EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008PC0399

Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati ma’ l-enerġija (imressqa mill-Kummissjoni) {SEG(2008) 2115} {SEG(2008) 2116}

/* KUMM/2008/0399 finali - COD 2008/0151 */

52008PC0399




[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 16.7.2008

KUMM(2008) 399 finali

2008/0151 (COD)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati ma’ l-enerġija

(imressqa mill-Kummissjoni) {SEG(2008) 2115} {SEG(2008) 2116}

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA

1.1. Objettiv

L-għan tar-riformolazzjoni (recast) tad-Direttiva ta’ qafas 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Lulju 2005, li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti li jużaw l-enerġija (EuP) u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/42/KEE u d-Direttivi 96/57/KE u 2000/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[1], minn hawn 'il quddiem “id-Direttiva ta’ l-Ekodisinn", hija biex tiġi inkorporata d-Direttiva ta’ emendar 2008/28/KE[2] u biex l-ambitu tagħha jiġi mwessa’ biex jippermetti l-istabbiliment ta’ rekwiżiti Komunitarji għall-ekodisinn ukoll għal prodotti kollha li jużaw l-enerġija. B’hekk, tkun konformi ma’ l-għan globali li jiġi żgurat iċ-ċaqliq ħieles ta’ prodotti u li jittejjeb ir-rendiment ambjentali tagħhom għall-ħarsien ta’ l-ambjent.

Bit-twaqqif ta’ qafas wieħed għall-ekodisinn tal-prodotti li jużaw l-enerġija, jiġu żgurati l-effiċjenza u l-konsistenza bl-użu ta’ metodoloġija komuni għall-istabbiliment tar-rekwiżiti għal prodotti bħal dawn fil-livell ta' l-UE. Għalhekk, se jkun evitat l-irduppjar ta’ inizjattivi nazzjonali u Komunitarji.

Id-Direttiva ta’ qafas u komprensiva dwar l-Ekodisinn li se tirriżulta, se tkun ukoll il-pedament essenzjali għal politika ambjentali integrali u sostenibbli dwar il-prodotti, u se taħdem bl-għajnuna wkoll ta’ inizjattivi dwar it-tikketti u inċentivi marbuta ma’ l-akkwisti pubbliċi u t-tassazzjoni. Barra mill-iffissar ta’ rekwiżiti minimi għat-tqegħid fis-suq tal-prodotti, se tippermetti li jiġu stabbiliti punti ta’ riferiment għall-prestazzjoni ambjentali li jirreferu għall-prodotti bl-aħjar prestazzjoni fis-suq. Dan diġà huwa possibbli, bid-Direttiva dwar l-Ekodisinn preżenti, għall-prodotti li jużaw l-enerġija u għalhekk din se titwessa’ sabiex ikun possibbli għall-prodotti kollha relatati ma’ l-enerġija, u b'hekk tinħoloq rabta ma' l-inċentivi marbuta ma' l-akkwisti pubbliċi u t-tassazzjoni.

1.2. Il-kuntest ġenerali

Fl-aħħar 30 sena tnediet firxa wiesgħa ta’ politiki Ewropej fil-livell Ewropew u nazzjonali fl-oqsma tal-ħarsien ambjentali u l-użu tar-riżorsi naturali, inkluż l-iffrankar ta’ l-enerġija. Il-leġiżlazzjoni żviluppata tajjeb wasslet biex il-kwalità ta’ l-arja bdiet titjieb, biex l-iskart qed ikun dejjem iktar ikkontrollat, u biex l-emissjonijiet mill-għejun industrijali jibdew jonqsu. Il-Pjan ta’ Azzjoni għall-Effiċjenza ta' l-Enerġija[3] se jirriżulta f’mill-inqas iffrankar potenzjali ta’ 20 % mill-konsum annwali primarju ta’ l-enerġija fl-UE sa l-2020.

Barra minn hekk, ġiet stabbilita firxa ta' politiki u strumenti biex ikattru prodotti iktar effiċjenti u jtejbu l-informazzjoni li tasal għand il-konsumaturi. Id-Direttiva dwar l-Ekodisinn tistabbilixxi r-rekwiżiti minimi għat-tqegħid fis-suq tal-prodotti. L-iskemi ta’ ttikkettjar stipulati mid-Direttiva 92/75/KEE[4], minn hawn 'il quddiem "id-Direttiva dwar it-Tikketti ta' l-Enerġija", ir-Regolament Energy Star[5], ir-Regolament dwar l-Ekotikketta[6] u skemi l-oħra żviluppati ma' l-Istati Membri, il-bejjiegħa u operaturi ekonomiċi oħra jipprovdu lill-konsumaturi b’informazzjoni dwar il-prestazzjoni enerġetika u ambjentali tal-prodotti. L-Istati Membri qed jimplimentaw inċentivi u akkwist pubbliku biex jistimulaw l-innovazzjoni lejn prodotti li jkollhom prestazzjoni aħjar. Ir-Regolament dwar l-Energy Star għat-tagħmir ta’ l-uffiċċju jobbliga lill-istituzzjonijiet ta’ l-UE u lill-Istati Membri biex jixtru tagħmir ta’ l-uffiċċju sa ċerti livelli ta’ effiċjenza enerġetika.

Dawn il-politiki ġabu magħhom progress sostanzjali u wrew il-potenzjal tagħhom. Pereżempju, id-Direttiva dwar it-Tikketti ta’ l-Enerġija hija stmata li wasslet għal terz tat-titjib ta’ 29 % fl-effiċjenza enerġetika tal-friġġijiet bejn l-1992 u l-1999. Kollox ma’ kollox, l-evoluzzjoni ċara u qawwija tas-suq lejn effiċjenza ikbar tal-prodotti koperti mid-Direttiva tikkuntrasta sewwa mal-progress batut li kien sar qabel.

Madankollu, għadd ta’ ostakoli importanti qed iżommu lil dawn il-politiki milli jilħqu l-impatt sħiħ tagħhom. Kollox ma' kollox, l-istrumenti volontarji u regolatorji mhumiex marbutin biżżejjed ma’ xulxin jew elaborati minn perspettiva politika waħda u s-sinerġiji potenzjali bejn l-istrumenti politiċi differenti mhux qed jiġu sfruttati. Barra minn hekk, il-frammentazzjoni ta’ l-approċċi nazzjonali u reġjonali qed tibgħat sinjali kunfliġġenti lill-produtturi u qed toħloq id-distorsjonijiet fis-Suq Intern.

Għalhekk, hemm il-ħtieġa għal approċċ politiku ġdid li jgħaqqad flimkien fi pjan ta’ azzjoni integrat il-potenzjali ta’ l-istrumenti politiċi differenti u jimplimentahom b’mod dinamiku. Dan se jinkludi standards ambizzjużi fis-Suq Intern biex jiġi żgurat li l-prodotti jittejbu u li d-domanda titjieb b’approċċ sistemiku lejn inċentivi u innovazzjonijiet. Dan se jinkiseb bl-integrazzjoni ta’ l-għodod eżistenti u t-tisħiħ tagħhom, fejn ikun hemm bżonn. Dan għandu jikkomplementa l-politika ambjentali eżistenti, bħal, fir-rigward ta’ l-użu ta’ l-enerġija, il-pakkett dwar l-enerġija u l-klima adottat mill-Kummissjoni f’Jannar 2008[7].

L-estensjoni ta’ l-ambitu ta’ prodotti tad-Direttiva ta’ l-Ekodisinn hija l-pedament għall-Pjanijiet ta’ Azzjoni u Komunikazzjoni dwar il-Konsum u l-Produzzjoni Sostenibbli u l-Politika Industrijali Sostenibbli (SCP/SIP), li hija inizjattiva konġunta tad-Direttorat Ġenerali ta’ l-Intrapriża u l-Industrija, id-Direttorat Ġenerali ta’ l-Ambjent u d-Direttorat Ġenerali ta’ l-Enerġija u t-Trasport. Proposta oħra relatata inkludiet l-SCP/SIP fir-reviżjoni tad-Direttiva dwar it-Tikketti ta’ l-Enerġija li se tevalwa għażliet oħra fir-rigward tat-tikketti għal firxa estiża ta’ prodotti. Għaldaqstant, se tiddiskuti “l-aspett tat-tikketti” tal-politika dwar il-prodotti mħabbra fil-pakkett ta’ sostenibbiltà. Barra minn hekk, ir-Regolament Ekotikketta qed jiġi wkoll rivedut biex jikkontribwixxi għall-politika integrata għall-prodotti billi jiġu identifikati l-aktar prodotti bi prestazzjoni tajba fis-suq, u jservu ta' “tikketta ta’ eċċellenza".

1.3. Dispożizzjonijiet Komunitarji eżistenti

Il-qafas regolatorju Komunitarju li jikkonċerna l-ekodisinn ta’ prodotti li jużaw l-enerġija huwa stabbilit fid-Direttiva dwar l-Ekodisinn, li tintroduċi r-rekwiżiti li dawn il-prodotti mqiegħda fis-suq Komunitarju għandhom jilħqu jekk iridu jibbenefikaw miċ-ċaqliq ħieles fil-Komunità. Id-Direttiva dwar l-Ekodisinn tikkomplementa l-istrumenti Komunitarji eżistenti, bħal REACH[8], RoHS[9], id-Direttiva dwar it-Tikkettar ta’ l-Enerġija u d-Direttiva dwar ir-restrizzjoni ta’ l-użu ta’ ċerti sustanzi perikolużi[10]. Direttiva dwar l-Ekodisinn iktar wiesgħa tippermetti l-iffissar ta’ rekwiżiti ta’ l-ekodisinn għall-prodotti kollha relatati ma’ l-enerġija, ambjentalment sinifikanti, kull fejn xieraq, biex jikkomplementaw id-dispożizzjonijiet Komunitarji eżistenti.

1.4. Konsistenza ma' politiki u regoli oħra

Il-proposta hija kompletament konsistenti ma’ l-għanijiet u l-miri tal-Pjanijiet ta’ Komunikazzjoni u Azzjoni tal-Kummissjoni għal Konsum u Produzzjoni Sostenibbli u Politika Industrijali Sostenibbli, l-Istrateġija għall-Iżvilupp Sostenibbli ta’ l-Unjoni Ewropea, l-Istrateġija ta’ Liżbona, is-Sitt Programm Komunitarju ta’ Azzjoni Ambjentali[11], il-Politika Integrata għall-Prodotti[12] u l-Istrateġija għar-Riżorsi Naturali. Il-proposta tikkontribwixxi wkoll lejn politiki oħra bħall-għoti ta’ informazzjoni u setgħa lill-konsumaturi. Il-proposta hija wkoll konformi mal-Ftehim Interistituzzjonali dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

2. KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET INTERESSATI U EVALWAZZJONI TA' L-IMPATT

2.1. Konsultazzjonijiet

Il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati tal-Pjan ta’ Komunikazzjoni u Azzjoni SCP/SIP li inkludiet it-twessigħ ta’ l-ambitu tad-Direttiva dwar l-Ekodisinn saret permezz ta’ konsultazzjoni pubblika fuq l-internet fil-ħarifa ta' l-2007.

Ir-riżultati tal-konsultazzjonijiet ġew integrati fl-evalwazzjonijiet ta’ l-Impatt tal-Pjan ta' Komunikazzjoni u Azzjoni ta' l-SCP/SIP u t-twessigħ tad-Direttiva dwar l-Ekodisinn.

2.2. Il-ġbir u l-użu ta' għarfien espert

Għall-evalwazzjoni ta’ l-impatt intuża għarfien espert minn barra ta' ZEW.

2.3. L-evalwazzjoni ta’ l-impatt

It-twessigħ ta’ l-ambitu tad-Direttiva dwar l-Ekodisinn huwa parti mill-Pjan ta' Komunikazzjoni u Azzjoni SCP/SIP. Proposta oħra relatata inkluża f’dak il-pakkett hija r-reviżjoni tad-Direttiva dwar it-Tikketti ta’ l-Enerġija, li se tevalwa għażliet oħra fir-rigward tat-tikketti għal firxa estiża ta’ prodotti. Għaldaqstant, se tiddiskuti “l-aspett tat-tikketti” tal-politika dwar il-prodotti mħabbra fil-Pjan ta’ Azzjoni għall-Pakkett ta’ Sostenibbiltà.

Id-Direttiva attwali dwar l-Ekodisinn tkopri biss prodotti li jużaw l-enerġija (minbarra l-mezzi ta’ trasport). Għal dawn, tista' tintroduċi rekwiżiti minimi mandatorji li jikkorrispondu mal-prestazzjoni tal-prodott li ċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu jqum l-inqas. Dan jiggarantixxi li t-titjib fil-prestazzjoni ambjentali jkunu effettivi meta mqabbel ma’ kemm jiswew. Filwaqt li l-prezz tax-xiri ta' dawn il-prodotti jista' jogħla (għall-inqas fit-terminu l-qasir), il-prestazzjoni superjuri tagħhom tegħleb sewwa din iż-żieda fuq il-medda tal-ħajja tal-prodott b'inqas spejjeż waqt l-użu.

Madankollu, l-evalwazzjoni ta’ l-impatt tal-Pjanijiet ta’ Azzjoni msemmija hawn fuq wriet li l-limitazzjoni ta’ l-ambitu tad-Direttiva dwar l-Ekodisinn tirrappreżenta restrizzjoni importanti fuq l-impatt potenzjali li jista’ jkollha l-Politika Integrata għall-Prodotti ta' l-UE. Għalhekk, ir-rapport ta’ l-evalwazzjoni ta’ l-impatt janalizza jekk l-ambitu tad-Direttiva dwar l-Ekodisinn jistax jitwessa’, u kif, u x’impatti jista’ jkollu. L-għan tar-rapport hu għalhekk li jiġi determinat l-aħjar limitu għal dan it-twessigħ.

Tqiesu tliet possibbiltajiet:

1. Il-każ fejn l-ambitu ma jitwessax, u għalhekk il-prodotti li jużaw l-enerġija biss ikunu koperti,

2. Il-każ fejn l-ambitu jitwessa’ lil hinn mill-prodotti li jużaw l-enerġija iżda tinżamm l-esklużjoni li hemm bħalissa fir-rigward tal-mezzi tat-trasport, u

3. L-ambitu jitwessa’ biex jinkludi l-prodotti kollha.

L-analiżi ta’ l-impatti tinqasam fi tnejn. Fl-ewwel pass, jiġi determinat jekk it-twessigħ ta' l-ambitu huwiex possibbli u jekk ikunx hemm duplikazzjoni sostanzjali mal-leġiżlazzjoni eżistenti, b’tali mod li l-qafas regolatorju eżistenti jitqies biżżejjed biex jindirizza l-impatti ambjentali. It-tieni pass, fil-każ li t-twessigħ ikun fattibbli, huwa li jiġu analizzati l-impatti ambjentali u ekonomiċi potenzjali li jista’ jkollu dan it-twessigħ fuq dik il-kategorija ta’ prodotti. Żewġ studji juru l-potenzjal ta’ ffrankar – partikolarment fir-rigward tal-konsum ta’ l-enerġija – li jista’ jiġi realizzat bit-twessigħ ta' l-ambitu tal-politika dwar l-ekodisinn. Id- d ejta disponibbli ma tippermettix li jkun hemm kwantifikazzjoni preċiża tal-potenzjali ta’ ffrankar għall-kategoriji kollha tal-prodotti iżda għal tipi magħżula ta' prodotti li għalihom teżisti d-dejta turi li huwa possibbli tnaqqis sinifikanti ta’ l-impatti ambjentali li fl-istess ħin iwassal għal iffrankar ekonomiku għan-negozji u l-konsumaturi aħħarija.

Ambitu mwessa' jippermetti li jiġu introdotti miżuri implimentattivi għal dawk il-kategoriji ta’ prodotti li ma jużawx l-enerġija li jkollhom l-ogħla potenzjali għal titjib tal-prestazzjoni ambjentali filwaqt li jwasslu wkoll għal l-ikbar iffrankar waqt l-użu. Dan ma jkunx possibbli bid-Direttiva kif inhi bħalissa li hija ristretta għal prodotti li jużaw l-enerġija. Se jsiru analiżijiet aktar dettaljati għall-evalwazzjonijiet ta’ l-impatt li jridu jitħejjew għal kull miżura implimentattiva.

Ir-riżultat ta’ l-analiżi hu li l-aħjar għażla tkun it-twessigħ lil hinn mill-prodotti li jużaw l-enerġija, għajr il-mezzi tat-trasport. Il-mezzi tat-trasport li diġà huma soġġetti għal regolazzjoni kumplessa li barra minn aspetti ta’ sikurezza u aspetti oħra, tindirizza wkoll ir-rendiment ambjentali (bħad-CO2 u emissjonijiet oħra tal-karozzi li jniġġsu). Il-mezzi tat-trasport għandhom għalhekk jibqgħu barra mill-ambitu tad-Direttiva dwar l-Ekodisinn.

3. L-ELEMENTI ġURIDIċI TAL-PROPOSTA

3.1. Sommarju ta’ l-azzjoni proposta

Il-proposta twessa’ l-ambitu tad-Direttiva ta’ qafas dwar l-Ekodisinn biex tkopri prodotti oħra relatati ma’ l-enerġija u mhux biss dawk li jużaw l-enerġija, sabiex ikun possibbli li jiġu stabbiliti rekwiżiti armonizzati ta’ l-ekodisinn għal dawn il-prodotti f’miżuri implimentattivi. Dawn ir-rekwiżiti għall-ekodisinn huma dispożizzjonijiet mandatorji stabbiliti biex jiżguraw li l-prodotti ma jipperikolawx l-ambjent.

3.2. Bażi legali

Il-bażi legali għal din il-proposta għal riformulazzjoni tad-Direttiva dwar l-Ekodisinn 2005/32/KE tinsab fl-Artikolu 95 tat-Trattat tal-KE, li jistabbilixxi l-prinċipji għall-istabbiliment tas-suq intern. Id-Direttiva dwar l-Ekodisinn tiżgura ċ-ċaqliq ħieles tal-prodotti inklużi fl-ambitu tagħha li jissodisfaw ir-rekwiżiti ambjentali u marbuta ma’ l-enerġija stipulati fil-miżuri implimentattivi adottati skond din id-Direttiva.

Filwaqt li l-proposta twessa’ l-ambitu biex jiġu inklużi l-prodotti li ma jużawx l-enerġija, se jiġu stipulati rekwiżiti fuq il-prodotti biss meta jiġu adottati miżuri implimentattivi.

3.3. Il-prinċipju tas-sussidjarjetà

Il-prinċipju tas-sussidjarjetà japplika safejn il-proposta ma taqax taħt il-kompetenza esklussiva tal-Komunità.

L-għanijiet tal-proposta ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri għar-raġuni li ġejja.

