Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008PC0558R(01)

Proposta għal regolament (KE) tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1083/2006 dwar il-Fond Ewropew ta’ Żvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropw u l-Fond ta’ Koeżjoni, rigward ċerti proġetti li jiġġeneraw dħul

/* KUMM/2008/0558 finali/2 - AVC/2008/0186 */

52008PC0558R(01)

Proposta għal regolament (KE) tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1083/2006 dwar il-Fond Ewropew ta’ Żvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropw u l-Fond ta’ Koeżjoni, rigward ċerti proġetti li jiġġeneraw dħul /* KUMM/2008/0558 finali/2 - AVC/2008/0186 */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 18.9.2008

KUMM(2008)558 finali/22008/0186 (AVC)

CORRIGENDUM Absence de l'acronymeAnnule et remplace le COM(2008)558 final du 15.9.2008ajout de l'acronyme 2008/0186 (AVC) sur les pages 1 et 6.Concerne toutes les versions linguistiques.

Proposta għal

REGOLAMENT (KE) TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1083/2006 dwar il-Fond Ewropew ta’ Żvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropw u l-Fond ta’ Koeżjoni, rigward ċerti proġetti li jiġġeneraw dħul

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

Il-kuntest tal-proposta |

Motivazzjonijiet u miri tal-proposta Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 55 tar-Regolament Nru 1083/2006 ma jidhrux li huma addatti għall-proġetti kofinanzjati mill-Fond Soċjali Ewropew (FSE) li essenzjalment jiffinanzja operazzjonijiet immaterjali u mhux ta’ infrastrutturi (ineliġibbli). Ftit huma l-proġetti li jiġġeneraw dħul u l-aktar frekwenti, waqt il-fażi biss tal-eżekuzzjoni tal-operazzjoni. Iżda, fil-każ ta’ operazzjonijiet żgħar kofinanzjati mill-FEŻR/Fond ta’ Koeżjoni jew operazzjonijiet kofinanzjati mill-FSE, il-modalitajiet ta’ segwitu li jridu jkunu rispettati – id-dħul jista’ jittieħed kont tiegħu sa tliet snin wara l-għeluq tal-programm operattiv – jidhru bħala ħlas amministrattiv sproporzjonat fir-rigward fis-somom globali involuti u bħala fattur importanti ta’ riskju fl-eżekuzzjoni ta’ programmi. |

Il-kuntest ġenerali Fost ir-regoli ġodda ta’ tmexxija finanzjarja stabbiliti bir-Regolament Nru 1083/2006 jirrappreżentaw id-dispożizzjonijiet dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Fondi (Titolu V), u b’mod partikulari dawk dwar proġetti li jiġġeneraw dħul (l-Artikolu 55). Skont it-termini tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 55 tal-imsemmi Regolament, bi “proġett ġeneratur ta’ dħul” wieħed jifhem kull operazzjoni li timplika investiment f’infrastruttura li l-użu tagħha huwa soġġett għal ħlasijiet sostnuti direttament mill-utenti jew kull operazzjoni li timplika l-bejgħ jew il-kiri ta’ art jew ta’ immobbli jew kull provvista oħra ta’ servizzi bi ħlas. Meta jitqiesu riskji ta’ finanzjament żejjed għall-proġetti li jiġġeneraw dħul, dawn il-proġetti dejjem kienu ttrattati b’manjiera speċifika għall-kofinanzjament ta’ Fondi. L-impatt ta’ dħul ġenerat fuq l-appoġġ Komunitarju massimu jimplika li kellu jkun stabbilit metodu ta’ kalkolu għall-proġetti kkonċernati. Din hija l-mira tal-Artikolu 55 tar-Regolament Nru 1083/2006. |

