EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52010PC0225

Proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea EN (ippreżentat b'mod konġunt mill-Kummissjoni u mir-Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà)

/* KUMM/2010/0225 finali - NLE 2010/0122 */

52010PC0225

Proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea EN (ippreżentat b'mod konġunt mill-Kummissjoni u mir-Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà) /* KUMM/2010/0225 finali - NLE 2010/0122 */


[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA |

Brussel 5.5.2010

KUMM(2010)225 finali

2010/0122 (NLE)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

EN

(ippreżentat b'mod konġunt mill-Kummissjoni u mir-Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. Skont ir-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 1718 (2006) u 1874 (2009), il-Pożizzjoni Komuni 2006/795/PESK u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007, kif emendat, jipprovdu għal ċerti miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (minn hawn 'il quddiem 'Korea ta' Fuq').

2. F'konformità mal-Pożizzjoni Komuni 2006/795/PESK, i r-Regolament (KE) 329/2007, b'mod partikolari, jirrestrinġi l-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment lejn il-Korea ta' Fuq ta’ ċerti oġġetti, materjali, tagħmir, prodotti u teknoloġija, minbarra dawk li ttieħedet deċiżjoni dwarhom mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU jew il-Kumitat tas-Sanzjonijiet, li jistgħu jikkontribwixxu għall-programmi tal-Korea ta’ Fuq marbutin mal-armi nukleari, ma’ armi oħrajn tal-qerda tal-massa jew ma’ missili ballistiċi Dawn l-oġġetti huma elenkati fl-Anness Ia tar-Regolament (KE) Nru 329/2007.

3. B'kunsiderazzjoni għall-isskutar ta' attivitajiet ta' proliferazzjoni nukleari min-naħa tal-Korea ta' Fuq, il-lista ta’ oġġetti pprojbiti fl-Anness Ia għandha tiġi riveduta biex tibqa' effettiva.

4. L-għan ta’ din il-proposta hija li taġġorna l-Anness IA mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007, u tagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li temenda l-anness imsemmi.

2010/0122 (NLE)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Pożizzjoni Komuni 2006/795/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea[1],

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u l-Kummissjoni,

Billi:

5. F'konformità mal-Pożizzjoni Komuni 2006/795/PESK, ir-Regolament (KE) 329/2007, b'mod partikolari, jirrestrinġi l-forniment, il-bejgħ, it-trasferiment jew l-esportazzjoni lejn ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (minn hawn 'il quddiem imsejħa 'Korea ta' Fuq') ta’ ċerti oġġetti, materjali, tagħmir, prodotti u teknoloġija, li jistgħu jikkontribwixxu għall-programmi tal-Korea ta’ Fuq marbutin mal-armi nukleari, ma’ armi oħrajn tal-qerda tal-massa jew ma’ missili ballistiċi, minbarra dawk li ttieħedet deċiżjoni dwarhom mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU jew il-Kumitat tas-Sanzjonijiet.

6. Dawn l-oġġetti huma elenkati fl-Anness Ia għar-Regolament (KE) Nru 329/2007 u għandhom jiġu riveduti sabiex jibqgħu effettivi.

7. Għal raġunijiet ta' espedjenza, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li temenda l-lista ta' prodotti u teknoloġija pprojbiti, abbażi ta' informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri.

8. Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 329/2007 għandu jiġi emendat kif xieraq,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 329/2007 huwa emendat kif ġej:

(a) Il-paragrafu 1 tal-Artikolu 13 jinbidel b’dan li ġej:

“1. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li:

(a) temenda l-Anness Ia abbażi tad-deċiżjonijiet li ttieħdu mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet jew mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti jew abbażi ta' informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri;

(b) temenda l-Anness II abbażi ta’ informazzjoni pprovduta minn Stati Membri;

(c) temenda l-Anness III sabiex tirfina jew tadatta l-lista ta' prodotti inklużi fiha, filwaqt skont kull definizzjoni jew linji gwida li jistgħu jkunu ppromulgati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet jew sabiex iżżid in-numri ta' referenza meħuda min-Nomenklatura Magħquda kif stabbilita fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, jekk ikun neċessarju jew xieraq;

(d) temenda l-Anness IV abbażi tad-deċiżjonijiet meħuda mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet jew mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti; u

(e) temenda l-Annessi V u VI skont id-deċiżjonijiet meħuda dwar l-Annessi II, III, IV u V tal-Pożizzjoni Komuni 2006/795/PESK.”

(b) Għaldaqstant, l-Anness Ia tar-Regolament (KE) Nru. 329/2007 qiegħed jiġi emendat kif stabbilit fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, […]

Għall-Kunsill

Il-President […]

ANNESS I

"ANNESS Ia

Prodotti u teknoloġija msemmija fl-Artikoli 2 u 3

Oġġetti, materjali, tagħmir, prodotti u teknoloġija oħra li jistgħu jikkontribwixxu għall-programmi tal-Korea ta’ Fuq marbutin mal-armi nukleari, ma’ armi oħrajn tal-qerda tal-massa jew ma’ missili ballistiċi.

1. Sakemm ma jkunx iddikjarat b'mod ieħor, in-numri ta' referenza li jidhru fil-kolonna intitolata "Deskrizzjoni" jirreferu għad-deskrizzjonijiet tal-oġġetti u t-teknoloġija b'użu doppju stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 428/2009.

2. Numru ta' referenza li jidher fil-kolonna intitolata "Oġġett relatat mill-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 428/2009" ifisser li l-karatteristiċi tal-oġġett deskritt fil-kolonna "Deskrizzjoni" huma barra mill-parametri tad-deskrizzjoni tal-annotazzjoni b'użu doppju li għaliha qed issir referenza.

3. Id-definizzjonijiet tat-termini bejn 'virgoletti singoli' jinsabu f'nota teknika għall-oġġett rilevanti.

4. Id-definizzjonijiet tat-termini bejn "virgoletti doppji" jinsabu fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 428/2009.

Noti Ġenerali

1. L-iskop tal-projbizzjonijiet inklużi f'dan l-Anness m'għandux jingħeleb bl-esportazzjoni ta' kwalunkwe prodott mhux ipprojbit (li jinkludi impjanti) li jinkludi wieħed jew aktar mill-komponenti pprojbiti, meta l-komponent jew komponenti pprojbiti jkunu l-elementi prinċipali tal-oġġetti u jkunu jistgħu jitneħħew jew jintużaw għal għanijiet oħra.

N.B.: Waqt li jiġi vvalutat jekk il-komponent jew komponenti pprojbiti għandhomx jitqiesu bħala l-element prinċipali, hu meħtieġ li jiġu evalwati l-fatturi tal-kwantità, tal-valur u tal-konoxxenza teknoloġika involuti u ċirkostanzi speċjali oħrajn li jistgħu jistabbilixxu l-komponent jew komponenti pprojbiti bħala l-element prinċipali tal-prodotti pprovduti.

2. Prodotti speċifikati f'dan l-Anness jinkludu kemm prodotti ġodda kif ukoll dawk użati.

Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija (NĠT)

(Li għandha tinqara flimkien mal-Parti C)

1. Il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tat-"teknoloġija" li huma "meħtieġa" għall-"iżvilupp", għall-"produzzjoni" jew għall-"użu" ta' prodotti li l-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tagħhom huma pprojbiti fil-Parti A (Prodotti) hawn taħt, huma pprojbiti skont id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima B.

