EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52011XP0273

Il-ġlieda kontra l-korruzzjoni fl-Isport Ewropew Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew tad- 9 ta’ Ġunju 2011 dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni fl-Isport Ewropew

OJ C 380E , 11.12.2012, p. 138–138 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

11.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 380/138


Il-Ħamis 9 ta’ Ġunju 2011
Il-ġlieda kontra l-korruzzjoni fl-Isport Ewropew

P7_TA(2011)0273

Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta’ Ġunju 2011 dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni fl-Isport Ewropew

2012/C 380 E/20

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra s-seba’ inċiż tal-Artikolu 165(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jiddikjara li l-azzjoni tal-Unjoni għandha timmira għall-iżvilupp tad-dimensjoni Ewropea fl-isport, billi ssir promozzjoni sabiex il-kompetizzjonijiet sportivi jkunu ġusti u miftuħin,

wara li kkunsidra l-Artikolu 123 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

A.

billi jirrikonoxxi l-impatt soċjali u finanzjarju importanti ħafna tal-isport Ewropew fuq iċ-ċittadini u l-intrapriżi fl-Unjoni,

B.

billi skont il-Wħite Paper dwar l-Isport (COM(2007)0391) il-problemi ta’ korruzzjoni b’dimensjoni Ewropea għandhom jiġu indirizzati fil-livell Ewropew, u l-Kummissjoni se tkompli timmonitorja l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-ħasil tal-flus fl-Istati Membri fir-rigward tas-settur tal-isport,

1.

Jistieden lill-Kummissjoni tikkoordina, flimkien mal-Istati Membri, studju fuq skala kbira dwar il-każijiet ta’ korruzzjoni fl-isport Ewropew, billi tikkonsulta mal-partijiet interessati;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jenfasizzaw speċifikament ir-rabtiet bejn l-attività kriminali organizzata u l-imħatri legali u illegali, l-aġenti sportivi, ir-referees, l-uffiċjali tal-klabbs u l-isportivi nisa u rġiel, li jippruvaw jiffissaw minn qabel ir-riżultati tal-logħbiet tal-isport Ewropej;

3.

Jistieden lill-Kummissjoni tirregola l-imħatri fuq l-Internet, fl-interessi tal-integrità u l-iżvilupp sostenibbli tal-isport Ewropew, permezz ta’ operaturi awtorizzati, miżuri speċifiċi għall-ġlieda kontra l-iffissar tar-riżultati minn qabel u billi tiżgura ritorn ġust għall-isport tan-nies komuni permezz tar-rikonoxximent tad-dritt tal-imħatri lill-organizzaturi tal-kompetizzjonijiet sportivi;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-dikjarazzjoni, flimkien mal-ismijiet tal-firmatarji (1), lill-Kummissjoni u lill-Parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  Il-lista ta’ firmatarji hija ppubblikata fl-Anness 1 għall-Minuti tad-9 ta’ Ġunju 2011 (P7_PV(2011)06-09(ANN1)).


Top