Jekk l-Istati Membri jitħallew jiffissaw huma stess ir-rekwiżiti ta’ l-ekodisinn għall-prodotti, dan iwassal għal dispożizzjonijiet u proċeduri nazzjonali diverġenti b’għanijiet simili u dan jiġġenera spejjeż żejda għall-industrija u jkun ta’ ostakolu għaċ-ċaqliq ħieles tal-prodotti fil-Komunità.

Azzjoni Komunitarja tilħaq aħjar l-għanijiet tal-proposta għar-raġunijiet li ġejjin:

L-azzjoni fil-livell Komunitarju hija l-unika mod kif jinkiseb l-għan tal-proposta filwaqt li jiġi żgurat li r-rekwiżiti għall-prodotti mqiegħda fis-suq ikunu ndaqs fl-Istati Membri kollha biex b’hekk ikun żgurat iċ-ċaqliq ħieles tal-prodotti fil-Komunità.

L-ambitu tal-proposta huwa limitat għal prodotti ġodda mqiegħda għall-ewwel darba fis-suq Komunitarju.

3.4. Il-prinċipju tal-proporzjonalità

Il-proposta hija konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità għar-raġunijiet li ġejjin:

Il-proposta ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb l-għan, u għalhekk hija konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat.

Il-piż amministrattiv u finanzjarju li jaqa' fuq il-Komunità u l-awtoritajiet nazzjonali se jitnaqqas kemm jista’ jkun bl-inklużjoni tar-rekwiżiti għall-ekodisinn għall-prodotti kollha relatati ma’ l-enerġija fid-Direttiva kif kien propost. Din l-inklużjoni timminimizza, pereżempju, l-ispejjeż għat-twaqqif ta' proċeduri marbuta mas-sorveljanza tas-suq għal prodotti li ma jużawx l-enerġija billi dawn il-proċeduri diġà jeżistu għall-infurzar tad-Direttiva dwar l-Ekodisinn.

Iż-żieda li jista’ jkun hemm fl-ispejjeż medji tal-produzzjoni u li tista’ tiġġarrab minn xi manifatturi u li tista' tiġi trasferita lill-utenti permezz ta' żidiet fil-prezzijiet tal-prodotti hija fi proporzjon mal-vantaġġ li jinkiseb mit-tnaqqis ta' effetti negattivi fuq l-ambjent u l-iffrankar mill-utenti minħabba ż-żieda fl-effiċjenza tal-prodotti matul iċ-ċiklu sħiħ tal-ħajja tal-prodott.

3.5. L-għażla ta’ l-istrumenti

Strumenti proposti: direttiva. |

L-istrument propost huwa konformi mal-Ftehim Interistituzzjonali dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet u huwa konsistenti ma’ l-għażla li jiġu inklużi d-dispożizzjonijiet ġodda fil-qafas tal-leġiżlazzjoni Komunitarja eżistenti. |

4. L-IMPLIKAZZJONI BAġITARJA

Jidher li hemm żewġ oqsma fejn l-azzjonijiet jistgħu jiġġeneraw spejjeż amministrattivi għall-Istati Membru u l-Kummissjoni. Dawn huma:

(a) Xogħol fuq id-definizzjoni tal-miżuri implimentattivi tad-Direttiva ta’ l-Ekodisinn. It-twessigħ ta’ l-ambitu tal-prodotti tad-Direttiva dwar l-Ekodisinn se jwessa’ l-għażla tal-gruppi ta’ prodotti li għalihom jistgħu jiġu adottati miżuri implimentattivi. Fosthom, prodotti ta’ prijorità sinifikanti, li jkollhom impatt ambjentali sinifikanti u potenzjal għal titjib, se jiġu identifikati u elenkati fil-Pjan ta’ Ħidma msemmi fl-Artikolu 16 tad-Direttiva dwar l-Ekodisinn. Il-ħtiġijiet baġitarji addizzjonali li eventwalment jirriżultaw mit-twessigħ ta' l-ambitu tal-prodott se jiġu determinati mill-Pjan ta' Ħidma. L-allokazzjoni potenzjali ta’ riżorsi addizzjonali għandha tkun kompatibbli ma’ l-ipprogrammar finanzjarju eżistenti u se tkun suġġetta għar-regoli u l-proċeduri finanzjarji u baġitarji attwali. L-integrazzjoni ta’ l-istrutturi tad-deċiżjonijiet tad-Direttiva dwar l-Ekodisinn u d-Direttiva dwar it-Tikketti ta’ l-Enerġija u r-rwol informattiv ta’ l-ekotikketta se tipprovdi sinerġiji li jiggarantixxu li r-riżorsi jintużaw b’tali mod li l-miżuri implimentattivi jkollhom l-akbar impatti ambjentali bl-inqas spiża għall-ekonomija.

(b) Ma nistgħux inkunu preċiżi dwar il-ħin u l-ispejjeż involuti iżda bħala gwida se jkollna nassumu li l-emendar tad-Direttiva dwar l-Ekodisinn jirrikjedi xogħol ekwivalenti għal sitt full-time minn uffiċjali tal-Kummissjoni u ammonti ekwivalenti ta’ ħin minn uffiċjali f’mill-inqas 10 Stati Membri (aktarx li mhux l-Istati Membri kollha jkunu involuti fid-diskussjonijiet dettaljati). Meta titqies l-ispiża medja annwali ta’ uffiċjal tal-Kummissjoni (€ 117.000), dan ikun jiswa lill-Kummissjoni madwar € 702.000. Din ma tinkludix spejjeż amministrattivi addizzjonali. L-assenjazzjoni tal-persunal għal dawn il-ħidmiet partikolari minn riżorsi eżistenti jew addizzjonali tibqa’ suġġetta għad-disponibbiltà tar-riżorsi u se tiġi deċiża fil-qafas tal-proċedura annwali ta' allokazzjoni tar-riżorsi.

5. TAGħRIF ADDIZZJONALI

5.1. Disposizzjonijiet nazzjonali

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

5.2. Żona Ekonomika Ewropea

L-att propost jikkonċerna kwistjoni taż-ŻEE u għalhekk għandu jkun estiż għaż-Żona Ekonomika Ewropea.

5.3. Spjegazzjoni Dettaljata

Kif ġie ddikjarat, id-Direttiva 2005/32/KE ġiet emendata b’mod sostanzjali mid-Direttiva 2008/28/KE. Billi għandhom isiru aktar emendi, marbuta mat-twessigħ ta' l-ambitu tal-prodott biex ikunu inklużi l-prodotti kollha relatati ma' l-enerġija, din għandha tiġi riformulata[13] fl-interessi taċ-ċarezza. Il-Kummissjoni tisħaq fuq l-importanza li ma tiġix imfixkla l-implimentazzjoni li għaddejja tad-Direttiva attwali għall-Ekodisinn u tipproteġiha billi tillimita b'mod strett il-proposta u l-ambitu għad-diskussjoni għat-twessigħ ta’ l-ambitu tal-prodott.

L-emendi jiġu introdotti fil-premessi u d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva ta’ l-Ekodisinn biex jirriflettu t-twessigħ ta’ l-ambitu ħalli jiġu koperti l-prodotti kollha relatati ma’ l-enerġija.

Fl- Artikolu 2 b’mod partikolari, ġiet introdotta d-definizzjoni ta' prodott relatat ma’ l-enerġija.

Fl- Artikolu 21 , li jikkonċerna r-reviżjoni tad-Direttiva mill-Kummissjoni, ġie miżjud li, fil-kuntest tat-twessigħ ta’ l-ambitu tal-prodott, il-Kummissjoni għandha tirrevedi wkoll kemm hu xieraq it-twessigħ ta’ l-ambitu tad-Direttiva għal prodotti mhux relatati ma’ l-enerġija.

L- Artikolu 23 jistipula d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tad-Direttiva riformulata mill-Istati Membri u jiddefinixxi d-data ta' l-applikazzjoni tagħha.

Id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 10, 12, 13, 16 sa 19, 23 u 24 u l-Anness VI tad-Direttiva 2005/32/KE ma jinbidlux.

ê 2005/32 (adattat)

ð ġdid

2008/0151 (COD)

Proposta għal

DIRETTIVA …/… TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

ta’ […]

dwar it-twaqqif ta' qafas għall-iffissar tar-rekwiżiti għall-ekodisinn ta' prodotti li jużaw l-enerġijað relatati ï u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/42/KEE u d-Direttivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 96/57/KE u 2000/55/KE

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[14],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[15],

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat,

Billi:

ò ġdid

(1) Id-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Lulju 2005 li tistabbilixxi qafas għat-twaqqif ta’ ħtiġijiet ta’ ecodesign għall-prodotti li jużaw l-enerġija u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/42/KEE u d-Direttivi 96/57/KE u 2000/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[16] ġiet emendata sostanzjalment[17]. Ġaladarba jridu jsiru iktar emendi (li huma strettament limitati għat-twessigħ ta’ l-ambitu ta’ applikazzjoni tad-Direttiva biex ikunu inklużi l-prodotti kollha relatati ma’ l-enerġija), għandha tiġi rriformulata fl-interess taċ-ċarezza.

ê 2005/32 Premessa 1

ð ġdid

(2) Id-differenzi li jeżistu bejn il-liġijiet jew il-miżuri amministrattivi adottati mill-Istati Membri għal dak li jirrigwarda l-ekodisinn tal-prodotti li jużaw l-enerġijað related ï jistgħu joħolqu diffikultajiet għall-kummerċ li jwasslu għad-distorsjoni tal-kompetizzjoni fi ħdan il-Komunità u għaldaqstant ikollhom impatt dirett fuq it-twaqqif u l-funzjoni tas-suq intern. L-armonizzazzjoni tal-liġijiet nazzjonali huwa l-uniku mezz għall-prevenzjoni ta' dawn l-ostakoli għall-kummerċ u l-kompetizzjoni inġusta. ð L-estensjoni ta’ l-ambitu għall-prodotti kollha relatati ma’ l-enerġija tiżgura li r-rekwiżiti għall-ekodisinn għall-prodotti kollha relatati ma’ enerġija sinifikanti jistgħu jiġu armonizzati fil-livell Komunitarju.ï

ê 2005/32 Premessa 2

ð ġdid

(3) Il-prodotti li jużaw l-enerġija (“EUPs”) ð Il-prodotti relatati ï ma’ l-enerġija jammontaw għal proporzjon kbir mill-konsum tar-riżorsi naturali u ta' l-enerġija fil-Komunità. Għandhom ukoll numru ta' impatti importanti fuq l-ambjent. Għall-parti l-kbira tal-kategoriji tal-prodotti li jinsabu fis-suq tal-Komunità, jistgħu jiġu osservati gradi differenti ħafna ta' impatt ambjentali, għalkemm dawn iwettqu funzjonijiet simili. Fl-interess ta' l-iżvilupp sostenibbli, għandu jitħeġġeġ it-titjib kontinwu f'dawk il-prodotti li għandhom impatt fuq l-ambjent, notevolment billi jiġu identifikati l-għejun prinċipali ta' l-impatti negattivi fuq l-ambjent u jiġi evitat it-trasferiment tat-tniġġis, fejn dan it-titjib ma jkunx jinvolvi spejjeż eċċessivi.

ê 2005/32 Premessa 3

(4) L-ekodisinn tal-prodotti huwa fattur kruċjali fl-istrateġija tal-Komunità dwar il-Politika Integrata għall-Prodotti. Bħala trattament preventiv, maħsub biex itejjeb il-dehra ambjentali tal-prodotti filwaqt li jinżammu l-kwalitajiet funzjonali tagħhom, jipprovdi opportunitajiet ġodda ġenwini għall-fabbrikanti, għall-konsumaturi u għas-soċjetà fit-totalità tagħha.

ê 2005/32 Premessa 4

(5) It-titjib fl-effiċjenza fl-enerġija — fejn waħda mill-għażliet disponibbli hija użu aktar effiċjenti ta' l-elettriku mill-konsumatur — huwa kkunsidrat bħala fattur li jikkontribwixxi sostanzjalment biex jintlaħqu l-livelli meħtieġa mill-Komunità ta' emissjonijiet ta' gass serra. Id-domanda għall-elettriku tirrappreżenta l-kategorija ta' l-użu aħħari ta' l-enerġija li l-aktar li qed tikber b'rata mgħaġġla u, fin-nuqqas ta' xi azzjoni politika li taħdem kontra din it-tendenza, hija maħsuba li tikber fl-20 30 sena li ġejjin. Tnaqqis sinifikanti fil-konsum ta' l-enerġija, hekk kif suġġerit mill-Kummissjoni fil-Programm Ewropew tagħha dwar il-Bidla tal-Klima (ECCP), huwa fil-fatt possibli. Il-Bidla tal-Klima hija waħda mill-prijoritajiet tas-Sitt Programm Komunitarju ta' Azzjoni Ambjentali stabbilit bid-Deċiżjoni Nru 1600/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[18]. L-iffrankar ta' l-enerġija huwa l-aktar mod effettiv meta mqabbel man-nefqa sabiex tiżdied is-sigurtà tal-forniment u titnaqqas id-dipendenza fuq l-importazzjoni. Għalhekk, hemm bżonn li tittieħed azzjoni għad-domanda u li jiġu stabbiliti għanijiet sostanzjali f'dan il-qasam.

ê 2005/32 Premessa 5

ð ġdid

(6) Għandha tittieħed azzjoni matul il-fażi li fih l-EUP ð il-prodotti relatati ma’ l-enerġija ïjkunu qed jiġui ddisinjati, peress li jidher li t-tniġġis ikkawżat matul iċ-ċiklu tal-ħajja ta' prodott huwa determinat f'dan il-punt, u l-biċċa l-kbira ta' l-ispejjeż involuti jsiru f'dan l-istadju.

ê 2005/32 Premessa 6

ð ġdid

(7) Għandha tiġi stabbilita sistema koerenti għall-applikazzjoni tar-rekwiżiti għall-ekodisinn tal-Komunità għall-EUPs ð prodotti relatati ma’ l-enerġija ï, bil-għan li l-moviment liberu ta' dawk il-prodotti li jkunu jikkonformaw ikun żgurat u jittejjeb l-impatt ġenerali tagħhom fuq l-ambjent. Rekwiżiti Komunitarji bħal dawn għandhom jirrispettaw il-prinċipji tal-kompetizzjoni ġusta u tal-kummerċ internazzjonali.

ê 2005/32 Premessa 7

(8) Il-ħtiġijiet ta' l-ekodisinn għandhom jitfasslu b'tali mod li jiġu kkunsidrati l-miri u l-prijoritajiet tas-Sitt Programm Komunitarju ta' Azzjoni Ambjentali, u jinkludu kif ikun xieraq il-miri ta' l-istrateġiji tematiċi relevanti ta' dak il-Programm.

ê 2005/32 Premessa 8

ð ġdid

(9) Din id-Direttiva għandha l-għan li tikseb livell għoli ta' protezzjoni għall-ambjent billi tnaqqas l-impatt potenzjali ta’' l-EUPs ð prodotti relatati ma’ l-enerġija ï fuq l-ambjent, li fl-aħħar mill-aħħar ikun ta' benefiċċju għall-konsumaturi u utenti finali oħra. L-iżvilupp sostenibbli jeħtieġ ukoll kunsiderazzjoni xierqa ta' l-impatt fuq is-saħħa, dak soċjali u ekonomiku tal-miżuri kkunsidrati. It-titjib ta' l-effiċjenza fl-enerġija tal-prodotti jikkontribwixxi għas-sigurtà tal-forniment ta' l-enerġija, li hija prekundizzjoni għall-attività ekonomika b'saħħitha kif ukoll għall-iżvilupp sostenibbli.

ê 2005/32 Premessa 9

(10) Jekk Stat Membru jqis li hu meħtieġ li jinżammu d-dispożizzjonijiet nazzjonali minħabba bżonnijiet kbar li għandhom x'jaqsmu mal-protezzjoni ta' l-ambjent, jew li jiddaħħlu dispożizzjonijiet ġodda bbażati fuq evidenza xjentifika ġdida li għandha x'taqsam mal-protezzjoni ta' l-ambjent minħabba problema speċifika ta' dak l-Istat Membru li tinqala' wara li tkun ġiet adottata l-miżura ta' implimentazzjoni applikabbli, huwa jista' jagħmel dan skond il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 95(4),(5) u (6) tat-Trattat, li jistipula li l-Kummissjoni tkun notifikata minn qabel u li tagħti l-approvazzjoni tagħha.

ê 2005/32 Premessa 10

ð ġdid

(11) Sabiex il-benefiċċji ambjentali jilħqu l-massimu tagħhom permezz ta' disinn imtejjeb jista' jkun meħtieġ li l-konsumaturi jiġu infurmati dwar il-karatteristiċi u l-prestazzjoni ambjentali tal-EUPs ð prodotti relatati ma’ l-enerġija ï, kif ukoll jingħataw pariri dwar kif jużaw il-prodott b'mod li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent.

ê 2005/32 Premessa 11 (adattata)

(12) L-approċċ imfassal fil-“Green Paper” dwar il-Politika Integrata tal-ProdottiÖ Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u l-Parlament Ewropew – Politika Integrata għall-Prodotti – Building on Environmental Life-Cycle Thinking, (IPP)[19] Õ, li huwa element innovattiv ewlieni tas-Sitt Programm Komunitarju ta' Azzjoni Ambjentali, jimmira biex inaqqas l-impatt tal-prodotti fuq l-ambjent matul iċ-ċiklu tal-ħajja Il-fatt li, waqt il-fażi ta' l-ippjanar, jiġi kkunsidrat l-impatt ambjentali ta' prodott matul iċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu għandu potenzjal għoli biex jiffaċilita l-progress ambjentali b'mod effettiv meta mqabbel man-nefqa. Għandu jkun hemm biżżejjed flessibiltà biex dan il-fattur ikun jista' jiġi integrat fid-disinn tal-prodott waqt li jiġu kkunsidrati wkoll il-fatturi tekniċi, funzjonali u ekonomiċi.

ê 2005/32 Premessa 12

(13) Għalkemm approċċ komprensiv għall-prestazzjoni ambjentali huwa mixtieq, il-mitigazzjoni tal-gassijiet serra permezz ta' effiċjenza akbar fl-enerġija għandha titqies bħala mira ambjentali ta' prijorità waqt li l-adozzjoni ta' pjan ta' ħidma għadha tkun pendenti.

ê 2005/32 Premessa 13

(14) Biex jiġi żgurat li l-impatt ambjentali tagħhom jitnaqqas kemm jista' jkun, l-iffissar ta' rekwiżiti speċifiċi u kwantifikati ta' l-ekodisinn għal ċerti prodotti jew aspetti ambjentali diversi jkunu meħtieġa u ġustifikati. Tenut kont tal-bżonn urġenti ta' kontribuzzjoni biex jintlaħqu l-impenji fil-qafas tal-Protokoll ta' Kjoto tal-Konvenzjoni ta' Qafas dwar il-Bidla fil-Klima tan-Nazzjonijiet Uniti (UNFCCC), u mingħajr ebda preġudizzju għall-approċċ integrat imsemmi f'din id-Direttiva, għandha tingħata ċerta prijorità lil dawk il-miżuri li jkollhom potenzjal għoli li jnaqqsu l-emissjonijiet tal-gass serra bi ftit spejjeż. Miżuri bħal dawn jistgħu wkoll jikkontribwixxu għal użu sostenibbli tar-riżorsi u jitqiesu wkoll bħala l-kontribuzzjoni prinċipali għall-kwadru ta' programmi magħmula għal żmien ta' għaxar snin dwar il-produzzjoni u l-konsum sostenibbli li ġie aċċettat fis-Summit Dinji dwar l-Iżvilupp Sostenibbli ġewwa Johannesburg f'Settembru ta' l-2002.