2. It-"Teknoloġija" “meħtieġa” għall-"iżvilupp", il-"produzzjoni" jew l-"użu" ta' prodotti pprojbiti tibqa' pprojbita anke meta tkun applikabbli għal oġġetti mhux ipprojbiti.

3. Il-projbizzjonijiet ma japplikawx għal dik it-"teknoloġija" li hija l-minimu meħtieġ għall-installazzjoni, it-tħaddim, il-manutenzjoni (iċċekkjar) u t- tiswija ta' dawk l-oġġetti li mhumiex ipprojbiti.

4. Il-projbizzjonijiet fuq trasferiment ta' "teknoloġija" ma japplikawx għall-informazzjoni "ta' dominju pubbliku", għal "riċerka xjentifika bażika" jew għall-informazzjoni minima meħtieġa għall-applikazzjonijiet ta’ privattivi.

A. PRODOTTI

MATERJALI, FAĊILITAJIET U TAGĦMIR NUKLEARI

I.A0. Prodotti

Nru | Deskrizzjoni | Oġġett relatat mill-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 428/2009 |

I.A0.001 | Lampi tal-katodju, vojta minn ġewwa, kif ġej: a. Lampi tal-katodju tal-jodju, vojta minn ġewwa, bit-twieqi tas-silikon jew tal-kwarz; b. Lampi tal-katodju tal-uranju, vojta minn ġewwa. |

I.A0.002 | Iżolaturi Faraday li jaqgħu fi ħdan medda ta' tul ta' mewġ ta' bejn 500 nm – 650 nm |

I.A0.003 | Retikoli ottiċi fi ħdan medda ta' tul ta' mewġ ta' bejn 500 nm – 650 nm |

I.A0.004 | Fibbri ottiċi fi ħdan medda ta’ tul ta’ mewġ ta’ bejn 500 nm – 650 nm miksijin b’saffi mhux riflettenti fil-medda ta’ tul ta’ mewġ ta’ bejn 500 nm – 650 nm u li jkollhom dijametru ċentrali akbar minn 0.4 mm iżda ma jeċċedix 2 mm. |

I.A0.005 | Partijiet ta' kontenituri ta' reatturi nukleari u apparat għall-ittestjar, barra minn kif speċifikat f'0A001, kif ġej: a. Siġilli; b. Komponenti interni; c. Apparat ta' ssiġillar, ittestjar u kejl. | 0A001 |

I.A0.006 | Sistemi ta’ sejba nukleari, minbarra dawk speċifikati f’0A001.j. jew 1A004.c., għas-sejba, l-identifikazzjoni jew il-kwantifikazzjoni ta’ materjali radjuttivi jew radjazzjoni ta’ oriġini nukleari u komponenti ddisnjati apposta għal dan. N.B: Għal tagħmir personali rreferi għal I.A1.004 hawn taħt. | 0A001.j. 1A004.c. |

I.A0.007 | Valvi ssiġillati bil-minfaħ minbarra dawk speċifikati f’0B001.c.6, 2A226 jew 2B350, magħmulin minn lega tal-aluminju jew stainless steel tat-tip 304, 304L jew 316L. | 0B001.c.6.2A226 2B350 |

I.A0.008 | Mirja tal-lejżer, barra minn dawk speċifikati f’6A005.e, li jikkonsistu f’substrati b’koeffiċjent ta’ espansjoni termali ta' bejn 10-6 K-1 jew inqas f’20 ºC (eż. silika fuża jew żaffir). Nota: Din l-annotazzjoni ma tkoprix sistemi ottiċi ddiżinjati speċjalment għal applikazzjonijiet ta’ astronomija, minbarra jekk il-mirja jkun fihom silika fuża. | 0B001.g.5. 6A005.e. |

I.A0.009 | Lentijiet tal-lejżer, barra minn dawk speċifikati f’6A005.e.2, li jikkonsistu f’substrati b’koeffiċjent ta’ espansjoni termali ta' bejn 10-6 K-1 jew inqas f’20 ºC (eż. silika fuża). | 0B001.g. 6A005.e.2. |

I.A0.010 | Pajpijiet, sistemi ta' pajpijiet, flanġijiet, aċċessorji magħmula minn jew miksija bin-nikil, jew lega tan-nikil, li jkun fiha minn 40% nikil bil-piż, barra minn dawk speċifikati f'2B350.h.1 | 2B350 |

I.A0.011 | Pompi tal-vakum, barra minn dawk speċifikati f'0B002.f.2 jew 2B231, kif ġej: a. Pompi turbomolekulari li jkollhom rata ta' fluss ta', jew akbar minn 400 l/s; b. Pompi roughing tal-vakum tat-tip tal-għeruq li għandhom rata ta' fluss aspirattiva volumetrika akbar minn 200 m3/h; c. Kumpressuri tax-xott f'forma ta' spiral bil-minfaħ u pompi vojta minn ġewwa f'forma ta' spiral bil-minfaħ. | 0B002.f.2. 2B231 |

I.A0.012 | Magħlaq protett għall-manipulazzjoni, il-ħażna u ż-żamma ta' sustanzi radjuattivi (ċelloli jaħarqu) | 0B006 |

I.A0.013 | "Uranju naturali" jew "uranju eżawrit" jew torju fil-forma ta' metall, lega, kompost kimiku jew konċentrat u kull materjal ieħor li fih wieħed jew iktar minn dawn is-sustanzi msemmija, barra minn dawk speċifikati f'0C001. | 0C001 |

I.A0.014 | Kmamar tad-detonazzjoni b’kapaċità ta’ assorbiment ta' splużjoni ta’ aktar mill-ekwivalenti ta’ 2.5 kg TNT. |

MATERJALI SPEĊJALI U TAGĦMIR RELATAT

I.A1. Prodotti

Nru | Deskrizzjoni | Oġġett relatat mill-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 428/2009 |

I.A1.001 | Aċidu fosforiku ta’ bis(2-etileżil) (HDEHP jew D2HPA) Numru tal-Astratti Kimiċi (CAS): solvent [CAS 298-07-7] fi kwalunkwe kwantità, b’purità aktar minn 90 %. |

I.A1.002 | Gass fluworin CAS: [7782-41-4], b’purità ta’ mill-inqas 95 %. |

I.A1.003 | Siġilli u gaskits f’forma ta’ ċrieki, b’dijametru intern ta’ 400 mm u anqas, magħmula minn kwalunkwe wieħed mill-materjali li ġejjin: a. Kopolimeri ta' fluworur tal-vinilidin li għandhom 75% jew aktar ta' struttura kristallina beta mingħajr tiġbid; b. Polimidi fluworuati li fihom 10% bil-piż jew aktar ta' fluworu kkombinat; c. Elastomeri tal-fosfażin fluworinat li għandhom piż ta' 30% jew aktar ta' fluworu kkombinat; d. Poliklorotrifloretilene (PCTFE, e.g. Kel-F ®); e. Fluworoelastomeri (eż., Viton ®, Tecnoflon ®); f. Politetrafluworoetilen (PTFE) | 1A001 |

