EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52010PC0735

Proposition de DÉCISION DU CONSEIL relative à la conclusion d'un nouveau Protocole fixant les possibilités de pêche et la contrepartie financière prévues par l'accord de partenariat dans le secteur de la pêche entre la Communauté européenne et la République démocratique de São Tomé e Principe.

52010PC0735




[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA |

Brussel 13.12.2010

KUMM(2010) 735 finali

2010/0355 (NLE)

Proposta ta’

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-konklużjoni ta’ Protokoll ġdid li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Demokratika ta' São Tomé u Príncipe

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

KUNTEST TAL-PROPOSTA

Abbażi tal-mandat mogħti lilha mill-Kunsill[1], il-Kummissjoni Ewropea innegozjat mar-Repubblika Demokratika ta' São Tomé u Príncipe bil-ħsieb li ġġedded il-Protokoll għall-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Demokratika ta' São Tomé u Príncipe, datat it-23 ta' Lulju 2007[2] u li skada fil-31 ta' Mejju 2010. Wara dawn in-negozjati, ġie inizjalat Protokoll ġdid, fil-15 ta’ Lulju 2010, li jkopri perjodu ta’ 3 snin mill-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll imsemmi.

Il-Kummissjoni qed tintalab tadotta l-proposta tad-Deċiżjoni li tinsab fl-Anness, dwar il-konklużjoni ta' Protokoll ġdid, u tikkomunikaha lill-Kunsill.

IR-RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Għad-definizzjoni tal-pożizzjoni ta’ negozjar tagħha, il-Kummissjoni bbażat, fost l-oħrajn, fuq ir-riżultati ta’ evalwazzjoni ex post li saret minn esperti minn barra.

L-għan ewlieni tal-Protokoll ta’ Ftehim huwa li jiddefinixxi l-opportunitajiet tas-sajd offruti lill-bastimenti tal-Unjoni Ewropea skont iż-żejjed disponibbli kif ukoll il-kontribuzzjoni finanzjarja dovuta, separatament, skont id-drittijiet tal-aċċess u tal-appoġġ settorjali.

Il-mira ewlenija hi li titkompla l-kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Demokratika ta' São Tomé u Príncipe, billi jissaħħaħ il-qafas ta' sħubija fis-settur tas-sajd li ilu jeżisti mill-2006, sabiex, b'mod partikolari, jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' politika sostenibbli tas-sajd u sfruttar responsabbli tar-riżorsi tas-sajd fis-settur tas-sajd fiż-żona tas-sajd tar-Repubblika Demokratika ta' São Tomé u Príncipe, fl-interess taż-żewġ Partijiet.

Il-Protokoll il-ġdid jikkonforma max-xewqa taż-żewġ Partijiet li jsaħħu s-sħubija u l-kooperazzjoni fis-settur tas-sajd bl-istrumenti kollha finanzjarji disponibbli.

ELEMENTI ĠURIDIĊI TAL-PROPOSTA

Din il-proċedura li għandha x'taqsam mad-Deċiżjoni tal-Kunsill bl-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-konklużjoni ta' Protokoll ġdid li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Demokratika ta' São Tomé u Príncipe hi inizjalata b'mod parallel mal-proċeduri relatati ma':

- id-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll li jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Demokratika ta' São Tomé u Príncipe, u

- ir-Regolament tal-Kunsill dwar l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd bejn l-Istati Membri tal-UE interessati.

IMPLIKAZZJONI FINANZJARJA

Il-kontribuzzjoni finanzjarja globali tal-Protokoll ta’ EUR 2 047 500 matul il-perjodu kollu hija bbażata fuq:

a) tunnellaġġ ta' referenzja annwali stabbilit għal 7 000 tunnellata għal 40 bastiment, li jikkorrispondu għal EUR 455 000 fis-sena, u

b) appoġġ għall-iżvilupp tal-politika settorjali tas-sajd tar-Repubblika Demokratika ta' São Tomé u Príncipe, li jammonta għal EUR 227 500 fis-sena. Dan l-appoġġ jilħaq il-miri tal-politika nazzjonali tas-sajd.

ELEMENTI MHUX OBBLIGATORJI

Rigward l-opportunitajiet tas-sajd, 28 bastiment tas-sajd għat-tonn bit-tartarun u 12-il bastiment tas-sajd bil-konz tal-wiċċ sejrin ikunu awtorizzati jistadu. Madankollu, minħabba l-valutazzjonijiet annwali tal-istat tal-istokkijiet, dawn l-opportunitajiet tas-sajd jistgħu jiżdiedu jew jonqsu, u dan jinvolvi analiżi adegwata mill-ġdid tal-kontribuzzjoni finanzjarja.

2010/0355 (NLE)

Proposta ta’

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-konklużjoni ta’ Protokoll ġdid li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Demokratika ta' São Tomé u Príncipe

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43, flimkien mal-Artikolu 218(6a), tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea[3],

Wara li ra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew[4],

Billi:

1. Skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 894/2007[5] il-Komunità Ewropea kkonkludiet Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd mar-Repubblika Demokratika ta' São Tomé u Príncipe,

2. Il-Protokoll preċedenti għall-Ftehim skada fil-31 ta' Mejju 2010,

3. L-Unjoni rnexxielha tinnegozja Protokoll ġdid għall-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd mar-Repubblika Demokratika ta' São Tomé u Príncipe, billi tat lill-bastimenti tal-Unjoni Ewropea opportunitajiet ta' sajd fl-ilmijiet li r-Repubblika Demokratika ta' São Tomé u Príncipe għandha s-sovranità jew il-ġurisdizzjoni fuqhom fir-rigward tas-sajd,

4. Wara dawn in-negozjati, il-Protokoll il-ġdid ta’ Ftehim ġie inizjalat fil-15 ta’ Lulju 2010,

5. Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2010…./UE tal-……., il-Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd mar-Repubblika Demokratika ta' São Tomé u Príncipe ġie ffirmat u ilu japplika provviżorjament mill-[…],

6. Huwa fl-interess tal-Unjoni Ewropea li tadotta dan il-Protokoll il-ġdid.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Protokoll tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Demokratika ta' São Tomé u Príncipe, inizjalat fil-15 ta’ Lulju 2010 huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni[6].

It-test tal-Protokoll huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat jaħtar lill-persuni mogħtija s-setgħa biex jipproċedu f’isem l-Unjoni għan-notifika prevista fl-Artikolu 14 tal-Protokoll, bil-ħsieb li jorbtu lill-Unjoni Ewropea[7].

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tagħha f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea .

Magħmul fi,

Mill-Kunsill

Il-President

ANNESS

Protokoll

li jistabbilixxi l-opportunitajiet ta’ sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Demokratika ta' São Tomé u Príncipe.

Artikolu 1 Il-perjodu ta’ applikazzjoni u l-opportunitajiet tas-sajd

1. Għal perjodu ta’ 3 snin, l-opportunitajiet tas-sajd mogħtija lill-bastimenti tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 5 tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd huma stabbiliti kif ġej:

Speċijiet li jpassu ħafna (speċijiet elenkati fl-Anness 1 għall-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar tal-1982).

- bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartarun: 28 bastiment

- bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ: 12-il bastiment.

2. Il-paragrafu 1 għandu japplika soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 5, 6, 8 u 9 ta’ dan il-Protokoll.

Artikolu 2 Il-kontribuzzjoni finanzjarja – Il-metodi ta’ ħlas

1. Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 7 tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd, għall-perjodu msemmi fl-Artikolu 1, tammonta għal EUR 2 047 500.

2. Il-kontribuzzjoni finanzjarja tinkludi:

7. ammont annwali għall-aċċess għaż-ŻEE ta' São Tomé u Príncipe li jammonta għal EUR 455 000 ekwivalenti għal tunnellaġġ ta’ referenza ta’ 7 000 tunnellata fis-sena, u

8. ammont speċifiku ta’ EUR 227 500 fis-sena għall-appoġġ għall-implimentazzjoni tal-politika settorjali tas-sajd ta' São Tomé u Príncipe.

3. Il-paragrafu 1 għandu japplika skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 3, 4, 5, 8 u 9 ta’ dan il-Protokoll u tal-Artikoli 12 u 13 tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd.

4. Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1 titħallas mill-Unjoni Ewropea bir-rata ta’ EUR 682 500 fis-sena matul il-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll li tikkorrispondi għat-total tal-ammonti annwali msemmija fil-paragrafu 2 (a) u (b).

5. Jekk il-kwantità globali tal-qabdiet magħmula mill-bastimenti tal-Unjoni Ewropea fl-ilmijiet ta' São Tomé u Príncipe tkun ogħla minn 7 000 tunnellata fis-sena, l-ammont totali tal-kontribuzzjoni finanzjarja annwali tiżdied b’EUR 65 għal kull tunnellata addizzjonali maqbuda. Madankollu, l-ammont totali annwali mħallas mill-Unjoni Ewropea ma jistax ikun ogħla mid-doppju tal-ammont indikat fil-paragrafu 2(a). Meta l-kwantitajiet maqbuda mill-bastimenti tal-Unjoni Ewropea jkunu ogħla mill-kwantitajiet li jikkorrispondu għad-doppju tal-ammont annwali totali, l-ammont dovut għall-kwantità li tkun ogħla minn dan il-limitu jitħallas is-sena ta’ wara.

6. Il-ħlas isir mhux aktar tard minn sittin (60) jum wara d-dħul fis-seħħ tal-Protokoll, kif inhu speċifikat fl-Artikolu 14, għall-ewwel sena u mhux aktar tard mid-data tal-anniversarju tal-Protokoll għas-snin li jiġu wara.

7. L-allokazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 2(a) taqa’ taħt id-diskrezzjoni sħiħa tal-awtoritajiet ta' São Tomé u Príncipe.

8. Il-kontribuzzjoni finanzjarja kollha indikata fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandha tiġi trasferita f'kont tat-Teżor Pubbliku li jkun infetaħ mal-Bank Ċentrali ta' São Tomé u Príncipe.

Artikolu 3 Il-promozzjoni ta’ sajd sostenibbli u responsabbli fl-ilmijiet ta' São Tomé u Príncipe

1. Il-Partijiet għandhom jiftiehmu fi ħdan il-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 9 tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd, sa mhux aktar tard minn tliet (3) xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Protokoll, dwar Programm Settorjali Multiannwali, u l-metodi tal-applikazzjoni tiegħu, b’mod partikolari:

9. il-linji gwida annwali u multiannwali għall-użu tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 2(2)(b);

10. il-miri, kemm annwali kif ukoll multiannwali, li għandhom jintlaħqu sabiex jitrawwem sajd sostenibbli u responsabbli, filwaqt li jitqiesu l-prijoritajiet ta' São Tomé u Príncipe fil-politika nazzjonali tas-sajd u ta’ politiki oħra konnessi jew li għandhom impatt fuq il-promozzjoni tas-sajd responsabbli u sostenibbli;

11. il-kriterji u l-proċeduri li jridu jintużaw biex issir evalwazzjoni tar-riżultati miksuba, fuq bażi annwali.

2. Kwalunkwe emenda proposta għall-Programm Settorjali Multiannwali teħtieġ l-approvazzjoni taż-żewġ Partijiet fil-Kumitat Konġunt.

3. Kull sena, l-awtoritajiet ta' São Tomé u Príncipe għandhom jiddeċiedu dwar l-allokazzjoni ta' ammont addizzjonali mal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 2(2)(b) bil-għan li jiġi implimentat il-Programm Multiannwali. Din l-allokazzjoni għandha tiġi kkomunikata lill-Unjoni Ewropea mhux iktar tard minn xahrejn (2) qabel id-data tal-anniversarju ta' dan il-Protokoll.

4. Kull sena, iż-żewġ Partijiet iwettqu evalwazzjoni tal-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni tal-Programm Settorjali Multiannwali. Meta din l-evalwazzjoni tindika li l-miri ffinanzjati direttament mill-parti tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 2(2)(b) ta' din il-Protokoll ma jkunux inkisbu b'mod sodisfaċenti, il-Kummissjoni Ewropea tirriżerva d-dritt li tnaqqas dik il-parti tal-kontribuzzjoni finanzjarja bil-għan li taġġusta l-ammont allokat għall-implimentazzjoni tal-Porgramm skont ir-riżultati.

Artikolu 4 Il-kooperazzjoni xjentifika dwar sajd responsabbli

1. Iż-żewġ Partijiet b’dan jimpenjaw rwieħhom li jippromwovu s-sajd responsabbli fl-ilmijiet ta' São Tomé u Príncipe fuq il-bażi tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni bejn id-diversi flotot tas-sajd preżenti f’dawk l-ilmijiet.

2. Sakemm idum japplika dan il-Protokoll, l-Unjoni Ewropea u São Tomé u Príncipe jimpenjaw rwieħhom biex jikkooperaw biex jimmonitorjaw il-qagħda tar-riżorsi tas-sajd fiż-żona tas-sajd ta' São Tomé u Príncipe.

3. Iż-żewġ Partijiet għandhom jirrispettaw ir-rakkommandazzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT) fir-rigward tal-ġestjoni responsabbli tas-sajd.

4. Skont l-Artikolu 4 tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd, abbażi tar-rakkomandazzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet adottati fi ħdan l-ICCAT u fid-dawl tal-aqwa pariri xjentifiċi disponibbli, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin fi ħdan il-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 9 tal-Ftehim tas-Sħubija dwar is-Sajd sabiex jittieħdu miżuri li jiżguraw il-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd koperti minn dan il-Protokoll u li jolqtu l-attivitajiet tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 5 L-aġġustament tal-opportunitajiet tas-sajd bi ftehim komuni

1. L-opportunitajiet tas-sajd imsemmija fl-Artikolu 1 jistgħu jiġu aġġustati bi ftehim komuni sakemm ir-rakkomandazzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet adottati mill-ICCAT jikkonfermaw li dan l-aġġustament jiggarantixxi l-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd koperti minn dan il-Protokoll. F’dan il-każ, il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 2(2)(a) għandha tiġi aġġustata proporzjonalment u pro rata temporis . Madankollu, l-ammont annwali totali tal-kontribuzzjoni finanzjarja mħallsa mill-Unjoni Ewropea ma jistax ikun ogħla mid-doppju tal-ammont imsemmi fl-Artikolu 2(2)(a).

