Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52010PC0613

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja u ġestjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2010/009 ES/Tessuti minn Spanja tal-Comunidad Valenciana)

/* KUMM/2010/0613 finali */

52010PC0613

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja u ġestjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2010/009 ES/Tessuti minn Spanja tal-Comunidad Valenciana) /* KUMM/2010/0613 finali */


[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA |

Brussel 29.10.2010

KUMM(2010) 613 finali

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja u ġestjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2010/009 ES/Tessuti minn Spanja tal-Comunidad Valenciana)

MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI

Il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja u ġestjoni finanzjarja tajba[1] jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (EGF), fil-limitu massimu annwali ta' EUR 500 miljun barra l-intestaturi rilevanti tal-qafas finanzjarju.

Ir-regoli applikabbli għall-kontribuzzjonijiet mill-EGF huma stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni[2].

Fit-22 ta' Marzu 2009, Spanja bagħtet l-applikazzjoni EGF/2010/009 ES/Tessuti tal-Comunidad Valenciana għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-EGF, wara li diversi persuni ngħataw is-sensja f'143 intrapriża li joperaw fid-Diviżjoni 13 tan-NACE Reviżjoni 2 (manifattura tat-tessuti)[3] fir-reġjun NUTS II tal-Comunidad Valenciana (ES52) fi Spanja.

Wara analiżi bir-reqqa ta' din l-applikazzjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006, li l-kundizzjonijiet għal kontribuzzjoni finanzjarja skont dan ir-Regolament huma ssodisfatti.

SOMMARJU TAL-APPLIKAZZJONI U ANALIŻI

Dejta ewlenija: |

Nru ta’ referenza tal-EGF | EGF/2010/009 |

Stat Membru | Spanja |

Artikolu 2 | (b) |

Intrapriżi kkonċernati | 143 |

Ir-reġjun NUTS II | Comunidad Valenciana [ES52] |

Taqsima NACE Reviżjoni 2 | Diviżjoni 13 (manifattura tat-tessuti) |

Perjodu ta’ referenza | 13/4/2009 sat-12/1/2010 |

Data ta' bidu għas-servizzi personalizzati | 15/6/2010 |

Data tal-applikazzjoni | 22/3/2010 |

Sensji matul il-perjodu ta' referenza | 544 |

Ħaddiema li ngħataw is-sensja u li se jingħataw appoġġ | 350 |

Servizzi personalizzati: baġit f'EUR | 3 028 409 |

Nefqa għall-implimentazzjoni tal-EGF[4]: baġit f'EUR | 140 000 |

nefqa f'% għall-implimentazzjoni tal-EGF | 4,42 |

Baġit totali f'EUR | 3 168 409 |

Kontribuzzjoni tal-EGF f'EUR (65 %): | 2 059 466 |

1. L-applikazzjoni tressqet quddiem il-Kummissjoni fit-22 ta’ Marzu 2010 u kienet supplimentata b'tagħrif addizzjonali sas-17 ta’ Ġunju 2010.

2. L-applikazzjoni tissodisfa l-kundizzjonijiet għat-tħaddim tal-EGF kif stabbilit fl-Artikolu 2(b) tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006, u tressqet fil-limitu ta' żmien ta' 10 ġimgħat imsemmi fl-Artikolu 5 ta' dak ir-Regolament.

Ir-rabta bejn is-sensji u l-bidliet strutturali ewlenin fl-andamenti kummerċjali dinjija minħabba l-globalizzazzjoni jew il-qagħda finanzjarja u ekonomika globali

3. Biex tistabbilixxi rabta bejn is-sensji u l-bidliet strutturali ewlenin fl-andamenti kummerċjali dinjija minħabba l-globalizzazzjoni, Spanja targumenta, bl-użu tal-istatistika dwar il-kummerċ tal-EUROSTAT, li l-bilanċ tal-kummerċ għat-tessuti fl-UE ddeterjora sostanzjalment tul il-perjodu ta' bejn l-2004 u l-2008. Kien hemm żieda ta' 13 % fl-importazzjoni tat-tessuti fl-UE tul il-perjodu bejn l-2004 u l-2008; tul l-istess perjodu, l-esportazzjoni tat-tessuti mill-UE lejn il-bqija tad-dinja naqset b'0.5 % Il-bilanċ tal-kummerċ għat-tessuti fl-UE naqas minn bilanċ favorevoli ta' EUR 927 miljun fl-2004 għal defiċit ta' EUR 1 441 miljun fl-2008.

Tessuti miljun EUR | 2004 | 2005 | 2006 | 2007 | 2008 | tkabbir f'% 2004/2008 |

Importazzjonijiet fl-UE | 17 610 | 18 074 | 19 868 | 20 930 | 19 885 | 13 |

Esportazzjonijiet mill-UE | 18 537 | 18 482 | 19 220 | 19 392 | 18 444 | -0.5 |

Bilanċ | 927 | 408 | -649 | -1 537 | -1 441 |

4. Dan it-tnaqqis fid-domanda nħass ukoll direttament fi Spanja. Tul il-perjodu bejn l-2005 u l-2008, il-bilanċ ta' Spanja għall-kummerċ tat-tessuti, li f'dak iż-żmien kien diġà negattiv, kompla naqas bi 15 %, bi tnaqqis minn EUR -609 miljun għal EUR -698 miljun.

Barra minn hekk l-Istat Membru argumenta li l-kriżi kompliet tiggrava t-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku tas-settur.

Turija tal-għadd ta’ sensji u konformità mal-kriterji tal-Artikolu 2(b)

5. Spanja ressqet din l-applikazzjoni skont il-kriterji ta' intervent tal-Artikolu 2(b) tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006, li jitlob li jkun hemm mill-anqas 500 sensja fuq perjodu ta' disa' xhur f'intrapriżi li joperaw fl-istess Diviżjoni tan-NACE Reviżjoni 2 f'reġjun wieħed jew f'żewġ reġjuni kontigwi fil-livell tan-NUTS II.