ê 2005/32 Premessa 14

ð ġdid

(15) ð Fejn xieraq u ï Bbħala prinċipju ġenerali, il-konsum ta' l-enerġija ta' l-EUPs ð tal-prodotti relatati ma’ l-enerġija ï li jkunu stand-by jew mitfija jrid jitnaqqas għall-minimu neċessarju biex jaħdmu tajjeb.

ê 2005/32 Premessa 15

(16) Filwaqt li bħala referenza għandhom jittieħdu l-prodotti jew teknoloġiji disponibbli fis-suq li l-iktar jaħdmu tajjeb, anki fis-swieq internazzjonali, il-livell tar-rekwiżiti għall-ekodisinn irid jiġi stabbilit fuq il-bażi ta' l-analiżi teknika, ekonomika u ambjentali. Il-flessibbiltà fil-metodu ta' kif jiġi stabbilit il-livell tar-rekwiżiti tista' tħaffef u tiffaċilita t-titjib fil-prestazzjoni ambjentali. Il-partijiet interessati għandhom jiġu kkonsultati u għandhom jikkoperaw b'mod attiv f'din l-analiżi. L-istabbiliment tal-miżuri obbligatorji jeħtieġ konsultazzjoni xierqa tal-partijiet involuti. Din it-tip ta' konsultazzjoni tista' titfa' dawl fuq il-bżonn għal introduzzjoni li ssir permezz ta' fażijiet jew għal xi miżuri transitorji. L-introduzzjoni ta' miri temporanji tgħin biex iżżid il-possibbiltà ta' tbassir tal-politika, u tippermetti l-akkomodazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott kif ukoll tiffaċilita l-ippjanar fit-tul għal partijiet interessati.

ê 2005/32 Premessa 16

(17) Għandha tingħata prijorità lil modi alternattivi ta' azzjoni bħal ma' hija l-awto-regolamentazzjoni individwali min-naħa ta' l-industrija fejn azzjonijiet bħal dawn x'aktarx jilħqu l-għanijiet politiċi b'mod aktar malajr jew b'anqas spejjeż minn dawk ir-rekwiżiti obbligatorji. Miżuri leġiżlattivi jistgħu jkunu meħtieġa meta s-suq jonqos milli jevolvi lejn id-direzzjoni t-tajba jew inkella b'veloċità aċċettabbli.

ê 2005/32 Premessa 17

(18) Awto-regolamentazzjoni, inklużi l-ftehim volontarji offruti bħala impenni unilaterali min-naħa ta' l-industrija, tista' tkun ta' ġid għall-progress mgħaġġel minħabba l-implimentazzjoni veloċi u effettiva fl-infiq, u tippermetti addattazzjoni xierqa u flessibbli għall-possibiltajiet teknoloġiċi u s-sensittivitajiet tas-suq.

ê 2005/32 Premessa 18

(19) Għall-ivvalutar ta' ftehim volontarju jew ta' miżuri oħra ta' awto-regolamentazzjoni magħmula bħala alternattivi għall-miżuri ta' implimentazzjoni, informazzjoni għandha tkun disponibbli fuq mill-inqas il-kwistjonijiet li ġejjin: il-parteċipazzjoni miftuħa, il-valur miżjud, ir-rappreżentattività, l-għanijiet kwantifikati u mqassma fi stadji, l-involviment tas-soċjetà ċivili, il-monitoraġġ u r-rappurtar, l-effettività fl-infiq fl-amministrazzjoni ta' inizjattiva awto-regolatorja, is-sostenibbiltà.

ê 2005/32 Premessa 19

(20) Il-Kapitolu 6 tal-“Komunikazzjoni dwar il-Ftehim Ambjentali fuq livell Komunitarju fi ħdan il-Kwadru tal-Pjan ta' Azzjoni dwar is-Simplifikazzjoni u t-Titjib ta' l-Ambjent Regolatorju” tal-Kummissjoni jista' jservi ta' gwida utli meta ssir il-valutazzjoni ta' l-awto-regolamentazzjoni min-naħa ta' l-industrija fil-kuntest ta' din id-Direttiva.

ê 2005/32 Premessa 20

(21) Din id-Direttiva għandha wkoll tinkoraġġixxi l-integrazzjoni ta' l-ekodisinn għall-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju (SMEs) kif ukoll ditti żgħar ħafna. Integrazzjoni bħal din tista' tiġi ffaċilitata permezz ta' disponibbiltà kbira u aċċess aktar faċli għall-informazzjoni relatata mas-sostenibbiltà tal-prodotti tagħhom.

ê 2005/32 Premessa 21

ð ġdid

(22) Dawk il-EUPs ð il-prodotti relatati ma’ l-enerġija ïli jkunu jikkonformaw mar-rekwiżiti għall-ekodisinn stabbiliti fil-miżuri ta' implimentazzjoni ta' din id-Direttiva għandhom iġibu il-marka “CE” u kull informazzjoni assoċjata magħha sabiex ikunu jistgħu jitpoġġew fis-suq intern u jiċċirkolaw liberament. L-infurzar rigoruż tal-miżuri ta' implimentazzjoni huwa meħtieġ sabiex jitnaqqas l-impatt tal-EUPs ð prodotti relatati ma’ l-enerġija ï regolati fuq l-ambjent u tiġi assigurata l-kompetizzjoni ġusta.

ê 2005/32 Premessa 22

(23) Waqt li tkun qed tipprepara l-miżuri ta' implimentazzjoni u l-pjan ta' ħidma tagħha, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lir-rappreżentanti ta' l-Istati Membri kif ukoll lill-partijiet involuti, bħall-industrija, inklużi l-SMEs u l-industrija tas-snajja', it-trade unions, il-kummereċjanti, in-negozjanti li jbiegħu bl-imnut, l-importaturi, il-gruppi għall-protezzjoni ta' l-ambjent u l-organizazzjonijiet tal-konsumaturi.

ê 2005/32 Premessa 23

(24) Waqt li tkun qed tipprepara miżuri ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tqis ukoll il-leġiżlazzjoni nazzjonali eżistenti, b'mod partikolari dawk li jkunu jikkonċernaw is-sustanzi tossiċi, fejn l-Istati Membri jkunu indikawhom bħala sustanzi li għandhom jiġu preservati, u dan mingħajr ma tnaqqas il-livelli ta' protezzjoni eżistenti u ġustifikati fl-Istati Membri.

ê 2005/32 Premessa 24

(25) Għandha tingħata attenzjoni għall-moduli u r-regoli li jkunu intenzjonati għall-użu fid-Direttivi ta' l-armonizzazzjoni teknika imwaqqfa fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/465/KEE tat-22 ta' Lulju 1993 dwar il-moduli għal diversi fażijiet tal-proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità u tar-regoli għat-twaħħil u l-użu ta' l-marka tal-konformità CE li hija intenzjonata għall-armonizzazzjoni tat-teknikalità tad-Direttivi[20].

ê 2005/32 Premessa 25

(26) L-awtoritajiet ta' sorveljanza għandhom ipartu l-informazzjoni dwar il-miżuri ppjanati fl-ambitu ta' din id-Direttiva bl-għan li tittejjeb is-sorveljanza tas-suq. Koperazzjoni bħal din għandha tagħmel l-aħjar użu mill-mezzi elettroniċi tal-komunikazzjoni u tal-programmi tal-Komunità relevanti. It-tpartit ta' l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja kif ukoll dwar il-kisbiet ta' soluzzjonijiet fl-ippjanar għandu jiġi faċilitat. L-akkumulazzjoni u t-tixrid ta' l-għarfien li joħroġ mill-isforzi ta' l-ekodisinn min-naħa tal-fabbrikanti huwa wieħed mill-benefiċċji kruċjali ta' din id-Direttiva.

ê 2005/32 Premessa 26

(27) Korp kompetenti hu normalment korp pubbliku jew privat, maħtur mill-awtoritajiet pubbliċi, u li jippreżenta l-garanziji neċessarji ta' imparzjalità u disponibbiltà ta' ħiliet tekniċi biex titwettaq il-verifika tal-prodotti fir-rigward ta' l-osservanza tal-miżuri ta' implimentazzjoni applikabbli.

ê 2005/32 Premessa 27

(28) Sabiex jittieħed kont ta' l-importanza li tiġi evitata n-nuqqas ta' osservanza, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-mezzi neċessarji għal sorveljanza effettiva tas-suq ikunu disponibbli.

ê 2005/32 Premessa 28

(29) Għal dak li għandu x'jaqsam mat-taħriġ u ma' l-informazzjoni ta' l-ekodisinn għall-SMEs, jista' jkun xieraq li jiġu kkunsidrati wkoll xi attivitajiet kumplimentari.

ê 2005/32 Premessa 29

(30) Huwa fl-interess tat-tħaddim tas-suq intern li jkun hemm standards li jkunu ġew armonizzati fuq livell Komunitarju. Ladarba dan l-istandard ikun ġie ppubblikat fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea , il-konformità miegħu għandha tqajjem preżunzjoni ta' konformità mar-rekwiżiti korrispondenti stabbiliti fil-miżura ta' implimentazzjoni adottata fuq il-bażi ta' din id-Direttiva, għalkemm għandhom jitħallew mezzi oħra li jgħinu sabiex tintwera din il-konformità.

ê 2005/32 Premessa 30

(31) Wieħed mill-irwoli ewlenin ta' l-istandards armonizzati għandu jkun dak li jgħin lill-fabbrikanti japplikaw il-miżuri ta' implimentazzjoni adottati taħt din id-Direttiva. Standards bħal dawn jistgħu jkunu essenzjali sabiex jiġu stabbiliti metodi ta' kejl u ta' ttestjar. Fil-każ tar-rekwiżiti ġeneriċi ta' l-ekodisinn, l-istandards armonizzati jistgħu jikkontribwixxu b'mod konsiderevoli billi jigwidaw lill-fabbrikanti sabiex jistabbilixxu l-profil ekoloġiku tal-prodotti tagħhom, bi qbil mar-rekwiżiti tal-miżura ta' implimentazzjoni applikabbli. Dawn l-istandards għandhom jindikaw b'mod ċar ir-relazzjoni bejn il-klawżoli tagħhom u r-rekwiżiti in kwistjoni. L-għan ta' standards armonizzati ma għandux ikun dak li jiffissa l-limiti għal aspetti ambjentali.

ê 2005/32 Premessa 31

(32) Għall-fini tad-definizzjonijiet użati f'din id-Direttiva, huwa utli li wieħed jirreferi għal standards internazzjonali relevanti bħall-ISO 14040.

ê 2005/32 Premessa 32

(33) Din id-Direttiva hija konformi ma' ċerti prinċipji għall-implimentazzjoni ta' approċċ ġdid, kif stabbilit fir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-7 ta' Mejju 1985 dwar approċċ ġdid għall-armonizzazzjoni teknika u għall-istandards Ewropej armonizzati[21] u dwar il-kriterju li ssir referenza għall-istandards armonizzati Ewropej. Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Ottubru 1999 fuq l-irwol ta' l-istandardizzazzjoni fl-Ewropa[22] rrakkmandat lill-Kummissjoni sabiex din teżamina jekk il-prinċipju ta' l-approċċ il-ġdid jistax jiġi estiż għas-setturi li għadhom mhux koperti bħala mezz li jtejjeb u jissimplifika l-leġiżlazzjoni, fejn ikun possibbli.

ê2005/32 Premessa 33 (adattat)

(34) Din id-Direttiva tikkumplimenta l-istrumenti Komunitarji eżistenti bħalma hi d-Direttiva tal-Kunsill 92/75/KEE tat-22 ta' Settembru 1992 dwar l-indikazzjoni permezz ta' ttikkettjar u l-informazzjoni standard tal-prodott dwar il-konsum ta' l-enerġija u riżorsi oħra skond l-apparat tad-dar[23], ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Lulju 2000 dwar skema Komunitarja riveduta għall-għoti ta' l-ekotikketti[24], ir-Regolament (KE) Nru 2422/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 dwar l-ittikkettjar dwar l-użu effiċjenti ta' l-enerġija għat-tagħmir ta' l-uffiċċju Ö 106/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2008 dwar programm Komunitarju ta' tikkettar dwar l-effiċjenza enerġetika tat-tagħmir ta' l-uffiċċju Õ[25], id-Direttiva 2002/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Jannar 2003 dwar skart ta' tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE[26]), id-Direttiva 2002/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Jannar 2003 dwar ir-restrizzjoni ta' l-użu ta' ċerti sostanzi ta' riskju f'tagħmir elettriku u elettroniku[27] u d-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE tas-27 ta' Lulju 1976 dwar l-approsimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u proviżjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri dwar restrizzjonijiet fuq il-marketing u l-użu ta' ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużiÖ d-Direttiva 2006/121/KEC tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettar ta' sustanzi perikolużi sabiex tadattaha għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH) u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi KimiċiÕ[28]. Is-sinerġiji bejn din id-Direttiva u l-istrumenti diġà eżistenti tal-Komunità għandhom jikkontribwixxu billi jżidu l-impatti rispettivi tagħhom u jibnu rekwiżiti koerenti li jkunu jistgħu jiġu applikati mill-fabbrikanti.

ê 2005/32 Premessa 34 (adattat)

Peress illi d-Direttiva tal-Kunsill 92/42/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-ħtiġiet ta' effiċenza għal kaldaruni tal-misħun ġodda li jaħdmu b'karburanti likwidi jew gassużi[29], id-Direttiva 96/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Settembru 1996 dwar il- ħtiġiet ta' effiċenża fl-enerġija għall-friġġijiet, friżers elettriċi domestiċi u kombinazzjonijiet taghħom[30] u d-Direttiva 2000/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Settembru 2000 dwar il-ħtiġiet ta' effiċenza fl-enerġija ta' alimentaturi għal dawl fluorexxenti[31] diġà għandhom dispożizzjonijiet għar-reviżjoni tar-rekwiżiti għall-effiċenza fl-enerġija, dawn għandom għalhekk jiġu integrati fil-qafas preżenti.

ê2005/32 Premessa 35 (adattat)

Id-Direttiva 92/42/KEE tipprovdi sistema ta' gradazzjoni bl-istilel bl-għan li ssir magħrufa il-prestazzjoni fl-enerġija tat-tankijiet tal-misħun. Billi l-Istati Membri u l-industrija jaqblu bejniethom li s-sistema ta' gradazzjoni bl-istilel uriet li ma kisbitx ir-riżultat mistenni, id- Direttiva 92/42/KEE għandha tiġi emendata sabiex tiftaħ it-triq għal skemi aktar effettivi.

ê 2005/32 Premessa 36 (adattat)

Ir-rekwiżiti meħtieġa fid-Direttiva tal-Kunsill 78/170/KEE tat-13 ta' Frar 1978 dwar il-Prestazzjoni tal-Ġeneraturi tas-Sħana għat-Tisħin ta' Spazji u l-Produzzjoni ta' Ilma Jaħraq f'Bini Mhux Industrijali Ġdid Jew Eżistenti u dwar l-Insulazzjoni tad-Distribuzzjoni tas-Sħana u ta' l-Ilma Jaħraq Domestiku F'Bini Ġdid Mhux Industrijali[32] ġew mibdula mid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 92/42/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/396/KEE tad-29 ta' Ġunju 1990 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri rigward appliances li jużaw il-gass[33] u d-Direttiva 2002/91/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar il-prestazzjoni ta' l-enerġija tal-bini[34]. Id-Direttiva 78/170/KEE għandha għalhekk tiġi mħassra.

ê 2005/32 Premessa 37 (adattat)

Id-Direttiva tal-Kunsill 86/594/KEE ta' l-1 ta' Diċembru 1986 dwar ħoss trasmess bl-arja emess minn apparat domestiku[35] tistabbilixxi l-kondizzjonijiet taħt liema l-Istati Membri jistgħu jeħtieġu pubblikazzjoni ta' l-informazzjoni dwar il-ħoss li jagħmel apparat bħal dan, u tiddefinixxi proċedura li tiddetermina l-livell tal-ħoss. Għal raġunijiet ta' armonizzazzjoni, l-emissjonijiet tal-ħoss għandhom jiġu inklużi fi stima integrata tal-prestazzjoni ambjentali. Peress illi din id-Direttiva tipprovdi għal dan it-trattament integrat, id-Direttiva 86/594/KEE għandha tiġi mħassra.

ê 2005/32 Premessa 38

(35) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni[36].

ê 2008/28 Premessa 5

(36) Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li temenda jew tirrevoka d-Direttivi 92/42/KEE, 96/57/KE u 2000/55/KE. Din l-emenda jew ir-revoka għandha tiġi adottata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

ê 2008/28 Premessa 6 (adattata)

ð ġdida

(37) Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta miżuri ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu r-rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti li jużaw ð relatati ï ma’ l-enerġija, inkluża l-introduzzjoni ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni matul il-perjodu tranżizzjonali, u inklużi fejn xieraq dispożizzjonijiet dwar l-ibbilanċjar tad-diversi aspetti ambjentali. Billi dawn il-miżuri huma ta’ ambitu ġenerali u huma ddisinjati biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ Ö din Õ id-Direttiva 2005/32/EC billi jissupplimentawha b’elementi ġodda mhux essenzjali, huma għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju.

ò ġdid

(38) Il-Kummissjoni għandha, fuq il-bażi ta’ l-esperjenza mill-applikazzjoni tad-Direttiva, tirrevedi l-operat u l-effikaċja tagħha u tevalwa kemm hu xieraq it-twessigħ ta' l-ambitu tagħha lil hinn mill-prodotti relatati ma’ l-enerġija. Fir-reviżjoni l-Kummissjoni għandha tikkonsulta r-rappreżentanti ta’ l-Istati Membri kif ukoll il-partijiet interessati kkonċernati.

ê 2005/32 Premessa 39

(39) L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-penali li għandhom jiġu applikati fil-każ ta' xi ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skond din id-Direttiva. Dawn il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

ê 2005/32 Premessa 40

(40) Huwa mfakkar li l-paragrafu 34 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar l-abbozzar aħjar tal-liġijiet[37] jgħid li l-Kunsill “se jħeġġeġ lill-Istati Membri biex ifasslu, għalihom infushom u fl-interess tal-Komunità, skedi li juru, sa fejn ikun possibbli, il-korrelazzjoni bejn direttivi u l-miżuri ta' transpożizzjoni u biex jagħmluhom pubbliċi.”

