EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52010PC0349

Proposta għal regolament tal-Kunsill (UE) Nru.../2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 147/2003 dwar ċerti miżuri restrittivi fil-każ tas-Somalja (ippreżentata b’mod konġunt mill-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà)

/* KUMM/2010/0349 finali - NLE 2010/0191 */

52010PC0349

Proposta għal regolament tal-Kunsill (UE) Nru.../2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 147/2003 dwar ċerti miżuri restrittivi fil-każ tas-Somalja (ippreżentata b’mod konġunt mill-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà) /* KUMM/2010/0349 finali - NLE 2010/0191 */


[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA |

Brussel 30.6.2010

KUMM(2010)349 finali

2010/0191 (NLE)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru.../2010

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 147/2003 dwar ċerti miżuri restrittivi fil-każ tas-Somalja

(ippreżentata b’mod konġunt mill-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 147/2003 jimponi projbizzjoni ġenerali fuq il-provvista ta’ pariri tekniċi, assistenza, taħriġ, finanzjament jew għajnuna finanzjarja relatati ma’ attivitajiet militari, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fis-Somalja.

2. Permezz tal-paragrafu 7 tar-Riżoluzzjoni 1907 tat-23 ta' Diċembru 2009, il-Kunsill għas-Sigurtà tan-NU għamel sejħa lill-Istati Membri biex jispezzjonaw kull tagħbija lejn u mis-Somalja, fejn għandhom xi tagħrif li t-tagħbija jkun fiha oġġetti projbiti mill-paragrafi 5 u 6 ta’ dik ir-Riżoluzzjoni jew mill-embargo fuq l-armi sħiħ jew ġenerali kontra s-Somalja, bl-għan li tiġi żgurata l-implimentazzjoni stretta ta' dawk id-dispożizzjonijiet.

3. Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/231/PESK tas-26 ta’ April 2010 tipprevedi, fl-Artikolu 4, l-ispezzjoni ta' ċerti tagħbijiet lejn u mis-Somalja u, fil-każ ta’ inġenji tal-ajru u bastimenti, għall-fornitura ta' informazzjoni addizzjonali ta' qabel il-wasla u ta' qabel it-tluq rigward oġġetti li ddaħħlu jew inħarġu mill-Unjoni. Din l-informazzjoni għandha titressaq b’konformità mad-dispożizzjonijiet tad-dikjarazzjonijiet fil-qosor tad-dħul u tal-ħruġ tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/1992 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità[1].

4. Filwaqt li din il-miżura taqa’ fi ħdan l-iskop tat-Tratatt dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, tinħtieġ azzjoni leġiżlattiva min-naħa tal-Unjoni biex tiġi implimentata. Għalhekk, il-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, jipproponu li jemendaw ir-Regolament (KE) Nru. 147/2003, kif inhu xieraq.

5. 2010/0191 (NLE)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru.../2010

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 147/2003 dwar ċerti miżuri restrittivi fil-każ tas-Somalja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/231/PESK[2] dwar miżuri restrittivi kontra s-Somalja,

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mill-Kummissjoni u mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

6. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 147/2003 jimponi projbizzjoni ġenerali fuq il-provvista ta’ pariri tekniċi, assistenza, taħriġ, finanzjament jew għajnuna finanzjarja relatati ma’ attivitajiet militari, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fis-Somalja.

7. Permezz tal-paragrafu 7 tar-Riżoluzzjoni 1907 tat-23 ta' Diċembru 2009, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU għamel sejħa lill-Istati Membri biex jispezzjonaw kull tagħbija lejn u mis-Somalja, fejn ikollhom xi tagħrif li t-tagħbija jkun fiha oġġetti projbiti mill-paragrafi 5 u 6 ta’ dik ir-Riżoluzzjoni jew mill-embargo tal-armi komplet jew ġenerali kontra s-Somalja, bl-għan li tiġi żgurata l-implimentazzjoni stretta ta' dawk id-dispożizzjonijiet.

8. Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/231/PESK tas-26 ta’ April 2010 tipprevedi, fl-Artikolu 4, l-ispezzjoni ta' ċerti tagħbijiet lejn u mis-Somalja u, fil-każ ta' inġenji tal-ajru u bastimenti, għall-fornitura ta' informazzjoni addizzjonali ta' qabel il-wasla u ta' qabel it-tluq rigward oġġetti li ddaħħlu jew inħarġu mill-Unjoni. Din l-informazzjoni għandha titressaq b’konformità mad-dispożizzjonijiet tad-dikjarazzjonijiet fil-qosor tad-dħul u tal-ħruġ tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/1992 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità[3].

9. Din il-miżuri taqa’ taħt l-ambitu tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, għalhekk, notevolment bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħha mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha, tinħtieġ leġiżlazzjoni fuq il-livell tal-Unjoni sabiex tkun tista’ tiġi implimentata.

10. B’riżultat ta’ dan ir-Regolament (KE) Nru 147/2003 għandu jiġi emendat kif inhu xieraq.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 147/2003 huwa b’dan emendat kif ġej:

L-Artikolu li ġej għandu jiġi inserit:

“Artikolu 3a

1. Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni stretta tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/231/PESK, l-oġġetti kollha li jiddaħħlu jew li joħorġu mit-territorju tad-dwana tal-Unjoni fuq inġenji tal-ajru u bastimenti għall-ġarr ta' merkanzija, sejrin lejn u ġejjin mis-Somalja, għandhom ikunu soġġetti għall-fornitura ta’ informazzjoni ta' qabel il-wasla u ta' qabel it-tluq li għandha titressaq lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati.

2. Ir-regoli li jirregolaw l-obbligu biex titressaq informazzjoni ta' qabel il-wasla u ta' qabel it-tluq, b'mod partikolari l-limiti ta' żmien li għandhom jiġu rispettati u d-dejta meħtieġa, għandhom jiġu deċiżi fid-dispożizzjonijiet rilevanti rigward dikjarazzjonijiet fil-qosor tad-dħul u tal-ħruġ kif ukoll dikjarazzjonijiet tad-dwana stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, u fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92.

3. Barra minn hekk, il-persuna li ddaħħal l-oġġetti, jew li tieħu r-responsabbiltà għall-ġarr tal-oġġetti fuq inġenji tal-ajru għall-ġarr ta' merkanzija u bastimenti lejn u mis-Somalja, jew ir-rappreżentanti tiegħu/tagħha, għandha tiddikjara jekk l-oġġetti humiex koperti mill-Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea[4] u, jekk l-esportazzjoni tagħhom hija soġġetta għal awtorizazzjoni, tispeċifika l-partikolaritajiet tal-liċenzja ta' esportazzjoni li ngħatat.

4. Sal-31 ta’ Diċembru 2010, id-dikjarazzjonijiet fil-qosor tad-dħul u tal-ħruġ u l-elementi addizzjonali meħtieġa kif imsemmi f'dan l-Artikolu jistgħu jitressqu bil-miktub bl-użu ta' dokumentazzjoni kummerċjali, portwali jew ta' trasport, sakemm dawn ikun fihom id-dettalji neċessarji.

5. Mill-1 ta’ Jannar 2011, l-elementi addizzjonali meħtieġa kif imsemmi f'dan l-Artikolu għandhom jitressqu jew bil-miktub jew bl-użu tad-dikjarazzjonijiet fil-qosor tad-dħul u tal-ħruġ, skont il-każ.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea .

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, […]

Għall-Kunsill

Il-President […]

[1] ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.

[2] ĠU L 105, 27.04.2010, p. 17.

[3] ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.

[4] ĠUL 65,19.3.2009,p.1

Top