6. L-applikazzjoni ssemmi 544 sensja f'143 intrapriża kklassifikati fl-istess Diviżjoni tan-NACE Reviżjoni 2 tul il-perjodu ta' referenza ta' disa' xhur mit-13 ta' April 2009 sat-12 ta' Jannar 2010, li jinsabu kollha f'reġjun wieħed fil-livell NUTS II, il-Comunidad Valenciana. Minn dawn is-sensji kollha, 247 sensja ġew ikkalkolati skont l-ewwel inċiż tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. Kienu kkalkolati 217-il sensja oħra skont it-tieni inċiż u 80 sensja kienu kkalkolati skont it-tielet inċiż tal-istess paragrafu.

Is-sensji għal kull intrapriża kienu kkalkolati bl-użu ta' wieħed mit-tliet inċiżi tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. Għal seba' intrapriżi[5] madankollu, is-sensji ġew ikkalkolati bl-użu ta' żewġ inċiżi differenti.

7. Il-Kummissjoni rċeviet il-konferma meħtieġa skont it-tielet inċiż tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 2(2) li 544 huwa l- proprju numru ta' sensji li ngħataw.

Spjegazzjoni tan-natura mhux prevista ta’ dawk is-sensji

8. Is-snin reċenti kienu diffiċli ħafna għall-industrija tat-tessuti li għaddiet minn ristrutturar u modernizzazzjoni estensivi minħabba l-pressjoni tal-kompetizzjoni li nħolqot mal-iskadenza tal-Arranġament dwar il-Multifibri tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ u l-Ftehim dwar it-Tessuti u l-Ħwejjeġ li sar warajh. Wara tnaqqis sostanzjali fil-produzzjoni fil-bidu ta' dan id-deċennju (-5 % għal kull sena fuq medja), il-produzzjoni wriet sinjali ta' stabbilizzazzjoni u rkupru fl-2006. Il-produzzjoni fl-2007 baqgħet fl-istess livell bħal fl-2006. Fl-2008, bħala riżultat dirett tal-kriżi ekonomika u finanzjarja, li ma kinitx prevista, il-produzzjoni tat-tessuti bdiet tonqos u fl-aħħar tliet xhur ta' dik is-sena dan it-tnaqqis fil-produzzjoni sar b'mod iktar mgħaġġel(-17 % meta mqabbel mal-istess perjodu fl-2007) u kompla jiggrava fl-ewwel tliet xhur tal-2009 (-24,5 % meta mqabbel mal-istess perjodu tal-2008). L-impatti tal-kriżi ekonomika u finanzjarja huma riflessi wkoll f'domanda iktar baxxa minn xi wħud mill-imsieħba tal-kummerċ li huma żviluppati, bħall-Istati Uniti u l-Ġappun (rispettivament -15 % u -7 % fil-valur fl-esportazzjonijiet tal-UE fl-2008 meta mqabbla mas-sena ta' qabel).

9. Tradizzjonalment, l-andament fis-settur tat-tessuti Ewropew huwa kkunsidrat marbut mal-imġiba tal-konsum fid-djar. Bħala riżultat tal-kriżi ekonomika u finanzjarja, id-domanda għal prodotti industrijali naqset minħabba tnaqqis fil-fiduċja tal-konsumaturi u n-nuqqas ta' flus. L-awtoritajiet Spanjoli jargumentaw li l-kriżi finanzjarja u ekonomika wasslet għal kollass f'daqqa tal-ekonomija dinjija b'impatt kbir fuq ħafna setturi u li mill-2008 s-sitwazzjoni ekonomika ma baqgħetx għaddejja bl-andament tas-snin preċedenti, ħaġa li ma setgħetx tiġi prevista.

Identifikazzjoni tal-intrapriżi li taw is-sensji u l-ħaddiema li se jingħataw l-għajnuna

10. L-applikazzjoni tikkonċerna 544 ħaddiem li ngħataw is-sensja (li minnhom 350 se jingħataw l-għajnuna) fil-143 intrapriża li ġejjin:

Intrapriżi u għadd ta' sensji |

ACABADOS BAÑERES, S.A. | 2 | M CASTELLO JOVER, S.L. | 1 |

ACABADOS MONLLOR, S.L. | 4 | MALLES FRANCES S.L. | 1 |

ACABADOS RODOLFO AZNAR S.L. | 2 | MANTEROL, S.A. | 12 |

ACOYSER, S.L. | 1 | MANUEL REVERT Y CIA, S.A. | 15 |

ADROGUER Y CASTRO, S.L. | 1 | MANUFACTURAS ARTESA, S.L. | 2 |

ALCOPEL 2003, S.L. | 1 | MANUFACTURAS ARTESA, S.L. | 2 |

ALFOMBRAS AUTOMOCION, S.L. | 1 | MARCOS BELTRAN, S.L. | 1 |

ANA DE CASTRO Y CERVERA, S.A. | 10 | MARKET TEXTIL S.L. | 5 |

ACOYSER, S.L. | 1 | MIGUEL ANGEL COMPANY SOLER | 3 |

ANTONIO PEREZ ADSUAR, S.A. | 2 | MIGUEL CARCELEN Y CIA S.L. | 1 |

ALCOPEL 63, S.L. | 1 | MOLTO REIG, S.A. | 39 |

ANURDIFIL S.L. | 4 | MONLLOR HERMANOS, S.A. | 4 |

ARTESANOS EN REDES, S.L. | 1 | MOQUETAS ROLS, S.A. | 6 |

ATHOS FABRICS, S.L. | 1 | MUESTRARIOS HERMANOS CAÑADA S.L. | 1 |

BLANC TEXTIL, S.A. | 4 | MURKOC SERVICIOS S.L. | 2 |

BLANC TEXTIL, S.A. | 6 | NACHATEX S.L. | 1 |

BORDADOS GRAMAR, S.L. | 1 | NONWOVENS IBERICA, S.L. | 2 |

BORDADOS GRAMAR, S.L. | 4 | NOVIAS PEPE BOTELLA, S.L. | 1 |

BORDADOS GRAMAR, S.L. | 3 | ORLIMAN, S.L. | 1 |

BORDADOS SERPIS S.L. | 2 | PADUANA XXI, S.L. | 2 |

BORDAMALLA, S.L. | 6 | PAÑERIA Y CONFECCIONES GARCIA MOLINA, S.L. | 1 |

BRAN`'S COLLECTIONS S.L. | 1 | PARASOLES GANDIA SAFOR, S.A. | 1 |

BREZO HILADOS S.L. | 1 | PEDRO A GUILLEM, S.L. | 1 |

CAÑETE, S.A. | 1 | PEIVOR S.L. | 22 |

CAR Y FINA, S.L, | 1 | PERGOA-TEX, S.L. | 1 |

CASA GRIM, S.L. | 1 | PRIMICIAS TECNICAS CARDI, S.L. | 2 |

CASUAL TEXTIL, S.A. | 4 | QUEROL,S.A. | 2 |

CATALA Y RONHER, S.A. | 28 | RANI BURHAN, S.L. | 1 |

CCM BOREAL 2007,S.L. | 1 | RASILAN, S.A. | 8 |

CIPRIANO MOLINA ALBERO, S.L. | 1 | REDES I JOMAR SL | 1 |

COLCHONES MIVIS, S.L. | 1 | REIG MARTI, S.A. | 41 |

COLORPRINT FASHION, S.L. | 2 | RIBERA FLEXIBLE DEL COLCHON, S.L. | 1 |

COLORTEX 1967, S.L. | 3 | RIPOLL TEJIDOS PARA LA DECORACION, S.L. | 1 |

COLORTEX, S.A. | 2 | ROBERTO PAYA, S.L. | 1 |

COMALCAR SL | 1 | ROTATEX, S.L. | 1 |

COMERCIAL TIFANYS, S.A. | 1 | RUEDA ARRIETE,SL | 1 |

COMERSAN, S.A. | 2 | SA RUBI INDUSTRIAL-TODOFIL | 2 |

CONFECCION DE MUESTRARIOS GANDIA, S.L. | 1 | SERVIURDID, S.L. | 1 |

CONFECCIONES ALBAIDA, S.L. | 11 | SOCIEDAD COOPERATIVA VALENCIANA LTA.T.ASDO. DISTRITO 11 | 5 |

CONFECCIONES BELMAY, S.L. | 2 | SONIBE SC | 1 |

CONFECCIONES ENSAYO TEXTIL, S.L. | 2 | TAPICERIAS, S.A. | 7 |

CONFECCIONES RIO SOT, S.L. | 8 | TAPIRELAX SA | 1 |

CORDISPLAY TECNOLOGIC, S.L. | 5 | TAPIZADOS NOVA LINEA, S.L. | 1 |

CREVILLENTE INDUSTRIAL, S.A. | 1 | TEDESVAN, S.A. | 1 |

CUERDAS Y REDES ILLAN & ESTAN, S.L. | 4 | TEJIDO DE SEDA CAMILO MIRALLES, S.L. | 2 |

DIMAS, S.A. | 44 | TEJIDOS DOBELTEX S.L. | 1 |

DISEDIS, S.L. | 1 | TEJIDOS REINA, S.A. | 2 |

DISEÑOS JUANMI, SL | 5 | TEJIDOS ROYO, S.L. | 17 |

DISEÑOS MEDI, S.L. | 1 | TEXTILES 9463 CALERO SL | 1 |

EDUARDO GÓMEZ PASTOR | 18 | TEXTILES ATHENEA, S.A. | 13 |

ENCOTOR, S.A. | 1 | TEXTILES BERBEL, S.L. | 1 |

ESTAMPADOS ELCHE SL | 2 | TEXTILES MONTCABRER, S.A. | 1 |

FABRICA DE TAPICERIA, S.L. | 5 | TEXTILS MORA, S.A.L. | 4 |

FINITEXTIL, S.L. | 5 | TEXTISOL, S.L. | 2 |

FLAT WOVEN, S.L. | 2 | TINTES BOLTA, S.A. | 4 |

FLEXOTEX, S.A. | 1 | TOALLAS LA BRUJA, S.A. | 1 |

FRANCES TEXTIL, S.L. | 1 | TRANSPORTES Y SERVICIOS MONLLOR, S.L. | 3 |

GINES CORTINAS, S.L. | 1 | TRAVEL-FIL,S.L. | 1 |

GLOBALTEX HOME, S.L. | 1 | TRENZADOS DAI SL | 1 |

GONZALO FERRI, S.A. | 2 | TRENZAFIL SL | 2 |

HICORRED, S.L. | 1 | TRITURADOS CORREAL, S.L. | 1 |

HIJOS DE ANTONIO FERRE, S.A. | 1 | TUTTO PICCOLO, S.A. | 1 |

HIJOS DE ROQUE MONLLOR, S.L. | 7 | UBESOL, S.L. | 1 |

HILATURAS CANALENSES SAL | 1 | UNITEX ALFOMBRAS 14, S.L. | 1 |

HILATURAS FERRE, S.A. | 1 | VANGUARDIA TEXTIL S.L. | 1 |

INCOR CORTE INDUSTRIAL DE TEJIDOS, S.L.U. | 1 | VIATEX, S.L. | 2 |

INDUSTRIAS TEXTILES COPATEX, S.L. | 4 | VICENTE BARCELO VAÑO, SL | 2 |

JOAQUIN MOLTO, S.A. | 1 | VICENTE SEMPERE, S.L. | 9 |

JOSE ANTONIO GARCIA BORNAY | 1 | WINTEX, S.A. | 3 |

JOSE ANTONIO REIG FERRANDIZ | 1 | YEBANE ESPAÑOLA, S.A. | 2 |

JOSE LUIS AVELLAN BLANES, S.L. | 1 | ZORQUESA, S.L. | 2 |

JOVERTEXT, S.A. | 3 |

Numru totali ta' intrapriżi: 143 | Numru totali ta' sensji: 544 |

11. It-tqassim tal-ħaddiema li se jingħataw l-għajnuna huwa kif ġej:

Kategorija | Għadd | Perċentwali |

Irġiel | 216 | 61,7 |

Nisa | 134 | 38,3 |

Ċittadini tal-UE | 346 | 98,9 |

Ċittadini minn barra l-UE | 4 | 1,1 |

Bejn il-15 u l-24 sena | 2 | 0,6 |

Bejn il-25 u l-54 sena | 269 | 76,9 |

Bejn il-55 u l-64 sena | 75 | 21,4 |

Età ’l fuq minn 64 sena | 4 | 1,1 |

12. Erbgħa mill-ħaddiema li se jingħataw l-għajnuna għandhom diżabbiltà.