Dispożizzjonijiet fis-seħħ fil-qasam tal-proposta Għall-perjodu preċedenti ta’ programmazzjoni (2000-2006), dan il-prinċipju kien iddaħħal fis-seħħ permezz ta’ approċċ wieħed. L-Artikolu 29, paragrafu 4, tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999, dwar il-programmi 2000-2006 (Fondi Strutturali), jistipula b’mod partikulari li għall-proġetti "ta' investimenti f’infrastruttura li jiġġeneraw dħul nett sostanzjali", ir-rata massima ta’ kofinanzjament Komunitarju ma tistax taqbeż, pereżempju għall-Objettiv 1, 40 % flok ir-rata massima ta’ 75 % li normalment tkun permessa. L-eżistenza ta’ "dħul sostanzjali" wassal bħala konsegwenza għal tnaqqis tar-rata massima ta’ kofinanzjament Komunitarju. Dan it-tnaqqis tar-rata ta’ kofinanzjament kien ta’ darba u awtomatiku. Taħt dan il-limitu ta’ "dħul sostanzjali", ma kien hemm mill-banda l-oħra ebda restrizzjoni tal-appoġġ Komunitarju. Il-Kummissjoni pproponiet u l-Kunsill iddeċieda li għall-perjodu 2007-2013 iżżomm approċċ iktar preċiż u iktar esiġenti bbażat fuq il-kalkolu tan-nefqa eliġibbli massima, minflok ta’ tnaqqis f’daqqa tar-rata ta’ kofinanzjament. L-Artikolu 55 tar-Regolament Nru 1083/2006 japplika minn issa 'l quddiem għal firxa mkabbra ta’ proġetti meqjusa li jiġġeneraw dħul (imfissra fil-paragrafu 1 tal-Artikolu) u mhux biss għall-proġetti ta’ investiment f’infrastrutturi li jiġġeneraw "dħul nett sostanzjali" bħal tas-sena 2000-2006. Għall-proġetti li jiġġeneraw dħul, meta d-dħul iġġenerat ma jkunx suffiċjenti biex tkun assigurata l-vijabbiltà finanzjarja tal-investiment, il-parti tal-investiment li toħloq il-ħtieġa ta’ sussidju tikkostitwixxi n-nefqa eliġibbli massima għal kofinanzjament Komunitarju. |

Koerenza mal-politiki l-oħra u l-miri tal-Unjoni Ma tapplikax. |

Konsultazzjoni tal-partijiet interessati u analiżi tal-impatt |

Konsultazzjoni tal-partijiet interessati |

Metodi ta’ konsultazzjoni użati, setturi prinċipali fil-mira u profil ġenerali ta’ min wieġeb L-Istati Membri kienu kkonsultaw b’mod informali f’diversi okkażjonijiet fuq il-modalitajiet ta’ kif jiddaħħlu fis-seħħ dispożizzjonijiet tal-Artikolu 55, id-diffikultajiet li kien hemm fit-tħaddim u l-għażliet differenti biex setgħu kienu solvuti: - fuq in-nota ta’ interpretazzjoni tal-Artikolu 55 : il-laqgħat tal-Kumitat ta’ koordinazzjoni tal-Fondi tas-27 ta’ Frar u tal-21 ta’ Mejju 2008 ippermettew li tkun eżaminata l-estensjoni tal-flessibbiltà permess mit-test tar-Regolament; - fuq l-ipoteżi li jkun rivedut ir-Regolament: l-Istati Membri diġà kienu kkonsultaw f’żewġ okkażjonijiet, fil-25 ta’ Ġunju 2008 mal-Kumitat ta’ kkoordinazzjoni tal-Fondi u fit-3 ta’ Lulju 2008 mal-Grupp Azzjonijiet Strutturali tal-Kunsill. |

Sinteżi ta’ tweġibiet riċevuti u tal-manjiera ta’ kif ingħataw konsiderazzjoni Meta dawn il-konsultazzjoni huma meħuda f’daqqa, jidher li l-Istati Membri ġġudikaw li t-tweġibiet miġjuba permezz ta’ interpretazzjoni tar-Regolament Nru 1083/2006 kienu biss parzjalment suffiċjenti. Bħala konsegwenza, maġġoranza kbira ħafna fosthom qalet li hi favur reviżjoni tal-Artikolu 55 u tkun limitata għal dan l-artikolu. |

