Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009AP0038

L-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi * Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal- 20 ta’ Ottubru 2009 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (verzjoni kkodifikata) (COM(2008)0873 – C6-0033/2009 – 2008/0253(CNS))

OJ C 265E , 30.9.2010, p. 39–39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 265/39


It-Tlieta, 20 ta’ Ottubru 2009
L-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (verzjoni kkodifikata) *

P7_TA(2009)0038

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-20 ta’ Ottubru 2009 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (verzjoni kkodifikata) (COM(2008)0873 – C6-0033/2009 – 2008/0253(CNS))

2010/C 265 E/17

(Proċedura ta’ konsultazzjoni – kodifikazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0873),

wara li kkunsidra l-Artikolu 37 tat-Trattat tal-KE, li skont it-termini tiegħu l-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament (C6-0033/2009),

wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tat-20 ta’ Diċembru 1994 - Fuq metodu ta’ ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġislattivi (1),

wara li kkunsidra l-Artikoli 86 u 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0028/2009),

A.

billi, skont il-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv, magħmul mis-servizzi legali rispettivi tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u il-Kummissjoni, il-proposta in kwestjoni fiha kodifikazzjoni diretta tat-testi eżistenti mingħajr ebda bidla fis-sostanza tagħhom,

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattat għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv tass-servizzi legali rispettivi tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u il-Kummissjoni;

2.

Jagħti struzzjonijiet lill-President jgħaddi l-pożizzjoni tal-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.


Top