13. F'termini ta' kategoriji professjonali, it-tqassim huwa kif ġej:

Kategorija | Għadd | Perċentwali[6] |

Maniġers | 6 | 1,6 |

Tekniċi | 33 | 9,5 |

Skrivani | 37 | 10,6 |

Ħaddiema fl-artiġjanat u snajja' relatati | 56 | 16,1 |

Operaturi tal-magni | 182 | 52,1 |

Xogħlijiet elementari | 26 | 7,3 |

Oħrajn | 10 | 2,7 |

14. F'termini ta' livell edukattiv[7], it-tqassim huwa kif ġej:

Livell edukattiv | Għadd | Perċentwali[8] |

Edukazzjoni bażika (sa tmiem l-edukazzjoni obbligatorja) | 280 | 79,9 |

Edukazzjoni sekondarja ogħla | 31 | 8,8 |

Edukazzjoni terzjarja | 30 | 8,6 |

Oħrajn (edukazzjoni mhux formali) | 3 | 0,9 |

Nies li ma segwew l-ebda forma ta' edukazzjoni jew li telqu mill-iskola kmieni | 6 | 1,7 |

15. L-istess perċentwali jista' jiġi nnutat meta tiġi kkunsidrata t-totalità tal-544 ħaddiem li ngħataw is-sensja.

16. Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006, Spanja kkonfermat li ġiet applikata u se tkompli tiġi applikata politika ta' ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel kif ukoll ta' nondiskriminazzjoni matul l-istadji varji tal-implimentazzjoni tal-EGF u, b'mod partikolari, fl-aċċess għalih.

Deskrizzjoni tat-territorju kkonċernat u l-awtoritajiet u l-partijiet interessati tiegħu

17. It-territorju milqut mis-sensji jinsab fir-reġjun NUTS II tal-Comunidad Valenciana, u huwa kkonċentrat f'ħames comarcas (li bejn wieħed u ieħor huma ekwivalenti għal kontej) fuq iż-żewġ naħat tal-fruntiera bejn il-provinċji NUTS III ta' Alicante u Valencia.

18. Mill-intraprizi kollha Spanjoli, 11,5 % huma bbażati fil-Comunidad Valenciana. Is-settur tal-manifattura jirrappreżenta 26 % tal-impjieg totali f'dan ir-reġjun; filwaqt li s-settur tas-servizzi jirrappreżenta 60 %, il-kostruzzjoni 10 % u s-settur primarju 4 % Il-mudell tan-negozju fil-Comunidad Valenciana huwa kkaratterizzat minn preżenza għolja ta' intrapriżi żghar u ta' daqs medju li prinċipalment jispeċjalizzaw fil-manifattura tal-għamara, iż-żraben, it-tessuti, iċ-ċeramika u l-ġugarelli. Dawn l-industriji huma kkonċentrati f'distretti madwar numru limitat ta' muniċipalitajiet.

19. Il-partijiet interessati prinċipali huma l-Generalitat Valenciana (il-gvern awtonomu tal-Comunidad Valenciana) u b'mod partikolari is-SERVEF (uffiċċji pubbliċi tax-xogħol tal-gvern awtonomu), il-Consorcio del Pacto Territorial por el Empleo del Valle del Vinalopó (konsorzju tal-ftehim dwar ix-xogħol fil-wied ta' Vinalopó)[9], it-trejdjunijs: il-UGT-PV, is-CCOO-PV, l-FIA-UGT-FITEQA u l-FECOMA-CCOO-PV[10], il-Konfederazzjoni tal-Għaqdiet tan-Negozju tar-Reġjun Awtonomu ta' Valencia (CIERVAL) u l-Assoċjazzjoni tal-Intraprendituri tat-Tessuti fil-Comunidad Valenciana (ATEVAL).

L-impatt mistenni tas-sensji fir-rigward l-impjieg lokali, reġjonali jew nazzjonali

20. L-għadd ta' sensji fis-settur tat-tessuti fil-Comunidad Valenciana, li baqa' relattivament stabbli u wera xejriet ta' tnaqqis tul il-perjodu bejn l-2005 u l-2007, żdied b'40,61 % fis-sentejn ta' wara (2008-09). L-impjiegi fis-settur tat-tessuti jirrappreżentaw 4,8 % tal-impjiegi totali fis-settur tal-manifattura fir-reġjun.

21. L-impatt fil-livell lokali ta' dawn is-sensji huwa għoli minħabba l-konċentrazzjoni tas-settur f'għadd żgħir ta' żoni L-attività fir-rigward tat-tessuti fil-Comunidad Valenciana (30 % tal-impjiegi fis-settur tat-tessuti fi Spanja) issir fid-distretti industrijali fejn jiddomina dan is-settur. Seba' pajjiżi, li kważi kollha huma kontigwi (Vall d'Albaida, L'Alcoia, El Comtat, La Costera, Alt Vinalopó, Baix Vinalopó and Baix Segura), jirrappreżentaw 75,2 % tal-impjiegi fit-tessuti fil-Comunidad Valenciana.

22. Fil-ħames muniċipalitajiet[11] li ntlaqtu l-iktar mis-sensji li rriżultaw mill-kriżi fis-settur tat-tessuti, is-sensji kkonċernati minn din l-applikazzjoni jirrappreżentaw 35,13 % taż-żieda fil-qgħad fis-settur tal-manifattura waqt il-perjodu ta' referenza (bejn April 2009 u Jannar 2010 ).

23. Tradizzjonalment is-setturi ekonomiċi prinċipali f'Alicante (livell NUTS III) kienu l-manifattura taż-żraben flimkien mal-ġilda, it-tessuti u l-irħam. Madankollu, l-industrija taż-żraben u tal-ġilda ilha tesperjenza diffikultajiet tul dawn l-aħħar snin, prinċipalment minħabba l-kompetizzjoni ppreżentata miż-żraben mill-Asja u prodotti tal-ġilda oħrajn mill-Asja. L-industrija tal-irħam– li f'dawn is-snin kienet ikkunsidrata bħala settur li jaġixxi ta' xibka ta' sikurezza– qed tbati mill-konsegwenzi tal-kriżi finanzjarja u ekonomika reċenti Wara li ngħataw dawn is-sensji fis-settur tal-ġebla naturali fil- Comunidad Valenciana, Spanja ppreżentat applikazzjoni oħra[12] f'Marzu 2010 għal kontibuzzjoni finanzjarja mill-EGF għal dawn il-ħaddiema.

Pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati li għandhom jiġu ffinanzjati u tqassim tal-ispejjeż stmati tiegħu, inkluża l-komplementarjetà tiegħu mal-azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali

24. Qed jiġu proposti l-miżuri li ġejjin, li kollha jingħaqdu biex jiffurmaw pakkett ikkoordinat ta’ servizzi personalizzati mmirati lejn l-integrazzjoni mill-ġdid tal-ħaddiema fis-suq tax-xogħol.

Attivitajiet preparatorji u akkumpanjament

- Sessjonijiet ta' merħba : L-ewwel miżura pprovduta għat-350 parteċipant kollha tinkludi tagħrif dwar il-bżonnijiet ta' ħiliet u taħriġ, dwar programmi ta' taħriġ disponibbli u skemi ta' appoġġ għall-apprendistati, kif ukoll għotjiet ta' flus u inċentivi .

- Gwida: Din tinvolvi l-ġbir tal-profili tal-ħaddiema u t-tfassil, l-implimentazzjoni u s-segwitu ta' appoġġ personalizzat, inkluż mentoring. Il-proċess ta' mentoring, tul l-implimentazzjoni tal-EGF, se jiżgura li l-pakketti jkunu jistgħu jiġu aġġustati jekk ikun hemm bżonn.

Taħriġ

- Taħriġ bażiku, qabel il-ksib ta' ħiliet ġodda : Il-parteċipanti se jirċievu xi taħriġ bażiku fl-ICT, fit-tfittxija attiva għal impjieg, fil-kunfidenza fihom infushom u ħiliet bażiċi ta' intraprenditorjat.

- Taħriġ f'ħiliet vokazzjonali. Il-parteċipanti f'din il-miżura se jitħarrġu f'ħiliet fl-impjiegi li attwalment hawn domanda għalihom. It-taħriġ fil-klassi se jkun segwit minn taħriġ imħallas (EUR 320 kull xahar u għal kull parteċipant). Madwar 24 % tal-ħaddiema identifikati se jipparteċipaw f'din il-miżura.

- Taħriġ għall-aġġornament tal-ħiliet : Il-parteċipanti se jitħarrġu f'waħda mill-ispeċjalitajiet tat-taħriġ tal-INEM (is-servizz nazzjonali għall-impjiegi pubbliċi). Dan it-taħriġ huwa skedat li jkun iqsar mit-taħriġ fil-ħiliet vokazzjonali peress li l-parteċipanti se jitħarrġu biex itejbu jew jaġġornaw ħiliet li diġà jkollhom. Il-ħaddiema se jingħataw il-possibbiltà li jikkumplimentaw it-taħriġ fil-klassi b'perjodu ta' taħriġ imħallas, għalkemm il-parteċipazzjoni f'dan it-taħriġ mhux se tkun obbligatorja għall-parteċipanti fil-miżura. Madwar 24 % tal-ħaddiema identifikati se jipparteċipaw f'din il-miżura.

- Taħriġ bħala persuni kkwalifikati li jipprovdu kura : Hemm domanda li dejjem qed tiżdied għal persuni kkwalifikati li joffru kura fit-territorju milqut mis-sensji. Il-kontenut tat-taħriġ se jiġi diskuss mas-servizzi soċjali f'livell lokali biex jiġu koperti aħjar l-aspettattivi u l-bżonnijiet tal-bliet. It-taħriġ se jinkludi kemm taħriġ fil-klassi kif ukoll dak fuq il-post tax-xogħol. Dan tal-aħħar se jkun organizzat fi gruppi żgħar għal segwitu aħjar tat-taħriġ prattiku. Madwar 10 % tal-ħaddiema identifikati se jipparteċipaw f'din il-miżura.

- Taħriġ fl-iżvilupp personali u introduzzjoni għall-intraprenditorjat : Dawn il-korsijiet ta' taħriġ huma mmirati lejn ħaddiema li l-profili tagħhom jagħmluhom eliġibbli għal karigi ta' maniġment intermedju jew għall-intraprenditorjat. Se jitħarrġu f'suġġetti bħall-valuri fin-negozju u l-valuri personali, il-ġestjoni effiċjenti tal-bidla, il-kummerċjalizzazzjoni u l-innovazzjoni bħala strateġija għat-tkabbir, l-intelliġenza emozzjonali, eċċ. Għal dawk il-ħaddiema li jixtiequ jibdew in-negozju tagħhom, se jiġu pprovduti attivitajiet ta' taħriġ speċifiku li jikkumbinaw it-taħriġ regolari (li jkopri elementi bħall-ippjanar, it-twettiq ta' studji ta' fattibbiltà, it-tħejjija ta' pjanijiet ta' negozju, eċċ) bl-użu ta' softwer ta' simulazzjoni li jippermetti lill-parteċipanti jissimulaw proċessi ta' teħid ta' deċiżjonijiet relatati mal-ftuħ ta' negozju.

Promozzjoni tal-intraprenditorjat

- Għoti ta' pariri dwar il-proġetti u l-inizjattivi : Dan jimmira li jiżviluppa, jipproduċi u jiggwida proġetti ta' negozji jew ta' impjieg indipendenti li huma vijabbli. It-tuturi se jippruvaw ukoll isibu opportunitajiet ta' impjieg indipendenti kemm fil-pajjiż u kemm barra u jipproponuhom lill-parteċipanti fil-miżura.

- Akkumpanjament lejn il-ħolqien tan-negozju : Din il-miżura tfittex li tassisti lil ħaddiema li jingħataw is-sensja li jkollhom f'moħħhom li jiftħu n-negozju tagħhom. Se tkun tikkonsisti minn tutoring tul il-proċess kollu tal-ftuħ tan-negozju (l-iżvilupp ta' kunċett ta' negozju, l-analiżi tal-fattibbiltà, u għajnuna għall-elaborazzjoni ta' pjan tan-negozju) u appoġġ fir-rigward tar-rekwiżiti amministrattivi.