Artikolu 6 L-opportunitajiet ġodda tas-sajd

1. Fil-każ li l-bastimenti tal-Unjoni Ewropea jkunu interessati f’attivitajiet ta’ sajd li mhumiex indikati fl-Artikolu 1, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin qabel tingħata kwalunkwe awtorizzazzjoni min-naħa tal-awtoritajiet ta' São Tomé u Príncipe. Fejn hu xieraq, il-Partijiet għandhom jaqblu dwar il-kundizzjonijiet applikabbli għal dawn l-opportunitajiet ġodda tas-sajd u, jekk meħtieġ, jagħmlu emendi għal dan il-Protokoll u għall-Anness tiegħu.

Artikolu 7 Il-kundizzjonijiet li jirregolaw l-attivitajiet tas-sajd – Il-klawżola ta’ esklussività

1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6 tal-Ftehim, il-bastimenti tas-sajd li jtajru bandiera ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jistgħu jistadu fl-ilmijiet ta' São Tomé u Príncipe biss jekk ikollhom awtorizzazzjoni għas-sajd maħruġa skont dan il-Protokoll u skont l-Anness għal dan il-Protokoll.

Artikolu 8 Is-sospensjoni u r-reviżjoni tal-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja

1. Il-kontribuzzjoni finanzjarja hekk kif imsemmija fl-Artikolu 2(2)(a) u (b) tista’ tiġi riveduta jew sospiża jekk tapplika waħda minn dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin jew iktar:

12. Ċirkostanzi mhux tas-soltu, kif imsemmi fl-Artikolu 2(h) tal-Ftehim tas-Sħubija dwar is-Sajd, li jipprevjenu attivitajiet tas-sajd fiż-ŻEE ta' São Tomé u Príncipe;

13. Wara bidliet sinifikanti fil-linji gwida politiċi li jkunu wasslu għall-konklużjoni ta’ dan il-Protokoll, waħda miż-żewġ Partijiet titlob ir-reviżjoni tad-dispożizzjonijiet tiegħu bil-ħsieb li dawn jiġu emendati;

14. L-Unjoni Ewropea tinnota li l-awtoritajiet ta' São Tomé u Príncipe kisru xi elementi essenzjali u fundamentali tad-drittijiet tal-bniedem kif ipprovduti fl-Artikolu 9 tal-Ftehim ta’ Kotonù.

2. L-Unjoni Ewropea tirriżerva d-dritt li tissospendi parti minn jew il-ħlas kollu tal-kontribuzzjoni finanzjarja speċifika prevista fl-Artikolu 2(2)(b) ta’ dan il-Protokoll:

15. Meta r-riżultati miksuba ma jkunux konformi mal-ipprogrammar wara evalwazzjoni mwettqa mill-Kumitat Konġunt;

16. F’każ li ma tiġix implimentata l-kontribuzzjoni finanzjarja.

3. Il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja jerġa' jibda mill-ġdid wara konsultazzjoni u ftehim bejn iż-żewġ Partijiet malli tiġi stabbilita mill-ġdid is-sitwazzjoni ta’ qabel l-avvenimenti msemmija fil-paragrafu 1, u/jew meta r-riżultati tal-implimentazzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 2 jiġġustifikawh.

Artikolu 9 Is-sospensjoni tal-implimentazzjoni tal-Protokoll

1. L-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll tista’ tiġi sospiża fuq l-inizjattiva ta’ waħda miż-żewġ Partijiet jekk tapplika waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin jew iktar:

17. Ċirkostanzi mhux tas-soltu, kif imsemmi fl-Artikolu 2(h) tal-Ftehim tas-Sħubija dwar is-Sajd, li jipprevjenu attivitajiet tas-sajd fiż-ŻEE ta' São Tomé u Príncipe;

18. Wara bidliet sinifikanti fil-linji gwida politiċi li jkunu wasslu għall-konklużjoni ta’ dan il-Protokoll, waħda miż-żewġ Partijiet titlob ir-reviżjoni tad-dispożizzjonijiet tiegħu bil-ħsieb li dawn jiġu emendati;

19. Waħda miż-żewġ Partijiet tinnota ksur ta’ xi elementi essenzjali u fundamentali tad-drittijiet tal-bniedem kif ipprovduti fl-Artikolu 9 tal-Ftehim ta’ Kotonù.

20. L-Unjoni Ewropea tonqos li tħallas il-kontribuzzjoni finanzjarja prevista fl-Artikolu 2(2)(a), għal raġunijiet oħrajn minbarra dawk previsti fl-Artikolu 8 ta’ dan il-Protokoll;

21. L-osservaturi minn São Tomé u Príncipe ma jittellgħux abbord il-bastimenti koperti minn dan il-Protokoll skont il-Kapitolu V tal-Anness I;

22. Tinqala’ xi tilwima dwar l-interpretazzjoni ta’ dan il-Protokoll bejn iż-żewġ Partijiet;

23. Waħda miż-żewġ Partijiet ma tirrispettax id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll u l-Anness u l-Appendiċijiet għalih.

2. L-implimentazzjoni tal-Protokoll tista' tiġi sospiża fuq inizjattiva ta' waħda mill-Partijiet jekk ma jkunx possibbli li t-tilwima tiġi riżolta bejn il-Partijiet f'konsultazzjonijiet li jsiru mal-Kumitat Konġunt.

3. Is-sospensjoni tal-applikazzjoni tal-Protokoll hija suġġetta għan-notifika mill-Parti interessata tal-intenzjoni tagħha, liema notifika għandha tkun bil-miktub u għandha tasal mhux inqas minn tliet xhur qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din is-sospensjoni.

4. F’każ ta’ sospensjoni, il-Partijiet għandhom ikomplu bil-konsultazzjonijiet sabiex isibu soluzzjoni bonarja għat-tilwima ta’ bejniethom. Meta tinkiseb it-tali soluzzjoni, il-Protokoll jibda japplika mill-ġdid u l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja għandu jitnaqqas b’mod proporzjonali u pro rata temporis skont it-tul ta’ żmien li matulu l-applikazzjoni tal-Protokoll kienet sospiża.

Artikolu 10 Id-dispożizzjonijiet applikabbli tal-liġi nazzjonali

1. L-attivitajiet tal-bastimenti tas-sajd tal-UE li joperaw fl-ilmijiet ta' São Tomé u Príncipe għandhom ikunu regolati mil-liġi applikabbli f'São Tomé u Príncipe, sakemm il-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd, dan il-Protokoll, l-Anness u l-Appendiċijiet għalih ma jistipulawx mod ieħor.

2. L-awtoritajiet ta' São Tomé u Príncipe għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni Ewropea dwar kwalunkwe tibdil jew kwalunkwe leġiżlazzjoni ġdida li tirrgwarda s-settur tas-sajd.

3. Il-Kummissjoni Ewropea għandha tinforma lill-awtoritajiet ta' São Tomé u Príncipe bi kwalunkwe tibdil jew leġiżlazzjoni ġdida marbuta mal-attivitajiet tas-sajd tal-flotta tal-Unjoni Ewropea li tistad f'ilmijiet imbiegħda.

Artikolu 11 It-tul ta’ żmien

Dan il-Protokoll u l-Anness għalih għandhom japplikaw għal perjodu ta’ 3 snin li jibda mill-applikazzjoni provviżorja skont l-Artikoli 13 u 14, sakemm ma jingħatax avviż tat-terminazzjoni skont l-Artikolu 12.

Artikolu 12 It-terminazzjoni

1. Fil-każ ta’ terminazzjoni ta’ dan il-Protokoll, il-Parti kkonċernata għandha tinnotifika bil-miktub lill-Parti l-oħra bl-intenzjoni tagħha li ttemm il-Protokoll mill-inqas sitt (6) xhur qabel id-data li fiha sseħħ it-terminazzjoni.

2. Kif tintbagħat in-notifika msemmija fil-paragrafu preċedenti għandhom jibdew il-konsultazzjonijiet bejn il-Partijiet.

Artikolu 13 L-applikazzjoni provviżorja

Dan il-Protokoll għandu japplika b’mod provviżorju mid-data tal-firma tiegħu.

Artikolu 14 Id-dħul fis-seħħ

1. Dan il-Protokoll u l-Anness tiegħu jidħlu fis-seħħ fid-data li fiha l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri meħtieġa f’dan ir-rigward.

ANNESS

KUNDIZZJONIJIET LI JIRREGOLAW L-ATTIVITAJIET TAS-SAJD TAL-BASTIMENTI TAL-UNJONI EWROPEA FIŻ-ŻONA TAS-SAJD TA' SĀO TOMÉ U PRÍNCIPE

KAPITOLU I – IL-FORMALITAJIET APPLIKABBLI GħALL-APPLIKAZZJONI U L-ħRUġ TAL-AWTORIZZAZZJONIJIET TAS-SAJD

Sezzjoni 1 Il-ħruġ tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd

1. Huma biss il-bastimenti eliġibbli li jistgħu jingħataw awtorizzazzjoni (liċenzja) biex jistadu fiż-żona tas-sajd ta' São Tomé u Príncipe.

2. Sabiex bastiment ikun eliġibbli, is-sid, il-kaptan u l-bastiment innifsu ma jistgħux ikunu pprojbiti mill-attivitajiet tas-sajd f' São Tomé u Príncipe. Jeħtiġilhom ikunu f'qagħda regolari mal-amministrazzjoni ta' São Tomé u Príncipe, fis-sens li jridu jkunu ssodisfaw l-obbligi kollha preċedenti li jirriżultaw mill-attivitajiet tas-sajd tagħhom f''São Tomé e Príncipe fil-qafas tal-arranġamenti tas-sajd konklużi mal-Unjoni Ewropea. Barra minn hekk, huma għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 1006/2008[8] dwar l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd.

3. Il-bastimenti kollha tal-Unjoni Ewropea li japplikaw għal awtorizzazzjoni għas-sajd għandhom ikunu rappreżentati minn aġent residenti f'São Tomé u Príncipe. L-isem u l-indirizz ta’ dak l-aġent għandhom jiġu ddikjarati fl-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għas-sajd.

4. L-awtoritajiet kompetenti tal-Unjoni Ewropea għandhom iressqu talba (elettronikament) quddiem il-Ministru responsabbli mis-sajd f'São Tomé u Príncipe, għal kull bastiment li jixtieq jistad skont il-Ftehim tas-Sħubija dwar is-Sajd, mill-anqas 15-il ġurnata tax-xogħol qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tal-validità mitluba. Sakemm ma jiġix miftiehem mod ieħor fil-Kumitat Konġunt, l-awtorità kompetenti tal-Unjoni Ewropea għall-finijiet tal-applikazzjoni ta' dan l-Anness hija d-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-Gabon.

5. It-talbiet għandhom jintbagħtu lill-Ministeru inkarigat mis-sajd permezz ta' formola mimlija skont il-mudell li jidher fl-Appendiċi 1. L-awtoritajiet ta' São Tomé u Príncipe għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jiżguraw li d-dejta li jirċievu bħala parti mill-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għas-sajd, tiġi ttrattata b'mod kunfidenzjali. Din l-informazzjoni tintuża esklussivament fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Ftehim tas-Sħubija dwar is-Sajd.

6. Kull applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għas-sajd għandha tkun akkumpanjata mid-dokumenti li ġejjin:

- prova tas-somma mħallsa minn qabel għall-perjodu tal-validità tagħha.

- kull dokument jew ċertifikat ieħor meħtieġ skont id-dispożizzjonijiet speċifiċi li japplikaw għat-tip ta' bastiment skont dan il-Protokoll.

7. Il-miżata għandha tiġi trasferita fil-kont indikat mill-awtoritajiet ta' São Tomé u Príncipe skont l-Artikolu 2(8) tal-Protokoll.

8. Il-ħlasijiet jinkludu t-taxxi kollha nazzjonali u lokali esklużi t-taxxi tal-port u l-ammonti dovuti għall-provvista tas-servizzi.

9. L-awtorizzazzjonijiet għall-bastimenti kollha għandhom jinħarġu fi żmien 15-il ġurnata tax-xogħol minn meta l-Ministeru responsabbli għas-sajd f'São Tomé u Príncipe jirċievi d-dokumentazzjoni kollha stipulata fil-punt 6 hawn fuq, lis-sidien tal-bastimenti jew lir-rappreżentanti tagħhom mill-intermedjarju tad-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-Gabon.

10. Jekk fil-mument tal-iffirmar tal-awtorizzazzjoni għas-sajd, l-uffiċċji tad-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea jkunu magħluqin, din għandha tintbagħat direttament lill-aġent tal-bastiment flimkien ma’ kopja tagħha lid-Delegazzjoni.

11. L-awtorizzazzjoni għas-sajd tinħareġ f'isem bastiment speċifiku u mhix trasferibbli.

12. Madanakollu, fuq talba tal-Unjoni Ewropea u f'każ ta' prova ta' force majeure , l-awtorizzazzjoni tas-sajd ta' bastiment għandha tiġi sostitwita b'awtorizzazzjoni tas-sajd ġdida li tinħareġ għal bastiment ieħor tal-istess kategorija bħal dik tal-bastiment sostitwit, kif stipulat fl-Artikolu 1 tal-Protokoll, mingħajr ħlas ulterjuri. F'dan il-każ, il-kalkolu tal-livelli ta' ħut li jiddetermina jekk għandux isir ħlas addizzjonali, għandu jikkunsidra t-total tal-ħut maqbud miż-żewġ bastimenti.

13. Is-sid, jew ir-rappreżentant, tal-bastiment li jkun se jiġi ssostitwit għandu jagħti lura l-awtorizzazzjoni għas-sajd annullata lill-Ministeru inkarigat mis-sajd ta' São Tomé u Príncipe permezz tal-intermedjarju tad-Delegazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea fil-Gabon.

14. Id-data li fiha l-awtorizzazzjoni għas-sajd il-ġdida ssir effettiva hija dik li fiha sid il-bastiment jagħti lura l-awtorizzazzjoni annullata lill-Ministeru responsabbli għas-sajd ta' São Tomé u Príncipe. Id-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-Gabon għandha tkun infurmata dwar it-trasferiment tal-awtorizzazzjoni għas-sajd.

15. L-awtorizzazzjoni għas-sajd għandha tinżamm abbord f’kull ħin.

Sezzjoni 2 Il-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni għas-sajd – il-miżati u l-ħlasijiet bil-quddiem

1. L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għandhom validità ta’ sena.

2. Il-miżata għall-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartarun u l-konzijiet tal-wiċċ hija stabbilita għal EUR 35 għal kull tunnellata ta' ħut maqbuda fiż-żona tas-sajd ta' São Tomé u Príncipe.

