Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008PC0826

Opinjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 251(2), it-tielet subparagrafu, il-punt (c) tat-Trattat tal-KE, dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew għall-pożizzjoni komuni tal-Kunsill rigward proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet ta’ spezzjoni u perizji tal-bastimenti jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b’mod konformi ma’ l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE

/* KUMM/2008/0826 finali - COD 2005/0237 */

52008PC0826

Opinjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 251(2), it-tielet subparagrafu, il-punt (c) tat-Trattat tal-KE, dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew għall-pożizzjoni komuni tal-Kunsill rigward proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet ta’ spezzjoni u perizji tal-bastimenti jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b’mod konformi ma’ l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE /* KUMM/2008/0826 finali - COD 2005/0237 */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 26.11.2008

KUMM(2008) 826 finali

2005/0237 (COD)

OPINJONI TAL-KUMMISSJONI skont l-Artikolu 251(2), it-tielet subparagrafu, il-punt (c) tat-Trattat tal-KE, dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew għall-pożizzjoni komuni tal-Kunsill rigward proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet ta’ spezzjoni u perizji tal-bastimenti

JEMENDA L-PROPOSTA TAL-KUMMISSJONIb’mod konformi ma’ l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE

2005/0237 (COD)

OPINJONI TAL-KUMMISSJONI skont l-Artikolu 251(2), it-tielet subparagrafu, il-punt (c) tat-Trattat tal-KE, dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew għall-pożizzjoni komuni tal-Kunsill rigward proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet ta’ spezzjoni u perizji tal-bastimenti

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

1. Daħla

L-Artikolu 251(2), it-tielet subparagrafu, il-punt (c), tat-Trattat tal-KE jistipula li l-Kummissjoni għandha tressaq opinjoni dwar l-emendi proposti mill-Parlament Ewropew fit-tieni qari. Il-Kummissjoni hawn taħt qed tagħti l-opinjoni tagħha dwar il-35 emenda proposti mill-Parlament.

2. L-isfond

Data tat-trażmissjoni tal-proposta lill-Parlament u lill-Kunsill (id-dokument COM(2005) 587 finali – 2005/0237COD): | It-30 ta’ Jannar 2006 |

Id-data tal-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew | It-13 ta’ Settembru 2006 |

Id-data tal-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni: | Il-15 ta’ Ġunju 2006 |

Data tal-opinjoni tal-Parlament Ewropew, fl-ewwel qari: | Il-25 ta’ April 2007 |

Id-data tal-adozzjoni tal-pożizzjoni komuni: | Is-6 ta’ Ġunju 2008 |

Data tal-opinjoni tal-Parlament Ewropew, fit-tieni qari | L-24 ta’ Settembru 2008 |

3. L-għan tal-proposta

L-għan tal-proposta huwa r-riforma tas-sistema attwali ta' rikonoxximent Komunitarju tal-organizzazzjonijiet inkarigati mill-Istati Membri biex jispezzjonaw u jiċċertifikaw is-sikurezza tal-bastimenti skont il-konvenzjonijiet internazzjonali (organizzazzjonijiet tal-klassifikazzjoni), sistema mwaqqfa mid-Direttiva 94/57/KE (ĠU L 319 tat-12.12.1994, p. 20). Għal dan ir-raba’ aġġornament tad-Direttiva, tintuża t-teknika tar-riformulazzjoni.

Partikolarment, il-proposta ta’ riformulazzjoni għandha l-għan li:

1. issaħħaħ is-sistemi tal-kontrolli approvati, permezz tat-twaqqif ta’ organiżmu ta’ ċertifikazzjoni li jiċċertifika s-sistemi komuni, iżda wkoll indipendenti, għall-ġestjoni tal-kwalità;

2. tarmonizza s-sistema doppja attwali ta’ rikonoxximent normali u limitat, li jfisser li: minn issa 'l quddiem ir-rikonoxximent jingħata biss abbażi tal-kwalità tas-servizz u tal-prestazzjoni milħuqa mill-organizzazzjonijiet ikkonċernati, hekk kif id-daqs ta' organizzazzjonijiet bħal dawn ma jibqax rilevanti;

3. tissimplifikau ttejjeb l-istruttura tal-kriterji ta’ rikonoxximent Komunitarju, biex b’hekk dawn il-kriterji jsiru aktar stretti;

4. tirriforma s-sistema tas-sanzjonijiet, li bħalissa tipprovdi biss għas-sospensjoni jew l-irtirar tar-rikonoxximent; Il-proposta għandha l-għan li tintroduċi sistema ta’ sanzjonijiet finanzjarji, aktar gradwali u aktar effikaċi, filwaqt li tinżamm il-possibbiltà tal-irtirar fil-każi l-aktar gravi.

5. tintroduċi r-rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikati ta’ klassifikazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti (ċertifikati ta’ konformità mar-regoli tekniċi interni ta’ dawn il-korpi), partikolarment dawk li jirregolaw it-tagħmir tal-baħar, li jinħarġu fuq il-bażi ta’ standards tekniċi ekwivalenti;

6. tiċċara l-ambitu u tiffaċilita l-applikazzjoni ta’ ċerti dispożiżżjonijiet tad-Direttiva.

4. L-opinjoni tal-Kummissjoni dwar l-emendi mill-Parlament Ewropew

4.1. Emendi aċċettati mill-Kummissjoni

- Il-Kummissjoni taċċetta kompletament l-Emenda 1.

4.2. Emendi rrifjutati mill-Kummissjoni

- Il-Kummissjoni tirrifjuta l-Emendi 2 sa 35, li jtennu l-opinjoni tal-Parlament fl-ewwel qari, peress li l-Kummissjoni tqis li l-Pożizzjoni Komuni tipprovdi test aktar xieraq għar-raġunijiet li semmiet fl-opinjoni tagħha tal-11 ta’ Ġunju 2008.

5. Konklużjoni:

Skont l-Artikolu 250(2) tat-Trattat tal-KE, il-Kummissjoni temenda l-proposta tagħha kif stabbilit hawn fuq.

Top