Kisba u użu ta' esperti |

Rikors għal espert estern ma kienx meħtieġ. |

Analiżi tal-impatt Il-Kummissjoni esplorat il-marġini ta' manuvrar offruti mit-test tar-Regolament innifsu b'mod li jkunu solvuti permezz ta' interpretazzjoni d-diffikultajiet espress mill-Istati Membri. L-għażla ta' nota ta' orjentazzjoni dehret li ġabet magħha l-vantaġġ tas-sempliċità. Madankollu jekk in-nota ta' orjentazzjoni stabbilita mis-servizzi tal-Kummissjoni ppermettiet li tkun esplorata kull flessibbiltà possibbli fit-tħaddim ta' dak li ġej, hija ma setgħetx iżżomm il-possibbiltà ta' proporzjonalità għall-kalkolu tan-nefqa eliġibbli massima għall-operazzjonijiet żgħar jew l-esklużjoni ta' operazzjonijiet FSE. Ukoll, reviżjoni limitata tal-Artikolu 55 tippermetti li tikkonċentra d-diskussjoni fuq dispożizzjoni ta' natura teknika u li ħolqot il-kundizzjonijiet ta' reviżjoni rapida, biex tkun garantita biss inċertezza legali strettament limitata fiż-żmien. |

Elementi legali tal-proposti |

Taqsira tal-miżuri proposti Il-Kummissjoni qed tipproponi għalhekk li tipproċedi b'emenda tal-paragrafu 5 biss tal-Artikolu 55, il-bqija tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 1083/2006 jibqgħu bla mibdula. Din l-emenda tikkonsisti f'li tinbidel id-dispożizzjoni dwar il-proporzjonalità għas-segwitu ta' operazzjonijiet żgħar (bi spiża totali inqas minn EUR 200 000) bin-nuqqas ta' applikazzjoni ta' dispożizzjonijiet tal-Artikolu 55 għall-operazzjonijiet kofinanzjati mill-FSE u għall-operazzjoni kofinanzjati mill-FEŻR jew il-Fond ta' Koeżjoni li l-ispiża totali tagħhom hija inqas minn miljun euro. Madankollu, qed ikun propost li din id-dispożizzjoni tkun magħmula li tapplika b'mod retroattiv b'seħħ mill-1 ta' Awwissu 2006. |

Bażi legali Adottat fil-11 ta' Lulju 2006, ir-Regolament (KE) Nru 1083/2006 tal-Kunsill għandu dispożizzjonijiet ġenerali fuq il-Fond Ewropew ta' Żvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni, u waqt li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999, jiddefinixxi regoli komuni, li japplikaw għat-tliet Fondi. Ibbażat fuq il-prinċipju ta' tmexxija maqsuma bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri, dan ir-Regolament jippreżenta proċess ġdid ta' programmazzjoni, kif ukoll normi ġodda għat-tmexxija, fosthom dik finanzjarja, is-segwitu, il-kontroll u l-valutazzjoni ta' proġetti. |

Il-prinċipju tas-sussidjarjetà Il-proposta tikkonċerna qasam li jaqa’ fil-kompetenza esklużiva tal-Komunità. Għalhekk il-prinċipju tas-sussidjarjetà ma japplikax. |

Il-prinċipju tal-proporzjonalità Il-proposta hija konformi mal-prinċipju ta' proporzjonalità għar-raġunijiet li ġejjin. |

Reviżjoni limitata tal-Artikolu 55 tippermetti li tikkonċentra d-diskussjoni fuq dispożizzjoni ta' natura teknika u li ħolqot il-kundizzjonijiet ta' reviżjoni rapida, biex tkun garantita biss inċertezza legali strettament limitata fiż-żmien. Il-limitu li jrid ikun iffissat għandu jkun biżżejjed baxx b'tali mod li ma jimplikax mill-ġdid l-ekonomija ġenerali tal-Artikolu 55 tar-Regolament Nru 1083/2006 li jaqbel mal-prinċipji ta' tmexxija finanzjarja tajba. Il-limitu ta' EUR 1 miljun kien inżamm b'tali mod li tkun limitata l-parti dwar finanzjamenti Komunitarji li se jkunu esklużi mill-applikazzjoni tal-Artikolu 55. |

