EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52011XC0625(03)

Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

OJ C 185, 25.6.2011, p. 10–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 185/10


Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

2011/C 185/05

Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni

DOKUMENT UNIKU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

SUSINA DI DRO

Nru KE: IT-PDO-0005-0779-30.06.2009

IĠP ( ) DPO ( X )

1.   Isem:

“Susina di Dro”

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz:

L-Italja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel:

3.1.   Tip ta' prodott:

Klassi 1.6.

Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati.

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li japplika għalih l-isem ta' (1):

Bid-Denominazzjoni Protetta tal-Oriġini, is-“Susina di Dro”, qed tingħata protezzjoni lill-frott frisk tal-lokal fejn tiġi kkultivata l-Prugna di Dro li hija aktar magħrufa bħala Susina di Dro.

Meta l-frott frisk ikun lest għall-konsum, dan għandu jkun sħiħ, frisk u jidher b’saħħtu, nadif, ħieles minn sustanzi u rwejjaħ barranin, f’forma ovali u ftit tawwali b’laħma soda u għandu jkun kopert b’kisja rqiqa tax-xema’ bajdanija.

Il-kulur tipiku tal-frott frisk huwa:

qoxra li tvarja minn kulur aħmar fil-vjola skur, bi preżenza ta’ kisja rqiqa u kultant ikollu partijiet żgħar fil-wiċċ ta’ kulur ħadrani;

laħma ta’ kulur aħdar jew aħdar u isfar

Karatteristiċi kimiċi:

 

Zokkor – valur minimu meta jinqata': 9,0 °Brix

 

Polifenoli – valur minimu ta’ 900 mg/Kg

Mil-lat tal-karatteristiċi organolettiċi, is-“Susina di Dro” DPO tingħaraf mit-togħma delikata u aromatika ta’ ħelwa/aċiduża u mill-konsistenza ratba u pjaċevoli.

3.3.   Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss):

3.4.   Għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss):

3.5.   Stadji speċifiċi fil-produzzjoni li jridu jseħħu fiż-żona ġeografika identifikata:

Il-frott għandu jitkabbar, jitnaddaf u jiġi ppakkjat fiż-żona ġeografika indikata fil-punt 4 sabiex dan ma jitħassarx u jiġi evitat li jimmoffa kwantità kbira minnu u minħabba li katina qasira tal-produzzjoni tgħin biex tinżamm il-karatteristika tal-kisja rqiqa ta’ xama’ li jiksi l-frotta.

3.6.   Regoli speċifiċi għat-tqattigħ, għall-ħakk, għall-ippakkjar, eċċ.:

Is-“Susina di Dro” DPO għandha tiġi ppakkjata skont il-leġiżlazzjoni fis-seħħ. Kull tip ta’ ppakkjar għandu jingħalaq permezz ta’ xibka, kisja rqiqa tal-plastik jew għatu.

3.7.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar:

Fl-ippakkjar li fih jinbiegħ il-prodott għandhom jidhru l-kliem “Susina di Dro” DPO u l-logo kif inhu deskritt hawn taħt. Il-logo fih għanbaqra stilizzata b’kulur vjola b’weraq ħodor. Il-kliem “SUSINA DI DRO DOP” jidher b’kulur abjad fiċ-ċentru tal-għanbaqra bil-kliem “DENOMINAZIONE DI ORIGINE PROTETTA” fuq il-parti ta’ barra tal-għanbaqra.

Logo:

Image

Ma tistax tidher indikazzjoni tal-oriġini li ma tkunx saret proviżjoni għaliha jew jiżdied kliem ieħor li jkun jista’ jqarraq bil-konsumaturi.

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika:

Iż-żona ta' produzzjoni tad-DPO “Susina di Dro” tiġbor fiha t-territorji tal-muniċipalitajiet tal-Provinċja Awtonomi ta' Trento: Arco, Bleggio Inferiore, Bleggio Superiore, Calavino, Cavedine, Fiavè, Dorsino, Drena, Dro, Lasino, Lomaso, Nago-Torbole, Padergnone, Riva del Garda, San Lorenzo in Banale, Stenico, Tenno, Terlago, Vezzano u Trento, fil-każ ta' dan tal-aħħar Cadine, Sopramonte, Sant’Anna biss huma inklużi, Vigolo Baselga u Baselga del Bondone.

