma tkun għadha ma twettqitx abbażi tal-kuntratt.
Emenda 27
COM(2011) 895 final
Artikolu 82
COM(2011) 896 final
Artikolu 72
Modifika ta’ kuntratti matul it-terminu tagħhom
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||||
1. Modifika sostanzjali tad-dispożizzjonijiet ta’ kuntratt pubbliku matul it-terminu tiegħu għandha titqies bħala għoti ġdid għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, li għaldaqstant għandha teħtieġ proċedura ta’ akkwist ġdida skont din id-Direttiva. |
|
||||
2. Modifika ta’ kuntratt matul it-terminu tiegħu għandha titqies sostanzjali fit-tifsira tal-paragrafu 1 fejn din trendi l-kuntratt sostanzjalment differenti minn dak inizjalment konkluż. Fi kwalunkwe każ, mingħajr ħsara għall-paragrafu 3 u 4, modifika għandha titqies bħala sostanzjali fejn tkun sodisfatta waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin: |
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
3. Is-sostituzzjoni tal-imsieħeb kuntrattwali għandha titqies bħala modifika sostanzjali fit-tifisra tal-paragrafu 1. |
|
||||
Madanakollu, l-ewwel subparagrafu ma għandux japplika fil-każ ta’ suċċessjoni universali jew parzjali fil-pożizzjoni tal-kuntrattur inizjali, wara operazzjonijiet ta’ ristrutturar korporattiv jew insolvenza ta’ attur ekonomiku ieħor li jissodisfa l-kriterji tal-għażla kwalitattiva inizjalment stabbiliti, dejjem jekk din ma twassalx għal modifiki sostanzjali oħrajn għall-kuntratt u ma għandhiex l-għan li tevita l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. |
|||||
4. Fejn il-valur ta’ modifika jista’ jingħata f’termini monetarji, il-modifika ma għandhiex titqies bħala sostanzjali fit-tifsira tal-paragrafu 1, fejn il-valur tagħha ma jaqbiżx il-limit stabbiliti fl-Artikolu 4 u fejn hija taħt il-5 % tal-prezz tal-kuntratt inizjali, dejjem jekk il-modifika ma tibdilx in-natura ġenerali tal-kuntratt. Fejn isiru diversi modifiki suċċessivi, il-valur għandu jiġi valutat fuq il-bażi tal-valur kumulattiv tal-modifiki suċċessivi. |
|
||||
5. Modifiki ta’ kuntratt ma għandhomx jitqiesu sostanzjali fit-tifsira tal-paragrafu 1 fejn dawn ġew speċifikati fid-dokumenti tal-akkwist fi klawżoli jew għażliet ta’ reviżjoni ċari, preċiżi u inekwivokabbli. Dawn il-klawżoli għandhom jiddikkjaraw il-kamp ta’ applikazzjoni u n-natura ta’ modifiki jew għażliet possibbli kif ukoll il-kundizzjonijiet li dawn jistgħu jintużaw taħthom. Ma għandhomx jipprovdu għal modifiki jew għażliet li jibdlu n-natura ġenerali tal-kuntratt. |
|
||||
6. Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, modifika sostanzjali ma għandhiex teħtieġ proċedura ta’ akkwist ġdida fejn jintlaħqu l-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin: |
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
L-awtoritajiet kontraenti għandhom jippubblikaw avviż dwar dawn il-modifiki f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dawn l-avviżi għandu jkun fihom l-informazzjoni stabbilita fl-Anness VI, parti G u jkunu ppubblikati skont l-Artikolu 49. |
|||||
7. L-awtoritajiet kontraenti ma għandux ikollhom rikors għall-modifiki tal-kuntratt fil-każijiet li ġejjin: |
|
||||
|
|
||||
|
|
Raġuni
Id-Direttivi attwali jipprevedu regoli proċedurali dwar kif għandhom jiġu eżegwiti l-akkwisti. Ma jinkludu l-ebda dispożizzjoni dwar il-modifiki ta’ kuntratti matul it-terminu tagħhom, u dan għandu jkun ukoll il-każ tad-Direttivi l-ġodda. Inkella jinħolqu piżijiet amministrattivi superfluwi għall-awtoritajiet kontraenti u tonqos il-flessibbiltà. Jekk il-Kummissjoni tixtieq tipprovdi tagħrif dwar il-prassi legali f’dan il-qasam, imissha pjuttost tuża komunikazzjonijiet interpretattivi.