ê 2005/32 Premessa 41

(41) Minħabba li l-objettiv ta' l-azzjoni proposta, jiġifieri li tiġi żgurata l-ħidma tas-suq intern billi l-prodotti jkunu meħtieġa jilħqu livell adegwat ta' prestazzjoni ambjentali ma jistax jintlaħaq biżżejjed mill-Istati Membri waħedhom, jistgħu, minħabba d-daqs u l-effett tagħhom, jintlaħqu aħjar fuq livell Komunitarju, il-Komunità tista' tadotta miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà hekk kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex ikun jista' jintlaħaq dan l-għan,

ê 2005/32 Premessa 42 (adattat)

Il-Kumitat tar-Reġjuni ġie kkonsultat iżda ma tax opinjoni,

ò ġdid

(42) L-obbligazzjoni tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva fil-liġi nazzjonali għandha tkun limitata għal dawk id-dispożizzjonijiet li jirrappreżentaw bidla sostantiva meta mqabbla mad-Direttiva preċedenti. L-obbligu li d-dispożizzjonijiet li ma nbidlux jiġu trasposti ġejja mid-Direttiva preċedenti.

(43) Din id-Direttiva m’għandhiex tkun ta' preġudizzju għall-obbligazzjonijiet ta’ l-Istati Membri dwar iż-żminijiet għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi stabbiliti fl-Anness IX, Parti B.

ê 2005/32

ð ġdid

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

1. Din id-Direttiva tistabbilixxi qafas għat-twaqqif ta' rekwiżiti Komunitarji ta' l-ekodisinn għall-prodotti ð relatati ïli jużaw l-enerġija ma’ l-enerġija bl-għan li jkun żgurat il-moviment liberu ta' dawk il-prodotti fi ħdan is-suq intern.

2. Din id-Direttiva tipprovdi għat-twaqqif ta' rekwiżiti li l-prodotti ð relatati ïli jużaw l-enerġija ma' l-enerġija u li jaqgħu taħt il-miżuri ta' implimentazzjoni jridu jissodisfaw sabiex ikunu jistgħu jitqiegħdu fis-suq u/jew jiġu mħaddma. Hija tikkontribwixxi għal żvilupp sostenibbli billi żżid l-effiċjenza fl-enerġija u l-livell ta' protezzjoni ta' l-ambjent, u fl-istess ħin iżżid is-sigurtà fil-forniment ta' l-enerġija.

3. Din id-Direttiva ma tapplikax għall-mezzi tat-trasport ta' persuni jew merkanzija.

4. Din id-Direttiva u l-miżuri ta' implimentazzjoni adottati taħtha huma mingħajr ebda preġudizzju għal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar l-immaniġġar ta' l-iskart u l-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar il-kimiċi, inkluża l-leġiżlazzjoni tal-Komunità dwar il-gassijiet florinati b' effett serra.

Artikolu 2

Id-Definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw it-tifsiriet li ġejjin:

ê 2005/32 (adattat)

ð ġdid

1. ‘Il-prodott li juża l-enerġija ð relatat ï ma’ l-enerġija’ jew EuP Ö , minn hawn ’il quddiem il-‘prodott’, Õ ifisser prodott ð kull oġġett li jkollu impatt fuq il-konsum ta’ l-enerġija waqt l-użu ï li, ladarba Ö jiġi Õ mqiegħed fis-suq u/jew jibda jiġi mħaddem ð fl-Unjoni Ewropea ï, jiddependi fuq l-użu ta' l-enerġija (elettriku, kombustibbli magħmul mill-fossili u sorsi rinnovabbli ta' enerġija) biex ikun jista' jaħdem kif maħsub, kif ukoll prodott għall-ġenerazzjoni, it-trasferiment u l-kejl ta' din l-enerġija, inklużi l-partijiet li jiddependu mill-użu ta' l-enerġija u maħsuba biex jiġu inkorporati f’EuP ð prodotti relatati ma’ l-enerġija ï koperti minn din id-Direttiva li jitqiegħdu fis-suq u/jew jiġu mħaddma bħala partijiet individwali għall-utenti finali u li l-prestazzjoni ambjentali tagħhom tista' tiġi stmata b'mod indipendenti;

ê 2005/32

ð ġdid

2.’Komponenti u partijiet oħra għall-immuntar’ tfisser partijiet maħsuba biex jiġu inkorporati f'EUPs ð fi prodotti ïli mhumiex preżenti fis-suq u/jew ma jiġux imħaddma bħala partijiet individwali għall-utenti finali jew li l-prestazzjoni ambjentali tagħhom ma tistax tiġi stmata b'mod indipendenti;

3.’Miżuri ta' implimentazzjoni’ tfisser miżuri adottati skond din id-Direttiva li jistabbilixxu r-rekwiżiti meħtieġa ta' l-ekodisinn għall-EUPs ð prodotti ïdefiniti jew għall-aspetti ambjentali tagħhom;

4.’Tqegħid fis-suq’ tfisser li l-EUP ð prodott ïisir disponibbli għall-ewwel darba fis-suq tal-Komunità bil-ħsieb li jkun hemm distribuzzjoni jew użu tiegħu fi ħdan il-Komunità kemm jekk dan isir bi ħlas jew b'xejn u irrispettivament mit-teknika tal-bejgħ;

5.’Tħaddim’ tfisser l-ewwel użu ta' l-EUP ð prodott ïskond l-użu maħsub tiegħu minn utent aħħari fil-Komunità;

6. ‘Fabbrikant’ tfisser il-persuna fiżika jew ġuridika li timmanifattura l-EUPs ð prodotti ï responsabbli għall-konformità tagħhom ma' din id-Direttiva in vista tat-tqegħid tagħhom fis-suq/jew it-tħaddim taħt l-isem tal-fabbrikant stess jew it-trademark jew inkella għall-użu personali tal-fabbrikant. Fin-nuqqas ta' fabbrikant, hekk kif definit fl-ewwel sentenza jew ta' importatur kif imfisser fil-punt 8, kull persuna fiżika jew ġuridika li tqiegħed fis-suq u/jew tħaddem prodotti li jaqgħu taħt din id-Direttiva għandha titqies bħala fabbrikant;

7.’Rappreżentant awtorizzat’ tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fil-Komunità li tkun irċeviet mandat bil-miktub mingħand il-fabbrikant sabiex twettaq f'ismu l-obbligi u l-formalitajiet kollha jew parti minnhom li jkollhom x'jaqsmu ma' din id-Direttiva;

8.’Importatur’ tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fil-Komunità li tqiegħed prodott minn pajjiż terz fis-suq Komunitarju waqt il-ħidma kummerċjali tagħha;

9. ‘Materjali’ tfisser il-materjali kollha wżati waqt iċ-ċiklu tal-ħajja ta' EUP ð prodott ï;

10. ‘Disinn tal-prodott’ tfisser l-għadd ta' proċessi li jittrasformaw ir-rekwiżiti legali, tekniċi, tas-sigurtà, funzjonali, tas-suq jew oħrajn li jridu jiġu sodisfatti minn EUP ð prodott ï fl-ispeċifikazzjoni teknika għal dak l-EUP ð il-prodott ï;

11. ‘Aspett ambjentali’ tfisser element jew funzjoni ta' EUP ð prodott ïli jista' jkollu interazzjoni ma' l-ambjent matul iċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu;

12. ‘Impatt ambjentali’ tfisser kull bidla fl-ambjent li tirriżulta b'mod sħiħ jew parzjali mill-EUP ð prodott ï matul iċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu;

13. ‘Ċiklu tal-ħajja’ tfisser il-fażijiet konsekuttivi u interkonnessi ta' EUP ð prodott ïmill-użu tal-materja prima sar-rimi finali;

14. ‘Użu mill-ġdid’ tfisser kull operazzjoni li biha EUP ð prodott ïjew il-komponenti tiegħu, wara li jkunu laħqu t-tmiem ta' l-ewwel użu tagħhom, jintużaw għall-istess skop li għaliha kienu ġew maħluqa, inkluż l-użu kontinwu ta' EUP ð prodott ï, li jintbagħat lura lill-post għall-ġbir, fornitur, riċiklatur jew fabbrikant, kif ukoll użu mill-ġdid ta' EUP ð prodott ï wara li ġie arranġat mill-ġdid;

15. ‘Riċiklaġġ’ tfisser l-ipproċessar mill-ġdid fi proċess ta' produzzjoni ta' materjal ta' skart sabiex għall-fini oriġinali tiegħu jew għal finijiet oħra iżda eskluż l-irkupru ta' l-enerġija;

16.‘L-irkupru ta' l-enerġija’ tfisser l-użu ta' skart kombustibbli bħala mezz biex jiġġenera l-enerġija permezz ta' inċinerazzjoni diretta ma' skart ieħor jew mingħajru iżda bl-irkupru tas-sħana;

ê 2005/32 (adattat)

17. ‘Irkupru” tfisser kull operazzjoni applikabbli li jipprovdi għalihom l-Anness II B tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE tal-15 ta' Lulju 1975 Ö 2006/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2006 Õ dwar l-iskart[38];

18. ‘Skart’ tfisser kull sustanza jew oġġett fil-kategoriji stabbiliti fl-Anness I għad-Direttiva 75/442/KEEÖ 2006/12/KE Õ li d-detentur jarmi jew li jkolli l-intenzjoni jew ikun meħtieġ li jarmi;

ê 2005/32 (adattat)

ð ġdid

19.'Skart perikoluż’ ifisser kull skart li kopert mill-Artikolu 1 (4) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE tat-12 ta' Diċembru 1991 dwar skart perikoluż[39];

20. ‘Profil ekoloġiku’ tfisser deskrizzjoni, skond il-miżuri ta' implimentazzjoni applikabbli għall-EUP ð prodott ï , ta' l-inputs u l-outputs (bħalma huma l-materjal, l-emissjonijiet u l-iskart) assoċjati ma' l-EUP ð mal-prodott ï matul iċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu li jkunu sinifikanti għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-impatt ambjentali u huma espressi fi kwantitajiet fiżiċi li jistgħu jiġu mkejla;

21. ‘Prestazzjoni ambjentali’ ta' EUP ð prodott ï tfisser ir-riżultati ta' l-immaniġġar ta' l-aspetti ambjentali ta’ l-EUP ð tal-prodott ï mill-fabbrikant, hekk kif riflessi fid-dokumentazzjoni teknika tiegħu;

22. ‘Titjib fil-prestazzjoni ambjentali’ tfisser il-proċess li jtejjeb il-prestazzjoni ambjentali ta' EUP ð prodott ï matul ħafna ġenerazzjonijiet, għalkemm mhux neċessarjament fir-rispett ta' l-aspetti ambjentali kollha tal-prodott simultanjament;

23. ‘Ekodisinn' tfisser l-integrazzjoni ta' l-aspetti ambjentali fid-disinn tal-prodott bil-għan li tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali ta' l-EUP ð tal-prodott ïmatul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja tiegħu;

24. ‘Rekwiżit għall-ekodisinn’ tfisser kull rekwiżit relatat ma' EUP ð prodott ï, jew id-disinn ta' EUP ð prodott ï, li jkun maħsub biex ittejjeb il-prestazzjoni ambjentali tiegħu, jew kull rekwiżit ieħor għat-tqassim ta' l-informazzjoni għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-aspett ambjentali ta' EUP ð prodott ï;

25. ‘Rekwiżit ġeneriku għall-ekodisinn’ tfisser kull rekwiżit għall-ekodisinn ibbażat fuq il-profil ekoloġiku sħiħ ta' EUP ð prodott ï mingħajr valuri ta' limitu fissi għal aspetti ambjentali partikolari;

26. ‘Rekwiżit speċifiku għall-ekodisinn’ tfisser rekwiżit kwantifikat u li jista' jitkejjel għall-ekodisinn li jkollu x'jaqsam ma' aspett ambjentali partikolari ta' EUP ð prodott ï, bħalma huwa l-konsum ta' l-enerġija waqt l-użu, u kkalkulat għal ċerta unità ta' prestazzjoni ta' l-output;

27. ‘Standards armonizzat’ tfisser speċifikazzjoni teknika adottata minn entità rikonoxxuta ta' l-istandards taħt mandat mill-Kummissjoni, bi qbil mal-proċedura stabbilita fid-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta' informazzjoni fil-qasam ta' l-istandards u tar-regolamenti tekniċi[40], bl-għan li jiġi stabbilit rekwiżit Ewropew, li l-konformità magħha mhix meħtieġa.

Artikolu 3

Tqegħid fis-suq u tħaddim

1. 1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha sabiex jassiguraw li l-EUPs ð l-prodotti ï li jaqgħu taħt il-miżuri ta' implimentazzjoni jkunu jistgħu jitpoġġew fis-suq jew jiġu mħaddma biss meta dawn ikunu konformi ma' dawn il-miżuri u meta jkollhom il-marka CE skond l-Artikolu 5.

2. L-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza tas-suq. Għandhom jagħmlu mezz li dawn l-awtoritajiet ikollhom u jagħmlu użu mill-poteri neċċessarji sabiex ikunu jistgħu jieħdu l-miżuri meħtieġa, u b'hekk jaqdu dmirhom skond din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jispjegaw id-doveri, il-poteri u l-arranġamenti organizzattivi ta' l-awtoritajiet kompetenti li għandhom ikunu jistgħu:

(i) jorganizzaw spezzjonijiet xierqa konformi ma' l-EUP ð mal-prodott ï, fuq skala adegwata, u jobbligaw lill-fabbrikant jew lir-rappreżentant awtorizzat tiegħu li jirtira mis-suq dawk l-EUPs ð il-prodotti ï li ma jkunux konformi, skond l-Artikolu 7;

(ii) jitolbu l-għoti ta' kull informazzjoni meħtieġa mill-partijiet konċernati, kif speċifikat fil-miżuri ta' implimentazzjoni;

(iii) jieħdu kampjuni tal-prodotti u jissottomettuhom għal spezzjonijiet ta' konformità.

3. L-Istati Membri għandhom iżommu lill-Kummissjoni infurmata dwar ir-riżultati tas-sorveljanza tas-suq, u fejn ikun xieraq, il-Kummissjoni għandha tgħaddi din l-informazzjoni lill-Istati Membri l-oħra.

4. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-konsumaturi u partijiet interessati oħra jingħataw l-opportunità li jagħtu l-kummenti tagħhom lill-awtoritajiet kompetenti dwar il-konformità tal-prodott.

Artikolu 4

Responsabbiltajiet ta' l-importatur

Fejn il-fabbrikant ma jkunx stabbilit fil-Komunità u fin-nuqqas ta' rappreżentant awtorizzat, l-obbligu

- li jiġi żgurat li l-EUP ð prodott ïimqiegħed fis-suq jew li mħaddem jikkonforma ma' din id-Direttiva u l-miżura ta' implimentazzjoni applikabbli u

- li d-dikjarazzjoni ta' konformità u d-dokumentazzjoni teknika tinżamm disponibbli,

għandha tkun fuq l-importatur.

Artikolu 5

Immarkar u dikjarazzjoni ta' konformità

1. Qabel ma EUP ð prodott ï li jkun kopert minn miżuri ta' implimentazzjoni jitqiegħed fis-suq u/jew jibda jaħdem, marka ta' konformità CE għandha titwaħħal u dikjarazzjoni ta' konformità għandha tinħareġ li fiha l-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu jassigura u jiddikjara li l-EUP ð il-prodott ï jikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-miżura ta' implimentazzjoni applikabbli.

2. Il-marka ta' konformità CE tikkonsisti fl-inizjali “CE” hekk kif jidher fl-Anness III.

3. Id-dikjarazzjoni ta' konformità għandha tinkludi l-elementi speċifikati fl-Anness VI u għandha tirreferi għall-miżura ta' implimentazzjoni adatta.

4. It-twaħħil tal-marki fuq EUP ð prodott ï li x'aktarx iqarrqu lill-utenti tal-prodott fir-rigward tat-tifsira jew il-forma tal-marka CE għandhom ikunu projbiti.

5. L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li l-informazzjoni li tingħata skond il-Parti 2 ta' l-Anness I tkun fil-lingwa (i) uffiċjali meta l-EUP ð l-prodott ï jilħaq lill-utent aħħari.

L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw ukoll li din l-informazzjoni tingħata f'lingwa uffiċjali waħda jew aktar tal-Komunità.

Meta japplikaw l-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri għandhom iqisu b'mod partikolari:

(a) jekk l-informazzjoni tistax tingħata permezz ta' simboli armonizzati jew kowds rikonoxxuti jew miżuri oħrajn;

(b) it-tip ta' utent antiċipat ta' l-EUP ð tal-prodott ïu n-natura ta' l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta.

Artikolu 6

Ċaqliq ħieles

1. L-Istati Membri ma għandhomx iżommu, jillimitaw jew ixekklu t-tqegħid fis-suq jew it-tħaddim, fi ħdan it-territorji tagħhom, fuq il-bażi ta' rekwiżiti ta' ekodisinn relatati mal-parametri għall-ekodisinn imsemmija fil-Parti I ta' l-Anness 1 li jaqgħu taħt il-miżura ta' implimentazzjoni applikabbli, ta' EUP ð prodott ïli jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet kollha relevanti tal-miżura ta' implimentazzjoni applikabbli u li jkollhom il-marka CE skond l-Artikolu 5.

2. L-Istati Membri ma għandhomx iżommu, jillimitaw jew ixekklu t-tqegħid fis-suq u/jew it-tħaddim, fi ħdan it-territorji tagħhom, ta' EUP ð prodott ïli jkollu l-marka CE skond l-Artikolu 5 fuq il-bażi ta' rekwiżiti ta' ekodisinn relatati mal-parametri għall-ekodisinn msemmija fil-Parti 1 ta' l-Anness I fejn il-miżuri ta' implimentazzjoni applikabbli huma b'tali mod li l-ebda rekwiżit ta' l-ekodisinn mhu meħtieġ.

3. L-Istati Membri ma għandhomx iżommu l-wiri ta' EUP ð prodotti ïli ma jkunux konformi mad-dispożizzjonijiet tal-miżura ta' implimentazzjoni applikabbli, per eżempju fil-fieri, wirjiet u esibizzjonijiet oħra, kemm-il darba ikun hemm indikazzjoni ċara li dawn ma jistgħux jitqiegħdu fuq is-suq u/jew jitħaddmu qabel ma jsiru konformi.

Artikolu 7

Klawżola ta' salvagwardja

1. Meta Stat Membru jivverifika li EUP ð prodott ï li jkollu l-marka CE msemmija fl-Artikolu 5 u li jintuża skond l-użu maħsub tiegħu ma jikkonformax mad-dispożizzjonijiet kollha relevanti tal-miżura ta' implimentazzjoni applikabbli, il-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat għandu jkun obbligat li jġib l-EUP ð il-prodott ïkonformi mad-dispożizzjonijiet tal-miżura ta' implimentazzjoni applikabbli u/jew mal-marka CE u li jwaqqaf il-ksur ta' dawn id-dispożizzjonijiet skond il-kondizzjonijiet imposti mill-Istat Membru.