I.A1.004 | Tagħmir personali għas-sejba ta’ radjazzjoni ta’ oriġini nukleari, minbarra dak speċifikat f’1A004.c., inklużi dożimetri personali. | 1A004.c. |

I.A1.005 | Ċelluli elettrolitiċi għall-produzzjoni tal-fluworu, minbarra dawk speċifikati f’1B225, b’kapaċità ta’ produzzjoni ikbar minn 100 g ta’ fluworu fis-siegħa. | 1B225 |

I.A1.006 | Katalizzaturi, minbarra dawk speċifikati f’1A225 jew 1B231, li fihom il-platinu, il-palladju jew ir-rodju, li jistgħu jintużaw għall-promozzjoni tar-reazzjoni ta’ skambju iżotopiku tal-idroġenu bejn l-idroġenu u l-ilma għall-irkupru tat-tritju mill-ilma tqil jew għall-produzzjoni ta’ ilma tqil. | 1A225 1B231 |

I.A1.007 | Aluminju u l-legi tiegħu, barra minn dawk speċifikati f'1C002.b.4. jew 1C202.a, f'forma mhux maħduma jew semifabbrikata b’waħda minn dawn il-karatteristiċi: a. 'Kapaċi għal' limitu ta' reżistenza għat-tensjoni ta' 460 MPa jew aktar f'293 K (20 °C); jew b. B’piż li jiflaħ mingħajr ma jinqata’ ta' 415 MPa jew aktar b’293 K (20 °Ċ). Nota teknika: Il-frażi ligi 'kapaċi għal' tinkorpora ligi qabel jew wara t-trattament bis-sħana. | 1C002.b.4. 1C202.a. |

I.A1.008 | Metalli manjetiċi, ta' kull tip u ta' kull forma, minbarra dawk speċifikati f'1C003.a. li jkollhom "permeabbiltà inizjali relattiva" ta' 120 000 jew aktar u ħxuna ta' bejn 0,05 mm u 0,1 mm. Nota teknika: Il-kejl tal-"permeabilità realttiva inizjali" għandu jsir fuq materjali kompletament ittemprati. | 1C003.a. |

I.A1.009 | "Materjali fibrużi u bil-filamenti" jew prepregs, minbarra dawk speċifikati f’1C010.a., 1C010.b., 1C210.a. jew 1C210.b. kif ġej: a. "Materjali fibrużi jew filamentari" armidi li għandhom waħda mill-karatteristiċi li ġejjin: 1. "Modulu speċifiku" li jaqbeż l-10 × 106 m; jew 2. "Reżistenza għat-tensjoni speċifika" ogħla minn 17 × 104 m; b. "Materjali fibrużi jew filamentari" tal-ħġieġ li għandhom waħda miż-żewġ karatteristiċi li ġejjin: 1. "Modulu speċifiku" li jaqbeż it-3,18 × 106 m; jew 2. "Reżistenza għat-tensjoni speċifika" ogħla minn 76.2 × 103 m; c. "Ħjut", "rovings", "irmunkar" jew "rutelli"" kontinwi li għandhom fihom reżina tat-termoset wiesa" 15 mm jew inqas (prepregs), magħmula minn "materjali fibrużi jew filamentari" tal-ħġieġ minbarra dawk speċifikati f’I.A1.010.a. hawn taħt. | 1C010.a. 1C010.b. 1C210.a. 1C210.b. |

d. "Materjali fibrużi jew filamentari" tal-karbonju; e. "Ħjut", "rovings", "irmunkar" jew "rutelli" kontinwi li huma ssettjati bis-sħana u fihom ir-reżina magħmula minn "materjali fibrużi jew filamentari" tal-karbonju; f. "Ħjut", "rovings", "irmunkar" jew "rutelli" kontinwi tal-polyacrylonitrile (PAN). g. Materjali fibrużi jew filamentari" para-armidi (Kevlar ® u tipi oħrajn ta’ fibri tat-tip Kevlar ®). |

I.A1.010 | Fibri impregnati bir-reżina jew biż-żift (preimpregnati), fibri miksija bil-metall jew bil-karbonju (preformati) jew "preformati tal-fibri tal-karbonju", kif ġej: a. Magħmula minn "materjali fibrużi jew filamentari" speċifikati f’I.A1.009 hawn fuq; b. "Materjali fibrużi jew filamentari" tal-karbonju li fih "matriċi" tar-reżina tal-epossi (prepregs), speċifikati f’1C010.a., 1C010.b. jew 1C010.c., għat-tiswija tal-istrutturi tal-ajruplani jew għal-laminati, li d-daqs tal-folji inividwali tagħhom ma jeċċedix 50 cm × 90 cm; c. Materjal preimprenjat speċifikat f'1C010.a, 1C010.b. jew 1C010.c. meta jkollhom reżini fenoliċi jew epossi li jkollhom temperatura tat-transizzjoni tal-ħġieġ (Tg) inqas minn 433 K (160 °Ċ) u temperatura ta' kura aktar baxxa mit-temperatura tat-transizzjoni tal-ħġieġ. | 1C010 1C210 |

I.A1.011 | Komposti riinfurzati taċ-ċeramika tas-silikon karbajd li jistgħu jintużaw għall-ponta, għal vetturi ta' rientrata, għal portelli taż-żennuni, u li jintużaw f'"missili", barra minn dawk speċifikati f'1C107. | 1C107 |

I.A1.012 | Mhux użat |

I.A1.013 | Tantalu, karbajd tat-tantalu, tungstenu, karbajd tat-tungstenu u ligi tagħhom, minbarra dawk speċifikati f’1C226, li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin: a. Forom b'simetrija ċilindrika jew sfera vojta minn ġewwa (inkluż partijiet taċ-ċilindru) b'dijametru fuq in-naħa ta' ġewwa bejn 50 mm u 300 mm; u b. Massa ta' aktar minn 5 kg. | 1C226 |

I.A1.014 | "Trabijiet elementali" tal-kobalt, neodymium jew samarium jew ligi jew taħlitiet tagħhom li jkun fihom minn tal-anqas 20% bil-piż ta’ kobalt, neodymium jew samarium, bid-daqs tal-partiċella ta’ anqas minn 200 µm. Nota teknika: "Trab elementali" tfisser trab ta’ purità għolja ta’ element wieħed. |

I.A1.015 | Fosfat tat-tributyl pur (TBP) [CAS Nru 126-73-8] jew kwalunkwe taħlita b’kontenut ta’ TBP ta’ aktar minn 5% bil-piż. |

I.A1.016 | Azzar maraging, minbarra dawk speċifikati f’1C116 jew 1C216. Noti tekniċi: 1. Il-frażi azzar maraging "b'kapaċità" li tinkludi azzar maraging qabel jew wara li jingħata trattament tas-sħana. 2. L-azzar maraging huwa tipi ta’ ligi tal-ħadid ġeneralment ikkaratterizzati minn kontenut għoli ta' nikil, kontenut baxx ħafna tal-karbonju u l-użu ta’ elementi ta’ sostituzzjoni jew preċipitati biex jipproduċu tisħiħ u t-twebbis bl-età tal-liga. | 1C116 1C216 |