Emenda 28
COM(2011) 896 final
Artikolu 83
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
Artikolu 83 |
Artikolu 83 |
B’konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 89/665/KEE, l-Istati Membri għandhom jiżguraw applikazzjoni korretta ta’ of din id-Direttiva permezz ta’ mekkaniżmi effettivi, disponibbli u trasparenti li jikkumplimentaw is-sistema implimentati għar-reviżjoni tad-deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet kontraenti. |
Raġuni
M’hemmx bżonn li f’Direttiva jissemma li għandha tiġi applikata b’mod korrett. Is-sistemi eżistenti għall-monitoraġġ tad-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet kontraenti huma biżżejjed. Fl-interess tas-semplifikazzjoni u l-flessibbiltà, m’mgħandhomx jinħolqu sistemi superfluwi.
Emenda 29
COM(2011) 895 final
Artikolu 93
COM(2011) 896 final
Artikolu 84
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||||
Sorveljanza pubblika |
|||||
1. L-Istati Membri għandhom jagħżlu korp indipendenti wieħed responsabbli mis-sorveljanza u l-koordinazzjoni tal-attivitajiet ta’ implimentazzjoni (minn hawn ’il quddiem jissejjaħ ‘il-korp ta’ sorveljanza’). L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bl-għażla tagħhom. L-awtoritajiet kontraenti kollha għandhom ikunu soġġetti għas-sorveljanza bħal din. |
|
||||
2. L-awtoritajiet kompetenti involuti fl-attivitajiet ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu organizzati b’tali mod li jkunu evitati l-kunflitti ta’ interess. Is-sistema ta’ sorveljanza pubblika għandhom ikunu trasparenti. Għal dan il-għan, għandhom jiġu ppubblikati d-dokumenti ta’ gwida u opinjoni kollha u r-rapport annwali li juri l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tar-regoli stabbiliti f’din id-Direttiva. |
|
||||
Ir-rapport annwali għandu jinkludi dawn li ġejjin: |
|||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
3. Il-korp ta’ sorveljanza għandu jkun responsabbli għall-kompiti li ġejjin: |
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
Il-kompiti msemmija fil-punt (e) għandhom ikunu mingħajr ħsara għall-eżerċizzju tad-drittijiet ta’ appell taħt il-liġi nazzjonali jew taħt is-sistema stabbilita fuq il-bażi tad-Direttiva 89/665/KEE. |
|||||
L-Istati Membri għandhom jagħtu s-setgħa lill-korp ta’ sorveljanza sabiex jieħu taħt idejh il-ġurisdizzjoni kompetenti skont il-liġi nazzjonali għar-reviżjoni tad-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet kontraenti meta jkun identifika ksur matul l-attività ta’ monitoraġġ u ta’ konsulenza legali tagħhom. |
|||||
4. Mingħajr ħsara għall-proċeduri ġenerali u l-metodi ta’ ħidma stabbiliti mill-Kummissjoni għall-komunikazzjonijiet u l-kuntratti tagħha mal-Istati Membri, il-korp ta’ sorveljanza għandu jaġixxi bħala punt ta’ kuntatt speċifiku għall-Kummissjoni meta jissorvelja l-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni u l-implimentazzjoni tal-baġit mill-Unjoni fuq il-bażi tal-Artikolu 17 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Għandu jirraporta mal-Kummissjoni dwar kwalunkwe vjolazzjoni ta’ din id-Direttiva fi proċeduri ta’ akkwist għall-għoti ta’ kuntratti ffinanzjati direttament jew indirettament mill-Unjoni. |
|
||||