3. L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għandhom jinħarġu meta l-miżati standard li ġejjin ikunu tħallsu lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti:

- EUR 6 125 għal kull bastiment tas-sajd tat-tonn bit-tartarun, ekwivalenti għal-liċenzji dovuti għal 175 tunnellata fis-sena;

- EUR 2 275 għal kull bastiment tas-sajd għat-tonn bil-konz tal-wiċċ, ekwivalenti għal-liċenzji dovuti għal 65 tunnellata fis-sena;

4. L-istqarrija finali tal-miżati dovuti għas-sena n għandha ssir mill-Kummissjoni Ewropea sa mhux aktar tard minn sittin (60) jum wara d-data tal-anniversarju tal-Protokoll tas-sena n+1, abbażi tad-dikjarazzjonijiet dwar il-qabdiet magħmula minn kull sid ta' bastiment u konfermati mill-istituti xjentifiċi kompetenti biex jivverifikaw id-dejta dwar il-qabdiet fl-Istati Membri, bħalma huma l-IRD (Institut de Recherche pour le Développement), l-IEO (Instituto Español de Oceanografia), l-IPIMAR (Instituto Português de Investigaçao Maritima), mill-intermedjarju tad-Delegazzjoni fil-Gabon.

5. Din l-istqarrija għandha tintbagħat fl-istess waqt lill-Ministeru responsabbli għas-sajd f'São Tomé u Príncipe u lis-sidien tal-bastimenti.

6. Kull ħlas addizzjonali eventwali (għall-kwantitajiet maqbuda li jaqbżu l-175 tunnellata għall-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartarun u l-65 tunnellata għall-bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ) għandu jsir mis-sidien tal-bastimenti lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti ta' São Tomé u Príncipe sa mhux aktar tard minn tliet (3) xhur mid-data tal-anniversarju tal-Protokoll tas-sena n+1, għandu jiġi trasferit fil-kont imsemmi f'dan ilk-Kapitolu, Sezzjoni 1, il-punt 7, bir-rata ta' EUR 35 għal kull tunnellata.

7. Madanakollu, jekk l-ammont tal-istqarrija finali jkun inqas mis-somma mħallsa bil-quddiem imsemmija fil-punt 3 ta' din is-Sezzjoni, il-bilanċ li joħroġ minn dan il-bilanċ ma jistax jiġi rkuprat minn sid il-bastiment.

KAPITOLU II – Iż-żONI TAS-SAJD

1. Il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea li joperaw fl-ilmijiet ta' São Tomé u Príncipe skont dan il-Protokoll jistgħu jwettqu l-attivitajiet tagħhom tas-sajd fl-ilmijiet lil hinn minn 12-il mil nawtiku mil-linji tal-bażi fil-każ tal-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartaruni u bil-konzijiet tal-wiċċ.

2. Il-koordinati taż-Żona Ekonomika Esklussiva ta' São Tomé u Príncipe huma indikati fl-Appendiċi 3.

3. Mingħajr eċċezzjoni, l-attivitajiet kollha tas-sajd fiż-żona maħsuba għall-isfruttament konġunt minn Sāo Tomé u Príncipe u n-Niġerja, kif definit mill-koordinati fl-Appendiċi 3, huma projbiti.

KAPITOLU III – IL-MONITORAġġ U S-SORVELJANZA

Sezzjoni 1 Is-sistema tar-reġistrazzjoni tal-qbid

1. Il-kaptani tal-bastimenti kollha li joperaw fl-ilmijiet ta' São Tomé u Príncipe skont dan il-Protokoll għandhom ikunu obbligati li jinnotifikaw il-qabdiet tagħhom lill-Ministeru inkarigat mis-sajd f'São Tomé u Príncipe, biex dawn l-awtoritajiet ikunu jistgħu jimmonitorjaw il-kwantitajiet tal-qabdiet, li għandhom ikunu vvalidati mill-istituti xjentifiċi kompetenti, skont il-proċedura msemmija fil-Kapitolu I Sezzjoni 2(5) għal dan l-Anness. Il-qabdiet għandhom ikunu notifikati kif ġej:

1.1. Il-bastimenti tal-Unjoni li joperaw fl-ilmijiet ta' São Tomé u Príncipe skont dan il-Protookll għandhom jimlew il-ġurnal ta' abbord (Appendiċi 2) kuljum għal kull vjaġġ li jagħmlu f'dawk l-ilmijiet. Il-ġurnal ta’ abbord għandu jimtela xorta waħda anki jekk ma jsirux qabdiet.

1.2 Il-kaptani tal-bastimenti għandhom jibagħtu kopji tal-ġurnal ta' abbord lill-Ministeru responsabbli għas-sajd f'São Tomé u Príncipe u lill-istituti xjentifiċi indikati fil-Kapitolu I, Sezzjoni 2, il-punt 4.

2. Il-kliem "Barra ż-ŻEE ta' São Tomé u Príncipe" għandhom jiddaħħlu fil-ġurnal ta' abbord fir-rigward tal-perjodi li matulhom il-bastiment ma jkunx fl-ilmijiet ta' São Tomé u Príncipe.

3. Il-formoli għandhom jimtlew b'mod li jinqraw faċilment u għandhom ikunu ffirmati mill-kaptan tal-bastiment jew mir-rappreżentant legali tiegħu.

4. F'każ ta' ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu, il-Gvern ta' São Tomé u Príncipe jirriżerva d-dritt li jissospendi l-awtorizzazzjoni għas-sajd għall-bastiment li jkun kiser ir-regoli sakemm il-formalitajiet ikunu ssodisfati u jimponi l-penali fuq sid il-bastiment skont ir-regoli fis-seħħ f'São Tomé u Príncipe. Il-Kummissjoni Ewropea u l-Istat Membru tal-bandiera għandhom jiġu infurmati b'dan minnufih.

5. Id-dikjarazzjonijiet għandhom jinkludu l-qabdiet li jkunu saru mill-bastiment waqt kull vjaġġ. Dawn għandhom ikunu notifikati lill-Ministeru responsabbli għas-sajd f'São Tomé u Príncipe permezz tal-posta elettronika flimkien ma’ kopja lill-Kummissjoni Ewropea, fi tmiem kull vjaġġ u, fi kwalunkwe każ, qabel ma l-bastiment iħalli l-ilmijiet ta' São Tomé u Príncipe. L-irċevuti għandhom jintbagħtu elettronikament mingħajr dewmien lill-bastiment minn kull destinatarju b’kopja reċiproka.

6. L-oriġinali tad-dikjarazzjonijiet li għandha x'taqsam mal-perjodu annwali ta' validità tal-awtorizzazzjoni għas-sajd, fis-sens tal-Kapitolu I Sezzjoni 2 il-punt 1 għal dan l-Anness, għandha tintbagħat b'mezzi fiżiċi lill-Ministeru responsabbli għas-sajd ta' São Tomé u Príncipe fi żmien 45 jum minn tmiem l-aħħar vjaġġ f’dak il-perjodu. Kopji fuq il-karta għandhom jintbagħtu fl-istess waqt lill-Kummissjoni Ewropea.

7. Iż-żewġ Partijiet jimpenjaw rwieħhom li jagħmlu kull sforz sabiex idaħħlu sistema għad-dikjarazzjoni tal-qbid imsejsa esklussivament fuq l-iskambju elettroniku tad-dejta kollha: għalhekk iż-żewġ Partijiet għandhom jaħsbu għas-sostituzzjoni rapida tad-dikjarazzjoni tal-qbid bil-miktub permezz ta’ verżjoni f’forma elettronika.

8. Ladarba s-sistema ta’ dikjarazzjoni elettronika tal-qbid tiġi implimentata u f’każ li din ikollha ħsara teknika, ir-rapporti tal-qbid għandhom isiru b’mod konformi mal-punti 5 u 6 hawn fuq u dan sakemm is-sistema terġa' tibda taħdem mill-ġdid.

Sezzjoni 2 Ir-rappurtaġġ dwar il-qabdiet: dħul fl-ilmijiet ta' f'São Tomé u Príncipe u l-ħruġ minnhom

1. Għall-finijiet ta' dan l-Anness, it-tul ta' vjaġġ minn bastiment tal-Unjoni Ewropea li jopera fl-ilmijiet ta' f'São Tomé u Príncipe skont dan il-Protokoll għandu jiġi interpretat kif ġej:

- iż-żmien li jgħaddi bejn id-dħul fiż-żona tas-sajd ta' São Tomé u Príncipe u l-ħruġ minnha;

- iż-żmien li jgħaddi bejn id-dħul fiż-żona tas-sajd ta' São Tomé u Príncipe u t-trażbord fl-ilmijiet ta' São Tomé u Príncipe.

- iż-żmien li jgħaddi bejn id-dħul fiż-żona tas-sajd ta' São Tomé u Príncipe u l-iżbark f'São Tomé u Príncipe.

2. Il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea li joperaw fl-ilmijiet ta' São Tomé u Príncipe skont dan il-Protokoll għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti ta' São Tomé u Príncipe. mill-inqas tliet (3) sigħat qabel, bil-ħsieb tagħhom li jidħlu jew joħorġu mill-ilmijiet ta' São Tomé u Príncipe.

3. Mingħajr preġudizzju għas-Sezzjoni 2, meta wieħed jinnotifika d-dħul miż-ŻEE ta' São Tomé u Príncipe u l-ħruġ minnha, il-bastimenti għandhom, fl-istess ħin, jikkomunikaw ukoll il-pożizzjoni tagħhom u l-qabda li jkunu għamlu u li tkun diġà tinsab abbord. Dawn il-komunikazzjonijiet għandhom isiru permezz tal-posta elettronika jew b'feks lid-destinatarji u fil-format stipulat fl-Appendiċi 4. Madankollu, l-awtoritajiet kompetenti ta' São Tomé u Príncipe jistgħu jonoraw dan l-obbligu għall-bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ li mhumiex mgħammra bit-tagħmir tal-komunikazzjoni msemmi hawn fuq u jistgħu jawtorizzawhom jibagħtu din l-informazzjoni permezz tar-radju. Preferibbilment, l-informazzjoni għandha tiġi kkomunikata permezz tal-posta elettronika (dpescas1@cstome.net ), jew b'feks (++ 239 2222 828) jew jekk dan ma jkunx possibbli, peremzz tar-radju (Sinjal tar-radju : filgħodu bejn it-08:00 u l-10:00, 12.00Hz, wara nofsinhar mis-14:00 sal-17:00 8.634 Hz ).

4. Bastimenti li jinqabdu jistadu mingħajr ma jkunu nfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti ta' São Tomé u Príncipe jitqiesu bħala bastimenti mingħajr awtorizzazzjoni għas-sajd u għandhom ikunu soġġetti għall-konsegwenzi previsti skont il-liġi nazzjonali.

5. L-indirizz tal-posta elettronika, in-numri tal-feks u tat-telefown kif ukoll il-koordinati tar-radju għandhom jingħataw ukoll meta tinħareġ l-awtorizzazzjoni għas-sajd.

Sezzjoni 3 Trażbord

1 Il-bastimenti kollha tal-Unjoni Ewropea li joperaw fl-ilmijiet ta' São Tomé u Príncipe skont dan il-Protokoll li jittrażbordaw qabdiet fl-ilmijiet ta' São Tomé u Príncipe għandhom jagħmlu dan lil hinn mill-portijiet ta' São Tomé u Príncipe.

1.1. Is-sidien ta’ dawn il-bastimenti għandhom jipprovdu l-informazzjoni li ġejja lill-awtoritajiet kompetenti ta' São Tomé u Príncipe, mill-inqas 24 siegħa qabel:

- l-isem tal-bastimenti tas-sajd qabel ma jwettqu t-trażbord;

- l-isem tal-bastimenti ta’ merkanzija;

- it-tunnellaġġ, għal kull speċi, li jkun ser jiġi trażbordat; biż-żona tal-qbid indikata;

- il-jum tat-trażbord;

- min ser jirċievi l-qabdiet li se jiġu trażbordati.

2. It-trażbord mhux permess fiż-żoni li ġejjin: Fernão Dias, Neves, Ana Chaves.

3. It-trażbord għandu jitqies bħala ħruġ mill-ilmijiet ta' São Tomé u Príncipe. Il-bastimenti għalhekk għandhom jibagħtu d-dikjarazzjonijiet tal-qbid lill-awtoritajiet kompetenti ta' São Tomé u Príncipe u jinnotifikaw jekk għandhomx il-ħsieb li jkomplu jistadu jew li joħorġu mill-ilmijiet ta' São Tomé u Príncipe.

4. Kwalunkwe trażbord tal-qabdiet li mhux kopert hawn fuq għandu jkun ipprojbit fl-ilmijiet ta' São Tomé u Príncipe. Kwalunkwe persuna li tikser din id-dispożizzjoni għandha tkun suġġetta għas-sanzjonijiet previsti fir-regolamenti attwali ta' São Tomé u Príncipe.

Sezzjoni 4 Il-monitoraġġ bis-satellita

Il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea li joperaw fl-ambitu ta' dan il-Protokoll għandhom ikunu mmonitorjati, fost l-oħrajn, permezz ta' sistema ta’ monitoraġġ bis-satellita, mingħajr distinzjoni, skont id-dispożizzjonijiet li ġejjin:

1. Għall-finijiet tal-monitoraġġ bis-satellita, l-awtoritajiet ta' São Tomé u Príncipe għandhom jikkomunikaw il-pożizzjonijiet ġeografiċi tal-limiti taż-żona tas-sajd f'São Tomé u Príncipe lir-rappreżentanti jew l-aġenti tas-sidien tal-bastimenti kif ukoll liċ-Ċentri ta’ Kontroll tal-Istati tar-reġistrazzjoni.

2. Abbażi tal-mudell provdut fl-Appendiċi 4, il-Partijiet għandhom jagħmlu skambju ta’ informazzjoni li tikkonċerna l-indirizzi https u l-ispeċifikazzjonijiet użati fil-komunikazzjonijiet elettroniċi ta’ bejn iċ-Ċentri ta’ Kontroll tagħhom skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti 4 u 6. Din l-informazzjoni għandha tinkludi, sa fejn ikun possibbli, l-ismijiet, in-numri tat-telefon, tat-teleks u tal-feks u l-indirizzi elettroniċi li jistgħu jkunu utli għall-komunikazzjonijiet ġenerali bejn iċ-Ċentri ta’ Monitoraġġ.