- Appoġġ loġistiku u finanzjarju : Dan jirrelata mal-ġbir tal-fondi u appoġġ dwar rekwiżiti amministrattivi biex issir applikazzjoni b'suċċess għall-inċentivi biex jinfetaħ negozju. It-tuturi se jsegwu wkoll l-iżvilupp ekonomiku ta' inizjattivi tan-negozju li jimmiraw li jantiċipaw id-diffikultajiet futuri u jipproponu soluzzjonijiet possibbli.

Għajnuna intensiva għat-tfittxija ta' impjieg:

- Għajnuna intensiva għat-tfittxija ta' impjieg: Din se tinvolvi tfittxija intensiva għal impjieg, inkluża kemm riċerka passiva kif ukoll riċerka attiva ta' opportunitajiet ta' impjieg lokali u reġjonali, partikolarment attivitajiet ekonomiċi emerġenti għal impjieg indipendenti u opportunitajiet għal speċjalitajiet ġodda fis-settur tat-tessuti. Se jinħoloq sit elettroniku biex jipprovdi lill-ħaddiema b'xi għodod online li jistgħu jgħinuhom fit-tfittxija individwali tagħhom għal impjieg. Is-sit se jkun maqsum fi tliet taqsimiet: tagħrif ġenerali, attivitajiet ta' taħriġ u taqsima ristretta b'għodod online bħal softwer ta' simulazzjoni għall-ftuħ ta' negozju.

Inċentivi

- Inċentiv għall-parteċipazzjoni : Biex jitħeġġu jipparteċipaw fil-miżuri, il-ħaddiema se jirċievu somma ta' darba ta' EUR 350 biex jikkompletaw il-pakkett personalizzat tagħhom ta' miżuri.

- Għoti ta' somma flus għall-mobbiltà: Il-ħaddiema li jipparteċipaw fil-miżuri se jirċievu sa EUR 500 bħala kontribuzzjoni għall-ispejjeż tagħhom tal-ivvjaġġar. Minħabba n-nuqqas ta' trasport pubbliku adegwat fl-ibliet lokali, il-parteċipanti se jkollhom jużaw il-vettura tagħhom biex jivvjaġġaw mir-raħal fejn joqogħdu għar-raħal fejn se jseħħu l-miżuri.

- Inċentivi ta' rikollokament : Se jitħallas sussidju mal-paga ta' EUR 350 fix-xahar għal massimu ta' seba' xhur lil dawk il-ħaddiema li jmorru lura għax-xogħol bħala impjegati jew ħaddiema indipendenti.

- Appoġġ għall-ftuħ ta' negozju : Il-ħaddiema li jiftħu n-negozju tagħhom se jirċievu sa EUR 3 000 li jagħmlu tajjeb għall-ispejjeż tal-bidu.

25. In-nefqa għall-implimentazzjoni tal-EGF, li hija inkluża fl-applikazzjoni, skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006, tkopri attivitajiet ta’ ġestjoni u kontroll, kif ukoll tagħrif u pubbliċità.

26. Is-servizzi personalizzati ppreżentati mill-awtoritajiet Spanjoli huma miżuri attivi tas-suq tax-xogħol fi ħdan l-azzjonijiet eliġibbli definiti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. L-awtoritajiet Spanjoli jistmaw li l-ispejjeż totali ta’ dawn is-servizzi huma ta’ EUR 3 028 409 u li n-nefqa għall-implimentazzjoni tal-EGF hija ta' EUR 140 000 (= 4,42 % tal-ammont totali). Il-kontribuzzjoni totali mitluba mill-EGF hija ta’ EUR 2 059 466 (65 % tal-ispejjeż totali).

Azzjonijiet | L-għadd stmat ta’ ħaddiema fil-mira | L-ispiża stmata għal kull ħaddiem fil-mira (f'EUR) | Spejjeż totali (l-EGF u l-kofinanzjament nazzjonali) (f’EUR) |

Servizzi personalizzati (l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006) |

1. Attivitajiet preparatorji u akkumpanjament 1.1 Sessjoni ta' merħba (Servico de acogida) | 350 | 116 | 40 600 |

1.2. Gwida (Servicio de orientación) | 350 | 574 | 200 900 |

2. Taħriġ 2.1. Taħriġ bażiku (Cursos básicos) | 210 | 571 | 119 910 |

2.2 Taħriġ f'ħiliet vokazzjonali (Formación e inserción laboral) | 84 | 5 085 | 427 140 |

2.3 Taħriġ għall-aġġornament tal-ħiliet (Formación para el empleo) | 84 | 3 208 | 269 472 |

2.4 Taħriġ bħala persuni kkwalifikati li jipprovdu kura (Talleres sociales) | 36 | 2 292 | 82 512 |

2.5 Taħriġ fl-iżvilupp personali u Introduzzjoni għall-intraprenditorjat (Formación en competencias transversales) | 95 | 1 895 | 180 025 |

2.6 Taħriġ | 96 | 900 | 86 400 |

3. Promozzjoni tal-intraprenditorjat 3.1 Għoti ta' pariri dwar il-proġetti u l-inizjattivi (Servicio de proyectos e iniciativas) | 100 | 1 760 | 176 000 |

3.2 Akkumpanjament lejn il-ħolqien tan-negozji (Servicio de asesoría al emprendedor) | 60 | 2 920 | 175 200 |

3.3 Appoġġ loġistiku u finanzjarju (Servicio logístico y financiero) | 40 | 4 730 | 189 200 |

4. Għajnuna intensiva għat-tfittxija ta' xogħol (Servicio de apoyo a la inserción) | 350 | 1 273 | 445 550 |

5. Inċentivi 5.1. Inċentivi ta' parteċipazzjoni. (Incentivos a la participación) | 350 | 350 | 122 500 |

5.2. Għoti ta' somma flus għall-mobbiltà (Ayudas a la recolocación) | 100 | 500 | 50 000 |

5.3 Inċentivi ta' rikollokament (Incentivos a la participación) | 140 | 2 450 | 343 000 |

5.4 Appoġġ għall-ftuħ ta' negozju (Ayudas a la creación de empresas) | 40 | 3 000 | 120 000 |

Subtotal tas-servizzi personalizzati | 3 028 409 |

Nefqa għall-implimentazzjoni tal-EGF (it-tielet paragrafu tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006) |

Ġestjoni | 60 000 |

Tagħrif u pubbliċità | 40 000 |

Attivitajiet ta' kontroll | 40 000 |

Subtotal tan-nefqa għall-implimentazzjoni tal-EGF | 140 000 |

Stima tal-ispejjeż totali | 3 168 409 |

Kontribuzzjoni tal-EGF (65 % tal-ispejjeż totali) | 2 059 466 |

27. L-awtoritajiet Spanjoli jikkonfermaw li l-miżuri deskritti hawn fuq huma kumplimentari għall-azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali u li l-miżuri qegħdin hemm biex jipprevjenu l-għoti doppju ta' fondi.