Mingħajr ħsara għall-proċeduri ġenerali u l-metodi ta’ ħidma stabbiliti mill-Kummissjoni għall-komunikazzjonijiet u l-kuntratti tagħha mal-Istati Membri, il-korp ta’ sorveljanza għandu jaġixxi bħala punt ta’ kuntatt speċifiku għall-Kummissjoni meta jissorvelja l-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni fuq il-bażi tal-Artikolu 17 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Għandu jirraporta mal-Kummissjoni dwar kwalunkwe vjolazzjoni ta’ din id-Direttiva fi proċeduri ta’ akkwist għall-għoti ta’ kuntratti ffinanzjati direttament jew indirettament mill-Unjoni. |
|||||
Il-Kummissjoni tista’ titlob lill-korp ta’ sorveljanza biex janalizza ksur allegat tar-regoli ta’ akkwist pubbliku tal-Unjoni li jaffettwa proġetti kofinanzjati mill-baġit tal-Unjoni. Il-Kummissjoni tista’ tafda lill-korp ta’ sorveljanza biex isegwi ċertu każijiet u jiżgura li jittieħdu l-konsegwenzi xierqa mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali li se jkunu obbligati jsegwu l-istruzzjonijiet tagħha għall-ksur tar-regoli ta’ akkwist pubbliku tal-Unjoni li jaffettwa proġetti kofinanzjati. |
|||||
5. L-attivitajiet ta’ investigazzjoni u infurzar imwettqa mill-korp ta’ sorveljanza mwettqa mill-korp ta’ sorveljanza sabiex jiżgura li d-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet kontraenti jikkonformaw ma’ din id-Direttiva u l-prinċipji tat-Trattat ma għandhomx jieħdu post jew jippreġudikaw ir-rwol istituzzjonali tal-Kummissjoni bħala gwardjan tat-Trattat. Meta l-Kummissjoni tiddeċiedi li tirreferi t-trattament ta’ każ individwali skont il-paragrafu 4, għandu jibqa’ jkollha d-dritt li tintevjeni skont is-setgħat ikkonferiti lilha mit-Trattat. |
|
||||
6. L-awtoritajiet kontraenti għandhom jittrażmettu lill-korp ta’ sorveljanza it-test sħiħ tal-kuntratti konklużi kollha b’valur ekwivalenti għal jew ikbar minn |
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
7. Mingħajr ħsara għal-liġi nazzjonali dwar l-aċċess għall-informazzjoni u f’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE dwar il-protezzjoni tad-dejta, il-korp ta’ sorveljanza, għandu, wara li jirċievi talba bil-miktub, jagħti aċċess dirett mhux ristrett u sħiħ, u mingħajr ħlas għall-kuntratti konklużi msemmija fil-paragrafu 6. L-aċċess għal ċertu partijiet tal-kuntratt jista’ jkun miċħud meta d-divulgazzjoni timpedixxi l-infurzar tal-liġi jew inkella tmur kontra l-interess pubbliku, tkun ta’ ħsara għall-interessi kummerċjali leġittimi ta’ atturi ekonomiċi, pubbliċi jew privati, jew tista’ tippreġudika l-kompetizzjoni ġusta bejniethom. |
|
||||
L-aċċess għal partijiet li jistgħu jkunu rilaxxati għandu jingħata fi żmien raġonevoli u mhux iktar tard minn 45 ġurnata mid-data tat-talba. |
|||||
L-applikanti li jagħmlu talba għal aċċess għal kuntratt ma għandhomx għalfejn juru ebda interess dirett jew indirett relatat ma’ dak il-kuntratt partikolari. Ir-riċevitur tal-informazzjoni għandu jkun jista’ jippubblikaha. |
|||||
8. Għandu jiġi inkluż sommarju tal-attivitajiet kollha mwettqa mill-korp ta’ sorveljanza skont il-paragrafi 1 sa 7 fir-rapport annwali msemmi fil-paragrafu 2. |
|
Raġuni
L-obbligu li jinħolqu korpi nazzjonali inkarigati mis-sorveljanza u li dawn jingħaddewlhom il-kuntratti jidħol f’kunflitt ċar mal-prinċipju tas-sussidjarjetà. Huwa kompitu tal-Istati Membri li jorganizzaw l-amministrazzjoni pubblika tagħhom. Is-superviżjoni nazzjonali tar-rispett tar-regoli dwar l-akkwist hija f’idejn il-qrati, il-korpi ta’ sorveljanza u l-entitajiet ta’ verifika tal-Istati Membri. Barra minn hekk, dawn id-dispożizzjonijiet joħolqu piżijiet amministrattivi ġodda għall-awtoritajiet kontraenti.