5.   Rabta maż-żona ġeografika:

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika:

Iż-żona ta’ produzzjoni tas-“Susina di Dro” DPO hija kkaratterizzata minn klima partikolari l-aktar minħabba li ż-żona tinsab qrib ta’ Lago di Garda Fil-fatt, minkejja li din tinsab fil-qalba tar-reġjun tal-Alpi, iż-żona tgawdi minn temperaturi partikolarment moderati, b’medja annwali ta’ 12,4 °C. Iż-żona tgawdi wkoll minn perjodi twal ta’ dawl minħabba li s-sema tkun kważi dejjem ċara: il-medja hija ta’ 10 sigħat ta’ dawl kuljum, jew 36 000 sekonda ta’ xemx totali akkumulata (ċifra medja fill-21 ta’ Ġunju ta’ kull sena). Anke fix-xhur tax-xitwa, iż-żona tgawdi minn 100-120 siegħa ta’ xemx fix-xahar, medja ta’ 3-4 sigħat kuljum, minkejja li ż-żona tal-Prealpi tal-Italja, bħal fil-każ tal-Ewropa Ċentrali u tal-Punent, hija karatterizzata minn ċpar qawwi. Dan il-fenomenu hu dovut primarjament għas-sistema perjodika tal-irjieħ, jiġifieri l-alternanza ta’ kurrenti li jinżlu mill-widien u li (“Òra del Garda”) u li jitilgħu mil-lag. Din tal-aħħar għandha importanza partikolari, peress li tikkonsisti fi speċi ta’ riħ sħun li minbarra li jippermetti li fix-xitwa s-sema tkun ċara, tikkontrobilanċja l-irjieħ kesħin mit-tramuntana filwaqt li fis-sajf jkollha effett benefiċjarju biex ipatti għat-temperaturi massimi ta’ waranofsinhar, li kieku kien ikollu effett detrimentali fuq il-kontenut fenoliku tal-frott u fuq l-akkumulazzjoni taz-zokkor. Għaldaqstant, fiż-żona ta' produzzjoni tas-“Susina di Dro” DPO, ix-xtiewi huma partikolarment moderati, filwaqt li s-sjuf rarament ikunu kkaratterizzati minn perjodi ta’ nixfa u temperaturi eċċessevi. Minbarra dawn il-karatteristiċi, ta' min isemmi wkoll il-kwalità għolja tal-ħamrija taż-żona, li l-oriġini ġeoloġika tagħha ġejja minn sedimenti tal-baħar. Kważi fiż-żona kollha, il-ħamrija hija moderatament alkalina, li tgħin biex tiżgura li l-minerali jkunu disponibbli u effettivi, b’mod partikolari fejn jikkonċerna l-assorbiment tal-fosforu, il-kalċju u l-manjeżju.

5.2.   Speċifiċità tal-prodott:

Is-“Susina di Dro” kija kultivazzjoni indiġena bi tradizzjoni twila, li matul is-snin tkabbret fil-Widien tax-Xmara Sarca, li maż-żmien saret ġenetikament stabbli.

Il-mertu partikolari tas-“Susina di Dro” DPO huwa marbuta mal-kontenut polifenoli tiegħu li jinfluenzaw b’mod deċiżiv il-karatteristiċi organolettiċi, il-kulur u t-togħma tal-frotta u huma interessanti ħafna mil-lat farmakoloġiku

Karatteristika distinta oħra tal-frotta hija li l-kontenut minimu ta’ zokkor li huwa fattur deċiżiv biex il-frotta jkollha togħma tipika ta’ ħelu-morr ta’ dan l-ekotip lokali.

L-interess fil-partikolarità fir-rigward tal-polifenoli distinti ta' din il-frotta u fil-kontenut taz-zokkor huwa kkonfermat fi studji li kienu ppubblikati sa mill-1975. Din il-ġabra ta’ studji flimkien ma’ xi studji oħra riċenti, juru li l-karatteristiċi tas-“Susina di Dro” ilhom ħafna li ġew rikonoxxuti b’mod konkret u minn dak iż-żmien komplew jiġu kkonfermati.

5.3.   Rabta każwali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra tal-prodott (għall-IĠP):

Matul is-sekli, il-varjetà lokali “Prugna di Dro” ntgħażlet bis-saħħa tal-esperjenza agrikola tal-bdiewa fiż-żona tal-produzzjoni, li prinċipalment kabbru x-xtieli permezz ta’ żrieragħ jew permezz ta’ pjanti bl-għeruq u permezz tal-kontroll u l-pressjoni kontinwa biex tittejjeb il-ġenetika tal-massa li hija bbażata fuq l-osservanza tal-karatteristiċi fenotipiċi li b’mod partikolari huma marbuta mal-karatteristiċi produttivi tas-siġar u l-karatteristiċi organolettiċi tal-frotta.