Fejn ikun hemm evidenza biżżejjed li jista' jkun li EUP ð prodott ï ma jikkonformax mad-dispożizzjonijiet, l-Istat Membru għandu jieħu l-miżuri neċessarji li, skond il-gravità tan-nuqqas ta' konformità, jistgħu saħansitra jżommu t-tqegħid fis-suq ta' l-EUP ð tal-prodott ï sakemm l-konformità tiġi stabbilita.

Jekk il-ksur jibqa' jseħħ, l-Istat Membru għandu jieħu deċiżjoni fejn jillimita jew iċaħħad it-tqegħid fis-suq u/jew it-tħaddim ta' l-EUP ð tal-prodott ïin kwistjoni jew jassigura li dan jiġi rtirat mis-suq.

F'każijiet fejn il-prodott jiġi mċaħħad jew irtirat milli jidħol fis-suq, il-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra għandhom jiġu infurmati minnufih.

2. Kull deċiżjoni minn Stat Membru skond din id-Direttiva li tillimita jew iżżomm it-tqegħid fis-suq u/jew it-tħaddim ta' EUP ð prodott ïgħandha tiddikjara l-bażi li fuqha tkun ittieħdet.

Deċiżjoni bħal din għandha tkun mgħarrfa minnufih lill-parti konċernata, li fl-istess ħin għandha tiġi mgħarrfa dwar ir-rimedji legali disponibbli taħt il-liġijiet fis-seħħ fl-Istat Membru konċernat u t-termini perentorji ta' dawn ir-rimedji.

3. L-Istat Membru għandu jinforma minnufih lill-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra dwar kull deċiżjoni meħuda skond il-paragrafu 1, u għandu jindika r-raġunijiet tiegħu, u, b'mod partikolari, dwar jekk il-ksur tad-dispożizzjonijiet ikunx sar minħabba:

(a) in-nuqqas li jiġu sodisfatti r-rekwiżiti tal-miżura ta' implimentazzjoni applikabbli;

(b) l-applikazzjoni żbaljata ta' l-istandards armonizzati msemmija fl-Artikolu 10 (2);

(ċ) nuqqasijiet fl-istandards armonizzati msemmija fl-Artikolu 10 (2).

4. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mingħajr dewmien lill-partijiet konċernati u tista' tfittex parir tekniku mingħand esperti esterni indipendenti.

Wara l-konsultazzjoni, il-Kummissjoni għandha tinforma minnufih lill-Istat Membru li jkun ħa d-deċiżjoni u lill-Istati l-Membri l-oħra dwar l-opinjoni tagħha.

Meta l-Kummissjoni jidhrilha li d-deċiżjoni mhix ġustifikata, għandha tinforma minnufih lill-Istati Membri dwar dan.

5. Meta d-deċiżjoni msemmija f'paragrafu 1 tkun ibbażata fuq nuqqas ta' standard armonizzat, il-Kummissjoni għandha minnufih tagħti bidu għall-proċedura stabbilita fl-Artikolu 10 (2), (3) u (4). Fl-istess ħin il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 19 (1).

6. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa, fejn ikunu ġustifikati, sabiex jiggarantixxu l-kunfidenzjalità fir-rigward ta' l-informazzjoni provduta waqt il-proċedura.

7. Id-deċiżjonijiet meħuda mill-Istati Membri skond dan l-Artikolu għandhom jinħarġu fil-pubbliku, b'mod trasparenti.

8. L-opinjoni tal-Kummissjoni dwar dawk id-deċiżjonijiet għandha tiġi ppubblikata fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea .

Artikolu 8

Stima ta' konformità

1. Qabel iqiegħdu EUP ð prodott ï li jkun kopert minn miżuri ta' implimentazzjoni fis-suq u/jew qabel ma jiġi mħaddem EUP ð prodott ï bħal dan, il-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandhom jiżguraw li tkun saret stima ta' konformità ta’ l-EuP's ð prodott ï mar-rekwiżiti relevanti kollha tal-miżura ta' implimentazzjoni applikabbli.

2. Il-proċeduri ta' l-istima ta' konformità għandhom jiġu speċifikati mill-miżuri ta' implimentazzjoni u jħallu lill-fabbrikanti l-għażla bejn il-kontroll tad-disinn intern stabbilit fl-Anness IV u s-sistema ta' ġestjoni stabbilita fl-Anness V. Meta din tkun ġustifikata kif suppost u proporzjonata mar-riskju, il-proċedura ta' stima ta' konformità għandha tiġi speċifikata fost il-moduli relevanti spjegati fid-Deċiżjoni 93/465/KEE.

Jekk Stat Membru jkollu indikazzjonijiet kbar tal-probabbiltà li EUP ð prodott ï ma jkunx konformi, dan għandu jippubblika mill-iktar fis possibbli evalwazzjoni sustanzjata tal-konformità ta' l-EUP ð tal-prodott ï li tista' ssir minn korp kompetenti sabiex ikun possibbli li tittieħed azzjoni korrettiva fi żmien tajjeb, jekk ikun hemm bżonn.

Jekk EUP ð prodott ï li jkun kopert minn miżuri ta' implimentazzjoni jkun iddisinjat minn organizzazzjoni li tkun reġistrata skond ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Marzu 2001 li jippermetti l-parteċipazzjoni volontarja minn organizzazzjonijiet fl-iskema Komunitarja għall-immaniġġjar ta' l-ambjent u verifika (EMAS)[41] u l-funzjoni tad-disinn tkun inkluża fl-ambitu ta' dik ir-reġistrazzjoni, is-sistema ta' tmexxija ta' dik l-organizzazzjoni għandha tiġi preżunta bħala li tikkonforma mar-rekwiżiti ta' l-Anness V ta' din id-Direttiva.

Jekk EUP ð prodott ï kopert minn miżuri ta' implimentazzjoni jkun iddisinnjat minn organizzazzjoni li jkollha sistema ta' tmexxija li tkun tinkludi l-funzjoni tad-disinn tal-prodott u li tkun implimentata skond l-istandards armonizzati li n-numri ta' referenza huma ppubblikati fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea , dik is-sistema ta' ġestjoni għandha tiġi preżunta bħala li tikkonforma mar-rekwiżiti korrispondenti ta' l-Anness V.

3. Wara li l-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu jkun qiegħed fis-suq jew beda jħaddem EUP ð prodott ï kopert minn miżuri ta' implimentazzjoni, dan għandu jżomm id-dokumenti relatati ma' l-istima ta' konformità li twettqet u d-dikjarazzjonijiet ta' konformità disponibbli għall-ispezzjoni mill-Istati Membri għal perjodu ta' 10 snin wara li l-aħħar EUP ð prodott ï ikun ġie manifatturat.

Id-dokumenti relevanti għandhom ikunu disponibbli fi żmien għaxart ijiem wara l-irċevuta tat-talba min-naħa ta' l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru.

4. Id-dokumenti relatati ma' l-istima ta' konformità u d-dikjarazzjoni ta' konformità msemmija fl-Artikolu 5 għandhom isiru f'waħda mill-lingwi uffiċjali tal-Komunità.

Artikolu 9

Preżunzjoni tal-konformità

1. 1. L-Istati Membri għandhom iqisu l-EUP ð prodott ïli jkollu l-marka CE msemmija fl-Artikolu 5 bħala konferma mad-dispożizzjonijiet relevanti tal-miżura ta' implimentazzjoni applikabbli.

2. L-Istati Membri għandhom iqisu EUP ð prodott ïli għalih ikun ġew applikati standards armonizzati, u li jkollu n-numri ta' referenza tiegħu pubblikati fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea , bħala li jikkonformaw mar-rekwiżiti relevanti kollha tal-miżura ta' implimentazzjoni applikabbli li dawn l-istandards jirrigwardaw.

3. EUPs ð Prodotti ï li jkunu ngħataw l-ekotikketta tal-Komunità skond ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 għandhom jitqiesu li jikkonformaw mar-rekwiżiti għall-ekodisinn tal-miżura ta' implimentazzjoni applikabbli, dejjem jekk dawk ir-rekwiżiti jkunu ġew sodisfatti mill-ekotiketta.

4. Għal raġunijiet tal-preżunzjoni ta' konformità fil-kuntest ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni tista', billi taġixxi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 19(2), tiddeċiedi li ekotikketti oħrajn jissodisfaw il-kondizzjonijiet ekwivalenti għall-ekotikketta tal-Komunità skond ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000. Dawk l-EUPs ð il-prodotti ïli jkunu ġew mogħtija ekotikketti oħrajn bħal dawn għandhom jitqiesu bħala li jikkonformaw mar-rekwiżiti għall-ekodisinn tal-miżura ta' implimentazzjoni applikabbli, dejjem jekk dawk ir-rekwiżiti jkunu ġew sodisfatti mill-ekotikketta.

Artikolu 10

Standards Armonizzati

1. L-Istati Membri, għandhom, safejn ikun possibbli, jiżguraw li jittieħdu l-miżuri adegwati biex il-partijiet interessati jkunu jistgħu jiġu kkonsultati fuq livell nazzjonali dwar il-proċess ta' preparazzjoni u ta' spezzjoni ta' l-istandards armonizzati.

2. Meta Stat Membru jew il-Kummissjoni jqisu li l-istandards armonizzati li l-applikazzjoni tagħhom hija maħsuba li tissodisfa d-dispożizzjonijiet speċifiċi ta' miżura ta' implimentazzjoni applikabbli ma jkunux jissodisfaw bis-sħiħ dawk id-dispożizzjonijiet, l-Istat Membru konċernat jew il-Kummissjoni għandhom jinfurmaw lill-Kumitat Permanenti stabbilit taħt l-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/34/KE dwar dan, u jagħtu r-raġunijiet. Il-Kumitat għandu jagħti opinjoni urġentement.

3. Fid-dawl ta' l-opinjoni tal-Kumitat, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk għandhiex tippubblika jew le, jew li tippubblika b'restrizzjoni, li żżomm fis-seħħ jew tirtira r-referenzi għall-istandards armonizzati konċernati fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea .

4. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-korp Ewropew għall-istandardizzazzjoni u, jekk ikun hemm bżonn, toħroġ mandat ġdid bl-għan li jkun hemm reviżjoni ta' l-istandards armonizzati konċernati.

Artikolu 11

Rekwiżiti meħtieġa għall-komponenti u partijiet oħra għall-immuntar

Il-miżuri ta' implimentazzjoni jistgħu jeħtieġu lill-fabbrikanti jew lir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom li jqiegħdu komponenti u partijiet oħra għall-immuntar fis-suq u/jew li jħaddmuhom li dawn jipprovdu lill-fabbrikant ta' EUP ð prodott ïkopert mill-miżuri ta' implimentazzjoni b'informazzjoni relevanti dwar il-kompożizzjoni tal-materjal u l-konsum ta' l-enerġija, tal-materjali u/jew ta' riżorsi tal-komponenti jew partijiet oħra għall-immuntar.

Artikolu 12

Koperazzjoni amministrattiva u skambju ta' informazzjoni

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jittieħdu l-miżuri adegwati sabiex jinkoraġġixxu lill-awtoritajiet responsabbli sabiex jimplimentaw din id-Direttiva biex jikkoperaw bejniethom u jipprovdu lil xulxin u lill-Kummissjoni b'informazzjoni sabiex ikunu jistgħu jagħtu l-għajnuna tagħhom fit-tħaddim ta' din id-Direttiva u b'mod partikolari, jgħinu fl-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 7.

Il-koperazzjoni amministrattiva u l-iskambju ta' l-informazzjoni għandhom jieħdu kemm jista' jkun vantaġġ mill-mezzi ta' informazzjoni elettroniċi u jista' jkollhom l-appoġġ mill-programmi relevanti tal-Komunità.

L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar l-awtoritajiet responsabbli mill-applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

2. In-natura speċifika u l-istruttura ta' l-iskambju ta' l-informazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiġu deċiżi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 19(2).

3. Il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri adegwati sabiex tinkoraġġixxi u tikkontribwixxi għall-koperazzjoni bejn l-Istati Membri msemmija f'dan l-Artikolu.

Artikolu 13

Impriżi żgħar u ta' daqs medju

1. Fil-kuntest ta' programmi li minnhom jistgħu jibbenifikaw impriżi żgħar u ta' daqs medju u ditti żgħar ħafna, il-Kummissjoni għandha tieħu kont ta' inizjattivi li jintegraw aspetti ambjentali fosthom l-effiċjenza fl-enerġija meta jiddisinjaw il-prodotti tagħhom.

ê 2008/28 Art. 1 pt. 1

21a. Linjigwida li jkopru l-karatteristiċi speċifiċi ta’ SMEs attivi fil-qasam tal-prodott affettwat jistgħu jakkumpanjaw miżura ta’ implimentazzjoni. Jekk hemm il-ħtieġa, u b’konformità mal-paragrafu 1, jista’ jiġi prodott aktar materjal speċjalizzat mill-Kummissjoni biex jiffaċilita l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva mill-SMEs.

ê 2005/32

ð ġdid

32. L-Istati Membri għandhom jiżguraw, b'mod partikulari permezz tat-tisħiħ ta' netwerks u ta' strutturi ta' sostenn, li jinkoraġġixxu lil impriżi żgħar u ta' daqs medju u ditti żgħar ħafna biex jadottaw approċċ ambjentalment sod mill-istadju tad-disinn tal-prodott u jadattaw ruħhom għal-leġiżlazzjoni Ewropea futura.

Artikolu 14

Informazzjoni għall-Konsumatur

Bi qbil mal-miżura ta' implimentazzjoni applikabbli, il-fabbrikanti għandhom jiżguraw, fil-forma li jqisu xierqa, li l-konsumaturi ta' EUPs ð prodotti ïjkollhom:

- l-informazzjoni meħtieġa dwar ir-rwol li huma jista' jkollhom fl-użu sostenibbli tal-prodott;

- meta dan ikun meħtieġ mill-miżuri ta' implimentazzjoni, il-profil ekoloġiku tal-prodott u l-benefiċċji ta' l-ekodisinn.

Artikolu 15

Miżuri implimentattivi

ê 2008/28 Art. 1, pt. 2(a)

ð ġdid

1. Meta EuP ð prodott ïjissodisfa l-kriterji msemmija taħt il-paragrafu 2, huwa għandu jiġi kopert minn miżura ta’ implimentazzjoni jew b’ miżura ta’ awto-regolamentazzjoni skond il-paragrafu 3(b). Tali miżuri ta’ implimentazzjoni, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissuplimentawha, għandhom jiġu adottati bi qbil mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 19(3).

ê 2005/32

ð ġdid

2. Il-kriterji msemmija fil-paragrafu 1 huma kif ġej:

(a) l-EUP ð il-prodott ïgħandu jirrappreżenta volum sinifikanti ta' bejgħ u kummerċ b'mod indikattiv ta' aktar minn 200 000 unità f'sena fi ħdan il-Komunità skond il-figuri disponibbli l-aktar riċenti;

(b) meta jiġu kkunsidrati l-kwantitajiet imqiegħda fis-suq u/jew imħaddma, l-EUP ð il-prodott ïgħandu jkollu impatt sinifikanti fuq l-ambjent fi ħdan il-Komunità, hekk kif huwa speċifikat fil-prijoritajiet strateġiċi tal-Komunità stabbiliti fid-Deċiżjoni Nru 1600/2002/KE;

(ċ) L-EUP ð il-prodott ï għandu jirrappreżenta potenzjal sinifikanti għall-progress fir-rigward ta' l-impatt ambjentali mingħajr ma jġib miegħu spejjeż eċċessivi, billi jqis b'mod partikulari:

- in-nuqqas ta' leġiżlazzjoni relevanti oħra tal-Komunità jew il-falliment tal-forzi tas-suq biex jindirizzaw il-kwistjoni b'mod xieraq;

- id-differenzi estensivi fil-prestazzjoni ambjentali fost l-EUP ð il-prodotti ïdisponibbli fis-suq b'funzjonalità ekwivalenti.

3. Fil-preparazzjoni ta' l-abbozz ta' miżura ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra wkoll l-opinjonijiet li jkun esprima l-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 19(1) u tikkunsidra:

(a) il-prijoritajiet ambjentali tal-Komunità, bħal dawk imfassla fid-Deċiżjoni Nru 1600/2002/KE jew il-Programm Ewropew tal-Kummissjoni għall-Bidla fil-Klima (ECCP);

(b) leġiżlazzjoni Komunitarja u awto-regolamentazzjoni relevanti, bħal ftehimiet volontarji, li, wara evalwazzjoni bi qbil ma' l-Artikolu 17, huma mistennija jilħqu l-għanijiet politiċi iktar malajr jew bi spiża iżgħar mir-rekwiżiti mandatorji.

4. Fit-tħejjija ta' abbozz ta' miżura ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha:

(a) tikkunsidra ċ-ċiklu tal-ħajja ta' l-EUP ð tal-prodott ïu l-aspetti ambjentali sinifikanti kollha, fost l-oħrajn l-effiċjenza fl-enerġija. Id-dettall ta' l-analiżi ta' l-aspetti ambjentali u tal-fattibilità tat-titjib għandhom ikunu proporzjonati mas-sinifikat tagħhom. L-adozzjoni ta' rekwiżiti għall-ekodisinn dwar l-aspetti ambjentali sinifikattivi ta' EUP ð prodott ï ma għandhiex tkun ittardjata b'mod eċċessiv minħabba inċertezzi dwar aspetti oħrajn;

(b) twettaq stima, li tikkunsidra l-impatt ambjentali, fuq il-konsumaturi u fuq il-fabbrikanti, inklużi l-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju kif ukoll ditti żgħar ħafna fir-rigward tal-kompetittività, inkluż fis-swieq barra mill-Komunità, l-innovazzjoni, l-aċċess għas-suq, l-ispejjeż u l-benefiċċji;

(ċ) tikkonsidra il-leġiżlazzjoni nazzjonali eżistenti dwar l-ambjent li l-Istati Membri jqisu li hija relevanti;

(d) twettaq konsultazzjoni xierqa mal-partijiet konċernati;

(e) tħejji memorandum ta' spjegazzjoni dwar l-abbozz tal-miżura ta' implimentazzjoni bbażat fuq l-istima li għaliha ssir referenza fil-punt (b);

(f) tiffissa data(i) ta' implimentazzjoni, kull miżura jew perjodu f'diversi stadji, waqt li tikkunsidra b'mod partikolari l-impatti possibbli fuq l-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju kif ukoll ditti żgħar ħafna jew fuq gruppi ta' prodotti speċifiċi primarjament manifatturati minnhom stess.