Emenda 30
COM(2011) 896 final
Artikolu 85(1)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||||
Artikolu 85 |
Artikolu 85 |
||||
Għal kull kuntratt jew ftehim qafas, u kull darba li tiġi stabbilita sistema dinamika ta’ xiri, l-awtoritajiet kontraenti għandhom ifasslu rapport bil-miktub li bħala minimu għandu jinkludi dan li ġej: |
|||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
Raġuni
Dawn ir-rekwiżiti ta’ dokumentazzjoni jirrappreżentaw piż sproporzjonat għall-awtoritajiet lokali u ma jaqdu l-ebda skop. L-għan tar-riforma huwa preċiżament dak li jitneħħew rekwiżiti superfluwi ta’ dokumentazzjoni, u mhux li tinħoloq burokrazija ġdida.
Emenda 31
COM(2011) 896 final
Artikolu 85, l-aħħar żewġ sottoparagrafi
Rapporti individwali dwar proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
Artikolu 85 Rapporti individwali dwar proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti |
Artikolu 85 |
L-awtoritajiet kontraenti għandhom jiddokumentaw il-progress tal-proċeduri ta’ akkwist kollha, kemm jekk dawn isiru b’mezzi elettroniċi kif ukoll jekk ma jsirux hekk. Għal dan il-għan, għandhom jiddokumentaw l-istadji kollha fil-proċedura ta’ akkwist, inklużi l-komunikazzjonijiet kollha ma’ atturi ekonomiċi u d-deliberazzjonijiet interni, it-tħejjija ta’ offerti, id-djalogu u n-negozjati jekk kien hemm, l-għażla u l-għoti tal-kuntratt. |
|
Ir-rapport, jew l-elementi ewlenin tiegħu, għandhom jiġu komunikati lill-Kummissjoni jew lill-korp ta’ sorveljanza nazzjonali fejn dawn jitolbu li jsir hekk. |
Raġuni
Fil-fehma tal-Kumitat tar-Reġjuni, is-sistema tar-rappurtar stabbilita fl-Artikolu 43 tad-Direttiva 2004/18/KE hija aħjar mis-sistema proposta, u hija iżjed faċli biex jamministrawha l-awtoritajiet kontraenti.
Emenda 32
COM(2011) 895 final
Artikolu 95
COM(2011) 896 final
Artikolu 86
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||||
Rapportar nazzjonali u listi ta’ awtoritajiet kontraenti |
|||||
1. Il-korpi stabbiliti jew magħżula skont l-Artikolu 84 għandhom jgħaddu rapport ta’ implimentazzjoni u statistiku lill-Kummissjoni, fuq il-bażi tal-forma standard, mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru tas-sena ta’ wara. |
|
||||
2. Bħala minimu, ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun fih l-informazzjoni li ġejja: |
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
3. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 89 biex temenda l-Anness I, sabiex taġġorna l-lista ta’ awtoritajiet kontraenti wara n-notifiki mill-Istati Membri, fejn dawn l-emendi jkunu meħtieġa sabiex jiġu identifikati b’mod korrett l-awtoritajiet kontraenti; |
|
||||
Perjodikament, il-Kummissjoni tista’ tippubblika l-lista ta’ korpi rregolati mil-liġi pubblika trażmessa skont il-punt (a) tal-paragrafu 2 għal informazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|||||
4. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni dik l-informazzjoni dwar l-organizzazzjoni istituzzjonali tagħhom relatata mal-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-infurzar ta’ din id-Direttiva, kif ukoll dwar l-inizjattivi nazzjonali meħuda sabiex jipprovdu gwida dwar l-implimentazzjoni tar-regoli tal-Unjoni dwar l-akkwisti pubbliċi jew sabiex din tiġi assistita, jew inkella sabiex iwieġbu għall-isfidi li jxekklu l-implimentazzjoni ta’ dawk ir-regoli. |
|
||||
5. Il-Kummissjoni għandha tistabbilxxi forma standard għall-implimentazzjoni annwali u r-rapport statistiku msemmi fil-paragrafu 1. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 91. |
|
Raġuni
Id-dispożizzjonijiet proposti għandhom jitħassru, peress li joħolqu piż amministrattiv sproporzjonat kemm għall-entitajiet inkarigati mill-ġbir ta’ din l-informazzjoni kollha kif ukoll għall-awtoritajiet kontraenti li jridu jipproċessaw l-informazzjoni miġbura.