I.A1.017 | Metalli, trabijiet u materjal tal-metall kif ġej: a. Tangstinn u ligi tat-tangstinn, minbarra dawk speċifikati f’1C117, fil-forma ta' partiċelli sferiċi jew partikoli atomizzati uniformi b'dijametru ta' 500 μm (mikrometru) jew inqas b’kontenut ta’ tangstinn ta' 97% bil-piż jew ikbar; b. Molibdenu u ligi tal-molibdenu, minbarra dawk speċifikati f'1C117, fil-forma ta' partiċelli sferiċi jew partikoli atomizzati uniformi b'dijametru ta' 500 μm jew inqas b’kontenut ta’ molibdenu ta' 97% bil-piż jew ikbar; c. Materjali tat-tangstinn fil-forma solida, minbarra dawk speċifikati f'1C226 b’kompożizzjonijiet materjali kif ġej: 1. Tangstinn u ligi b’97% bil-piż jew aktar tangstinn; 2. Tangstinn infiltrat bir-ram li fih 80% bil-piż jew aktar tangstinn; jew 3. Tangstinn infiltrat bil-fidda li fih 80% bil-piż jew aktar tangstinn; | 1C117 1C226 |

I.A1.018 | Ligi manjetiċi rotob, minbarra dawk speċifikati f’1C003, b’kompożizzjoni kimika kif ġej: a Kontenut ta’ ħadid bejn 30% u 60%; u b Kontenut ta’ kobalt bejn 40% u 60%. | 1C003 |

I.A1.019 | Mhux użat |

I.A1.020 | Grafit, minbarra dak speċifikat f’0C004 jew 1C107.a, iddisinjat jew speċifikat biex jintuża fil-Magni tal-Fabbriki għall-Elettroerożjoni (EDM - Electrical Discharge Machining) | 0C004 1C107a |

IPPROĊĊESSAR TA' MATERJALI

I.A2. Prodotti

Nru | Deskrizzjoni | Oġġett relatat mill-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 428/2009 |

I.A2.001 | Sistemi ta' prova ta' vibrazzjoni, tagħmir u partijiet għal dak l-iskop, ħlief dawk speċifikati f'2B116: a. Sistemi għat-test tal-vibrazzjoni li jużaw metodi ta' retroazzjoni jew ta' ċirkwit magħluq u li jinkorporaw kontrollur diġitali, li kapaċi jivvibraw sistema b'aċċellerazzjoni daqs jew akbar minn 0.1 g rms bejn 0.1 Hz u 2 kHz u jagħtu forza daqs jew akbar minn 50 kN, imkejla b' 'mejda vojta'; b. Kontrolluri diġitali, ikkombinati ma’ "software" iddisinjat speċjalment għall-ittestjar tal-vibrazzjoni, b’ "faxxa tal-frekwenza ta’ kontroll f’ħin reali" ikbar minn 5 kHz iddisinjati għall-użu mas-sistemi tal-ittestjar tal-vibrazzjoni speċifikati f’a.; Nota teknika: Faxxa tal-frekwenza ta’ kontroll f’ħin reali" hija ddefinita bħala r-rata massima fejn kontrollur jista’ juża ċikli ta’ kampjuni, ipproċessar ta’ data u trasmissjoni ta’ sinjali ta’ kontroll. | 2B116 |

c. Magni li jagħtu mbuttatura b'vibrazzjoni (unitajiet ta' vibrazzjoni), b'amplifikaturi assoċjati jew mingħajr, li kapaċi jagħtu forza ta' 50 kN jew aktar, imkejla b''mejda vojta', u li jistgħu jintużaw fis-sistemi tal-ittestjar tal-vibrazzjoni speċifikati f'a.; d. Strutturi li jsostnu l-parti għall-ittestjar u unitajiet elettroniċi ddisinjati sabiex jgħaqqdu unitajiet ta' vibrazzjoni multipli f'sistema li hi kapaċi tipprovdi forza effettiva kombinata daqs jew akbar minn 50 kN, imkejla b''mejda vojta', u li jistgħu jintużaw fis-sistemi ta' vibrazzjoni speċifikati f'a. Nota teknika: 'mejda vojta' tfisser mejda ċatta, jew wiċċ mingħajr muntaġġi jew tagħmir imwaħħal. |

I.A2.002 | Magni tal-għodda, minbarra dawk speċifikati f'2B001.c. jew 2B201.b., għat-tħin b'ppożizzjonar ta' preċizjoni bil-"kumpens kollu disponibbli" ugwali għal jew inqas (aħjar) minn 15 μm skont ISO 230/2 (1988)1 jew ekwivalenzi nazzjonali matul xi wieħed mill-assi lineari. [2] Manifatturi li jikkalkulaw il-preċiżjoni tal-pożizzjoni skont l-ISO 230/2 (1997) għandhom jikkonsultaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih huma stabbiliti. | 2B001.c. 2B201.b. |

I.A2.002a | Komponenti u kontrolli numeriċi, iddisinjati apposta għall-magni tal-għodod speċifikati f’ 2B001, 2B201 jew I.A2.002 hawn fuq. |

I.A2.003 | Magni tal-ibbilanċjar u tagħmir relatat, kif ġej: a. Magni tal-ibbilanċjar, magħmula jew modifikati għal apparat dentali jew mediku ta' xorta oħra, li jkollhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin: 1. Mhumiex kapaċi jibbilanċjaw skrun/immuntar b’massa ta’ aktar minn 3 kg; 2. Kapaċi jibbilanċjaw skrejjen/assemblaġġi f'veloċità akbar minn 12,500 rpm; 3. Kapaċi li jirranaġa żbilanċi f'żewġ pjani jew aktar; u 4. Kapaċi jibbilanċjaw sa żbilanċ speċifiku residwu ta' 0,2 g mm għal kull kg ta' massa tal-iskrun; b. 'Irjus indikaturi' ddisinjati jew modifikati għall-użu mal-magni speċifikati f'a hawn fuq. Nota teknika: "Irjus indikaturi" huma xi drabi magħrufa bħala strumentazzjoni tal-ibbilanċjar. | 2B119 |

I.A2.004 | Apparat għal manipulazzjoni mill-bogħod li jista' jintuża għal azzjoni mill-bogħod fi proċessi tas-separazzjoni radjukimika jew f'ċelel jaħarqu, barra dawk speċifikati f'2B225, li fihom xi karatteristika minn dawn li ġejjin: a. Kapaċi jidħol 0,3 m jew iktar f’ħajt ta’ ċella tas-sħana (funzjoni tat-tip through-the-wall); jew b. Kapaċi jgħaddi minn naħa għal oħra ta' ċella taħraq b'ħajt bi ħxuna ta' 0.3 m jew iktar (funzjoni over-the-wall). Nota teknika: Apparat għall-manipulazzjoni mill-bogħod jipprovdi traduzzjoni ta’ azzjonijiet ta’ operatur uman għal driegħ li taħdem mill-bogħod u stallazzjoni. Huma jistgħu jkunu tat-tip "prinċipal/sekondarju" (master/slave) jew mħaddma b’joystick jew tastiera. | 2B225 |