5. Il-miżuri ta' implimentazzjoni għandhom jissodisfaw il-kriterji kollha li ġejjin:

(a) ma għandu jkun hemm ebda impatt negattiv sinifikanti fuq il-funzjonalità tal-prodott, mill-perspettiva ta' l-utent;

(b) is-saħħa, is-sigurtà u l-ambjent ma għandhomx jiġu affettwati b'mod negattiv;

(ċ) ma għandu jkun hemm ebda impatt negattiv fuq il-konsumaturi b'mod partikolari fir-rigward tal-prezz u l-ispejjeż matul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott;

(d) ma għandu jkun hemm ebda impatt negattiv fuq il-kompetittività ta' l-industrija;

(e) fil-prinċipju, l-iffissar ta' rekwiżit għall-ekodisinn ma għandux ikollu l-konsegwenza li tiġi imposta fuq il-fabbrikanti xi teknoloġija proprjetarja;

(f) ma għandux jitqiegħed piż amministrattiv żejjed fuq il-fabbrikanti.

6. Il-miżuri ta' implimentazzjoni għandhom jistabbilixxu r-rekwiżiti għall-ekodisinn skond l-Anness I u/jew l-Anness II.

Għandhom jiġu introdotti rekwiżiti għall-ekodisinn għal aspetti ambjentali magħżula li jkollhom impatt ambjentali sinifikanti.

Il-miżuri ta' implimentazzjoni jistgħu jipprevedu wkoll li ebda rekwiżit ta' l-ekodisinn ma jkun meħtieġ fir-rigward ta' ċerti parametri speċifiċi ta' l-ekodisinn li għalihom issir referenza fil-Parti I ta' l-Anness I.

7. Ir-rekwiżiti meħtieġa għandhom ikunu fformulati b'mod li jiggarantixxu li awtoritajiet għas-sorveljanza tas-suq jistgħu jivverifikaw il-konformità tal-EUP ð prodott ï mar-rekwiżiti tal-miżura ta' implimentazzjoni. Il-miżura ta' implimentazzjoni għandha tispeċifika jekk il-verifikazzjoni tistax tiġi ssir b'mod dirett fuq l-EUP ð il-prodott ïjew inkella fuq il-bażi tad-dokumentazzjoni teknika.

8. Il-miżuri implimentattivi għandhom jinkludu l-elementi mniżżla fl-Anness VII.

9. Studji u analiżi relevanti li jintużaw mill-Kummissjoni biex tipprepara l-miżuri implimentattivi għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku, filwaqt li titqies b'mod partikulari l-faċilità ta' l-aċċess u l-użu minn SMEs interessati.

ê 2008/28 Art. 1, pt. 2(b)

10. Fejn xieraq, miżura ta’ implimentazzjoni li tistabbilixxi rekwiżiti ta’ l-ekodisinn għandha tinkludi dispożizzjonijiet dwar l-ibbilanċjar tad-diversi aspetti ambjentali. Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 19(3).

ê 2005/32

Artikolu 16

Pjan ta' ħidma

1. Skond il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 15 u wara li jkun ġie kkonsultat il-Forum ta' Konsultazzjoni msemmi fl-Artikolu 18, il-Kummissjoni għandha sa mhux iktar tard mis-6 ta' Lulju 2007 biex tistabbilixxi pjan ta' ħidma li għandu jkun disponibbli għall-pubbliku.

Il-pjan ta' ħidma għandu jispeċifika, għat-tliet snin sussegwenti, lista indikattiva ta' gruppi ta' prodotti li għandhom jiġu kkunsidrati bħala prijoritajiet għall-adozzjoni tal-miżuri implimentattivi.

Il-pjan ta' ħidma għandu jiġi emendat kull tant żmien mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Forum Konsultattiv.

2. Madanakollu, matul il-perjodu transitorju, waqt li l-ewwel pjan ta' ħidma msemmi fil-paragrafu 1 ikun qiegħed jiġi stabbilit, skond il-kriterji mniżżla fl-Artikolu 15 u wara konsultazzjoni mal-Forum Konsultattiv, il-Kummissjoni għandha tintroduċi kif xieraq bil-quddiem:

- miżuri implimentattivi li jibdew b'dawk il-prodotti li ġew identifikati mill-ECCP bħala li joffru potenzjal għoli għal tnaqqis effettiv meta mqabbel man-nefqa fl-emissjonijiet ta' gassijiet serra, bħal tagħmir li jsaħħan u dak li jsaħħan l-ilma, sistemi ta' muturi ta' l-elettriku, dawl kemm fis-settur domestiku kif ukoll fis-settur terzjarju, appliances domestiċi, tagħmir ta' l-uffiċċju fis-settur domestiku kif ukoll fis-settur terzjarju, apparat elettroniku għall-konsumatur u sistemi ta' HVAC (tisħin ventilazzjoni u arja kkundizzjonata);

- miżura ta' implimentazzjoni separata li tnaqqas it-telf minn prodotti li jkunu stand-by fil-każ ta' grupp ta' prodotti.

ê 2008/28 Art. 1, pt. 3(b)

Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissuplimentawha, għandhom jiġu adottati bi qbil mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 19(3).

ê 2005/32

Artikolu 17

Awto-regolamentazzjoni

Ftehim voluntarji jew miżuri oħra ta' awto-regolamentazzjoni ppreżentati bħala alternattiva għall-miżuri ta' implimentazzjoni fil-kuntest ta' din id-Direttiva għandhom jiġu evalwati mill-inqas fuq il-bażi ta' l-Anness VIII.

Artikolu 18

Forum Konsultattiv

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li, fil-mod kif jitmexxew l-attivitajiet tagħha hi tosserva, f'dak li għandu x'jaqsam ma' kull miżura ta' implimentazzjoni, parteċipazzjoni bbilanċjata tar-rappreżentanti ta' l-Istati Membri u tal-partijiet kollha interessati li huma kkonċernati bil- prodott/grupp ta' prodotti in kwistjoni, bħall-industrija, inklużi SMEs u l-industrija tas-snajja, it-trade unions, il-kummerċjanti, il-bejjiegħa bl-imnut, l-importaturi, il-gruppi għall-protezzjoni ambjentali u l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur. Dawn il-partijiet għandhom jikkontribwixxu, b'mod partikulari, biex jiġu definiti u riveduti miżuri ta' implimentazzjoni, biex tiġi eżaminata l-effettività tal-mekkaniżmi stabbiliti li jissorveljaw is-suq, u biex jiġu valutati ftehim voluntarji u miżuri oħra ta' awto-regolamentazzjoni. Dawn il-partijiet għandhom jiltaqgħu fil-Forum Konsultattiv. Ir-regoli ta' proċedura tal-Forum għandhom ikunu stabbiliti mill-Kummissjoni.

Artikolu 19

Proċedura ta' Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn Kumitat.

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'referenza għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu stipulat fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.

ê 2008/28 Art. 4, pt. 1

3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, b'referenza għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

ê 2005/32 (adattat)

Artikolu 20

Penali

L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu Ö jistabbilixxu Õ dwar il-penali Ö ir-regoli Õ li japplikaw għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali skond din id-Direttiva Ö u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati Õ . Il-penali Ö stipulati Õ għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi, u għandhom iqisu l-grad ta' nuqqas ta' konformità u n-numru ta' unitajiet ta' prodotti li mhumiex konformi mqiegħda fis-suq tal-Komunità. Ö L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni mhux aktar tard mid-data speċifikata fl-Artikolu 23(1) u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien dwar kull emenda sussegwenti li taffettwahom. Õ

Artikolu 21

Emendi

1. Id-Direttiva 92/42/KEE hija b'dan emendata kif ġej:

1. L-Artikolu 6 għandu jiġi mħassar;

2. Jiżdied l-Artikolu li ġej:

‘Artikolu 10a

Din id-Direttiva tistabbilixxi miżura ta' implimentazzjoni fit-tifsira ta' l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 2005 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar tar-rekwiżiti għall-eko-disinn ta' prodotti li jużaw l-enerġija[42], f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-effiċenza fl-enerġija waqt l-użu, skond dik id-Direttiva, u tista tiġi emendata jew imħassra skond l-Artikolu 19 (2) tad-Direttiva 2005/32/KE.”»

3. It-taqsima 2 ta' l-Anness I, għandha tiġi mħassra.

4. L-Anness II għandu jitħassar.

2. Id-Direttiva 96/57/KE, għandha tiġi emendata kif ġej:

L-Artikolu li ġej għandu jiddaħħal:

‘Artikolu 9a

Din id-Direttiva tistabbilixxi miżura ta' implimentazzjoni fit-tifsira ta' l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 2005 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar tar-rekwiżiti għall-eko-disinn ta' prodotti li jużaw l-enerġija[43], f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-effiċenza fl-enerġija waqt l-użu, skond dik id-Direttiva, u tista tiġi emendata jew imħassra skond l-Artikolu 19 (2) tad-Direttiva 2005/32/KE.”»

3. Id-Direttiva 2000/55/KE, għandha tiġi emendata kif ġej:

L-Artikolu li ġej għandu jiddaħħal:

‘Artikolu 9a

Din id-Direttiva tistabbilixxi miżura ta' implimentazzjoni fit-tifsira ta' l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 2005 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar tar-rekwiżiti għall-eko-disinn ta' prodotti li jużaw l-enerġija[44], f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-effiċenza fl-enerġija waqt l-użu, skond dik id-Direttiva, u tista tiġi emendata jew imħassra skond l-Artikolu 19 (2) tad-Direttiva 2005/32/KE.”»

Artikolu 22

Tħassir

Id-Direttivi 78/170/KEE u 86/594/KEE huma mħassra. L-Istati Membri jistgħu jkomplu japplikaw miżuri nazzjonali eżistenti adottati skond id-Direttiva 86/594/KEE sakemm il-miżuri implimentattivi għall-prodotti kkonċernati jkunu adottati skond din id-Direttiva.

ê 2005/32

ð ġdid

Artikolu 2321

Ir-rivista

Mhux aktar tard mis-6 ta’ Lulju 2010 ð 2012 ï il-Kummissjoni għandha tikkunsidra mill-ġdid ð kemm hu xieraq it-twessigħ ta’ l-ambitu tad-Direttiva għal prodotti mhux relatati ma’ l-enerġija, ïl-effikaċja ta' din id-Direttiva u tal-miżuri implimentattivi tagħha, il-limitu tal-miżuri implimentattivi, il-mekkaniżmi ta' sorveljanza tas-suq u kwalunkwe awto-regolazzjoni relevanti stimulata, wara konsultazzjoni mal-Forum Konsultattiv msemmi fl-Artikolu 18, u kif ikun xieraq, għandha tippreżenta proposti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex temenda din id-Direttiva.

Artikolu 2422

Kunfidenzjalità

Rekwiżiti dwar l-għoti ta' informazzjoni, imsemmija fl-Artikolu 11 u fit-tieni parti ta' l-Anness I, mill-fabbrikant u/jew rappreżentant awtorizzat għandhom ikunu proporzjonati u jikkunsidraw il-kunfidenzjalità leġittima ta' l-informazzjoni kummerċjalment sensittiva.

Artikolu 25

Implimentazzjoni

1. L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seġġ il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva qabel il-11 ta' Awissu 2007.

Għandu minnufih jinformaw il-Kummissjoni.

Meta L-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu mehmuża minn referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodu ta' kif issir referenza bħal din għandha tiġi stabbilita mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

ò ġdid

Artikolu 23

Traspożizzjoni

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-konformità ma’ l-Artikoli […1 sa 9, 11, 14, 15 u 20 u l-Annessi …]I sa V, VII u VIII mhux aktar tard minn […[45]]. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u t-tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Huma għandhom ukoll jinkludu stqarrija li r-referenzi fil-liġijiet eżistenti, ir-regolamenti eżistenti, u dispożizzjonijiet amministrattivi eżistenti dwar dawn id-direttivi mħassra minn din id-Direttiva għandhom ikunu interpretati bħala referenzi għal din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-referenza u kif għandha tiġi abbozzata dik id-dikjarazzjoni.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 24

Revoka

Id-Direttiva 2005/32/KE, kif emendata mid-Direttiva mniżżla fl-Anness IX, il-Parti A, hi mħassra, mingħajr preġudizzju għall-obbligazzjonijiet ta' l-Istati Membri fir-rigward tal-limiti ta' ħin għal trasposizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi stabbiliti fl-Anness IX, il-Parti B.

Ir-riferenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftehmu bħala riferenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness X.

ê 2005/32

Artikolu 2625

Id-Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dik tal-pubblikazzjoni tagħha fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea .

Artikolu 2726

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi [...].

Għall-Parlament Ewropew

Il-President […]

Għall-Kunsill

Il-President […]

ê 2005/32

ð ġdid

ANNESS I

METODU BIEX JIġU STABBILITI REKWIżITI ġENERIċI GħALL-EKODISINN

(IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 15)

Rekwiżiti ġeneriċi għall-ekodisinn jimmiraw biex itejbu l-prestazzjoni ambjentali ta' l-EUPs ð prodotti ï, li jiffukaw fuq aspetti ambjentali sinifikanti tagħhom mingħajr ma jistabbilixxu valuri ta' limitu. Il-metodu skond dan l-Anness għandu jiġi applikat meta ma jkunx xieraq li jiġi stabbiliti valuri ta' limitu għall-grupp tal-prodotti li jkunu qed jiġu eżaminati. Il-Kummissjoni għandha tidentifika aspetti ambjentali sinifikanti matul il-preparazzjoni ta' l-abbozz tal-miżura ta' implimentazzjoni li għandha tkun preżentata lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 19 li għandha tkun speċifikata fil-miżura ta' implimentazzjoni.

Meta jkunu qed jiġu ppreparati l-miżuri implimentattivi li jistabbilixxu r-rekwiżiti ġeneriċi għall-ekodisinn skond l-Artikolu 15 il-Kummissjoni għandha tidentifika, kif inhu xieraq għall-EUP ð prodott ï kopert mill-miżura ta' implimentazzjoni, il-paramentri relevanti għall-ekodisinn fost dawk imniżżla fil-parti 1, ir-rekwiżiti għall-provvista ta' informazzjoni fost dawk li huma mniżżla fil-parti 2 u r-rekwiżiti għall-fabbrikant imniżżla fil-parti 3.

PARTI 1. PARAMETRI GħALL-EKODISINN EUPS ? TAL-PRODOTTI ⎪

1.1. Safejn għandhom x'jaqsmu mad-disinn tal-prodott, l-aspetti ambjentali sinifikanti huma identifikati b'referenza għall-fażijiet li ġejjin taċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott:

(a) l-għażla u l-użu tal-materja prima;

(b) il-manifaturra;

(ċ) l-imballaġġ, it-trasport u d-distribuzzjoni;

(d) l-installazzjoni u l-manutenzjoni;

(e) l-użu;

(f) it-tmiem tal-ħajja, jiġifieri l-istat ta' l-EUP ð prodott ïmeta jkun wasal fit-tmiem ta' l-ewwel użu tiegħu sakemm jintrema għall-aħħar darba.

1.2. Għal kull fażi, dawn l-aspetti ambjentali li ġejjin għandhom ikunu assessjati fejn ikun relevanti:

(a) il-konsum mistenni ta' materjali, enerġija u riżorsi oħra bħall-ilma frisk;

(b) l-emissjonijiet antiċipati fl-arja, fl-ilma jew fil-ħamrija;

(ċ) it-tniġġis antiċipat minħabba effetti fiżiċi bħal storbju, vibrazzjoni, radjazzjoni u oqsma elettromanjetiċi;

(d) il-produzzjoni mistennija ta' materjal ta' skart;

(e) il-possibiltajiet ta' użu mill-ġdid, riċiklaġġ u rkupru ta' materjali u/jew ta' enerġija, fid-dawl tad-Direttiva 2002/96/KE.

1.3. B'mod partikolari, se jintużaw dawn il-parametri li ġejjin, u jkunu miżjuda ma' oħrajn, fejn hu meħtieġ, biex ikun valutat il-potenzjal għal titjib fl-aspetti ambjentali msemmija fil-paragrafu preċedenti:

(a) il-piż u l-volum tal-prodott;

(b) l-użu ta' materjal li jirriżulta minn attivitajiet ta' riċiklaġġ;

(ċ) il-konsum ta' enerġija, ilma u riżorsi oħra tul iċ-ċiklu tal-ħajja;

(d) l-użu ta' sustanzi klassifikati bħala perikolużi għas-saħħa u/jew għall-ambjent skond id-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE tas-27 ta' Ġunju 1967 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikketjar ta' sustanzi perikolużi[46], u tenut kont tal-leġiżlazzjoni dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' sustanzi speċifiċi, bħad-Direttivi 76/769/KEE jew 2002/95/KE;

(e) il-kwantità u n-natura ta' oġġetti tal-konsum li huma meħtieġa għall-użu u l-manutenzjoni kif suppost;

(f) faċilità ta' użu mill-ġdid u riċiklaġġ kif espress minn: in-numru ta' materjali u komponenti wżati, l-użu ta' komponenti standard, iż-żmien meħtieġ għaż-żarmar, il-komplessità ta' għodod meħtieġa għaż-żarmar, l-użu ta' standards, kowds ta' komponenti u materjal għall-identifikazzjoni ta' komponenti u materjali tajbin għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ (li jinkludu mmarkar ta' partijiet tal-plastik skond l-istandards ta' l-ISO), l-użu ta' materjali li jistgħu jkunu riċiklati faċilment, aċċess faċli għall-komponenti jew materjali ta' valur jew oħrajn li jistgħu jkunu riċiklati; aċċess faċli għall-komponenti u materjali li jkun fihom sustanzi perikolużi;

(g) inkorporazzjoni ta' komponenti wżati;

(h) evitar ta' soluzzjonijiet tekniċi li huma ta' ħsara għall-użu mill-ġdid jew għar-riċiklaġġ ta' komponenti jew appliances sħaħ;

(i) estensjoni tat-tul tal-ħajja kif espress minn: l-inqas tul ta' ħajja ggarantita, l-inqas żmien għad-disponibiltà ta' spare parts, modularità, tibdil għall-aħjar, possibbiltà ta' tiswija;

(j) ammonti ta' skart iġġenerat u ammonti ta' skart perikoluż iġġenerat;

(k) emissjonijiet fl-arja (gassijiet serra, aġenti aċidifikanti, komposti organiċii li jevaporaw, sustanzi li jnaqqsu s-saff ta' l-ożonu, sustanzi organiċi persistenti li jniġġsu, metalli tqal) mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 97/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1997 dwar l-approsimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri fuq il-miżuri kontra l-emissjoni ta' tniġġis fil-forma gassuża u partikolati mill-magni tal-kombustjoni interna li għandhom ikunu mmuntati f'makkinarju ambulanti li mhux tat-triq[47];

(l) emissjonijiet fl-ilma (metalli tqal, sustanzi b'effett ħażin fuq il-bilanċ ta' ossiġnu, sustanzi organiċi persistenti li jniġġsu);

(m) emissjonijiet fil-ħamrija (speċjalment ħruġ aċċidentali u tixrid ta' sustanzi perikolużi waqt il-fażi ta' użu tal-prodotti, u l-potenzjal li jgħaddi minn ġol-ħarmija meta jintrema bħala skart).