3. Il-pożizzjoni tal-bastimenti għandha tkun determinata b’marġini ta’ żball inferjuri ta' 500 m u b’intervall ta’ kunfidenza ta’ 99 %.

4. Meta bastiment tal-Unjoni Ewropea li jkun qed jopera fl-ilmijiet ta' São Tomé u Príncipe skont dan il-Protokoll u li jkun suġġett għall-monitoraġġ bis-satellita skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea jidħol fiż-żona tas-sajd ta' São Tomé u Príncipe, iċ-Ċentru tal-Kontroll tal-Istat tal-Bandiera għandu jibgħat minnufih ir-rapporti tal-pożizzjoni sussegwenti liċ-Ċentru ta' Monitoraġġ tas-Sajd ta' São Tomé u Príncipe f'intervalli ta' mhux iktar tard minn sagħtejn bejn intervall u ieħor. Dawn il-messaġġi għandhom jiġu identifikati bħala Rapporti tal-Pożizzjoni.

5. Il-messaġġi msemmija fil-punt 4 għandhom jintbagħtu b’mod elettroniku fil-format https, mingħajr ebda protokoll ieħor. Dawn il-messaġġi għandhom jiġu kkomunikati dak il-ħin stess, skont il-format tat-tabella fl-Appendiċi 4.

5.1 Il-bastimenti ma jistgħux jitfu l-apparat għal-lokalizzazzjoni permezz tas-satellita meta jkunu qegħdin joperaw fl-ilmijiet ta' São Tomé u Príncipe.

6. F’każ li l-apparat għal-lokalizzazzjoni permezz tas-satellita permanenti installat abbord il-bastiment tas-sajd iġarrab xi ħsara teknika jew mekkanika, il-kaptan ta’ dan il-bastiment għandu jittrażmetti minnufih l-informazzjoni stipulata fil-punt 4 liċ-Ċentru ta’ Monitoraġġ tal-Istat tar-reġistrazzjoni. F’dawn iċ-ċirkustanzi, ikun jeħtieġ li jintbagħat Rapport tal-Pożizzjoni kull 24 siegħa, sakemm il-bastiment idum fl-ilmijiet ta' São Tomé u Príncipe.

6.1 Dan ir-rapport tal-pożizzjoni globali għandu jinkludi l-pożizzjonijiet orarji kif irreġistrati mill-kaptan ta’ dan il-bastiment f’dawn l-24 siegħa.

6.2 Iċ-Ċentru ta’ Kontroll tal-Istat tal-bandiera jew il-bastiment innifsu għandu jittrasferixxi dawn il-messaġġi liċ-Ċentru ta' Monitoraġġ ta' São Tomé u Príncipe mingħajr dewmien.

6.3 F’każ ta’ bżonn jew dubju, l-awtoritajiet kompetenti ta' São Tomé u Príncipe jistgħu jitolbu aktar informazzjoni dwar bastiment partikolari liċ-Ċentru ta’ Monitoraġġ tal-Istat tal-bandiera.

7. It-tagħmir difettuż għandu jissewwa jew jiġi ssostitwit malli l-bastiment itemm is-sajda tiegħu u, fi kwalunkwe każ, fi żmien massimu ta’ xahar. Jekk jiskadi dan iż-żmien, dan il-bastiment ma jkunx jista’ jagħmel sajda oħra qabel ma jissewwa jew jiġi ssostitwit l-apparat.

8. Il-ħardwer u s-softwer tas-sistema għal-lokalizzazzjoni permezz tas-satellita ma għandhomx ikunu falsifikabbli, jiġifieri ma għandhomx jippermettu l-introduzzjoni jew it-tneħħija ta’ pożizzjonijiet foloz jew ikunu jistgħu jiġu mmanipulati. Is-sistema għandha tkun kompletament awtomatika u mixgħula f’kull ħin mingħajr kunsiderazzjoni tal-kundizzjonijiet ambjentali. Huwa pprojbit li wieħed jeqred, jagħmel ħsara, ixekkel l-operat, jew jinterferixxi mas-sistema għal-lokalizzazzjoni permezz tas-satellita.

8.1 Il-kaptan tal-bastiment għandu jassigura b’mod partikolari li:

- L-informazzjoni ma tiġi mibdula bl-ebda mod;

- L-antenna jew l-antenni mqabbda mal-apparat għal-lokalizzazzjoni permezz tas-satellita mhuma ostakolati bl-ebda mod;

- Il-provvista tal-elettriku tal-apparat għal-lokalizzazzjoni permezz tas-satellita ma tkunx interrotta;

- L-apparat għal-lokalizzazzjoni tal-bastimenti ma jitneħħiex mill-bastiment jew mill-post fejn kien oriġinarjament installat;

- Kwalunkwe sostituzzjoni tal-apparat għal-lokalizzazzjoni tal-bastimenti permezz tas-satellita għandha tkun innotifikata minnufih lill-awtoritajiet kompetenti ta' São Tomé u Príncipe.

8.2 Il-kaptan u sid il-bastiment jistgħu jinżammu responsabbli skont il-liġijiet u r-regolamenti ta' São Tomé u Príncipe għal kwalunkwe ksur tal-obbligi msemmija hawn fuq, kemm-il darba l-bastiment ikun qed jopera fl-ilmijiet ta' São Tomé u Príncipe.

9. Iċ-Ċentri ta’ Monitoraġġ tal-Istati tal-bandiera għandhom jimmonitorjaw iċ-ċaqliq tal-bastimenti tagħhom fl-ilmijiet ta' São Tomé u Príncipe. F'każ li l-bastimenti ma jiġux immonitorjati skont il-kundizzjonijiet stipulati, iċ-Ċentru ta' Monitoraġġ tas-Sajd ta' São Tomé u Príncipe għandu jiġi infurmat immedjatament, hekk kif dan jiġi osservat, u għandha tiġi applikata l-proċedura stipulata fil-punt 6.

10. Iċ-Ċentri ta’ Monitoraġġ tal-Istati tal-bandiera u ċ-Ċentru ta' Monitoraġġ tas-Sajd ta’ São Tomé u Príncipe għandhom jikkooperaw sabiex jiżguraw l-implimentazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet. Jekk iċ-Ċentru ta' Monitoraġġ tas-Sajd ta' São Tomé u Príncipe jistabbilixxi li Stat tal-bandiera mhux qed jittrażmetti informazzjoni skont il-punt 4, il-Parti l-oħra għandha tkun infurmata minnufih. Kif tirċievi din in-notifika, din il-Parti għandha twieġeb fi żmien 24 siegħa billi tinforma liċ-Ċentru ta' Monitoraġġ tas-Sajd ta' São Tomé u Príncipe dwar ir-raġunijiet għan-nuqqas ta’ trażmissjoni u tindika żmien raġonevoli li fih tkun sejra tikkonforma ma’ dawn id-dispożizzjonijiet. F’każ ta’ nuqqas ta’ konformità fiż-żmien preskritt, iż-żewġ Partijiet għandhom isolvu t-tilwima bil-miktub jew kif meħtieġ fil-punt 14 hawn taħt.

11. Id-dejta dwar il-monitoraġġ ikkomunikata lill-Parti l-oħra, b’konformità ma’ dawn id-dispożizzjonijiet, għandha tkun destinata esklussivament għall-kontroll u l-monitoraġġ mill-awtoritajiet ta' São Tomé u Príncipe tal-flotta tal-Unjoni Ewropea li tkun qiegħda tistad skont il-Ftehim tas-Sajd bejn l-UE u São Tomé u Príncipe. Din l-informazzjoni bl-ebda mod ma tista’ tiġi kkomunikata lil xi terzi persuni.

12. Il-Partijiet jaqblu li, fuq talba, isir skambju tal-informazzjoni rigward l-apparat għal-lokalizzazzjoni permezz tas-satellita użat, sabiex ikun verifikat li kull apparat huwa kompatibbli bis-sħiħ mal-esiġenzi tal-Parti l-oħra għall-finijiet ta’ dawn id-dispożizzjonijiet.

13. Il-Partijiet għandhom jaqblu li jirrevedu dawn id-dispożizzjonijiet meta dan ikun meħtieġ, l-aktar f’każ ta’ ħsara jew difetti relatati mal-bastiment. L-awtorità kompetenti ta' São Tomé u Príncipe għandha tinnotifika dawn il-każijiet lill-Istat tal-bandiera mill-inqas 15-il jum qabel il-laqgħa ta’ reviżjoni.

14. Kull tilwima dwar l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet hija suġġetta għall-konsultazzjoni bejn il-partijiet fi ħdan il-Kumitat Konġunt stipulat fl-Artikolu 9 tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd.

KAPITOLU IV – L-IMBARK TAL-BAħRIN

1. Is-sidien tal-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartarun u tal-bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ jimpjegaw ċittadini mill-pajjjiżi APK bil-kundizzjonijiet u fil-limiti li ġejjin:

- għall-flotta tal-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartarun, mill-inqas 20% tal-baħrin li jitilgħu abbord matul il-kampanja tas-sajd għat-tonn fiż-żona tas-sajd tal-Istat terz għandhom ikunu ġejjin minn pajjiżi AKP jew minn São Tomé u Príncipe;

- għall-flotta tal-bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ, mill-inqas 20% tal-baħrin li jitilgħu abbord matul il-kampanja tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Istat terz għandhom ikunu minn São Tomé u Príncipe jew eventwalment ikunu ġejjin minn pajjiżi AKP.

2. Is-sidien tal-bastimenti għandhom jimpenjaw irwieħhom biex itellgħu abbord baħrin supplimentari minn São Tomé u Príncipe.

3. Is-sidien tal-bastimenti għandhom ikunu liberi biex jagħżlu l-baħrin li jtellgħu abbord il-bastimenti tagħhom mil-lista ta' ismijiet ta' baħrin li jkollhom il-ħiliet u l-kwalifiki disponibbli mill-aġenti ta' São Tomé u Príncipe.

4. Is-sid jew ir-rappreżentant tal-bastiment għandu jikkomunika l-ismijiet tal-baħrin lokali mtellgħin abbord il-bastiment ikkonċernat lill-awtorità kompetenti ta' São Tomé u Príncipe, b’referenza għall-pożizzjoni tagħhom fl-ekwipaġġ.

5. Id-Dikjarazzjoni dwar il-Prinċipji u d-Drittijiet Fundamentali fuq ix-Xogħol tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) għandha tapplika bis-sħiħ għall-baħrin li jittellgħu abbord il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea. B’mod partikolari din tirrigwarda d-dritt ta’ assoċjazzjoni u tal-għarfien effikaċi tad-dritt għan-negozjar kollettiv tal-ħaddiema u l-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni fil-qasam tal-impjiegi u tax-xogħol.

6. Il-kuntratti tax-xogħol tal-baħrin tal-AKP u ta' dawk minn São Tomé u Príncipe, li kopja tagħhom tingħata lill-Ministeru tax-Xogħlijiet, il-Ministeru tas-Sajd u lill-firmatarji ta' dawn il-kuntratti, isiru bejn ir-rappreżentant(i) tas-sidien tal-bastimenti u l-baħrin u/jew it-trejdjunjins jew ir-rappreżentanti tagħhom. Dawn il-kuntratti għandhom jiggarantixxu lill-baħrin il-benefiċċju ta’ sistema ta’ sigurtà soċjali applikabbli għalihom, li tinkludi assigurazzjoni f’każ ta’ mewt, mard u f'każ ta' inċident.

7. Is-salarju tal-baħrin għandu jitħallas mis-sidien tal-bastimenti. Għandu jiġi stabbilit bi qbil komuni bejn is-sidien tal-bastimenti jew ir-rappreżentanti tagħhom u l-baħrin u/jew it-trejdjunjins jew ir-rappreżentanti tagħhom. Madankollu, il-kundizzjonijiet ta’ ħlas tal-baħrin ma jistgħux ikunu agħar minn dawk applikabbli għall-ekwipaġġi tal-pajjiż rispettiv tagħhom u fi kwalunkwe każ ma jistgħux ikunu inferjuri għall-istandards tal-ILO.

8. Il-baħrin kollha impjegati abbord il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea għandhom jirrapportaw lill-kaptan maħtur tal-bastiment lejlet id-data proposta għall-imbark tagħhom. Jekk baħri jonqos milli jirrappurta fid-data u l-ħin previsti għall-imbarkazzjoni, sid il-bastiment jinħall awtomatikament mill-obbligu tal-imbarkazzjoni ta' dak il-baħri.

9. Fil-każ li l-baħrin lokali ma jittellgħux abbord għal raġunijiet oħrajn apparti dawk stipulati fil-punt preċedenti, is-sidien tal-bastimenti kkonċernati huma obbligati jħallsu b'rata totali ta’ EUR 20 kull jum għal sajd fl-ilmijiet ta' São Tomé u Príncipe għal kull jum u għal kull bastiment. Il-ħlas ta’ din is-somma għandu jseħħ sa mhux aktar tard mil-limiti stabbiliti fil-Kapitolu I, Sezzjoni 2, il-punt 4 għal dan l-Anness.

10. Din is-somma għandha tintuża għat-taħriġ ta’ sajjieda li jistadu fil-fond u għandha tiġi trasferita fil-kont indikat mill-awtoritajiet ta' São Tomé u Príncipe.

KAPITOLU V – L-OSSERVATURI

1. Il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea li joperaw fl-ilmijiet ta' São Tomé u Príncipe skont dan il-Protokoll għandhom jieħdu abbord osservaturi li jkunu nħatru mill-Ministeru responsabbli għas-sajd f'São Tomé u Príncipe abbażi tat-termini stipulati hawn taħt:

1.1 Fuq talba tal-awtoritajiet kompetenti ta' São Tomé u Príncipe, il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea jtellgħu abbord osservatur maħtur minnha, li jkollu l-kompitu li jivverifika l-qabdiet li jkunu saru fl-ilmijiet ta' São Tomé u Príncipe.