I.A2.005 | Fran għat-trattament bis-sħana f’atmosfera kkontrollata jew fran tal-ossidazzjoni kapaċi li jaħdmu f’temperaturi ta’ aktar minn 400 °C Nota: Dan il-punt ma jkoprix tunnel kilns li jimxu fuq roller jew permezz ta’ karozza, tunnel kilns b’conveyor belt, kilns tat-tip li jiġu mbuttati jew shuttle kilns, iddisinjati speċjalment għall-produzzjoni tal-ħġieġ, ċeramika għall-mejda jew ċeramika strutturali. | 2B226 2B227 |

I.A2.006 | Mhux użat |

I.A2.007 | “Apparat maħsub sabiex jibdel sinjal ta' pressjoni f'sinjal ellettriku” (pressure transducers), minbarra dawk iddefiniti f'2B230, li hu kapaċi jkejjel pressjonijiet assoluti f'kull punt tal-iskala minn 0 sa 200 kPa u li għandu ż-żewġ karatteristiċi li ġejjin: a. Elementi sensibbli għall-pressjoni magħmula jew protetti minn "Materjali reżistenti għat-tmermir mill-eżafluworidu tal-uranju (UF6)", kif ukoll b. Li jkollhom waħda mill-karatteristiċi li ġejjin: 1. Skala sħiħa ta' inqas minn 200 kPa u 'preċiżjoni' aħjar minn ± 1 % tal-iskala sħiħa; jew 2. Skala sħiħa ta’ 200 KPA jew aktar u 'preċiżjoni’ aħjar minn 2 kPa. Nota teknika: Għall-iskopijiet ta' 2B30, "preċiżjoni" tinkludi n-non-linearità, l-isteresi u r-ripetibbiltà f'temperatura ambjentali. | 2B230 |

I.A2.008 | Kuntatturi likwidu-likwidu (mixxelaturi separaturi, kolonni pulsati, kolonni pjanċa, kuntatturi ċentrifugi); u distributuri ta' likwidi, distributuri ta' fwar jew oġġetti għall-ġbir ta' likwidu mfassla għal tagħmir bħal dan, fejn kull wiċċ li jiġi f’kuntatt dirett mal-kimika/kimiki li tkun/ikunu pproċessata/pproċessati tkun magħmula minn xi materjal li ġej: a. Ligi b'aktar minn 25 % nikil u 20 % kromju bil-piż; b. Fluworopolimeri; c. Ħġieġ (inkluża kisja vitrifikata jew tal-enemel jew kisja tal-ħġieġ); d. Grafit jew "grafit tal-karbonju"; e. Nikil jew ligi b’aktar minn 40 % nikil fil-piż; f. Tantalu jew ligi tat-tantalu; g. Titanju jew ligi tat-titanju; h. Żirkonju jew ligi taż-żirkonju; jew i. Azzar ma jsaddadx (stainless steel). Nota teknika: ‘Grafit tal-karbonju’ hu kompożizzjoni ta' karbonju u grafit amorfu, li fiha l-kontenut ta' grafit hu ta' 8 % jew aktar fil-piż. | 2B350.e |

I.A2.009 | Tagħmir industrijali u l-komponenti tiegħu, minbarra dawk speċifikati fi 2B350.d., kif ġej: Tagħmir għat-trasferiment tas-sħana jew kondensaturi b'wiċċ għat-trasferiment tas-sħana ikbar minn 0,05 m2 u inqas minn 30 m2; u tubi, folji, serpentini jew blokki (nuklei) ddisinjati għal dan it-tagħmir għat-trasferiment tas-sħana jew kondensaturi, fejn l-uċuħ kollha f'kuntatt dirett mal-fluwidu/i jkunu magħmulin minn xi materjal minn dawn li ġejjin: a. Ligi b'aktar minn 25% nikil u 20% kromju bil-piż; b. Fluworopolimeri; c. Ħġieġ (inkluża kisja vitrifikata jew tal-enamel jew kisja tal-ħġieġ); d. Grafit jew ‘grafit tal-karbonju’; | 2B350.d. |

e. Nikil jew liegi b'aktar minn 40% nikil bil-piż; f. Tantalu jew ligi tat-tantalu; g. Titanju jew ligi tat-titanju; h. Żirkonju jew ligi taż-żirkonju; i. Karbur tas-silikon; j. Karbur tat-titanju; jew k. Stainless steel. Nota: Din l-annotazzjoni ma tkoprix ir-radjaturi tal-vetturi. Nota teknika: Il-materjali użati għal gaskits u siġilli u twettiq ieħor ta’ funzjonijiet ta’ ssiġillar ma jiddeterminawx l-istatus ta’ kontroll tat-tagħmir għat-trasferiment tas-sħana. |

I.A2.010 | Pompi b’siġilli multipli jew bla siġill, minbarra dawk speċifikati fi 2B350.i, adatti għal fluwidi li jnawru, jew pompi tal-vakwu u kejsings (pump bodies), kisi ta’ kejsings, disk b’għadd ta’ pali ffittjati miegħu storjat f’kàver biex jiċċirkola l-ilma minflok b’pompa għal ġol-ġakits taċ-ċilindri, rotors jew pompi tal-merżuq biż-żennuna mfassla għal pompi bħal dawn, fejn kull wiċċ li jkollu kuntatt dirett mal-kimika/kimiki li qed tkun/ikunu proċessata/proċessati hi magħmula minn kwalunkwe wieħed mill-materjali li ġejjin: a. Ligi b'aktar minn 25 % nikil u 20 % kromju bil-piż; b. Ċeramiki; c. Ferrosilikon; d. Fluworopolimeri; e. Ħġieġ (inklużi kisjiet vitrifikati jew tal-enamel jew kisja tal-ħġieġ); f. Grafit jew 'grafit tal-karbonju'; g. Nikil jew ligi b’aktar minn 40 % nikil fil-piż; h. Tantalu jew ligi tat-tantalu; i. Titanju jew ligi tat-titanju; j. Żirkonju jew ligi taż-żirkonju; k. Nijobju (columbium) jew ligi tan-nijobju; l. Azzar ma jsaddadx (stainless steel); m. Ligi ta’ aluminju; n. Lastku. Noti tekniċi: Il-materjali użati għal gaskits u siġilli u twettiq ieħor ta’ funzjonijiet ta’ ssiġillar ma jiddeterminawx l-istatus ta’ kontroll tal-pompa. It-terminu "lastku" jinkludi t-tipi kollha ta' lastku naturali jew sintetiku. | 2B350.i |

I.A2.011 | "Separaturi ċentrifugi", minbarra dawk speċifikati fi 2B352.c., b’kapaċità ta’ separazzjoni kontinwa mingħajr propagazzjoni ta’ aerosols u manufatturati minn: a. Ligi b'aktar minn 25 % nikil u 20 % kromju bil-piż; b. Fluworopolimeri; c. Ħġieġ (inkluża kisja vitrifikata jew tal-enamel jew kisja tal-ħġieġ); d. Nikil jew ligi b’aktar minn 40 % nikil fil-piż; e. Tantalu jew ligi tat-tantalu; f. Titanju jew ligi tat-titanju; jew g. Żirkonju jew legi taż-żirkonju; Nota teknika: "Separaturi ċentrifugi" jinkludu r-reċipjenti. | 2B352.c. |