Emenda bħal din turi li r-rieda għal simplifikazzjoni tat-tmexxija tal-Fondi hija reali u jkollha indisputabbilment impatt pożittiv fuq ir-ritmu fit-tħaddim ta' programmi billi l-operazzjonijiet żgħar kofinanzjati mill-FEŻR/Fond ta' Koeżjoni u l-operazzjonijiet kofinanzjati mill-FSE jkollhom it-tmexxija tagħhom sostanzjalment effiċjenti u simplifikata. Hija tiffaċilita wkoll it-tħaddim ta' proġetti l-aktar innovattivi, partikularment fl-oqsma tal-ambjent, tal-inklużjoni soċjali, tal-enerġija u tar-riċerka. |

L-għazla ta' strumenti |

Strumenti proposti: ir-Regolament. |

Strumenti oħra ma jkunux adegwati għar-raġunijiet li ġejjin. Il-Kummissjoni esplorat il-marġini ta' manuvrar offruti mit-test tar-Regolament innifsu b'mod li jkunu solvuti permezz ta' interpretazzjoni d-diffikultajiet espressi mill-Istati Membri. Iżda jekk in-nota ta' orjentazzjoni stabbilita mis-servizzi tal-Kummissjoni ppermettiet li tkun esplorata kull flessibbiltà possibbli fit-tħaddim tas-segwitu, hija ma setgħetx iżżomm il-possibbiltà ta' proporzjonalità għall-kalkolu tan-nefqa eliġibbli massima għall-operazzjonijiet żgħar jew l-esklużjoni ta' operazzjonijiet tal-FSE. |

L-effett fuq il-baġit |

Il-proposta ma għandhiex effett fuq il-baġit tal-Komunità. |

Informazzjoni supplimentari |

Simplifikazzjoni |

Il-proposta ddaħħal simplifikazzjoni ta' qafas leġiżlattiv, simplifikazzjoni ta' proċeduri amministrattivi li japplikaw għall-awtoritajiet pubbliċi (nazzjonali jew Ewropej). |

Rigward miri tal-politika ta' koeżjoni, il-Kummissjoni testima li huwa meħtieġ li jkunu rimedjati dawn id-diffikultajiet waqt li tipproċedi għal reviżjoni tar-Regolament Nru 1083/2006 limitata għall-Artikolu 55, paragrafu 5, u li ma għandhiex ħlief żewġ punti: l-esklużjoni ta' operazzjonijiet kofinanzjati mill-FSE ta' dispożizzjonijiet tal-Artikolu 55 u l-iffissar ta' limitu inqas minn dak tal-proġetti kofinanzjati mill-FEŻR jew il-Fond ta' Koeżjoni jkunu esklużi mill-istess dispożizzjonijiet, fl-istess ħin għall-kalkolu tan-nefqa eliġibbli massima u għas-segwitu. Id-dispożizzjonijiet l-oħra tal-Artikolu 55 ma jkunux emendati. |

Din l-emenda tikkonsisti f'li tinbidel id-dispożizzjoni dwar il-proporzjonalità għas-segwitu ta' operazzjonijet żgħar (bi spiża totali inqas minn EUR 200 000) għan-nuqqas ta' applikazzjoni ta' dispożizzjonijiet tal-Artikolu 55 għall-operazzjonijiet kofinanzjati mill-FSE u għall-operazzjonijiet kofinanzjati mill-FEŻR jew il-Fond ta' Koeżjoni li l-ispiża totali tagħhom hija inqas minn miljun euro. |

Irtirar ta' dispożizzjonijiet leġiżlattivi li huma fis-seħħ L-adozzjoni tal-proposta tinvolvi l-irtirar ta' ċerti dispożizzjonijiet leġiżlattivi. |