Emenda 33
COM(2011) 895 final
Artikolu 96
COM(2011) 896 final
Artikolu 87
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
Assistenza lill-awtoritajiet kontraenti u n-negozji |
|
1. L-Istati Membri għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni strutturi ta’ appoġġ tekniku sabiex jipprovdu parir legali u ekonomiku, gwida u assistenza lill-awtoritajiet kontraenti fit-tħejjija u t-twettiq tal-proċeduri ta’ akkwist. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li kull awtorità kontraenti tista’ tikseb assistenza kompetenti u konsulenza dwar kwistjonijiet individwali. |
|
2. Bil-għan li jitjieb l-aċċess għal akkwisti pubbliċi għall-atturi ekonomiċi, b’mod partikolari għall-SMEs, u sabiex jiġi faċilitat il-fehim korrett tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tista’ tinkiseb l-assistenza xierqa, anki b’mezzi elettroniċi jew billi jintużaw netwerks eżistenti ddedikati għall-assistenza tan-negozji. |
|
3. Assistenza amministrattiva speċifika għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ atturi ekonomiċi li għandhom il-ħsieb li jieħdu sehem fi proċedura ta’ akkwist fi Stat Membru ieħor. Bħala minimu, assistenza bħal din għandha tkopri rekwiżiti amministrattivi fl-Istat Membru kkonċernat, kif ukoll obbligi possibbli relatati mal-akkwisti elettroniċi. |
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-atturi ekonomiċi interessati jkollhom aċċess faċli għal informazzjoni xierqa dwar l-obbligi relatati mat-taxxi, il-protezzjoni ambjentali, u l-obbligi legali soċjali u tax-xogħol, li huma fis-seħħ fl-Istat Membru, fir-reġjun jew lokalità fejn ix-xogħlijiet għandhom jitwettqu jew fejn is-servizzi għandhom jiġu pprovduti u li se jkunu applikabbli għax-xogħlijiet imwettqa fuq il-post jew għas-servizzi pprovduti matul it-twettiq tal-kuntratt. |
|
4. Għall-finijiet tal-paragrafi 1, 2 u 3, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu korp wieħed jew diversi korpi jew strutturi amministrattivi. L-Istati membri għandhom jiżguraw koordinazzjoni xierqa bejn dawk il-korpi u l-istrutturi. |
|
Raġuni
L-appoġġ għall-awtoritajiet kontraenti fil-qasam tal-akkwist fil-livell nazzjonali huwa fil-kompetenza tal-Istati Membri; għalhekk, dan l-artikolu għandu jitħassar. Kieku l-qafas regolatorju kien aktar sempliċi, kien ikun hemm inqas bżonn għajnuna biex jinftiehmu r-regoli dwar l-akkwist.
Emenda 34
COM(2011) 896 final
Artikolu 88(3)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
Artikolu 88 |
Artikolu 88 |
Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jagħżlu punt ta’ kollegament wieħed jew aktar, id-dettalji ta’ kuntatt li jridu jiġu komunikati lill-Istati Membri l-oħra, lill-korpi ta’ sorveljanza u lill-Kummissjoni. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw u regolarment jaġġornaw il-lista ta’ punti ta’ kollegament. Il-korp ta’ sorveljanza għandu jkun inkarigat mill-koordinazzjoni ta’ dawn il-punti ta’ kollegament. |
Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jagħżlu punt ta’ kollegament wieħed jew aktar, id-dettalji ta’ kuntatt li jridu jiġu komunikati lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw u regolarment jaġġornaw il-lista ta’ punti ta’ kollegament. |
Raġuni
L-Artikolu 88 għandu jinżamm, iżda mingħajr ir-referenza għall-korpi l-ġodda ta’ sorveljanza. L-għan tar-riforma huwa preċiżament dak li jitneħħew rekwiżiti superfluwi ta’ dokumentazzjoni, u mhux li tinħoloq burokrazija ġdida.
Brussell, 9 ta’ Ottubru 2012.
Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni
Ramón Luis VALCÁRCEL SISO