I.A2.012 | Filtri tal-metall miksijin bil-ġir, minbarra dawk speċifikati fi 2B352.d., magħmulin min-nikil ligi tan-nikil b’aktar minn 40 % ta’ nikil fil-piż. | 2B352.d. |

I.A2.013 | Magni tat-tip spin-forming u magni tat-tip flow-forming, minbarra dawk speċifikati fi 2B009, 2B109 jew 2B209 u komponenti ddisinjati speċjalment għalihom. Nota teknika: Għall-iskopijiet ta’ dan il-punt, magni li jikkombinaw il-funzjonijiet ta’ spin-forming u flow-forming jitqiesu bħala magni tat-tip flow-forming. | 2B009 2B109 2B209 |

I.A2.014 | Tagħmir u reaġenti, minbarra dawk speċifikati f’2B350 jew 2B352, kif ġej: a. kontenituri użati għall-fermentazzjoni (fermenters) li kapaċi jikkultivaw "mikro organiżmi" jew viruses patoġeniċi, jew kapaċi jipproduċu t-tossina, mingħajr il-propagazzjoni ta’ aerosols, u li għandhom kapaċità totali ta’ 10 l jew aktar; b. aġitaturi għal fermenters kif imsemmi fil-paragrafu ta' jawn fuq; Nota Teknika: Il-fermentaturi jinkludu bioreatturi, kimostati u sistemi ta' fluss kontinwu. c. tagħmir tal-laboratorju kif ġej: 1. tagħmir ta' (PCR) reazzjoni katina bil-polymerase, 2. tagħmir ta' ssekwenzjar ġenetiku, 3. sintetizzaturi ġenetiċi; 4. tagħmir ta' elettroporazzjoni, 5. reaġenti speċifiċi assoċjati mat-tagħmir f'I.A2.014.c1 – 4 hawn fuq; d. filtri, mikrofiltri, nanofiltri jew ultrafiltri li jintużaw fil-bijoloġija industrijali jew tal-laboratorju għal filtraġġ kontinwu, minbarra filtri ddisinjati jew modifikati speċjalment għal skopijiet mediċi jew għall-produzzjoni ta' ilma ċar u li jistgħu jintużaw fil-qafas ta' proġetti appoġġjati mill-UE jew mill-NU; e. ultraċentrifugi, skrejjen u adapters għal ċentrifugi; f. tagħmir ta' xxuttar bil-friża. | 2B350, 2B352 |

I.A2.015 | Tagħmir, minbarra dak speċifikat f'2B005, 2B105 jew 3B001.d, għad-depożitu ta’ strati metalliċi kif ġej, u komponenti ddisinjati speċjalment u aċċessorji għalih: a. tagħmir tal-produzzjoni għad-depożizzjoni kimika tal-fwar (CVD); b. tagħmir tal-produzzjoni għad-depożizzjoni fiżika tal-fwar (PVD); c. tagħmir tal-produzzjoni għad-depożizzjoni permezz tat-tisħin induttiv jew bir-reżistenza. | 2B005, 2B105, 3B001.d |

I.A2.016 | Tankijiet jew kontejners miftuħin, b'aġitaturi jew mingħajrhom, b'volum intern totali (ġeometriku) ta' aktar minn 0.5 m3 (500 litru), fejn l-uċuħ kollha li jiġu f'kuntatt dirett mal-kimika/kimiki li jkunu qegħdin jiġu pproċessati jew miżmuma jkunu magħmula minn kwalunkwe mill-materjali li ġejjin: a. Ligi b'aktar minn 25 % nikil u 20 % kromju bil-piż; b. Fluworopolimeri; c. Ħġieġ (inkluża kisja vitrifikata jew tal-enemel jew kisjiet tal-ħġieġ); d. Nikil jew ligi b’aktar minn 40 % nikil fil-piż; e. Tantalu jew ligi tat-tantalu; f. Titanju jew ligi tat-titanju; g. Żirkonju jew ligi taż-żirkonju; h. Nijobju (columbium) jew ligi tan-nijobju; i. Azzar ma jsaddadx (stainless steel); g. Injam k. Lastku. Nota teknika: It-terminu "lastku" jinkludi t-tipi kollha ta' lastku naturali jew sintetiku. | 2B350 |

ELETTRONIKA

I.A3. Prodotti

Nru | Deskrizzjoni | Oġġett relatat mill-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 428/2009 |

I.A3.001 | Provvisti ta’ enerġija ta’ kurrent dirett ta’ qawwa għolja, minbarra dawk speċifikati f’0B001.j.5. jew 3A227, li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin: a. Kapaċi li kontinwament jipproduċu, għal perijodu ta’ tmien siegħat, 10 kV jew aktar, bi produzzjoni ta’ kurrent ta’ 5 kW jew aktar, bl-isweeping jew mingħajru; u b. Kurrent jew stabbiltà ta' vultaġġ aħjar minn 0.1 % fuq perjodu ta' erba' sigħat. | 0B001.j.5. 3A227 |

I.A3.002 | Spettrometri tal-massa, minbarra dawk speċifikati f’0B002.g jew 3A233, li kapaċi jkejlu joni ta’ 200 unit ta’ massa atomika jew iktar u li għandhom riżoluzzjoni li hija aħjar minn 2 partijiet f’200, kif ġej, u sorsi ta’ joni għalihom: a. Spettrometri tal-massa tal-plażma akkoppjati b’mod induttiv (ICP/MS); b. Spettrometri tal-massa li jitfgħu dawl inkandexxenti (GDMS); c. Spettrometri tal-massa tal-jonizzazzjoni termali (TIMS); | 0B002.g 3A233 |

d. Spettrometri tal-massa tal-bumbardament tal-elettron li għandhom kamra sorġenti mibnija minn, miksija bi jew mgħottija b’ "materjali li jirreżistu għas-sadid mill-eżafluworidu tal-uranju UF6"; e. Spettrometri tal-massa tad-dija molekulari li għandhom xi waħda minn dawn il-karatteristiċi li ġejjin: 1. Kamra tas-sors mibnija minn, miksija bi jew mgħottija b’azzar li ma jsaddadx jew molibdenu u mgħammra b’sifun kiesaħ li kapaċi jkessaħ sa 193 K (-80 °) jew inqas; jew 2. Kamra tas-sors mibnija minn, miksija bi jew mgħottija b’materjali reżistenti għal UF6; f. Spettrometri tal-massa mgħammra b’sors tal-joni ta’ ħafna żidiet ta’ fluworin iddisinnjati għal aktinidi jew fluworidi aktinidi. |