PARTI 2. REKWIżITI DWAR L-GħOTI TA' INFORMAZZJONI

Il-miżuri implimentattivi jista' jkollhom bżonn ta' l-għoti ta' informazzjoni mill-fabbrikant li tista' tinfluwenza l-mod kif l-EUP ð il-prodott ï jiġi mmaniġġjat, użat u riċiklat minn partijiet minbarra l-fabbrikant. Din l-informazzjoni tista' tinkludi, fejn applikabbli:

- informazzjoni mid-disinnjatur f'dak li għandu x'jaqsam mal-proċess ta' manifattura;

- informazzjoni għall-konsumaturi dwar il-karatteristiċi ambjentali sinifikanti u l-prestazzjoni ta' prodott, li takkompanja l-prodott meta jitqiegħed fis-suq biex tħalli lill-konsumatur iqabbel dawn l-aspetti tal-prodotti;

- informazzjoni għall-konsumaturi dwar kif jinstallaw, jużaw u jagħmlu manutenzjoni tal-prodott sabiex inaqqsu l-impatt tiegħu fuq l-ambjent u jassiguraw li jibqa' tajjeb għal użu itwal, kif ukoll dwar kif jirritornaw il-prodott fit-tmiem tal-ħajja tiegħu, u fejn hu xieraq, informazzjoni dwar il-perjodu ta' disponibbiltà ta' spare parts u l-possibiltajiet li prodott jinbidel għall-aħjar;

- informazzjoni dwar il-faċilitajiet ta' trattament li jikkonċernaw iż-żarmar, ir-riċiklaġġ, jew ir-rimi fit-tmiem tal-ħajja tiegħu.

L-informazzjoni għandha tingħata fuq il-prodott innifsu fejn ikun possibbli.

Din l-informazzjoni se tikkunsidra l-obbligazzjonijiet skond leġiżlazzjoni Komunitarji oħra, bħad-Direttiva 2002/96/KE.

PARTI 3. REKWIżITI GħALL-FABBRIKANT

1. Meta jindirizzaw l-aspetti ambjentali identifikati fil-miżura ta' implimentazzjoni bħala li huma kapaċi li jiġu influwenzati b'mod sostanzjali mid-disinn tal-prodott, il-fabbrikanti tal-EUPs ð prodotti ï ikunu meħtieġa jagħmlu stima tal-mudell ta' l-EUP ð tal-prodotti ïmatul iċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu, abbażi ta' ipoteżi realistika dwar il-kundizzjonijiet normali u l-finijiet ta' l-użu. Aspetti ambjentali oħra jistgħu jiġu valutati fuq bażi volontarja.

Fuq il-bażi ta' l-istima l-fabbrikanti jistabbilixxu l-profil ekoloġiku ta' l-EUP ð tal-prodotti ï. Dan ikun ibbażat fuq il-karatteristiċi tal-prodott li huma relevanti għall-ambjent u l-inputs/outputs matul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott espressa fi kwantitajiet fiżiċi li jistgħu jitkejlu.

2. Il-fabbrikant jagħmel użu minn din l-istima biex jevalwa s-soluzzjonijiet ta' disinni alternattivi u l-prestazzjoni ambjentali miksuba tal-prodott mal-punti ta' referenza.

Il-punti ta' referenza jiġu identifikati mill-Kummissjoni fil-miżura ta' implimentazzjoni abbażi l-informazzjoni li tkun inġabret fil-preparazzjoni tal-miżura.

L-għażla ta' soluzzjoni speċifika ta' disinn tikseb bilanċ raġonevoli bejn id-diversi aspetti ambjentali u bejn aspetti ambjentali u konsiderazzjonijiet relevanti oħra, bħas-sigurtà u s-saħħa, rekwiżiti tekniċi għall-funzjonalità, il-kwalità, u l-prestazzjoni, u aspetti ekonomiċi, li jinkudu l-ispejjeż tal-manifattura u tal-possibiltà li l-prodott jitqiegħed fis-suq, filwaqt li tikkonforma mal-leġiżlazzjoni relevanti kollha.

____________________

ê 2005/32

ð ġdid

ANNESS II

METODU BIEX JIġU STABBILITI REKWIżITI SPEċIFIċI GħALL-EKODISINN

(IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 15)

Rekwiżiti speċifiċi għall-ekodisinn għandhom l-għan li jtejbu aspett ambjentali speċifiku tal-prodott. Jistgħu jieħdu l-forma ta' rekwiżiti għall-konsum imnaqqas ta' ċertu riżors, bħal-limitu fuq l-użu ta' dan ir-riżors fid-diversi stadji taċ-ċiklu tal-ħajja ta' EUP ð prodott ï, kif ikun xieraq (bħal limitu fuq il-konsum ta' l-ilma fil-fażi ta' l-użu jew fuq il-kwantitajiet ta' ċertu materjal inkorporat fil-prodott jew rekwiżit ta' kwantitajiet minimi ta' materjal riċiklat).

Meta jkunu qed jiġu preparati l-miżuri implimentattivi li jistabbilixxu rekwiżiti speċifiċi għall-ekodisinn skond l-Artikolu 15, il-Kummissjoni tidentifika, kif inhu xieraq għall-EUP ð prodott ï kopert mill-miżura ta' implimentazzjoni, il-parametri relevanti għall-ekodisinn fost dawk li huma msemmija fil-Parti I ta' l-Anness I, u tistabbilixxi l-livelli ta' dawk ir-rekwiżiti skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 19(2) kif ġej:

1. Analiżi teknika, ambjentali u ekonomika tagħżel numru ta' mudelli rappreżentattivi ta' l-EUP ð tal-prodott ïin kwistjoni fis-suq u tidentifika l-possibbiltajiet tekniċi biex tiġi mtejba l-prestazzjoni ambjentali tal-prodott, filwaqt li l-vijabbiltà ekonomika tal-possibbiltajiet tkompli tkun ikkunsidrata u kwalunkwe telf sinifikanti fil-prestazzjoni jew fl-utilità għall-konsumaturi jkun evitat.

L-analiżi teknika, ambjentali u ekonomika għandha tidentifika wkoll, għall-aspetti ambjentali li qed jiġu kkunsidrati, il-prodotti li jagħtu l-aħjar prestazzjoni u t-teknoloġija disponibbli fis-suq.

Il-prestazzjoni ta' prodotti disponibbli fis-swieq internazzjonali u “benchmarks” stabbiliti taħt leġiżlazzjoni ta' pajjiżi oħra għandhom jitqiesu matul l-analiżi kif ukoll meta jkunu qed jiġu stabbiliti r-rekwiżiti.

Abbażi ta' din l-analiżi u meta titqies il-fattibilità ekonomika u teknika kif ukoll il-potenzjal għal titjib, għandhom jittieħdu miżuri konkreti b'attenzjoni biex jitnaqqas l-impatt ambjentali tal-prodott.

F'dak li għandu x'jaqsam mal-konsum ta' l-enerġija fl-użu, il-livell ta' effiċjenza fl-enerġija jew konsum jiġu stabbiliti billi l-mira tkun fuq il-prezz minimu taċ-ċiklu tal-ħajja għal dawk li jużawh l-aħħar għall-mudelli rappreżentattivi ta' l-EUP ð tal-prodott ï, filwaqt li jitqiesu l-konsegwenzi fuq aspetti ambjentali oħra. Il-metodu ta' l-analiżi ta' l-ispejjeż taċ-ċiklu tal-ħajja juża rata ta' skont reali abbażi tad-dejta mogħtija mill-Bank Ċentrali Ewropew u tul ta' ħajja realistika għall-EUP ð prodott ï; huwa bbażat fuq is-somma tal-varjazzjonijiet fil-prezz tax-xiri (li jirriżulta mill-varjazzjoni fl-ispejjeż industrijali) u fl-ispejjeż ta' l-operat, li jirriżultaw mil-livelli differenti ta' possibbiltajiet ta' titjib tekniku, imnaqqsa matul it-tul ta' żmien tal-mudelli rappreżentattivi ta' l-EUP ð tal-prodott ï li qed jiġu kkunsidrati. L-ispejjeż ta' l-operat ikopru primarjament il-konsum ta' l-enerġija u spejjeż addizzjonali f'riżorsi oħra (bħall-ilma jew prodott tal-ħasil).

Analiżi ta' sensittività li tkopri l-fatturi relevanti (bħall-prezz ta' l-enerġija jew riżors ieħor, il-prezz tal-materja prima jew tal-produzzjoni, rati ta' skont) u, fejn hu xieraq, spejjeż ambjentali esterni, inklużi l-emissjonijiet ta' gassijiet serra li jkunu ġew evitati, issir biex jiġi kkontrollat jekk ikunx hemm tibdil sinifikanti u jekk il-konklużjonijiet totali humiex affidabbli. Ir-rekwiżit jiġi adattat skond dan.

Metodoloġija simili tista' tkun applikata għal riżorsi oħra bħall-ilma.

2. Għall-iżvilupp ta' analiżi teknika, ambjentali u ekonomika, informazzjoni disponibbli fil-qafas ta' attivitajiet oħra tal-Kommunità tista' tintuża.

L-istess japplika għall-informazzjoni disponibbli minn programmi eżistenti applikati f'partijiet oħra tad-dinja biex jiġi stabbilit ir-rekwiżit speċifiku għall-ekodisinn ta' l-EUPs ð tal-prodotti ï ikkumerċjat mas-sieħba ekonomiċi ta' l-UE.

3. Id-data tad-dħul fis-seħħ tar-rekwiżit tikkunsidra ċ-ċiklu ta' disinn mill-ġdid tal-prodott.

____________________

ê 2005/32

ð ġdid

ANNESS III

IL-MARKA CE

(IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 5(2))

[pic]

Il-marka CE għandha tkun għolja mill-inqas 5 mm. Jekk il-marka CE tkun imċekkna jew imkabbra l-proporzjonijiet li ngħataw fid-disinn iggradat ta' hawn fuq għandhom jiġu rispettati.

Il-marka CE għandha titwaħħal ma' l-EUP ð mal-prodott ï. Fejn dan ma jkunx possibbli, għandha titwaħħal ma' l-imballaġġ u mad-dokumenti li jkunu miegħu.

____________________

ê 2005/32

ð ġdid

ANNESS IV

KONTROLL INTERN TAD-DISINN

(IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 8)

1. Dan l-Anness jiddeskrivi l-proċedura li biha l-fabbrikant jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu li jwettaq l-obbligazzjonijiet imniżżla fit-taqsima 2 ta' dan l-Anness jiggarantixxi u jiddikjara li l-EUP ð l-prodott ï jissodisfa r-rekwiżiti relevanti tal-miżura ta' implimentazzjoni applikabbli. Id-dikjarazzjoni ta' konformità tista' tkopri prodott wieħed jew aktar u għandha tinżamm mill-fabbrikant.

2. Fajl ta' dokumentazzjoni teknika li jagħmel possibli stima ta' konformità ta' l-EUP ð tal-prodott ïbir-rekwiżiti tal-miżura ta' implimentazzjoni applikabbli jimtela mill-fabbrikant.

Id-dokumentazzjoni tispeċifika, b'mod partikolari:

(a) id-deskrizzjoni ġenerali ta' l-EUP ð tal-prodott ïu ta' l-użu maħsub tiegħu;

(b) ir-riżultati ta' studji ta' stima ambjentali rilevanti li jkunu saru mill-fabbrikant, u/jew ir-referenzi għal-letteratura ta' stima ambjentali jew studji tal-każijiet li ntużaw mill-fabbrikant għall-valutazzjoni, id-dokumentazzjoni u d-deċiżjoni dwar is-soluzzjonijiet tad-disinn tal-prodott;

(ċ) il-profil ekoloġiku, jekk hu meħtieġ mill-miżura ta' implimentazzjoni;;

(d) elementi ta' l-ispeċifikazzjoni tad-disinn tal-prodott li għandhom x'jaqsmu ma' l-aspetti ambjentali tad-disinn tal-prodott;

(e) lista ta' standards adattati msemmija fl-Artikolu 10, li jkunu ġew applikati kollha jew parzjalment, u deskrizzjoni tas-soluzzjonijiet adottati biex jintlaħqu r-rekwiżiti tal-miżura ta' implimentazzjoni applikabbli fejn l-istandards imsemmija fl-Artikolu 10 ma kienux applikati jew fejn dawn l-istandards ma jkoprux b'mod totali r-rekwiżiti tal-miżura ta' implimentazzjoni applikabbli;

(f) kopja ta' l-informazzjoni li tikkonċerna l-aspetti ambjentali tad-disinn tal-prodott provduta skond ir-rekwiżiti speċifikati fit-tieni parti ta' l-Anness I;

(g) ir-riżultati tal-kejl li sar tar-rekwiżiti ta' l-ekodisinn, inklużi dettalji tal-konformità tal-qisien kif huma mqabbla mar-rekwiżiti għall-ekodisinn stabbiliti mill-miżura ta' implimentazzjoni applikabbli.

3. Il-fabbrikant għandu jieħu l-qisien kollha meħtieġa biex jiżgura li l-prodott ikun manifatturat bi qbil ma' l-ispeċifikazzjonijiet tad-disinn imsemmija fis-taqsima 2 u mar-rekwiżiti tal-miżura li japplikaw għalih.

____________________

ê 2005/32

ð ġdid

ANNESS V

SISTEMA TA' ĠESTJONI TA' L-ISTIMA TA' KONFORMITÀ

(IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 8)

1. Dan l-Anness jiddeskrivi l-proċedura li biha l-fabbrikant li jissodisfa l-obbligi tat-taqsima 2 ta' dan l-Anness jiggarantixxi u jiddikjara li l-EUP ð l-prodott ïjissodisfa r-rekwiżiti tal-miżura ta' implimentazzjoni applikabbli. Id-dikjarazzjoni ta' konformità tista' tkopri prodott wieħed jew aktar u għandha tinżamm mill-fabbrikant.

2. Sistema ta' ġestjoni tista' tintuża għall-istima ta' konformità ta' l-EUP ð ta’ prodott ï bil-kundizzjoni li l-fabbrikant jimplimenta l-elementi ambjentali speċifikati fit-taqsima 3 ta' dan l-Anness.

3. Elementi ambjentali tas-sistema ta' ġestjoni

Din it-taqsima tispeċifika l-elementi u l-proċeduri li bihom il-fabbrikant ikun jista' juri li l-EUP ð l-prodott ïjikkonforma mar-rekwiżiti tal-miżura ta' implimentazzjoni applikabbli.

3.1. Il-Politika tal-Prestazzjoni Ambjentali tal-Prodott

Il-fabbrikant għandu jkun jista' juri l-konformità mar-rekwiżiti tal-miżura ta' implimentazzjoni applikabbli. Għandu wkoll ikun jista' jipprovdi qafas biex ikunu jistgħu jsiru jew jiġu riveduti oġġettivi u indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali tal-prodott sabiex il-prestazzjoni ambjentali totali tal-prodott tkun tista' titjieb.

Il-miżuri kollha li jkunu adottati mill-fabbrikant biex itejbu l-wirja ambjentali ġenerali u jwaqqfu profil ekoloġiku ta' l-EUP ð ta’ prodott ï, jekk ikun meħtieġ mill-miżura ta' implimentazzjoni, mid-disinn u l-manifattura, iridu jiġu dokumentati b'mod sistematiku u ordnat fil-forma ta' proċeduri u struzzjonijiet bil-miktub.

Dawn il-proċeduri u struzzjonijiet jrid ikollhom, b'mod partikulari, deskrizzjoni adegwata ta':

- il-lista tad-dokumenti li għandha tkun ippreparata biex turi l-konformità ta' l-EUP ð tal-prodott ï, u jekk ikun relevanti, li għandhom ikunu disponibbli;

- l-oġġettivi u l-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali tal-prodott u l-istruttura ta' l-organizzazzjoni, ir-responsabbiltajiet, is-setgħat ta' l-amministraturi u l-allokazzjoni tar-riżorsi f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-implimentazzjoni u l-manutenzjoni tagħhom;

- il-kontrolli u t-testijiet li se isiru wara l-manifattura biex jivverifikaw il-prestazzjoni tal-prodott kontra l-indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali;

- proċeduri biex jikkontrollaw id-dokumentazzjoni meħtieġa u biex jiżguraw li din tinżamm aġġornata;

- il-metodu biex jivverifika l-implimentazzjoni u l-effiċjenza ta' l-elementi ambjentali tas-sistema ta' ġestjoni.

3.2. Planning

Il-fabbrikant jistabbilixxi u jżomm

(a) il-proċeduri għall-istabbiliment tal-profil ekoloġiku tal-prodott;

(b) oġġettivi u indikaturi tal-prestazzjoni ambjentali tal-prodott, li jikkunsidraw il-possibiltajiet teknoloġiċi u jqisu r-rekwiżiti tekniċi u ekonomiċi;

(ċ) programm biex jintlaħqu dawn l-għanijiet.

3.3. Implimentazzjoni u Dokumentazzjoni

3.3.1. Id-dokumentazzjoni li tikkonċerna s-sistema ta' ġestjoni għandha tkopri dan li ġej b'mod partikolari:

(a) ir-responsabbiltajiet u l-awtoritajiet ikunu definiti u dokumentati sabiex jiżguraw prestazzjoni ambjentali tal-prodott effettiva u jsir rapport dwar l-operat tiegħu għall-analiżi u t-titjib;

(b) id-dokumenti jkunu stabbiliti u jindikaw il-kontroll tad-disinn u l-mezzi tekniċi għall-verifika implimentati u l-proċessi u l-miżuri sistematiċi li ġew użati meta l-prodott kien qed jiġi ddisinjat;

(ċ) il-fabbrikant jistabbilixxi u jżomm aġġornata informazzjoni li tiddeskrivi l-elementi ambjentali ċentrali tas-sistema ta' ġestjoni u l-proċeduri għall-kontroll tad-dokumenti kollha meħtieġa.

3.3.2. Id-dokumentazzjoni li tikkonċerna l-EUP ð prodott ï se tispeċifika, b'mod partikolari:

(a) id-deskrizzjoni ġenerali ta' l-EUP ð tal-prodott ïu ta' l-użu maħsub tiegħu;

(b) ir-riżultati ta' studji ta' stima ambjentali rilevanti li jkunu saru mill-fabbrikant, u/jew ir-referenzi għal-letteratura ta' stima ambjentali jew studji tal-każijiet li ntużaw mill-fabbrikant għall-valutazzjoni, id-dokumentazzjoni u d-deċiżjoni dwar is-soluzzjonijiet tad-disinn tal-prodott;

(ċ) il-profil ekoloġiku, jekk hu meħtieġ mill-miżura ta' implimentazzjoni;;

(d) dokumenti li jiddeskrivu r-riżultati tal-kejl li sar tar-rekwiżiti ta' l-ekodisinn inklużi dettalji tal-konformità tal-qisien kif huma mqabbla mar-rekwiżiti għall-ekodisinn stabbiliti mill-miżura ta' implimentazzjoni applikabbli.;

(e) il-fabbrikant jistabbilixxi speċifikazzjonijiet li jindikaw, b'mod partikulari, liema standards ikunu ġew applikati; fejn l-istandards imsemmija fl-Artikolu 10 mhumiex applikati jew fejn ma jkoprux b'mod totali r-rekwiżiti tal-miżura ta' implimentazzjoni relevanti, il-metodi li ġew użati biex il-konformità tkun żgurata;

(f) kopja ta' l-informazzjoni li tikkonċerna l-aspetti ambjentali tal-prodott li hija provduta skond ir-rekwiżiti speċifikati fit-tieni parti ta' l-Anness I.