1. 2008/0186 (AVC)

Proposta ta’

REGOLAMENT (KE) TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1083/2006 dwar il-Fond Ewropew ta’ Żvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropw u l-Fond ta’ Koeżjoni, rigward ċerti proġetti li jiġġeneraw dħul

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 161 tiegħu,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni[1],

wara li kkunsidra l-opinjoni skont il-Parlament Ewropew[2],

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew [3],

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[4],

iqis dan li ġej:

2. Il-qafas regolamentari tal-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013 kien tħejja u kien innegozjat b’miri li tkun imsaħħa s-simplifikazzjoni tal-programmazzjoni u tat-tmexxija tal-Fondi, l-effiċjenza tal-intervent tagħhom u s-sussidjarjetà tat-twettiq tagħhom.

3. Approċċ aktar preċiż u aktar esiġenti bbażat fuq il-kalkolu tan-nefqa eliġibbli massima kien tħaddem fit-trattament ta' proġetti li jiġġeneraw dħul, skont l-Artikolu 55 tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006 tal-Kunsill tal-11 ta' Lulju 2006 li għandu dispożizzjonijiet ġenerali fuq il-Fond Ewropew ta' Żvilupp Reġjonali u l-Fond ta' Koeżjoni, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999[5].

4. Diversi diffikultajiet kienu evidenti bl-applikazzjoni ta' dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu fosthom ħlas amministrattiv sproporzjonat, b'mod partikulari għall-operazzjonijiet kofinanzjati mill-Fond Soċjali Ewropew u għall-operazzjoni żgħar ffinanzjati mill-FEŻR jew il-Fond ta' Koeżjoni.

5. Dawn id-diffikultajiet jista' jkollhom konsegwenzi ta' ħsara fuq ir-ritmu tat-tmexxija ta' operazzjonijiet, b'mod partikulari għal proġetti fl-oqsma korrispondenti għall-prijoritajiet Komunitarji bħall-ambjent, l-inklużjoni soċjali, ir-riċerka, l-innovazzjoni jew l-enerġija, u fuq l-għadd ta' żbalji fl-applikazzjoni ta' dispożizzjonijiet tal-Artikolu 55. L-Artikolu msemmi għalhekk għandu jkun simplifikat.

6. Is-simplifikazzjoni għandha tkun applikata għal kull proġett li jibbenefika minn intervent ta' Fondi Strutturali jew tal-Fond ta' Koeżjoni matul il-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013. Hemm għalhekk lok li tkun prevista applikazzjoni retroattiva.

7. Hemm lok ta' emendar tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006 bħala konsegwenza,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

l-Ewwel Artikolu

Fl-Artikolu 55 tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006, il-paragrafu 5 jinbidel bit-test li ġej:

"5. Il-paragrafi 1 sa 4 ta' dan l-Artikolu ma japplikawx għall-operazzjonijiet kofinanzjati mill-FEŻR jew il-Fond ta’ Koeżjoni li l-ispiża totali tagħhom tkun aktar minn miljun euro."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea .

Huwa jkun japplika b’seħħ mill-1 ta’ Awwissu 2006 għal kull operazzjoni li tkun qed tibbenefika minn intervent ta’ Fondi Strutturali jew tal-Fond ta’ Koeżjoni matul il-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013.

Dan ir-Regolament huwa obbligatorju fl-elementi kollha tiegħu u japplika direttament f’kull Stat Membru.

Magħmul fi Brussell, […]

Għall-Kunsill

Il-President […]

[1] ĠU C […] ta’ […], p. […].

[2] ĠU C […] ta’ […], p. […].

[3] ĠU C […] ta’ […], p. […].

[4] ĠU C […] ta’ […], p. […].

[5] ĠU L 210 tal-31.7.2006, p. 25. Ir-Regolament emendat mir-Regolament (KE) Nru 1989/2006 (ĠU L 411, 30.12.2006, p. 6).

Top