I.A3.003 | Apparat li jbiddel il-frekwenza jew ġeneraturi, minbarra dawk speċifikati f’0B001.b.13 jew 3A225, li jkollu dawn il-karatteristiċi kollha li ġejjin, u komponenti u software ddisinjati speċjalment għalihom: a. Produzzjoni tal-multiphase li kapaċi tipprovdi enerġija ta’ 40 W jew akbar; b. Kapaċi jaħdem fuq il-medda ta' frekwenza bejn 600 u 2 000 Hz; u c. Kontroll tal-frekwenza aħjar minn (anqas) minn 0,1%. Noti tekniċi: 1. Apparat li jbiddel il-frekwenza huwa magħruf ukoll bħala konverturi, inverturi, ġeneraturi, tagħmir tal-ittestjar elettroniku, provvisti AC power, apparat għat-trażmissjoni tal-forza f’makkinarju jew apparat għat-trasmissjoni tal-frekwenza. 2. Il-funzjonalità speċifikata f’dan il-punt tista’ tkun sodisfatta b’ċertu tagħmir li jkun jinsab fis-suq bħala: tagħmir għall-ittestjar elettroniku, provvisti AC power, apparat għat-trażmissjoni tal-forza f’makkinarju jew apparat għat-trasmissjoni tal-frekwenza. | 0B001.b.13. 3A225 |

I.A3.004 | Spettrometri u diffrattometri, mfassla għat-test indikattiv jew l-analiżi kwantitattiva tal-kompożizzjoni elementali tal-metalli jew il-liegi mingħajr dekompożizzjoni kimika tal-materjal. |

SENSURI U LEJŻERS

I.A6. Prodotti

Nru | Deskrizzjoni | Oġġett relatat mill-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 428/2009 |

I.A6.001 | Vireg ta’ granat tal-ittriju aluminju (YAG). |

I.A6.002 | Tagħmir u komponenti ottiċi, minbarra dawk speċifikati f’6A002 jew 6A004.b kif ġej: Ottiċi tal-infraaħmar bit-tul ta’ mewġ li jvarja bejn 9 μm u 17 μm u komponenti tagħhom, inkluż il-komponenti tat-tellurur tal-kadmju (CdTe). | 6A002 6A004.b. |

I.A6.003 | Sistemi ta’ korretturi tal-fronti tal-mewġ, minbarra l-mirja speċifikati f’6A004.a, 6A005.e jew 6A005.f., biex jintużaw f’raġġ tal-lejżer b’dijametru ta’ aktar minn 4mm, u elementi magħmula speċifikament għalihom, inkluż sistemi ta’ kontroll, sensuri ta’ fronti tal-fażi u "mirja diformabbli" inkuż mirja bimorf. | 6A004.a. 6A005.e. 6A005.f. |

I.A6.004 | "Lejżers" tal-joni Argon, minbarra dawk speċifikati f’0B001.g.5, 6A005 u jew 6A205.a., li għandhom saħħa tal-ħruġ medja daqs jew ikbar minn 5 W. | 0B001.g.5. 6A005.a.6. 6A205.a. |

I.A6.005 | "Lejżers" semikondutturi, minbarra dawk speċifikati f’0B001.g.5., 0B001.h.6. jew 6A005.b., u komponenti tagħhom, kif ġej: a. “Lejżers" individwali semikondutturi li jipproduċu qawwa ta' aktar minn 200 mW kull wieħed, fi kwantitajiet ta' aktar minn 100; b. Armaturi tal-"lejżer" semikondutturi li jipproduċu qawwa ta' aktar minn 20 W. Noti: 1. "Lejżers" semikondutturi huma komunement imsejħa dijodi tal- "lejżer". 2. Din l-annotazzjoni ma tkoprix dijodi tal-“lejżer” b’tul ta’ mewġ fil-limitu ta’ 1,2 μm – 2,0 μm. | 0B001.g.5. 0B001.h.6. 6A005.b. |

I.A6.006 | Lejżers" b’semikondutturi sintonizzabbli u armaturi ta’ "lejżers" b’semikondutturi sintonizzabbli, minbarra dawk speċifikati f'0B001.h.6. jew 6A005.b., ta’ tul ta’ mewġ bejn 9 μm u 17 μm, kif ukoll kolonni ta’ armaturi ta’ "lejżers" b’semikondutturi li fihom mill-anqas armatura "lejżer" waħda b’semikondutturi sintonizzabbli ta’ dak it-tul ta’ mewġ. Nota: "Lejżers" semikondutturi huma komunement imsejħa dijodi tal- "lejżer". | 0B001.h.6. 6A005.b. |

I.A6.007 | "Lejżers" "sintonizzabbli" fi stat solidu, minbarra dawk speċifikati f’0B001.g.5., 0B001.h.6. jew 6A005.c.1, u komponenti tagħhom ddisinjati għalihom b'mod speċjali kif ġej: a. Lejżers taż-żaffir-titanju, b. Lejżers bl-alessandrite. | 0B001.g.5. 0B001.h.6. 6A005.c.1. |

I.A6.008 | Lejżers" (minbarra dawk tal-ħġieġ) drogat bin-neodimju, minbarra dawk speċifikati f’6A005.c.2.b., li għandhom wavelength tal-ħruġ aktar minn 1.0 μm iżda li ma jaqbiżx 1.1 μm u enerġija tal-ħruġ li taqbeż 10 J kull polz. | 6A005.c.2.b. |

I.A6.009 | Komponenti akustiċi-ottiċi, kif ġej: a. Framing tubes u apparati għall-immaġini fl-istat solidu li jkollhom frekwenza ta’ rikorrenza ta’ 1kHz jew aktar; b. Forniment għal frekwenza ta' rikorrenza; c. Ċelluli pockels. | 6A203.b.4. |

I.A6.010 | Kameras reżistenti għar-radjazzjoni, jew lentijiet għalihom, barra minn dawk speċifikati f'6A203.c., iddisinjati apposta jew previsti bħala reżistenti għal doża ta' radjazzjoni totali ogħla minn 50 x 103 Gy(silikon) (5 x 106 rad (silikon)) mingħajr degradazzjoni operattiva. Nota teknika: It-terminu Gy(silikon) jirreferi għall-enerġija f’Joules għal kull kilogramm li hija assorbita minn kampjun mhux miksi tas-silikon meta tkun esposta għar-radjazzjoni ionizzanti. | 6A203.c. |

I.A6.011 | Oxxillaturi u amplifikaturi lejżer bl-impulsi bil-koloranti, minbarra dawk speċifikati f’0B001.g.5, 6A005 u jew 6A205.c., li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin: a. Jaħdmu f’tul ta’ mewġ bejn 300 nm u 800 nm; b. Jipproduċu qawwa medja ta' aktar minn 10 W iżda mhux aktar minn 30 W; c. Rata ta’ ripetizzjoni li taqbeż 1 kHz; u d. Wisa' ta’ impuls ta' inqas minn 100 ns. Nota: Dan il-punt ma jkoprix oxxillaturi monomodi. | 0B001.g.5. 6A005 6A205.c. |

I.A6.012 | "Lejżers" bl-impulsi tad-dijossidu, minbarra dawk speċifikati f’0B001.h.6., 6A005.d. jew 6A205.d., li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin: a. Jaħdmu f’tul ta’ mewġ bejn 9 μm u 11 μm; b. Rata ta' repetizzjoni ogħla minn 250 kHz; c. Jipproduċu qawwa medja ta' aktar minn 100 W iżda mhux aktar minn 500 W; u d. Wisa' ta’ impuls ta' inqas minn 200 ns. | 0B001.h.6. 6A005.d. 6A205.d. |