28. L-għanijiet ewlenin tal-programmi operattivi tal-FSE għall-perjodu bejn l-2007 u l-2013 għall-Comunidad Valenciana huma l-promozzjoni tat-tagħlim tul il-ħajja tal-ħaddiema u t-tnaqqis tar-riskju li ż-żgħażagħ jitilqu mill-iskola kmieni, u jiffukaw partikolarment fuq l-iktar nies vulnerabbli jew nies f'riskju ta' esklużjoni soċjali, l-iktar ħaddiema żgħażagħ, jew dawk ta' iktar minn 45 sena, nisa u persuni b'diżabilità, filwaqt li l-miżuri tal-EGF se jiffukaw fuq ħaddiema li ngħataw is-sensja f'territorju li jkun tassew speċjalizzat fil-produzzjoni tat-tessuti mingħajr l-ebda aplikazzjoni ta' restrizzjonijiet marbuta mal-età, l-edukazzjoni, eċċ.

29. Sabiex jiġi evitat li l-miżuri tal-FSE u dawk tal-EGF jikkoinċidu għandu jkun hemm segwitu kontinwu tal-azzjonijiet tal-FSE u tal-EGF li għandhom għanijiet simili u tal-ħaddiema kkonċernati.

Id-data/dati meta nbdew jew meta huwa maħsub li se jinbdew is-servizzi personalizzati lill-ħaddiema affettwati

30. Is-servizzi personalizzati għall-ħaddiema affettwati inklużi fil-pakkett ikkoordinat propost għal kofinanzjament permezz tal-EGF tnedew minn Spanja fil-15 ta' Ġunju 2010. Din id-data għalhekk tirrappreżenta l-bidu tal-perjodu ta' eliġibbiltà għal kull għajnuna li tista' tingħata mill-EGF.

Il-proċeduri għall-konsultazzjoni mal-imsieħba soċjali

31. L-imsieħba soċjali kienu kkonsultati matul il-preparazzjoni tal-pakkett ikkoordinat tal-miżuri. L-applikazzjoni proposta kienet diskussa fil-laqgħat tat-28 ta' Jannar 2010 u l-24 ta' Frar 2010 mal-imsieħba soċjali: is-SERVEF (uffiċċji pubbliċi tax-xogħol tal-gvern awtonomu); l-organizzazzjonijiet ta' min iħaddem: is-CIERVAL u l-ATEVAL; it-trejdjunjins prinċipali, il-UGT u s-CCOO; u rappreżentanti tal-kunsilli tal-ibliet ta' Ontinyent u Alcoi. Waqt l-ewwel laqgħa l-proġett kien ppreżentat lill-imsieħba soċjali u l-kumitat ta' tmexxija u l-kumitat tekniku ġew iffurmati. Fit-tieni laqgħa l-pjan ta' azzjoni għal kull kumitat ġie stabbilit u r-rwoli u l-kompiti ġew allokati.

32. L-awtoritajiet Spanjoli kkonfermaw li r-rekwiżiti stipulati fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-Komunità dwar sensji kollettivi ġew osservati.

Tagħrif dwar azzjonijiet li huma obbligatorji skont il-liġi nazzjonali jew ftehimiet kollettivi

33. Fir-rigward tal-kriterji li jinsabu fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006, l-awtoritajiet Spanjoli fl-applikazzjoni tagħhom:

- ikkonfermaw li l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-EGF ma tissostitwixxix miżuri li huma r-responsabbiltà ta' kumpaniji skont il-liġi nazzjonali jew ftehimiet kollettivi;

- urew li l-azzjonijiet jipprovdu appoġġ għal ħaddiema individwali u ma għandhomx jintużaw għar-ristrutturar ta' kumpaniji jew setturi;

- ikkonfermaw li l-azzjonijiet eliġibbli msemmijin hawn fuq ma jirċevux għajnuna minn strumenti finanzjarji Komunitarji oħra.

Sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

34. Spanja nnotifikat lill-Kummissjoni li l-kontribuzzjoni finanzjarja se tkun ġestita u kkontrollata mill-istess entitajiet li jiġġestixxu u jikkontrollaw l-FSE. Id-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Ekonomiċi tal-Ministeru Reġjonali tal-Finanzi u l-Impjiegi tal-Comunidad Valenciana se jkun l-entità intermedja għall-awtorità ta' ġestjoni.

Finanzjament

35. Fuq il-bażi tal-applikazzjoni minn Spanja, il-kontribuzzjoni proposta mill-EGF għall-pakkett ikkoordinat tas-servizzi personalizzati hija ta' EUR 2 059 466, li tirrappreżenta 65 % tal-ispiża totali. L-allokazzjoni proposta tal-Kummissjoni minn dan il-Fond hija bbażata fuq it-tagħrif li ngħata minn Spanja.

36. B'kunsiderazzjoni tal-ammont massimu possibbli ta' kontribuzzjoni finanzjarja mill-EGF skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006, kif ukoll l-ambitu tal-allokazzjoni mill-ġdid ta' approprjazzjonijiet, il-Kummissjoni tipproponi li timmobilizza l-EGF għall-ammont totali msemmi hawn fuq, li għandu jiġi allokat skont l-intestatura 1a tal-qafas finanzjarju.

37. L-ammont propost ta' kontribuzzjoni finanzjarja jippermetti li aktar minn 25 % tal-ammont annwali massimu allokat għall-EGF jibqa' disponibbli biex ikun allokat matul l-aħħar erba' xhur tas-sena, kif stipulat fl-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006.