L-iżvilupp u l-akkumulazzjoni tal-polifenoli u z-zokkor li jinsabu fis-“Susina di Dro” DOP huwa marbut b’mod b’saħħtu mal-klima taż-żona tal-produzzjoni u, b’mod partikolari, mal-kwantità ta’ dawl tax-xemx li s-siġar huma esposti għalih u tat-temperaturi ambjentali. Dawn il-fatturi għandhom rwol ewlieni fil-livell u fir-ritmu tal-attività tal-enżimi involuti fil-metaboliżmu fenoliku u l-mekkaniżmi fotosintetiċi li huma kruċjali għall-akkumulazzjoni tal-karboidrati u b’hekk anke taz-zokkor.

Dan il-fenomenu bijoloġiku għandu korrelazzjoni mill-kundizzjonijiet ambjentali favorevoli taż-żona tal-produzzjoni minħabba li huwa marbuta mal-effetti ta’ mitigazzjoni tal-Lago di Garda, l-akbar lag fl-Italja u minħabba l-irjieħ tiegħu. Ta’ importanza partikolari huwa r-riħ tipiku “Òra del Garda” li jonfoħ waranofsinhar u b’hekk iżomm is-sema cara u jikseb temperaturi massimi fis-sajf.

L-akkumulazzjoni tal-anthocyanin fil-qoxra li huma responsabbli għall-kulur blu fil-vjola tiegħu tiddependi l-aktar mir-radjazzjoni aċċidentali li tolqot lill-frotta, filwaqt li l-kontenut taz-zokkor huwa marbut mat-temperaturi ambjentali li jittaffa mill-irjieħat u b’hekk il-frotta ma tinħaqarx.

Fiż-żona tal-produzzjoni tas-“Susina di Dro” DOPO, din il-frotta għandha wkoll importanza soċjoekonomika fundamentali, meta titqabbel ma’ dik tad-dwieli u s-siġar tat-tuffieħ.

Filfatt, matul is-sekli it-tkabbir tal-għanbaqar twaħħad b’mod b’saħħtu mal-kultura taż-żona, kif jixhdu r-referenzi għall-frott fit-42 kapitolu tal-Carte di Regola għall-Pjanura ta’ Sarca li tmur lura s-sena 1284.

Fi żminijiet aktar riċenti, il-komunità kollha ta’ Valle del Sarca, li minn dejjem kienet sensittiva biex tagħmel l-aqwa użu mill-kwalità speċifika tas-'Susina di Dro' DOP, kienet attiva fuq livell kulturali, billi żammet is-sinerġija bejn it-turiżmu, l-art u s-settur tal-ikel agrikolu. Inizjattivi importanti huma is-“Settimana del Prugno Fiorito di Dro” (“il-Ġimgħa tan-Nwar tas-Siġar tal-Għanbaqar Dro”), li hu avveniment annwali li ilu jsir mill-bidu tas-snin 70 u li llum tieħu sura ta’ manifestazzjoni f'Awwissu magħrufa bħala “Dro: il tempo delle prugne” (“Dro: l-istaġun tal-għanbaqar”)

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott:

(L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

Il-Gvern nieda l-proċedura ta' oġġezzjoni nazzjonali bil-pubblikazzjoni tal-proposta għar-rikonoxximent tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini tas-“Susina di Dro” fil-Gazzetta Ufficiale della Repubblica Italiana Nru 100 tat-2 ta’ Mejju 2009

It-test sħiħ tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott jinsab fuq is-sit tal-internet li ġej:

http://www.politicheagricole.it/DocumentiPubblicazioni/Search_Documenti_Elenco.htm?txtTipoDocumento=Disciplinare%20in%20esame%20UE&txtDocArgomento=Prodotti%20di%20Qualit%E0>Prodotti%20Dop,%20Igp%20e%20Stg

jew

inkella, jista' jinstab ukoll billi wieħed jidħol direttament fil-paġna ewlenija tas-sit tal-Ministeru (http://www.politicheagricole.it), u jikklikkja fuq “Prodotti di Qualità” (fuq ix-xellug tal-iskrin) u mbagħad fuq “Disciplinari di Produzione all’esame dell’UE [regolamento (CE) n. 510/2006]”.


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.


Top