EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52012AP0122

L-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea mat-Trattat ta' Ħbiberija u Kooperazzjoni fix-Xlokk tal-Asja *** Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat- 18 ta' April 2012 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea mat-Trattat ta' Ħbiberija u Kooperazzjoni fl-Asja tax-Xlokk (07434/2012 – C7-0085/2012 – 2012/0028(NLE))

OJ C 258E, 7.9.2013, p. 126–126 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 258/126


L-Erbgħa 18 ta’ April 2012
L-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea mat-Trattat ta' Ħbiberija u Kooperazzjoni fix-Xlokk tal-Asja ***

P7_TA(2012)0122

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' April 2012 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea mat-Trattat ta' Ħbiberija u Kooperazzjoni fl-Asja tax-Xlokk (07434/2012 – C7-0085/2012 – 2012/0028(NLE))

2013/C 258 E/18

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (07434/2012),

wara li kkunsidra t-Trattat ta' Ħbiberija u Kooperazzjoni fl-Asja tax-Xlokk u l-abbozz tat-Tielet Protokoll tiegħu,

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikoli 209 u 212 kif ukoll l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), u l-Artikolu 218(8), it-tieni subparagrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0085/2012),

wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(7), tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A7-0139/2012),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-adeżjoni tal-Unjoni għat-Trattat;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u lill-Istati firmatarji tat-Trattat ta' Ħbiberija u Kooperazzjoni fl-Asja tax-Xlokk.


Top