1.2 L-awtoritajiet kompetenti ta' São Tomé u Príncipe għandhom jistabbilixxu lista ta' bastimenti bil-ħsieb li jittella' osservatur abbord, kif ukoll lista tal-osservaturi maħtura biex jittellgħu abbord. Dawn il-listi għandhom jinżammu aġġornati. Dawn għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni Ewropea hekk kif jiġu mfassla u minn hemm 'il quddiem jiġu riveduti kull tliet xhur minħabba aġġornament possibbli tagħhom.

1.3 L-awtoritajiet kompetenti ta' São Tomé u Príncipe għandhom jinnotifikaw lis-sidien tal-bastimenti jew lir-rappreżentanti tagħhom bl-isem tal-osservatur iddeżinjat biex jittella' abbord il-bastiment tagħhom u dan mal-ħruġ tal-awtorizzazzjoni għas-sajd jew sa mhux aktar tard minn 15-il jum qabel id-data stipulata biex l-osservatur jittella' abbord.

2. L-osservatur għandu jibqa’ abbord tul vjaġġ wieħed tas-sajd. Madankollu, fuq talba espliċita tal-awtoritajiet kompetenti ta' São Tomé u Príncipe, dan l-imbark jista’ jiġi estiż għal diversi vjaġġi skont it-tul medju tal-vjaġġi previsti għal bastiment partikolari. Din it-talba għandha ssir mill-awtorità kompetenti meta jiġi notifikat l-isem tal-osservatur maħtur biex jitla’ abbord il-bastiment konċernat.

3. Il-kundizzjonijiet għat-tlugħ abbord tal-osservatur għandhom jiġu maqbula bi ftehim komuni bejn is-sid tal-bastimenti jew ir-rappreżentant tiegħu u l-awtorità kompetenti.

4. L-osservatur għandu jimbarka jew jiżbarka fil-port magħżul minn sid il-bastiment. L-imbark għandu jsir fil-bidu tal-ewwel vjaġġ fl-ilmijiet ta' São Tomé u Príncipe wara notifika tal-lista tal-bastimenti deżinjati.

5. Is-sidien ikkonċernati għandhom, fi żmien ġimagħtejn u b'avviż ta' għaxart ijiem qabel, jinnotifikaw id-dati u l-portijiet tas-sottoreġjun, previsti għall-imbark jew l-iżbark tal-osservaturi.

6. Jekk l-osservatur jittella' abbord f'pajjiż li jinsab lil hinn minn São Tomé u Príncipe, l-ispejjeż tal-vjaġġ tal-osservatur għandhom jitħallsu minn sid il-bastiment. Jekk bastiment li jkollu osservatur abbord joħroġ miż-żona tas-sajd ta' São Tomé u Príncipe, għandhom jittieħdu l-miżuri kollha biex jiġi assigurat li l-osservatur jittieħed lura f’pajjiżu malajr kemm jista’ jkun, bl-ispejjeż jitħallsu minn sid il-bastiment.

7. F’każ li l-osservatur ma jkunx preżenti fil-post u fil-ħin miftiehma u sa tnax-il siegħa wara, sid il-bastiment jinħall awtomatikament mill-obbligu tiegħu li jtella’ abbord lil dan l-osservatur.

8. L-osservatur għandu jiġi ttrattat abbord bħala uffiċjal. Meta l-bastiment ikun qed jopera fl-ilmjiet ta' São Tomé u Príncipe, għandu jwettaq id-dmirijiet segwenti:

8.1 josserva l-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti;

8.2 jivverifika l-pożizzjoni tal-bastimenti involuti fl-attivitajiet tas-sajd;

8.3 jieħu nota tal-irkaptu tas-sajd użat;

8.4 jivverifika l-informazzjoni li tidher fil-ġurnal ta' abbord dwar il-qabdiet li jkunu saru fl-ilmijiet ta' São Tomé u Príncipe;

8.5 jivverifika l-perċentwali tal-qabdiet addizzjonali u jagħmel stima tal-volum tal-ispeċijiet ta' ħut mormija li jistgħu jiġu kkummerċjati;

8.6 jikkomunika, permezz ta' kull mezz xieraq, l-informazzjoni dwar is-sajd, inkluż il-volum tal-qabdiet prinċipali u addizzjonali li jkunu abbord.

9. Il-kaptan għandu jagħmel dak kollu fir-responsabbiltà tiegħu sabiex jassigura s-sigurtà fiżika u mentali tal-osservatur fit-twettiq tal-funzjonijiet tiegħu.

10 L-osservatur għandu jingħata l-faċilitajiet kollha meħtieġa sabiex iwettaq il-funzjonijiet tiegħu. Il-kaptan għandu jagħtih aċċess għall-mezzi ta’ komunikazzjoni meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti tiegħu, għad-dokumenti marbuta direttament mal-attivitajiet ta’ sajd tal-bastimenti, inkluż b’mod partikolari l-ġurnal ta’ abbord u l-ktieb tan-navigazzjoni, kif ukoll għall-partijiet tal-bastiment neċessarji biex jiġi ffaċilitat it-twettiq tax-xogħol tiegħu.

11. Matul iż-żjara tiegħu abbord, l-osservatur:

11.1 għandu jieħu l-miżuri kollha xierqa sabiex il-kundizzjonijiet tal-imbark tiegħu, kif ukoll il-preżenza tiegħu fuq il-bastiment, la jinterrompu u lanqas itellfu l-attivitajiet tas-sajd,

11.2 jirrispetta l-proprjetà u t-tagħmir li jinstabu fuq il-bastiment, kif ukoll il-kunfidenzjalità ta’ kull dokument tal-imsemmi bastiment.

12. Fi tmiem il-perjodu tal-osservazzjoni u qabel ma jħalli l-bastiment, l-osservatur għandu jagħmel rapport tal-attivitajiet, li għandu jintbagħat lill-awtoritajiet kompetenti ta' São Tomé u Príncipe b'kopja tiegħu tintbagħat lill-Kummissjoni Ewropea. Huwa għandu jiffirmah fil-preżenza tal-kaptan li jista’ jżid jew jitlob li jiżdiedu l-osservazzjonijiet kollha li huwa jqis utli u jiffirma taħthom. Kopja tar-rapport għandha tingħata lill-kaptan qabel ma l-osservatur jitniżżel l-art.

13. Sid il-bastiment huwa responsabbli għall-ispejjeż tal-akkomodazzjoni u tal-ikel tal-osservatur bl-istess kundizzjonijiet li japplikaw għall-uffiċjali, skont il-possibbiltajiet prattiċi tal-bastiment.

14. Is-salarju u l-kontribuzzjonijiet soċjali tal-osservatur għandhom jitħallsu mill-awtoritajiet kompetenti ta' São Tomé u Príncipe.

KAPITOLU VI – IL-KONTROLL

Il-bastimenti tas-sajd Ewropej għandhom jirrispettaw il-miżuri u r-rakkomandazzjonijiet adottati mill-ICCAT f’dak li jirrigwarda l-irkaptu tas-sajd, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tagħhom u kwalunkwe miżura oħra applikabbli għall-attivitajiet tas-sajd tagħhom.

1. Il-lista ta' bastimenti

1.1. L-Unjoni Ewropea għandha żżomm lista aġġornata tal-bastimenti li nħarġitilhom awtorizzazzjoni għas-sajd (liċenzja tas-sajd) skont dan il-Protokoll. Din il-lista għandha tiġi notifikata lill-awtoritajiet ta' São Tomé u Príncipe inkarigati mill-kontroll tas-sajd hekk kif tiġi stabbilita u sussegwentament kull meta tiġi aġġornata.

2. Il-proċeduri ta’ kontroll

2.1 Il-kaptani tal-bastimenti awtorizzati tal-Unjoni Ewropea li jkunu involuti f’attivitajiet ta’ sajd fl-ilmijiet tas-sajd ta' São Tomé u Príncipe għandhom jippermettu u jiffaċilitaw it-tlugħ abbord u t-twettiq tad-dmirijiet ta’ kull uffiċjal ta' São Tomé u Príncipe inkarigat mill-ispezzjoni u l-kontroll tal-attivitajiet tas-sajd.

2.2. Dawn l-uffiċjali għandhom jibqgħu abbord sakemm ikun neċessarju sabiex ikunu jistgħu jaqdu d-dmirijiet tagħhom.

2.3. Wara kull spezzjoni u kontroll fil-port, kopja tar-rapport tal-ispezzjoni għandha tingħata lid-Delegazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea fil-Gabon.

2.4. Biex jiġu ffaċilitati proċeduri ta’ spezzjonijiet siguri u dan mingħajr preġudizzju għal-leġiżlazzjoni ta' São Tomé u Príncipe, il-monitoraġġ għandu jsir b'tali mod li l-pjattaformi tal-ispezzjoni u l-ispetturi jiġu identifikati bħala uffiċjali awtorizzati minn São Tomé u Príncipe.

2.5 Il-kaptani tal-bastimenti tal-Unjoni Ewropea li jkunu involuti fl-attivitajiet ta' trażbord fiż-żoni ta' São Tomé u Príncipe imsemmijin fil-Kapitolu III, Sezzjoni 3 il-punt 2 jippermettu u jiffaċilitaw lill-ispetturi ta' São Tomé u Príncipe jagħmlu dawn l-ispezzjonijiet.

KAPITOLU VII – IL-KSUR TAR-REGOLI

1.1 L-awtoritajiet kompetenti ta' São Tomé u Príncipe għandhom jinfurmaw lill-Istat tal-bandiera u lill-Kummissjoni Ewropea, mhux iktar tard minn 24 siegħa, dwar xi spezzjoni li tkun żvelat ksur minn xi bastiment tal-Unjoni Ewropea.

1.2 L-Istat tal-bandiera u l-Kummissjoni Ewropea għandhom jirċievu fl-istess waqt rapport qasir dwar iċ-ċirkostanzi u r-raġunijiet li jkunu wasslu għal din is-sejba.

2. Id-dikjarazzjoni tal-ispezzjoni

2.1 Il-kaptan tal-bastiment għandu jiffirma r-rapport wara li dan jinkiteb mill-awtorità kompetenti ta' São Tomé u Príncipe.

2.2 Din il-firma ma tippreġudikax id-drittijiet u l-mezzi ta’ difiża li l-kaptan jista’ jkollu biex iwieġeb għall-ksur li allegatament ikun għamel.

2.3 Il-kaptan għandu jiddiriġi l-bastiment tiegħu fil-port indikat mill-awtoritajiet ta' São Tomé u Príncipe. F'każ ta' ksur minuri, l-awtorità kompetenti ta' São Tomé u Príncipe tista’ tawtorizza lill-bastiment spezzjonat biex ikompli l-attivitajiet tas-sajd tiegħu.

3. Il-laqgħa ta’ konsultazzjoni fil-każ ta’ arrest

3.1 Qabel ma jiġu kkunsidrati l-miżuri eventwali fil-konfront tal-kaptan jew tal-ekwipaġġ tal-bastiment jew kull azzjoni oħra li tirrigwarda t-tagħbija u t-tagħmir tal-bastiment, għajr dawk maħsuba għall-konservazzjoni tal-provi dwar il-ksur allegat, għandha ssir laqgħa ta' konsultazzjoni, fi żmien ġurnata tax-xogħol minn meta jasal dan it-tagħrif, bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-awtoritajiet kompetenti ta' São Tomé u Príncipe, bil-parteċipazzjoni eventwali ta' rappreżentant tal-Istat Membru konċernat.

3.2 Matul din il-laqgħa, il-Partijiet għandhom ipartu bejniethom id-dokumentazzjoni kollha jew it-tagħrif rilevanti li jistgħu jgħinu biex jiċċaraw iċ-ċirkostanzi tal-fatti allegati. Sid il-bastiment jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jiġi infurmat dwar l-eżitu ta’ din il-laqgħa kif ukoll dwar kwalunkwe miżura li tista’ tirriżulta mill-ispezzjoni.

4. Regolazzjoni tal-ispezzjoni

4.1. Qabel kull proċedura legali, b'eċċezzjoni għall-każijiet li jaqgħu taħt il-liġi kriminali, il-ksur allegat għandu jiġi rregolat permezz ta’ soluzzjoni bonarja. Din il-proċedura għandha tintemm sa mhux aktar tard minn tlett ijiem ta’ xogħol wara l-ispezzjoni.

4.2. F’każ ta’ tranżazzjoni bonarja, l-ammont tal-multa applikata għandu jiġi determinat skont ir-regoli applikabbli f'São Tomé u Príncipe.

4.3. F’każ li t-tilwima ma setgħetx tissolva bonarjament u f'każ li titressaq quddiem awtorità ġudizzjarja kompetenti, sid il-bastiment għandu jagħmel garanzija bankarja ma' bank magħżul mill-awtoritajiet kompetenti ta' São Tomé u Príncipe, f’ammont li għandu jiġi ffissat b'kunsiderazzjoni għall-ispejjeż konnessi mal-ispezzjoni kif ukoll l-ammont tal-multa u tal-kumpens li jistgħu jeħlu dawk responsabbli għall-ksur.

4.4. Il-garanzija bankarja għandha tkun irrevokabbli qabel ma tintemm il-proċedura ġudizzjarja. Din tiġi rilaxxata wara li tintemm il-proċedura mingħajr kundanna. Bl-istess mod, f’każ ta’ kundanna li twassal għal multa inferjuri għall-garanzija depożitata, id-differenza tiġi rilaxxata mill-awtoritajiet kompetenti ta' São Tomé u Príncipe.

4.5. Il-bastiment għandu jinħeles u l-ekwipaġġ tiegħu jitħalla jitlaq mill-port:

- meta jitwettqu l-obbligi miftehma fil-proċedura bonarja;

- wara li jkun sar id-depożitu tal-garanzija bankarja skont il-punt 4.3 aktar ’il fuq u meta din tiġi aċċettata mill-awtoritajiet kompetenti ta' São Tomé u Príncipe, sakemm l-eżitu tal-proċedura ġudizzjarja jkun għadu pendenti.

APPENDIċIJIET

1 – Formola ta' applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għas-sajd

2 – Ġurnal ta’ abbord

3 – Il-pożizzjoni taż-żona projbita għas-sajd

4 – Komunikazzjoni tal-messaġġi VMS għal São Tomé u Príncipe.