NAVIGAZZJONI U AVJONIĊI

I.A7. Prodotti

Nru | Deskrizzjoni | Oġġett relatat mill-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 428/2009 |

I.A7.001 | Sistemi ta’ navigazzjoni inerzjali u komponenti ddisinjati speċjalment għalihom, kif ġej: a. Sistemi ta’ navigazzjoni inerzjali ċċertifikati għall-użu fuq "inġenji tal-ajru ċivili" mill-awtoritajiet ċivili ta’ Stat parteċipant fil-Ftehim ta’ Wassenaar, u l-komponenti ddisinjati speċjalment għalihom, kif ġej: 1. Sistemi ta’ navigazzjoni inerzjali (INS) (gimballed jew strapdown) u tagħmir inerzjali ddisinjat għall- "inġenji tal-ajru", vetturi tal-art, bastimenti (tal-wiċċ jew ta’ qiegħ il-baħar) jew "vetturi tal-ispazju" għall-attitudni, gwida jew kontroll, li jkollhom kwalunkwe waħda mill-karatteristiċi li ġejjin, u l-komponenti ddisinjati speċjalment għalihom: a. Żball ta’ navigazzjoni (inerzjali liberu) sussegwenti għall-alinjament normali ta’ 0.8 mil nawtiku kull siegħa (nm/hr) "Żball Ċirkolari Probabbli" (CEP) jew anqas (aħjar); jew b. b.Speċifikat sabiex jiffunzjona fuq livelli ta’ aċċelerazzjoni lineari li taqbeż 10 g; | 7A001 7A003 7A101 7A103 |

2. Sistemi ta’ Navigazzjoni Ibridi Inerzjali, li jkunu jinstabu f’Sistema/i ta’ Satellita Globali ta’ Navigazzjoni (GNSS) jew ma’ Sistema/i ta’ "Navigazzjoni b’Referenzi f’Bażi tad-Data" (Data-Based Referenced Navigation - "DBRN") għall-attitudni, gwida jew kontroll, sussegwenti għall-allinjament normali, li jkollhom eżattezza ta’ pożizzjoni ta’ navigazzjoni INS wara t-telf ta’ GNSS jew "DBRN" għall-perijodu sa erbà minuti, ta’ inqas minn (aħjar) 10 metri, "Żball Ċirkolari Probabbli" (Circular Error Probable- CEP); 3. Tagħmir Inerzjali għall-Indikar tal-Ażimut, ir-Rotta jew it-Tramuntana, b’waħda mill-karatteristiċi li ġejjin, u komponenti ddisinjati speċjalment għalih: a. Iddisinjat għal preċiżjoni ta’ indikazzjoni tal-Ażimut, ir-Rotta jew it-Tramuntana daqs, jew inqas (aħjar) minn 6 minuti ta’ ark RMS f’latitudni ta’ 45 grad; jew b. Iddisisinjat li jkollu livell ta’ skoss mhux operattiv ta’ mill-inqas 900 g għal tul ta’ mill-inqas millisekonda waħda. |

b. Sistemi ta’ teodoliti li fihom ikun inkorporat tagħmir inerzjali ddisinjat speċjalment għal sondaġġi ta’ użu ċivili u maħsub li jkollu preċiżjoni ta’ Direzzjoni Azimuth, Rotta jew Tramuntana daqs, jew inqas (aħjar) minn 6 minuti ta’ ark RMS f’latitudni ta’ 45 grad, flimkien mal-komponenti ddisinjati speċjalment għalih. c. Tagħmir inerzjali jew tagħmir ieħor li juża l-aċċellerometri speċifikati f’7A001 jew 7A101, fejn dawn l-aċċellerometri jkunu ddisinjati speċjalment u żviluppati bħala sensuri MWD (Measurement While Drilling – Kejl Waqt it-Tħaffir) għal użu f’operazzjonijiet ta’ servizzi tal-bjar. |

Nota: Il-parametri ta’ a.1. u a.2. huma applikabbli għall-kwalunkwe waħda mill-kondizzjonijiet ambjentali li ġejjin: 1. Vibrazzjoni każwali tad-dħul b’kobor globali ta’ 7,7 g rms fl-ewwel nofs siegħa u ħin totali tat-test ta’ siegħa u nofs għal kull assi f’kull wieħed mit-tliet assi perpendikulari, meta l-vibrazzjoni każwali tilħaq dan li ġej: a. Densità ta’ qawwa kostanti spektrali (PSD) valur ta’ 0.04 g2/Hz fuq intervall ta’ frekwenza ta’ 15 sa 1 000 Hz; u |

b. Il-PSD jonqos bi frekwenza minn 0,04 g2/Hz sa 0.01 g2/Hz, fuq intervall ta’ frekwenza minn 1 000 sa 2 000 Hz; 2. Rata ta' roll u yaw ugwali għal jew aktar minn + 2,62 radian/s (150 grad/s); jew 3. Skont l-istandards nazzjonali, ekwivalenti għal 1 jew 2 hawn fuq. |

Noti tekniċi: 1. a.2.. tirreferi għal sistemi fejn l-INS u għajnuniet ta’ navigazzjoni indipendenti oħrajn jinbnew f’unit uniku (ġo fih) sabiex tinkiseb prestazzjoni mtejba. 2. "Żball Ċirkolari Probabbli" (Circular Error Probable – CEP) - F’distribuzzjoni normali ċirkolari, ir-radju taċ-ċirku li jkun ta’ 50 fil-mija tal-kejl individwali li jkun ittieħed, jew ir-radju taċ-ċirku li fih ikun hemm 50 fil-mija ta’ probabbiltà li jiġi lokalizzat. |

AJRUSPAZJU U PROPULSJONI

I.A9. Prodotti

Nru | Deskrizzjoni | Intestatura konnessa mill-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 428/2009 |

I.A9.001 | Skorfini splussivi. |

I.A9.002 | Magna b'kombustjoni interna (jiġifieri tat-tip pistuni fuq sistema ta' assi jew pistuni ċirkolari), iddisinjati jew modifikati għal "inġenji tal-ajru" bl-iskrejjen jew "inġenji tal-ajru eħfef mill-arja" u l-komponenti ddisinjati speċjalment għalihom. | - |

I.A9.003 | Trakkijiet, minbarra dawk speċifikati f'9A115, b'aktar minn fus motorizzat wieħed u tagħbija li ma taqbiżx il-5 tunnellati. Nota: Din l-annotazzjoni tinkludi trejlers ċatti, semitrejlers u trejlers oħrajn. | 9A115 |

B. SOFTWER

Nru | Deskrizzjoni | Intestatura konnessa mill-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 428/2009 |

I.B.001 | Softwer meħtieġ għall-iżvilupp, il-produzzjoni jew l-użu ta’ oġġetti fil-Parti A. (Prodotti). |

C. TEKNOLOĠIJA

Nru | Deskrizzjoni | Intestatura konnessa mill-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 428/2009 |

I.C.001 | Teknoloġija meħtieġa għall-iżvilupp, il-produzzjoni jew l-użu ta’ oġġetti fil-Parti A. (Prodotti). |

[1] ĠU L 322, 22.11.2006, p. 32

Top