Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52011XC0819(04)

Noti ta' Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropeja

ĠU C 241, 19.8.2011, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 241/10


Noti ta' Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropeja

2011/C 241/06

F’konformità mat-tieni inċiż tal-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), in-Noti ta’ Spjegazzjoni għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropeja (2) huma emendati kif ġej:

Paġna 155

Wara l-aħħar frażi tas-sottointestarura 3301 90 90 jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

3304   Preparazzjonijiet tas-sbuħija jew tal-mejkapp u preparazzjonijiet għall-kura tal-ġilda (ħlief medikamenti), inklużi preparazzjonijiet għall-ilqugħ mix-xemx jew għas-smurija; preparazzjonijiet għall-manikjur jew il-pedikjur:

3304 30 00   Preparazzjonijiet għal-manikjur u l-pedikjur

Din is-sottointestatura tkopri preparazzjoniiet użati għall-kura tad-dwiefer tal-idejn u tas-saqajn, kura u trattament tal-ġilda madwar id-dwiefer, kif ukoll tal-kallijiet. Madankollu, il-preparazzjonijiet użati għall-kura tal-ġilda, pereżempju, il-kremi tal-idejn, huma esklużi (ġeneralment, is-sottointestatura 3304 99 00).”


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  ĠU C 137, 6.5.2011, p. 1.


Top