5 – Limiti taż-ŻEE ta' São Tomé u Príncipe – koordinati taż-ŻEE

6 – Dettalji ta' kuntatt taċ-Ċentru ta' Monitoraġġ tas-Sajd ta' São Tomé u Príncipe

7– Dettalji ta' kuntatt taċ-Ċentri ta' Monitoraġġ tas-Sajd tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea milquta mill-Protokoll tal-Ftehim tas-Sħubija dwar is-Sajd

Appendiċi 1

IL-MINISTERU INKARIGAT MIS-SAJD F'SÃO TOMÉ U PRÍNCIPE

APPLIKAZZJONI GħAL AWTORIZZAZZJONI GħAS-SAJD GħAL BASTIMENTI TAS-SAJD INDUSTRIJALI BARRANIN

1. L-isem ta' sid il-bastiment:

2. L-indirizz ta' sid il-bastiment:

3. L-isem tar-rappreżentant jew tal-aġent:

4. L-indirizz tar-rappreżentant jew tal-aġent lokali ta’ sid il-bastiment:

5. L-isem tal-kaptan:

6. L-isem tal-bastiment:

7. In-numru ta’ reġistrazzjoni:

8. In-numru tal-feks:

9. L-indirizz tal-posta elettronika:

10. Il-kodiċi tar-radju:

11. Id-data u l-post ta' kostruzzjoni:

12. L-Istat tal-bandiera:

13. Il-port ta’ reġistrazzjoni:

14. Il-port ta’ manutenzjoni:

15. It-tul totali:

16. Il-wisgħa:

17. It-tunellaġġ gross:

18. Il-kapaċità tal-istiva:

19. Il-kapaċità tar-refriġerazzjoni u l-friża:

20. It-tip u l-qawwa tal-magna:

21. L-irkaptu tas-sajd:

22. L-għadd ta' baħrin:

23. Is-sistema ta' kommunikazzjoni.

24. Il-kodiċi tar-radju:

25. Is-sinjali ta' identifikazzjoni:

26. L-attivitajiet tas-sajd li se jwettaq:

27. Il-post tal-iżbark:

28. Iż-zoni tas-sajd:

29. L-ispeċijiet li għandhom jinqabdu:

30. Il-perjodu tal-validità:

31. Il-kundizzjonijiet speċjali:

L-opinjoni tad-direzzjoni ġenerali tas-sajd u tal-akkwakultura:

L-osservazzjonijiet tal-Ministeru inkarigat mis-Sajd:

Appendiċi 2

IL-ĠURNAL TA' ABBORD |

Bil-konz Lixka ħajja Purse Seine Tkarkir Outros (Oħrajn) |

Bandiera: ……………………………………………………………………........................... | Kapaċità – (TM): ……………………………………………........ |

Numru tar-reġistrazzjoni: ………………………………………………………………................................... | Kaptan: ……………………………………………………….... |

Sid: ………………………………………………………….......................... | Għadd ta' membri tal-ekwipaġġ: ….…………………………………………………........................ |

Indirizz: ………………………………………………………………………….... | Data tar-rapport ………………………………………………...... |

(Awtur tar-rapport): ………………………………………………................................. | Għadd ta’ jiem fuq il-baħar: | Għadd ta’ jiem ta’ sajd: Għadd ta’ rimjiet: | Numru tas-sajda: |

Data | Settur | T° ta’ wiċċ il-baħar (ºC) | Sforz tas-sajd Għadd ta’ snanar użati | Capturas (Qabdiet) | Isco usado na pesca (Lixka użata) |

1 – Uża paġna għal kull xahar u ringiela għal kull jum. | 3 – "Jum" ifisser il-jum li fih jintrama l-konz. | 5 - L-aħħar ringiela (Kwantitajiet imħatta) ma għandhiex timtela’ qabel it-tmiem tas-sajda. Għandu jkun indikat il-piż reali fil-mument tal-ħatt. |

2 - Fit-tmiem ta’ kull sajda, ibgħat kopja tal-ġurnal lill-korrispondent tiegħek jew lill-ICCAT, Calle Corazón de María, 8, 28002 Madrid. Spanja. | 4 - Is-settur tas-sajd jiddetermina l-pożizzjoni tal-bastiment. Aġġusta il-minuti sal-eqreb figura sħiħa u indika l-grad ta’ latitudni u lonġitudni. Qis li jkun hemm indikazzjoni Tramuntana/Nofsinhar u Lvant/Punent. | 6 – L-informazzjoni kollha hawn inkluża hija strettament kunfidenzjali. |

Appendiċi 3

[pic]

Appendiċi 4

IL-KOMUNIKAZZJONI TAL-MESSAĠĠI VMS F'SÃO TOMÉ U PRÍNCIPE

Tabella II – FORMAT TAD-DEJTA VMS

Dejta | Kodiċi | Kummenti |

Il-bidu tar-reġistrazzjoni | SR | Dejta dwar is-sistema – tindika l-bidu tar-reġistrazzjoni |

Id-destinatarju | AD | Dejta dwar il-messaġġ – destinatarju. Kodiċi ISO Alfa 3 tal-pajjiż |

Il-mittenti | MT | Dejta dwar il-messaġġ – mittenti. Kodiċi ISO Alfa 3 tal-pajjiż |

L-Istat tar-reġistrazzjoni | FS |

It-tip ta’ messaġġ | TM | Informazzjoni dwar il-messaġġ – tip ta’ messaġġ "POS" |

Il-kodiċi tar-radju | RC | Dejta dwar il-bastiment – kodiċi internazzjonali tar-radju tal-bastiment |

In-numru ta’ referenza interna għall-Parti kontraenti | IR | Dejta dwar il-bastiment – numru uniku tal-parti kontraenti (kodiċi ISO-3 tal-Istat tal-bandiera segwit minn numru) |

In-numru tar-reġistrazzjoni esterna | XR | Dejta dwar il-bastiment – numru li jidher fuq il-ġenb tal-bastiment |

Il-latitudni | LA | Dejta dwar il-pożizzjoni tal-bastiment – il-pożizzjoni fi gradi u minuti Tramuntana/Nofsinhar DD ddd (WGS -84) |

Il-lonġitudni | LO | Dejta dwar il-pożizzjoni tal-bastiment – il-pożizzjoni fi gradi u minuti Lvant/Punent DDD ddd (WGS-84) |

Ir-rotta | CO | Ir-rotta tal-bastiment fuq skala ta’ 360° |

Il-veloċità | SP | Il-veloċità tal-bastiment f’għexieren ta’ mili tal-baħar |

Id-data | DA | Dejta dwar il-pożizzjoni tal-bastiment – data tar-reġistrazzjoni tal-pożizzjoni UTC (SSSSXXJJ) |

Il-ħin | TI | Dejta dwar il-pożizzjoni tal-bastiment – ħin tar-reġistrazzjoni tal-pożizzjoni UTC (SSMM) |

It-tmiem tar-reġistrazzjoni | ER | Dejta dwar is-sistema – tindika t-tmiem tar-reġistrazzjoni |

Sett ta’ karattri: ISO 8859.1

Kull trażmissjoni ta’ dejta għandha tkun strutturata b’dan il-mod:

- linja mmejla doppja (//) u kodiċi li jimmarkaw il-bidu tat-trażmissjoni,

- linja mmejla waħda (/) timmarka s-separazzjoni bejn il-kodiċi u d-dejta.

Id-dejta fakultattiva għandha tiddaħħal bejn il-bidu u t-tmiem tar-reġistrazzjoni.

Format għall-komunikazzjoni tal-qbid u r-rapporti tal-bastiment tas-sajd

Rapport "Qbid fid-dħul taż-ŻEE"

Rapport "Qbid matul it-trażbord"

Rapport "Qbid fil-ħruġ miż-ŻEE"

Appendiċi 5

IL-LIMITI TAŻ-ŻEE TA' SÃO TOMÉ U PRÍNCIPE

IL-KOORDINATI TAŻ-ŻEE

http://www.un.org/Depts/los/LEGISLATIONANDTREATIES/losic/losic9ef.pdf

Appendiċi 6

ID-DETTALJI TA' KUNTATT TAĊ-ĊENTRU TA' MONITORAĠĠ TAS-SAJD (FMC) TA' SAO TOME U PRÍNCIPE

Isem tal-FMC :

Tel. VMS :

Feks VMS :

Posta elettronika VMS :

Tel. DSPG :

Feks. DSPG :

Indirizz X25 =

Dikjarazzjoni tad-dħul/tal-ħruġ:

Appendiċi 7

ID-DETTALJI TA' KUNTATT TAL-ISTATI MEMBRI TAL-UNJONI EWROPEA INTERESSATI FIL-PROTOKOLL TAL-FTEHIM TA' SĦUBIJA DWAR IS-SAJD BEJN L-UE U SÃO TOMÉ U PRÍNCIPE

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1. QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

1.1. Titolu tal-proposta/inizjattiva

1.2. Il-qasam/l-oqsma tal-politika kkonċernata:

1.3. Natura tal-proposta/inizjattiva

1.4. Għan/Għanijiet

1.5. Il-bażi għall-proposta/inizjattiva

1.6. It-tul taż-żmien u l-impatt finanzjarju

1.7. Metodu/i ta’ ġestjoni previst(i)

2. MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1. Regoli ta’ monitoraġġ u rappurtar

2.2. Sistema ta’ ġestjoni u kontroll

2.3. Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet

3. IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

3.1. Intestatura/i tal-qafas finanzjarju multiannwali u tal-linja/i tal-baġit tal-infiq affettwata/i

3.2. Impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.1. Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.2. Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

3.2.3. Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.4. Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali

3.2.5. Kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi

3.3. L-impatt stmat fuq id-dħul

QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

Titolu tal-proposta/inizjattiva

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta’ Protokoll ġdid li jiffissa l-opportunitajiet ta’ sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Demokratika ta' São Tomé u Príncipe.

Qasam/oqsma tal-politika konċernata/i fl-istruttura ABM/ABB[9]

11. – Is-sajd u l-affarijiet marittimi

11.03 - Politika internazzjonali u l-Liġi tal-Baħar

Natura tal-proposta/inizjattiva

( Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ġdida

( Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ġdida li ssegwi proġett pilota/azzjoni preparatorja[10]

X Il-proposta/inizjattiva hija relatata mal-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti

( Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni diretta mill-ġdid lejn azzjoni ġdida

Għanijiet

L-għan(ijiet) strateġiku/ċ) multiannwali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/inizjattiva

Fil-qafas tal-kompetenza esklussiva tagħha meta tinnegozja ftehimiet bilateri dwar is-sajd, il-Kummissjoni tinnegozja, tikkonkludi u timplimenta Ftehimiet ta' Sħubija dwar is-Sajd (FPAs) u, fl-istess ħin, tiżgura djalogu politiku bejn l-imsieħba fil-qasam tal-politika dwar is-sajd fl-Istati terzi kkonċernati.

In-negozjar u l-konklużjoni ta’ ftehimiet tas-sajd ma’ Stati terzi jilħqu l-għan ġenerali li jinżammu u jitħarsu l-attivitajiet tas-sajd tal-flotta tal-Unjoni Ewropea, inkluża l-flotta ta’ sajd f'ilmijiet imbiegħda, u li jiġu żviluppati relazzjonijiet fi spirtu ta’ sħubija bl-għan li jissaħħaħ l-użu sostenibbli tar-riżorsi ta’ ħut lil hinn mill-ilmijiet tal-UE, waqt li jitqiesu l-kwistjonijiet ambjentali, soċjali u ekonomiċi.

L-FPAs jiżguraw ukoll koerenza bejn il-pronċipji li jrregolaw il-Politika Komuni tas-Sajd u l-impenji li jsiru f'politiki oħra Ewropej (użu sostenibbli ta' riżorsi ta' Stati terzi, il-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux rapportat u mhux regolat (IUU), l-integrazzjoni tal-pajjiżi msieħba fl-ekonomija globali u regolamentazzjoni politika u finanzjarja tas-sajd.

L-għan(ijiet) speċifiku/ċi u l-attività/ajiet ABM/ABB ikkonċernata/i

Għan speċifiku Nru 1[11]

Li jikkontribwixxu għas-sajd sostenibbli fl-ilmijiet mhux tal-UE, li l-Ewropa żżomm il-preżenza tagħha f'sajd li jsir fl-ilmijiet imbiegħda u li jkunu mħarsa l-interessi tas-settur tas-sajd fl-Ewropa u tal-konsumaturi billi jsiru negozjati u jiġu konklużi ftehimiet tas-sħubija dwar is-sajd ma' Stati mal-kosta (Stati terzi) skont politiki oħra Ewropej.

Fil-każ speċifiku tal-Protokoll il-ġdid mar-Repubblika ta' São Tomé u Príncipe, il-livell tal-qbid għall-flotta Ewropea tat-tonn ġie ffissat f'tunnellaġġ ta' referenza ta' 7 000 tunnellata fis-sena. Il-kost għal kull unità ġie ffissat għal EUR 100 kull tunnellata, li EUR 65 kull tunnellata għandhom jitħallsu mill-baġit tal-UE u EUR 35 għal kull tunnellata għandhom jinħarġu mill-operaturi.

Attività/ajiet ABM/ABB kkonċernata/i

L-affarijiet marittimi u s-sajd, is-sajd internazzjonali u l-liġi dwar il-baħar, il-ftehimiet internazzjonali dwar is-sajd (linja tal-baġit 11.0301)

Riżultat(i) u impatt(i) mistennija

L-effetti li l-proposta/inizjattiva għandu jkollha fuq il-benefiċjarji/gruppi mmirati huma speċifikati.

1. Il-konklużjoni tal-Protokoll tas-Sajd bejn l-UE u São Tomé u Príncipe tikkontribwixxi biex jinżamm il-livell attwali ta' opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti Ewropej fl-ilmijiet tal-Istati terzi għall-perjodu bejn l-2011 u l-2013, b'mod partikolari dawk li jirrigwardaw il-flotta tat-tonn. Dan il-protokoll jikkontribwixxi għaż-żamma kontinwa tas-sajd koperti minn ftehimiet fil-Golf tal-Guinea.

2. Il-Protokoll jikkontribwixxi wkoll għall-aħjar ġestjoni u konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd, permezz ta' appoġġ finanzjarju (appoġġ settorjali) għall-implimentazzjoni ta' programmi annwali u multiannwali adottati fuq livell nazzjonali mill-Pajjiż imsieħeb.

L-indikaturi tar-riżultati u l-impatti

L-indikaturi għall-kontroll tal-implimentazzjoni tal-proposta huma speċifikati.