3.4. Kontrolli u azzjoni korrettiva

(a) il-fabbrikant irid jieħu l-miżuri meħtieġa kollha biex jiżgura li l-EUP ð prodott ï jkun manifatturat b'konformità ma' l-ispeċifikazzjonijiet tad-disinn u mar-rekwiżiti tal-miżura ta' implimentazzjoni li japplikaw għalih;

(b) il-fabbrikant jistabbilixxi u jżomm aġġornati l-proċeduri biex in-nuqqas ta' konformità tkun investigata u tingħata risposta, u jimplimenta tibdil fil-proċeduri dokumentati li jirriżultaw minn azzjoni korrettiva;

(ċ) mill-inqas kull tliet snin il-fabbrikant jagħmel verifika interna sħiħa tas-sistema ta' ġestjoni f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-elementi ambjentali tagħha.

____________________

ê 2005/32

ANNESS VI

DIKJARAZZJONI TA' KONFORMITÀ

(IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 5(3))

Id-dikjarazzjoni ta' konformità KE għandu jkun fiha dawn l-elementi li ġejjin:

1. l-isem u l-indirizz tal-fabbrikant jew tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu;

2. deskrizzjoni tal-mudell biżżejjed għall-identifikazzjoni mhux ambigwa;

3. fejn ikun xieraq, ir-referenzi ta' l-istandards armonizzati applikati;

4. fejn ikun xieraq, l-istandards u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi oħra użati,

5. fejn hu xieraq, referenza għal-leġiżlazzjoni oħra tal-Kommunità li tipprovdi għat-twaħħil tal-marka CE applikata;

6. identifikazzjoni u firma tal-persuna awtorizzata li torbot lill-fabbrikant jew lir-rappreżentant awtorizzat tiegħu.

____________________

ê 2005/32

ð ġdid

ANNESS VII

KONTENUT TAL-MIżURI IMPLIMENTATTIVI

(IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 15(8))

Il-miżura ta' implimentazzjoni tispeċifika, b'mod partikolari:

1. it-tifsira eżatta tat-tip(i) ta' l-EUP(s) ð tal-prodott(i) ïkoperti;

2. ir-rekwiżiti għall-ekodisinn għall-EUP(s) ð prodott(i) ï kopert(i), id-data(i) ta' implimentazzjoni, il-miżuri jew perjodi f'diversi stadji jew transitorji;

- fil-każ ta' rekwiżiti ġeneriċi għall-ekodisinn, il-fażijiet u l-aspetti relevanti magħżula fost dawk imsemmija fit-taqsima 1.1 u 1.2 ta' l-Anness I, akkompanjati minn eżempji ta' parametri magħżula minn dawk imsemmija fit-taqsima 1.3 ta' l-Anness I, bħala gwida waqt il-valutazzjoni tat-titjib f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-aspetti ambjentali identifikati;

- fil-każ ta' rekwiżiti speċifiċi għall-ekodisinn, il-livell(i) tiegħu (tagħhom);

3. il-parametri għall-ekodisinn msemmija fl-ewwel parti ta' l-Anness I li fir-rigward tagħhom ebda rekwiżit għall-ekodisinn ma hu meħtieġa

4. ir-rekwiżiti dwar l-istallazzjoni ta' l-EUP ð tal-prodott ï fejn għandu relevanza diretta mal-prestazzjoni ambjentali kkunsidrata ta' l-EUP ð tal-prodott ï;

5. l-istandards ta' kejl u/jew metodi ta' kejl li għandhom jintużaw; meta jkunu disponibbli, jintużaw l-istandards armonizzati li n-numri ta' referenza tagħhom kienu ppubblikati fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea ;

6. id-dettalji ta' l-istima ta' konformità skond id-Deċiżjoni 93/465/KEE

- fejn il-modulu(i) li għandu (għandhom) jiġu applikati huwa (huma) differenti mill- Modulu A; il-fatturi li jwasslu għall-għażla ta' dik il-proċedura speċifika;

- fejn hu relevanti l-kriterji għall-approvazzjoni u/jew iċ-ċertifikazzjoni ta' partijiet terzi.

fejn moduli differenti jkunu stabbiliti f'rekwiżiti oħra CE għall-istess EUP ð prodott ï, il-modulu definit fil-miżura ta' implimentazzjoni jirbaħ fuq ir-rekwiżit in kwistjoni;

7. rekwiżiti dwar informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-fabbrikanti l-iżjed dwar l-elementi tad-dokumentazzjoni teknika li huma meħtieġa biex tiġi ffaċilitata l-valutazzjoni tal-konformità ta' l-EUP ð tal-prodott ïmal-miżura ta' implimentazzjoni;

8. it-tul tal-perjodu transitorju li matulu l-Istati Membri għandhom iħallu li jitqiegħdu fis-suq u/jew li jitħaddmu l-EUPs ð prodotti ï li jikkonformaw mar-regolamenti fis-seħħ fit-teritorju tagħhom fid-data ta' l-adozzjoni tal-miżura ta' implimentazzjoni;

9. id-data għall-valutazzjoni u r-reviżjoni possibbli tal-miżura ta' implimentazzjoni, filwaqt li titqies il-ħeffa tal-progress teknoloġiku.

____________________

ê 2005/32

ð ġdid

ANNESS VIII

Flimkien mar-rekwiżit legali bażiku li inizjattivi awto-regolatorji għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet kollha tat-Trattat (b'mod partikulari s-suq intern u r-regoli ta' kompetizzjoni), kif ukoll ma' impenji internazzjonali tal-Komunità, inklużi regoli multilaterali ta' kummerċ, il-lista li ġejja li mhix eżawrenti ta' kriterji indikattivi tista' tintuża biex tiġi valutata l-ammissibbiltà ta' inizjattivi awto-regolatorji bħala alternattiva għall-miżura ta' implimentazzjoni fil-kuntest ta' din id-Direttiva.

1. PARTEċIPAZZJONI MIFTUħA

Inizjattivi awto-regolatorji għandhom ikunu miftuħin għall-parteċipazzjoni ta' operaturi ta' pajjiżi terzi, kemm fil-fażi preparatorja kif ukoll fil-fażi ta' l-implimentazzjoni.

2. VALUR MIżJUD

Inizjattivi awto-regolatorji għandhom jagħtu valur miżjud (iżjed minn “negozju bħas-soltu”) fis-sens tal-prestazzjoni ambjentali totali mtejba ta' l-EUP ð tal-prodott ï kopert.

3. IR-RAPPREżENTATTIVITÀ

L-industrija u l-assoċjazzjonijiet tagħhom li jkunu qed jieħdu sehem f'azzjoni awto-regolatorja għandhom jirrappreżentaw il-maġġoranza l-kbira tas-settur ekonomiku relevanti, bl-inqas eċċezzjonijiet possibbli. Għandha ssir attenzjoni sabiex tkun żgurata l-osservanza tar-regoli tal-kompetizzjoni.

4. GħANIJIET KWANTIFIKATI U MQASSMIN FI STADJI

L-għanijiet definiti mill-partijiet ikkonċernati għandhom jinkitbu b'termini ċari u mhux ambigwi, u jibdew minn linja bażi definita tajjeb. Jekk l-inizjattiva awto-regolatorja tkopri firxa twila ta' żmien, għandhom jiġu inklużi miri temporanji. Irid ikun possibbli li jsir monitoraġġ tal-konformità ma' l-għanijiet u mal-miri (temporanji) b'mod li jkun jiflaħ l-ispiża u kredibbli bl-użu ta' indikaturi ċari u ta' min joqgħod fuqhom. Informazzjoni ta' riċerka u dejta xjentifika u teknoloġika għandhom iħaffu l-iżvilupp ta' dawn l-indikaturi.

5. L-INVOLVIMENT TAS-SOĊJETÀ ĊIVILI

Bil-għan li tiġi żgurata t-trasparenza, inizjattivi awto-regolatorji għandhom jiġu ppubblikati, anke bl-użu ta' l-internet u mezzi elettroniċi oħra sabiex tinxtered l-informazzjoni.

L-istess għandu japplika għar-rapporti temporanji u finali ta' monitoraġġ. Il-partijiet ikkonċernati, inklużi l-Istati Membri, l-industrija, għaqdiet ambjentali mhux governattivi u assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi għandhom jiġu mistiedna biex jikkummentaw dwar xi inizjattiva awto-regolatorja.

6. MONITORAġġ U RAPPURTAR

Inizjattivi awto-regolatorji għandu jkollhom sistema tajba ta' monitoraġġ b'responsabbiltajiet identifikati b'mod ċar għall-industrija u għall-ispetturi indipendenti. Is-servizzi tal-Kummissjoni, fi sħubija mal-partijiet ikkonċernati fl-inizjattiva awto-regolatorja, għandhom jiġu mistiedna biex jimmonitorjaw is-suċċess ta' l-objettivi.

Il-pjan ta' monitoraġġ u r-rappurtar għandu jkun dettaljat, trasparenti u oġġettiv. Għandu jibqa' f'id is-servizzi tal-Kummissjoni, megħjuna mill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 19(1), li għandhom iqisu jekk intlaħqux l-objettivi tal-ftehim volontarju jew ta' miżuri awto-regolatorji oħra.

7. L-EFFETTIVITÀ FL-INFIQ FL-AMMINISTRAZZJONI TA' INIZJATTIVA AWTO-REGOLATORJA

L-ispiża li tamministra inizjattiva awto-regolatorja, b'mod partikulari rigward il- monitoraġġ, ma għandhiex twassal għal piż amministrattiv disproporzjonat, meta mqabbel ma' l-objettivi tagħhom u ma' strumenti ta' politika disponibbli oħrajn.

8. IS-SOSTENIBBILTÀ

Inizjattivi awto-regolatorji għandhom iwieġbu għall-objettivi tal-politika ta' din id-Direttiva, inkluż l-approċċ integrat u għandhom ikunu konsistenti mad-dimensjonijiet ekonomiċi u soċjali ta' l-iżvilupp sostenibbli. Il-protezzjoni ta' l-interessi tal-konsumaturi (saħħa, kwalità tal-ħajja u interessi ekonomiċi) għandha tiġi integrata.

9. IL-KOMPATIBBILTÀ TA’ L-INċENTIVI

Inizjattivi awto-regolatorji x'aktarx ma jagħtux ir-riżultati mistennija jekk fatturi u inċentivi oħra - pressjoni tas-suq, taxxi u leġiżlazzjoni fuq livell nazzjonali - jibagħtu sinjali kontradittorji lill-parteċipanti li ħadu dan l-impenn. Il-konsistenza fil-politika hija essenzjali f'dan ir-rigward u għandha titqies.

____________________

é

ANNESS IX

PARTI A

Direttiva mħassra flimkien ma’ lista ta' l-emendi suċċessivi tiegħu (Imsemmija fl-Artikolu 24)

Id-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Settembru 2005 (ĠU L 191, tad-22.7.2002, p. 29) |

Id-Direttiva 2008/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 81, 20.3.2008, p. 48). | l-Artikolu 1 biss |

PARTI B

Lista ta' limiti tal-ħin għal trasposizzjoni fil-liġi nazzjonali (Imsemmija fl-Artikolu 24)

Id-Direttiva | L-iskadenza għat-traspożizzjoni |

2005/32/KE | 11 ta' Awissu 2007 |

2008/28/KE | - |

_____________

ANNESS X

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Id-Direttiva 2005/32/KE | Din id-Direttiva |

L-Artikoli 1 sa 20 | L-Artikoli 1 sa 20 |

Artikolu 21 | __________ |

Artikolu 22 | __________ |

Artikolu 23 | Artikolu 21 |

Artikolu 24 | Artikolu 22 |

Artikolu 25 | __________ |

__________ | Artikolu 23 |

__________ | Artikolu 24 |

Artikolu 26 | Artikolu 25 |

Artikolu 27 | Artikolu 26 |

L-Annessi I sa VIII | L-Annessi I sa VIII |

__________ | L-Anness IX |

__________ | L-Anness X |

_______________

[1] (ĠU L 191, 22.7.2005, p. 29).

[2] Id-Direttiva 2008/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 li temenda d-Direttiva 2005/32/KE li tistabbilixxi qafas għall-iffissar tar-rekwiżiti għall-ekodisinn ta’ prodotti li jużaw l-enerġija, kif ukoll id-Direttiva tal-Kunsill 92/42/KEE u d-Direttivi 96/57/KE u 2000/55/KE, rigward tal-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni ( ĠU L 81, 20.3.2008, p. 48 ).

[3] COM(2006) 545 finali tad-19 ta' Ottubru 2006.

[4] Id-Direttiva tal-Kunsill 92/75/KEE tat-22 ta’ Settembru 1992 dwar l-indikazzjoni permezz ta’ ttikkettjar u l-informazzjoni standard tal-prodott dwar il-konsum ta’ l-enerġija u riżorsi oħra skond l-apparat tad-dar (ĠU L 297, 13.10.1992, p. 16). Id-Direttiva kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

[5] Ir-Regolament (KE) Nru 106/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2008 dwar programm Komunitarju ta' tikkettar dwar l-effiċjenza enerġetika tat-tagħmir ta' l-uffiċċju, (ĠU L 39, 15.1.2008, p. 1).

[6] Ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Lulju 2000 dwar skema riveduta ta' l-għoti ta' l-ekotikketta Komunitarja (ĠU L 237, 21.9.2000, p. 1).

[7] COM(2008) 30 finali.

[8] Id-Direttiva 2006/121/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettar ta' sustanzi perikolużi biex tadattaha għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH) u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ĠU L 396 tat-30 ta’ Diċembru 2006).

[9] Id-Direttiva 2002/95/EC tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Jannar 2003 dwar ir-restrizzjoni ta’ l-użu ta’ ċerti sustanzi ta’ riskju fit-tagħmir elettriku u elettroniku(ĠU L 37, 13.2.2003, p. 24).

[10] Id-Direttiva tal-Kunsill 76/769*KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar restrizzjonijiet fuq il-marketing u l-użu ta’ ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi, (ĠU L 262, 27.9.1976, p. 201).

[11] Is-Sitt Programm Komunitarju ta' Azzjoni Komunitarja, stabbilit mid-Deċiżjoni Nru 1600/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Lulju 2002 (ĠU L 242, 10.9.2002, p. 1).

[12] Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew – Politika Integrata għall-Prodotti – Nibnu fuq il-Filosofija taċ-Ċiklu tal-Ħajja Ambjentali, (IPP) (COM(2003) 302 finali).

[13] Ir-regoli rilevanti dwar ir-riformulazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja japplikaw, jiġifieri l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta’ Novembru 2001 dwar użu aktar strutturat tat-teknika ta’ riformulazzjoni għal atti legali, il-Ġurnal Uffiċjali C 077, 28/03/2002 p.1, u r-Regoli 80 A tar-Regoli ta’ proċedura tal-Parlament Ewropew.

[14] ĠU C […].

[15] ĠU C […].

[16] ĠU L 191, 22.7.2005, p. 29. Id-Direttiva emendata bid-Direttiva 2008/28/KE (ĠU L 81, 20.3.2008, p. 48).

[17] Ara l-Anness IX, il-parti A.

[18] ĠU L 242, 10.9.2002, p. 1.

[19] COM (2003) 302 finali tat-18.6.2003

[20] ĠU L 220, 30.8.1993, p. 23.

[21] ĠU C 136, 4.6.1985, p. 1.

[22] ĠU C 141, 19.5.2000, p. 1.

[23] ĠU L 297, 13.10.1992, p. 16. Id-Direttiva kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

[24] ĠU L 237, 21.9.2000, p. 1.

[25] ĠU L 332, 15.12.2001Ö 39 tat-13.2.2008 Õ, p. 1.

[26] ĠU L 37, 13.2.2003, p. 24. Id-Direttiva kif emendata Ö l-aħħar Õ bid-Direttiva 2003/108/KE (ĠU L 345, 31.12.2003, p. 106) Ö 2008/34/KE (ĠU L 81, 20.3.2008, p. 65) Õ.

[27] ĠU L 37, 13.2.2003, p. 19. ÖId-Direttiva kif emendata l-aħħar Bid-Direttiva 2008/35/KE (ĠU L 81, 20.3.2008, p. 67). Õ

[28] ĠU L 262, 27.9.1976, p. 201. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/98/KE (ĠU L 305, ta' l-1.10.2004, p. 63) Ö 396 tat-30.12.2006, p. 851 Õ.

[29] ĠU L 167, 22.7.2005, p. 17. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/8/EC Ö 2008/28/KE Õ tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 52, 21.2.2004, p. 50 Ö 81, 20.3.2008, p. 48 Õ).

[30] ĠU L 236, 18.9.1996, p. 36.

[31] ĠU L 279, 1.11.2000, p. 33.

[32] ĠU L 52, 23.2.1978, p. 32. Id-Direttiva emendata bid-Direttiva 82/885/KE (ĠU L 378, tat-31.12.1982, p. 19).

[33] ĠU L 196, 26.7.1990, p. 15. Id-Direttiva emendata bid-Direttiva 93/68/KE (ĠU L 220, 30.8.1993, p. 1).

[34] ĠU L 1, 4.1.2003, p. 65.

[35] ĠU L 344, 6.12.1986, p. 24. Direttiva kif emendata mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 807/2003 (ĠU L 122, tas-16.5.2003, p. 36).

[36] ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).

[37] ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.

[38] ĠU L 194, 25.7.1975, p. 39Ö 114, 27.4.2006, p. 9 Õ.Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003.

[39] ĠU L 377, 31.12.20, p. 20. id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 1991/31/KE (ĠU L 168, 2.7.1994, p. 28).

[40] ĠU L 204 21.7.1998, p. 37. Direttiva kif l-aħħar emendat mill-Att ta' Adeżjoni 2003

[41] ĠU L 114, 24.4.2001, p. 1.

[42] ĠU L 191, 22.7.2005, p. 29.

[43] ĠU L 191, 22.7.2005, p. 29.

[44] ĠU L 191, 22.7.2005, p. 29.

[45] Data li tikkorrispondi għal 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ.

[46] ĠU 196, 16.8.1967, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/73/KE (ĠU L 152, 30.4.2004, p. 1).

[47] ĠU L 59, 27.2.1998, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2004/26/KE (ĠU L 146, 30.4.2004, p. 1).

Top