38. Il-Kummissjoni, permezz ta' din il-proposta biex timmobilizza l-EGF, qiegħda tniedi l-proċedura simplifikata tat-trijalogu, kif mitlub mill-Punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006, sabiex tikseb il-qbil taż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja dwar il-bżonn li jiġi użat l-EGF u l-ammont meħtieġ. Il-Kummissjoni tistieden lill-ewwel waħda miż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja li tilħaq ftehim dwar l-abbozz tal-proposta għall-mobilizzazzjoni, fil-livell politiku xieraq, biex tinforma lill-fergħa l-oħra u lill-Kummissjoni bl-intenzjonijiet tagħha. F'każ ta' nuqqas ta' qbil minn xi waħda miż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja, tissejjaħ laqgħa formali ta' trijalogu.

39. B’mod separat il-Kummissjoni tippreżenta talba ta' trasferiment sabiex iddaħħal fil-baġit għall-2010 approprjazzjonijiet ta' impenji u ta' pagamenti speċifiċi, kif mitlub mill-Punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006.

Sors ta' approprjazzjonijiet ta' pagamenti

40. Fl-istat attwali ta' implimentazzjoni, huwa prevedibbli li l-approprjazzjonijiet ta' pagamenti disponibbli fl-2010 skont il-linja baġitarja 01.0404 "Programm ta' Qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni – Programm ta' intraprenditorjat u innovazzjoni" mhumiex se jintużaw kollha din is-sena.

41. Din il-linja tkopri n-nefqa relatata mal-implimentazzjoni tal-istrument finanzjarju ta' dan il-programm, li l-għan ewlieni tiegħu huwa li jiffaċilita l-aċċess tal-SMEs għall-finanzi. Bejn it-trasferimenti lejn il-kontijiet fiduċjarji amministrati mill-Fond Ewropew tal-Investiment u l-ħlas lill-benefiċjarji jkun hemm xi ftit dewmien. Il-kriżi finanzjarja għandha effett kbir fuq il-previżjonijiet fir-rigward tal-ħlasijiet għall-2010. B'konsegwenza ta' dan, sabiex jiġu evitati bilanċi eċċessivi fil-kontijiet fiduċjarji, il-metodoloġija għall-kalkolu tal-approprjazzjonijiet ta' pagamenti ġiet riveduta, filwaqt li tqiesu l-ħlasijiet mistennija. L-ammont ta' EUR 2 059 466 jista' għalhekk isir disponibbli biex jiġi trasferit.

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja u ġestjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2010/009 ES/Tessuti minn Spanja tal-Comunidad Valenciana)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja u ġestjoni finanzjarja tajba[13], u b'mod partikolari l-punt 28 tiegħu,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni[14], u b'mod partikolari l-Artikolu 12(3) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea[15],

Billi:

(1) Il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (EGF) twaqqaf biex jipprovdi appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema li jingħataw is-sensja minħabba bidliet strutturali kbar fl-andamenti kummerċjali dinjija dovuti għall-globalizzazzjoni u sabiex jiġu megħjuna fl-integrazzjoni mill-ġdid tagħhom fis-suq tax-xogħol.

(2) L-ambitu tal-EGF twessa’ għall-applikazzjonijiet imressqa mill-1 ta’ Mejju 2009 biex jinkludi appoġġ għall-ħaddiema li jingħataw is-sensja bħala riżultat dirett tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali.

(3) Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-EGF fi ħdan il-limitu massimu annwali ta’ EUR 500 miljun.

(4) Spanja ppreżentat applikazzjoni biex timmobilizza l-EGF, fir-rigward tas-sensji f'143 intrapriża li joperaw fid-Diviżjoni 13 tan-NACE Reviżjoni 2 (manifattura tat-tessuti) f'reġjun NUTS II uniku, Comunidad Valenciana (ES52), fit-22 ta' Marzu 2010 u ssupplimentatha b'tagħrif addizzjonali sas-17 ta' Ġunju 2010. Din l-applikazzjoni hija konformi mar-rekwiżiti għad-determinazzjoni tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji kif stabbilit fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. Il-Kummissjoni għalhekk qiegħda tressaq proposta biex timmobilizza l-ammont ta' EUR 2 059 466.

(5) L-EGF għandu, għalhekk, jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja għall-applikazzjoni mressqa minn Spanja.

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ: :

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2010, il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (EGF) għandu jiġi mmobilizzat biex jipprovdi s-somma ta' EUR 2 059 466 f'approprjazzjonijiet ta' impenji u ta' pagamenti.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea .

Magħmul fi Brussell/Strasburgu,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

[1] ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

[2] ĠU L 406 tat-30.12.2006, p. 1.

[3] Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-20.12.2006 (ĠU L 393 tat-30.12.2006, p. 1).

[4] Skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006.

[5] Comersan S.A., Manterol S.A., Murkoc Servicios S.L., Rasilan S.A. Textiles Athenea S.A., Vicente Barceló Vaño S.L. u Peivor S.L.

[6] It-total ma jaqbilx minħabba li ċ-ċifri tqarrbu lejn l-eqreb numru.

[7] Il-kategoriji huma msejsa fuq il-Klassifikazzjoni tal-Istandards Internazzjonali tal-Edukazzjoni (ISCED-97).

[8] It-total ma jaqbilx minħabba li ċ-ċifri tqarrbu lejn l-eqreb numru.

[9] Dan il-konsorzju huwa magħmul mis-sindki ta' Villena, Novelda, Salinas, La Algueña, Aspe u Monforte de Cid u rappreżentant tas-sħubija tal-muniċipalitajiet fil-Wied ta' Vinalopó; it-trejdjunjins u l-organizzazzjonijiet tan-negozju f'livell lokali.

[10] Unión General de Trabajadores del País Valenciano (UGT-PV), Comisiones Obreras del País Valenciano (CC.OO.-PV), Federación del Metal, Madera y Afines de la FIA del País Valenciano (UGT-UGT-PV) u Federación de Construcción, Madera y Afines (FITEQA-CC.OO.-PV)

[11] Albaida, Ontinyent, Cocentaina, Muro d'Alcoi u Alcoi.

[12] Applikazzjoni EGF/2010/005 ES/Ġebla Naturali tal-Comunidad Valenciana.

[13] ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

[14] ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.

[15] ĠU C [...], [...], p. [...].

Top