L-indikaturi li ġejjin se jintużaw fil-kuntest tal-ABM (ġestjoni msejsa fuq l-attivitajiet) sabiex tiġi monitorjata l-implimentazzjoni tal-ftehim:

- monitoraġġ tar-rata annwali tal-użu tal-opportunitajiet tas-sajd (% tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd użati kull sena skont rapport għad-disponibbiltà li jagħti l-Protokoll);

- ġbir u analiżi tad-dejta dwar il-qabdiet u l-valur kummerċjali tal-Ftehim (kwantità f'tunnellati u l-iżvilupp annwali meta mqabbel mat-tunnellati ta' referenza ffissati fil-Protokoll);

F'livell aggregat ma' ftehimiet oħra ta' sħubija dwr is-sajd konklużi mill-UE u l-Istati terzi, l-indikaturi li ġejjin jistgħu jintużaw bħala parti minn analiżi multiannwali:

- Kontribuzzjoni għall-impjiegi u għall-valur miżjud fl-UE;

- Kontribuzzjoni għall-istabbilizzazzjoni tas-suq tal-UE;

Barra minn hekk, fil-qafas tad-djalogu ta' sħubija, hu propost ukoll l-użu tal-indikatur li ġej dwar il-monitoraġġ:

- Għadd ta’ laqgħat tekniċi u ta’ Kumitati konġunti.

Il-bażi għall-proposta/inizjattiva

Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi(u) ssodisfat(i) fuq perjodu ta’ żmien medju jew twil

Il-Protokoll ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Demokratika ta' São Tomé u Príncipe għall-perjodu ta' bejn l-2006 u l-2010 skada fil-31 ta' Mejju 2010. Il-Protokoll il-ġdid għandu jkopri l-perjodu bejn l-2011 u l-2013, sakemm il-proċedura rigward l-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill għall-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll, imnedija b’mod parallel ma’ din il-proċedura, tintemm malajr kemm jista' jkun.

Il-Protokoll il-ġdid se jagħmilha possibbli li jiġi provdut qafas għall-attivitajiet tas-sajd tal-flotta Ewropea u b'mod partikolari, se jippermetti lis-sidien tal-bastimenti jiksbu awtorizzazzjonijiet tas-sajd fiż-ŻEE ta' São Tomé u Príncipe mill-2011 'il quddiem.

Barra minn hekk, wieħed mill-għanijiet prinċipali tal-Protokoll il-ġdid huwa li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-UE u São Tomé u Príncipe bl-għan li jippromwovi l-iżvilupp ta’ politika ta’ sajd sostenibbli u l-isfruttament razzjonali tar-riżorsi tal-ħut fiż-żona ta’ sajd ta' São Tomé u Príncipe.

L-elementi prinċipali tal-Protokoll il-ġdid huma:

- L-opportunitajiet tas-sajd: 28 bastiment tas-sajd għat-tonn bit-tartarun u 12-il bastiment tas-sajd bil-konz tal-wiċċ se jingħataw awtorizzazzjoni għas-sajd, b'tunnellaġġ ta' referenza annwali ta' 7 000 tunnellata. L-allokazzjoni ta' dawn l-opportunitajiet tas-sajd bejn l-Istati Membri kkonċernati hija s-suġġett ta' proposta għal Regolament speċifiku tal-Kunsill.

- Kontribuzzjoni finanzjarja annwali: EUR 682 500

- Ħlasijiet bil-quddiem u pagamenti applikati għas-sidien tal-bastimenti[12]: EUR 35 għal kull tunnellata tonn li jinqabad fiż-żona tas-sajd ta' São Tomé u Príncipe. Il-ħlasijiet bil-quddiem annwali huma ffissati għal EUR 6 625 għal kull bastiment tas-sajd għat-tonn bit-tartarun, u għal EUR 2 275 għal kull bastiment tas-sajd bil-konz tal-wiċċ.

Valur miżjud tal-involviment Komunitarju

F’dak li jirrigwarda dan il-Protokoll il-ġdid, jekk ma jsirx intervent mill-UE, ikun hemm ftehimiet privati li ma jagħtux garanzija ta’ sajd sostenibbli. L-Unjoni Ewropea tispera wkoll li, b'dan il-Protokoll, ir-Repubblika Demokratika ta' São Tomé u Príncipe se tkompli tikkopera b'mod effikaċi mal-UE fil-korpi reġjonali bħall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT).

Il-fondi disponibbli skont il-Protokoll se jippermettu wkoll lil São Tomé u Príncipe biex ikompli bl-isforzi fl-ippjanar strateġiku għall-implimentazzjoni tal-politiki tas-sajd tiegħu u li jsaħħaħ il-kapaċità tiegħu biex jiġġieled is-sajd IUU, b'mod partikolari billi jtejjeb l-infrastruttura tiegħu għall-monitoraġġ u l-kontroll tal-attivitajiet tas-sajd fiż-Żona Ekonomika Esklussiva (ŻEE).

Barra minn hekk, il-Ftehim tas-Sajd joħloq impjiegi għall-baħrin li ġejjin mill-UE kif ukoll mill-Istat terz. Minbarra dan, il-Ftehim tas-Sajd jiżgura parti sostanzjali mir-riżorsi tal-politika settorjali tas-sajd fl-Istat arċipelagu. Permezz tal-Ftehim tas-Sajd, għandhom jiġu infurzati wkoll l-attivitajiet ta’ segwitu, monitoraġġ u sorveljanza.

Il-lezzjonijiet mitgħallma minn esperjenzi simili fil-passat

F'Mejju 2010 twettqet u ġiet iffinalizzata evalwazzjoni fil-fond tal-Protokoll 2006-2010 bl-assistenza ta’ konsorzju ta’ konsulenti indipendenti sabiex tippermetti t-tnedija tan-negozjati tal-Protokoll il-ġdid.

L-evalwazzjoni ex-ante rrigwardat ċertu għadd ta’ punti ta’ interess għall-UE.

- Billi jissodisfa l-ħtiġijiet tal-flotot Ewropej, il-Ftehim tas-Sajd ma' São Tomé u Príncipe jista’ jikkontribwixxi sabiex jappoġġa l-vijabbiltà tas-settur tat-tonn tal-UE fl-Oċean Atlantiku.

- Il-Protokoll ta’ Ftehim huwa stmat li jista’ jikkontribwixxi għall-vijabbiltà tas-setturi Ewropej billi jipproponi ambjent ġuridiku stabbli u viżibilità f’terminu medju lill-bastimenti u s-setturi tal-Unjoni Ewropea li jiddependu fuqu.

F’dak li jikkonċerna l-interessi ta' São Tomé u Príncipe fil-kuntest tal-Protokoll, l-evalwazzjoni tipprovdi l-konklużjonijiet ippreżentati hawn isfel.

- Il-Ftehim tas-Sajd jista’ jikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet istituzzjonali tas-settur tas-sajd, filwaqt li jitjiebu r-riċerka u l-attivitajiet ta’ segwitu, monitoraġġ u sorveljanza (MCS), kif ukoll it-taħriġ u l-vijabbiltà tas-settur tas-sajd artiġjanali.

- Il-Ftehim tas-Sajd ikollu wkoll impatt importanti fuq l-istabbiltà baġitarja u politika tal-pajjiż.

Minbarra l-valur kummerċjali dirett tal-qbid għall-bastimenti kkonċernati, il-Ftehim jista’ jġib benefiċċji ċari kif elenkati hawn isfel:

- garanziji ta’ impjiegi abbord il-bastimenti ta’ sajd,

- effett multiplikatur għall-impjiegi fil-portijiet, l-irkanti, il-fabbriki tal-ipproċessar, it-tarzni navali, l-impriżi tas-servizzi, eċċ.,

- possibbiltajiet ta’ impjiegi li jinħolqu f’reġjuni fejn ma teżisti ebda possibbiltà oħra,

- kontribuzzjoni għall-konsenja tal-ħut tal-UE.

Ir-rapport ta’ evalwazzjoni[13] jindika li l-Ftehim jagħti kontribuzzjoni pożittiva għall-preżenza tal-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartarun, iżda għandu biss impatt marġinali fuq il-preżenza tal-bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ. Il-kontribuzzjoni tal-Ftehim għall-iżgurar tal-attivitajiet tal-flotta tal-UE hija importanti għall-qasam tat-tonn, anki jekk il-qabdiet jistgħu jkunu kkonċentrati biss fi ftit xhur tas-sena.

Il-Ftehim il-ġdid qies dawn ir-rakkomandazzjonijiet bil-konferma tal-għoti ta’ awtorizzazzjonijiet tas-sajd esklussivament għall-kategorija tat-tonn. Barra minn hekk, meta mqabbel mal-Protokoll preċedenti, l-opportunitajiet tas-sajd għall-qasam tal-bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ naqsu minn 18 għal 12, meta wieħed iqis ir-rati storiċi tal-użu għal din il-kategorija fis-snin riċenti. Ukoll, kien hemm ftit żieda fl-għadd ta' liċenzji disponibbli għall-bastimenti tas-sajd bit-tartarun bħala kategorija sabiex tinqata' l-miġrazzjoni riċenti ta' xi operaturi mill-Oċean Indjan għall-Oċean Atlantiku bħala riżultat tal-fenomenu tal-piraterija.

Kien neċessarju wkoll li jonqos it-tunnellaġġ ta' referenza (minn 8 500 għal 7 000 tunnellata fis-sena) sabiex ix-xejriet tas-snin reċenti jkunu riflessi aħjar. Madankollu, meta wieħed iqis il-ħtiġijiet tas-settur tas-sajd fir-Repubblika ta' São Tomé u Príncipe, żdied il-baġit allokat għal appoġġ settorjali meta mqabbel mal-Protokoll preċedenti.

Globalment, il-kontribuzzjoni finanzjarja annwali żdiedet b’EUR 19 500 (+ 2.94%) meta mqabbel mal-Protokoll preċedenti (2006-10).

Il-koerenza u s-sinerġija possibbli ma’ strumenti rilevanti oħrajn

Il-fondi mħallsa skont il-ftehimiet ta' sħubija dwar is-sajd huma magħmula minn dħul funġibbli fil-baġits tal-imsieħba ġejjin minn Stati terzi. Madankollu, li wieħed jalloka xi wħud minn dawn il-fondi għall-użu fl-implimentazzjoni tal-miżuri bħala parti mill-politika settorjali tal-pajjiż hija kundizzjoni għall-konklużjoni u l-monitoraġġ tal-FPAs. Dawn ir-riżorsi finanzjarji huma kompatibbli ma' sorsi oħra ta' finanzjament minn donaturi oħra talli jwettqu proġetti u/jew programmi fuq livell nazzjonali fis-settur tas-sajd. Miżuri oħra li parti minnhom hija possibbilment iffinanzjata mill-EDF jistgħu jkunu kompatibbli wkoll ma' dawk identifikati bħala parti mill-ippjanar annwali u multiannwali tal-politika settorjali tal-pajjiż: f'dak il-każ il-progress li jsir kull sena lejn l-implimentazzjoni, kif imsemmi fil-paragrafu 2.1 hawn taħt, se jkun analizzat globalment.

It-tul taż-żmien u l-impatt finanzjarju

X Proposta/inizjattiva fuq tul ta’ żmien limitat

X Proposta/inizjattiva fis-seħħ għal perjodu ta' tliet snin mill-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll li jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Demokratika ta' São Tomé u Príncipe.

X Impatt finanzjarju mill-2011 sal-2013

( Proposta/inizjattiva fuq tul ta’ żmien mhux limitat

- Implimentazzjoni b’perjodu inizjali minn [SSSS] sa [SSSS],

- segwit minn operazzjoni fuq skala sħiħa.

Metodu/i ta’ ġestjoni previst(i)[14]

x Ġestjoni diretta ċentralizzata mill-Kummissjoni

( Ġestjoni ċentralizzata indiretta bid-delegazzjoni tal-kompiti implimentattivi lil:

- ( aġenziji eżekuttivi

- ( korpi stabbiliti mill-Komunitajiet[15]

- ( korpi mis-settur pubbliku nazzjonali/korpi b’missjoni ta’ servizz pubbliku

- ( persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u identifikati fl-att bażiku rilevanti fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 49 tar-Regolament Finanzjarju

( Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

( Ġestjoni deċentralizzata ma’ Stati terzi

( Ġestjoni konġunta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (li jridu jiġu speċifikati)

Jekk ikun indikat aktar minn mod wieħed ta’ ġestjoni, jekk jogħġbok agħti d-dettalji fit-taqsima “Kummenti”.

Rimarki

[…]

MIŻURI TA’ ĠESTJONI

Regoli ta’ monitoraġġ u rappurtar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet ta' dawn id-dispożizzjonijiet.

Il-Kummissjoni (DĠ MARE, b’kollaborazzjoni mad-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-Gabon, inkarigata minn São Tomé u Príncipe) għandha tiżgura l-monitoraġġ regolari tal-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll, b’mod partikolari f’termini ta’ użu tal-opportunitajiet tas-sajd mill-operaturi u f’termini ta’ dejta ta’ qbid.

Barra minn hekk, il-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd jipprovdi għall-anqas laqgħa annwali waħda tal-Kumitat Konġunt, li fiha l-Kummissjoni u l-Istati Membri kkonċernati jiltaqgħu mal-Istati terzi sabiex janalizzaw l-implimentazzjoni tal-Ftehim u l-Protokoll tiegħu.

Fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-appoġġ settorjali, il-Protokoll jistipula li, kull sena, iż-żewġ Partijiet għandhom jevalwaw il-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni tal-programm multiannwali settorjali. Il-Protokoll jipprovdi għal aġġustament possibbli tal-kontribuzzjoni finanzjarja allokata biex tagħti appoġġ settorjali jekk din l-evalwazzjoni tiżvela li l-għanijiet finanzjarji mhumiex jinkisbu b'mod sodisfaċenti.

Sistema ta’ ġestjoni u kontroll

Riskju/i identifikat(i)

L-implimentazzjoni ta’ Protokoll tas-Sajd iġġib magħha ċertu għadd ta’ riskji, pereżempju: l-ammonti destinati għall-finanzjament tal-politika settorjali tas-sajd mhumiex allokati kif miftiehem (anqas programmazzjoni).

Metodu/i ta’ kontroll previst(i)

Sabiex jiġu evitati r-riskji msemmija fil-punt ta' qabel dan, huwa previst djalogu bbażat fuq il-programmazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika settorjali. L-analiżi konġunta tal-progress, kif imsemmija fil-paragrafu 2.1, tagħmel ukoll parti minn dawn il-metodi ta' kontroll.

Barra minn hekk, il-Protokoll fih klawżoli speċifiċi għas-sospensjoni tiegħu, fuq ċerti kundizzjonijiet u f'ċerti ċirkostanzi.

Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet

Il-miżuri ta’ prevenzjoni u protezzjoni eżistenti jew previsti huma speċifikati.

L-użu tal-kontribuzzjoni finanzjarja mħallsa mill-UE fil-kuntest tal-Ftehim huwa r-responsabbiltà tal-Istat terz sovran ikkonċernat biss. Il-Kummissjoni madankollu tintrabat li tipprova tistabbilixxi djalogu politiku permanenti u konsultazzjoni sabiex tkun tista’ ttejjeb il-ġestjoni tal-Ftehim u ssaħħaħ il-kontribuzzjoni tal-UE għall-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi. Fil-każijiet kollha, kull ħlas li jsir mill-Kummissjoni fil-kuntest ta’ Ftehim tas-Sajd huwa suġġett għar-regoli u l-proċeduri baġitarji u finanzjarji normali tal-Kummissjoni. Dan jippermetti, b’mod partikolari, li jiġu identifikati b’mod komplut il-kontijiet bankarji tal-Istati terzi li fihom ikunu depożitati l-ammonti tal-kontribuzzjoni finanzjarja. Għal dan il-Protokoll partikolari, l-Artikolu 2(8) jistipula li l-kontribuzzjoni finanzjarja kollha għandha titħallas f'kont tat-Teżor Pubbliku li jkun infetaħ mill-Bank Ċentrali ta' São Tomé u Príncipe.

IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

Intestatura/i tal-qafas finanzjarju multiannwali u tal-linja/i tal-baġit tal-infiq affettwata/i

- Linji baġitarji tan-nefqa eżistenti

Skont l-ordni tal-intestaturi u tal-linji tal-baġit tal-qafas finanzjarju multiannwali.

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali | Linja baġitarja | Tip ta' nefqa | Parteċipazzjoni |

Numru [Deskrizzjoni………………………………………...] | AD / AMD [16] | mill-pajjiżi tal-EFTA[17] | mill-pajjiżi kandidati[18] | Minn Stati terzi | fis-sens tal-Artikolu 18.1.a bis tar-Regolament Finazjarju |

2 | 11.0301 Ftehimiet internazzjonali fil-qasam tas-sajd | AD | NON | NON | NON | NON |

- Linji baġitarji ġodda mitluba:

(mhux applikabbli)

Skont l-ordni tal-intestaturi u tal-linji tal-baġit tal-qafas finanzjarju multiannwali.

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali | Linja baġitarja | Tip ta' nefqa | Parteċipazzjoni |

Numru [Deskrizzjoni………………………………………...] | AD/AMD | mill-pajjiżi tal-EFTA | mill-pajjiżi kandidati | Mill-Istati terzi | fis-sens tal-Artikolu 18.1.a bis tar-Regolament Finazjarju |

[…] | [XX.YY.YY.YY] […] | […] | IVA/LE | IVA/LE | IVA/LE | IVA/LE |

Impatt stmat fuq in-nefqa

Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

miljuni ta’ EUR (sa 4 punti deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali: | 2 | Preservazzjoni u Ġestjoni tar-Riżorsi Naturali |

EUR miljuni (sa 3 punti deċimali)

( Karigi fil-pjan ta' stabbiliment (l-uffiċjali u l-aġenti temporanji) |

xx 01 01 01 (fil-kwartieri ġenerali u fl-Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni) | 0,3 | 0,3 | 0,3 | 0 |

XX 01 01 02 (fid-delegazzjoni) | 0,1 | 0,1 | 0,1 | 0 |

XX 01 05 01 (Riċerka indiretta) | 0 | 0 | 0 | 0 |

10 01 05 01 (Riċerka diretta) | 0 | 0 | 0 | 0 |

( Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għal Full Time ETP)[28] |

XX 01 02 01 (AC, INT, SNE mill-pakkett globali) | 0 | 0 | 0 | 0 |

XX 01 02 02 (AC, INT, JED, LA u SNE fid-delegazzjonijiet) | 0,2 | 0,2 | 0,2 | 0 |

10 01 05 02 (AC, INT, SNE - Riċerka diretta) |

Linji baġitarji oħra (speċifika) |

TOTAL | 0,6 | 0,6 | 0,6 | 0 |

- XX hija l-qasam tal-politika jew it-titolu tal-baġit ikkonċernat

Ir-riżorsi umani mitluba għandhom jiġu sodisfatti mill-persunal mid-DĠ li diġà huma assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew ġew riallokati fi ħdan id-DĠ, flimkien, jekk dan ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ ta’ ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’allokazzjoni u fid-dawl tal-limiti tal-baġit.

Stima kkalkulata tar-Riżorsi Umani:

Uffiċjali u aġenti temporanji | uffiċjal responsabbli wieħed tad-DĠ MARE + CdU/ CdU adj + segretarjat : stima globali ta' 0.3 persuni/sena HoU wieħed, uffiċjal wieħed f'delegazzjoni stima globali ta' 0.1 persuni/sena Kalkolu tal-kostijiet: (0.3 +0.1) persuni/sena x EUR 122 000 kull sena = EUR 48 800 |

Persunal estern | AC wieħed f'delegazzjoni (Gabon) responsabbli mill-monitoraġġ tal-awtorizazzjonijiet tas-sajd mibgħuta/maħruġa lill-awtoritajiet ta' São Tomé u Príncipe Kalkolu tal-kostijiet: 0.2 persuni/sena x EUR 64 000 kull sena = EUR 12 800 |

Kalkolu tat-total tar-Riżorsi Umani kull sena: EUR 48 800 + EUR 12 800 = EUR 61 600 => MEUR 0.062

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

- Assistenza li għandha tingħata lin-negozjatur fit-tħejjija u l-konklużjoni tan-negozjati tal-ftehimiet tas-sajd:

- il-parteċipazzjoni fin-negozjati mal-Istat terz sabiex jiġu konklużi ftehimiet tas-sajd,

- it-tħejjija tal-abbozzi ta’ rapporti ta’ evalwazzjoni u n-noti dwar l-istrateġija għan-negozjati għall-Kummissarju,

- il-preżentazzjoni u d-difiża tal-pożizzjoni tal-Kummissjoni fi ħdan il-Grupp ta’ Ħidma dwar is-Sajd estern tal-Kunsill,

- il-parteċipazzjoni fit-tfittxija għal kompromess mal-Istati Membri elenkati fit-test finali tal-ftehim.

- Monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-Ftehim:

- il-monitoraġġ minn jum għall-ieħor tal-ftehimiet dwar is-sajd,

- it-tħejjija u l-verifikazzjoni tal-impenji u tal-ħlasijiet tal-kontribuzzjoni finanzjarja u tal-kontribuzzjonijiet speċifiċi addizzjonali li jistgħu jsiru,

- it-twettiq ta’ rapport regolari dwar l-implimentazzjoni tal-ftehimiet,

- l-evalwazzjoni tal-ftehimiet: l-aspetti xjentifiċi u tekniċi,

- it-tħejjija tal-abbozzi ta’ proposti għal Regolament u Deċiżjoni tal-Kunsill u l-abbozzar tat-test tal-Ftehim,

- it-tnedija u l-monitoraġġ tal-proċeduri tal-adozzjoni.

- Assistenza teknika:

- it-tħejjija tal-pożizzjoni tal-Kummissjoni għall-finijiet tal-Kumitat Konġunt.

- Relazzjonijiet interistituzzjonali:

- ir-rappreżentanza tal-Kummissjoni quddiem il-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Istati Membri fil-proċess tan-negozjati,

- it-tfassil tat-tweġibiet għall-mistoqsijiet orali u bil-miktub tal-Parlament Ewropew.

- Konsultazzjoni u kordinazzjoni bejn is-servizzi:

- il-kollaborazzjoni ma' Direttorati Ġenerali oħra fi kwistjonijiet dwar in-negozjati u l-monitoraġġ tal-ftehimiet,

- l-organizzazzjoni u l-għoti ta' risposti għall-konsultazzjonijiet bejn is-servizzi.

- Evalwazzjoni:

- il-parteċipazzjoni fl-aġġornament tal-evalwazzjoni tal-impatt,

- l-analiżi tal-għanijiet milħuqin u l-indikaturi tal-evalwazzjoni.

Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali

- x Il-proposta/inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali.

- ( Il-proposta/inizjattiva sejra tinvolvi l-ipprogrammar mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju multiannwali.

Spjega x’ipprogrammar mill-ġdid huwa meħtieġ, u speċifika l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

[…]

- ( Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-applikazzjoni tal-istrument tal-flessibilità jew reviżjoni tal-qafas finanzjarju multiannwali[31].

Spjega x’inhu meħtieġ, u speċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

[…]

Kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi

- X Il-proposta/inizjattiva ma tipprevedix il-kofinanzjament minn partijiet terzi

- Il-proposta/inizjattiva tipprevedi l-kofinanzjament stmat hawn taħt:

EUR miljuni (sa 3 punti deċimali)

Sena N | Sena N+1 | Sena N+2 | Sena N+3 | daħħal kolonni kemm ikun meħtieġ biex turi t-tul taż-żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6) | Total |

Sena N | Sena N+1 | Sena N+2 | Sena N+3 | … daħħal kolonni kemm ikun meħtieġ biex turi t-tul taż-żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6) |

Artikolu …………. | | | | | | | | | |Għal dħul mixxellanju assenjat, speċifika l-linja/i tal-ispiża tal-baġit "affettwata/i".

[…]

Speċifika l-metodu tal-kalkolazzjoni tal-impatt fuq id-dħul.

[…]

[1] Id-Deċiżjoni Nru 8627/10 tal-21 ta’ April 2010

[2] ĠU L Nru 205 tas-7 ta' Awwissu 2007, p.59

[3] ĠU C […] tal-[…], p. […].

[4] ĠU C […] tal-[…], p. […].

[5] ĠU L Nru 205 tas-7 ta' Awwissu 2007, p.35

[6] It-test tal-Protokoll flimkien mad-Deċiżjoni tal-iffirmar tiegħu ġew ippubblikati fil-ĠU

[7] Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll għandha tiġi ppubblikata f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.

[8] ĠU L 286 tad-29 ta' Ottubru 2008, p. 33

[9] ABM: Ġestjoni Abbażi tal-Attivitajiet – ABB: Ibbaġitjar Abbażi tal-Attivitajiet

[10] Kif inhu msemmi fl-Artikolu 49.6a jew b tar-Regolament Finanzjarju.

[11] N.B.: Fid-"Dikjrazzjonijiet tal-attivitajiet" stabbiliti għall-baġit 2010, dan hu l-għan speċifiku Nru 2; Ara r-Referenza: http://www.cc.cec/budg/bud/proc/adopt/_doc/_pdf/2010/apb2010-working-documents-part1-11-mare.pdf

[12] Il-ħlasijiet bil-quddiem u l-pagamenti lis-sidien tal-bastimenti ma għandhom ebda impatt fuq il-baġit Komunitarju.

[13] Studju ta’ evalwazzjoni ex-post tal-Protokoll 2006-2010 u ex-ante tal-Protokoll futur.

[14] Dettalji tal-modi ta’ ġestjoni u referenzi għar-Regolament Finanzjarju huma disponibbli fuq is-sit tal-BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html

[15] Kif inhu msemmi fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju.

[16] AD = Approprjazzjonijiet differenzjati / AMD = Approprjazzjonijiet Mhux differenzjati

[17] EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.

[18] Pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, pajjiżi kandidati potenzjali mill-Punent tal-Balkani.

[19] Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

[20] Għajnuna u nefqa teknika u/jew amministrattiva b’appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew azzjonijiet tal-UE (preċedentemant linji “BA”), riċerka indiretta, riċerka diretta.

[21] Il-kontribuzzjoni finanzjarja tinkludi: a) EUR 455 000 kull sena, ekwivalenti għat-tunnellaġġ ta' referenza annwali ta' 7 000 tunnellata, u b) EUR 227 500 kull sena, li tikkorrispondi għall-appoġġ fl-iżvilupp tal-politika settorjali dwar is-sajd, tar-Repubblika Demokratika ta' São Tomé u Príncipe. Fil-każ li l-kwantità maqbuda kull sena taqbeż is-7 000 tunnellata, l-ammont ta' kontribuzzjoni finanzjarja annwali jiżdied b'EUR 65 għal kull tunnellata addizzjonali maqbuda. Madankollu, l-ammont annwali totali li tħallas l-UE ma jistax jaqbeż EUR 910 000 kull sena (ara l-Artikolu 2(5) tal-Protokoll).

[22] Stima tal-kostijiet relatati mal-missjonijiet ta' segwitu fuq il-post

[23] Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

[24] Il-prodotti huma oġġetti u servizzi li għandhom jiġu fornuti (pereżempju: l-għadd ta' skambji tal-istudenti ffinanzjati, l-għadd ta’ km ta’ toroq mibnija, eċċ.).

[25] Kif ġie deskritt fit-Taqsima 1.4.2. “L-għan(ijiet) speċifiku/ċi…”

[26] Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

[27] Għajnuna u nefqa teknika u/jew amministrattiva b’appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew azzjonijiet tal-UE (preċedentemant linji “BA”), riċerka indiretta, riċerka diretta.

[28] AC= Aġent kuntrattwali; LA= Aġent Lokali; SNE= Espert Nazzjonali Ssekondat; INT= persunal tal-aġenzija ("Intérimaire"); JED= “Jeune Expert en Délégation” (Esperti Żgħażagħ f’Delegazzjonijiet);

[29] Taħt il-limitu għal persunal estern mill-approprjazzjonijiet operazzjonali (preċedentement il-linji “BA”).

[30] Essenzjalment għall-Fondi Strutturali, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FEAŻR) u l-Fond Ewropew għas-Sajd (EFF).

[31] Ara l-punti 19 u 24 tal-ftehim interistituzzjonali.

[32] Fir-rigward tar-riżorsi tradizzjonali tagħha stess (dazju doganali, taxxi fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri l-ammonti netti wara t-tnaqqis ta’ 25% għall-ispejjeż tal-ġbir.

Top