Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008PC0345

Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji ta’ l-annimali mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem (Regolament dwar prodotti sekondarji ta’ l-annimali){SEC(2008)1994} {SEC(2008)1995}

/* KUMM/2008/0345 finali - COD 2008/0110 */

No longer in force, Date of end of validity: 21/10/2009

52008PC0345

Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji ta’ l-annimali mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem (Regolament dwar prodotti sekondarji ta’ l-annimali){SEC(2008)1994} {SEC(2008)1995} /* KUMM/2008/0345 finali - COD 2008/0110 */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 10.6.2008

KUMM(2008) 345 finali

2008/0110 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji ta’ l-annimali mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem (Regolament dwar prodotti sekondarji ta’ l-annimali)

(preżentata mill-Kummissjoni) {SEC(2008)1994}{SEC(2008)1995}

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. IL-KUNTEST

B’rispons għal diversi kriżijiet marbuta ma’ prodotti li joriġinaw mill-annimali li heddew is-sikurezza tas-saħħa pubblika u ta’ l-annimali (TSE, dijossina, FMD), il-Komunità introduċiet qafas leġiżlattiv komprensiv biex iżżomm livell għoli ta’ sikurezza tul il-katina kollha ta’ produzzjoni u distribuzzjoni, mill-“għalqa sal-platt”. F’dan il-kuntest, ġie adottat ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 li jistabbilixxi regoli ta’ saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji ta’ l-annimali mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem[1] (minn hawn ’il quddiem: “ir-Regolament”). Ir-Regolament ikkonsolida u fassal mill-ġdid id-diversi regolamenti eżistenti li jkopru prodotti sekondarji ta' l-annimali (ABP). Introduċa wkoll regoli aktar stretti rigward l-approvazzjoni ta’ postijiet li jimmaniġġjaw l-ABP, it-twassil u t-traċċabilità ta’ ċerti prodotti u l-implimentazzjoni ta’ standards ta’ l-ipproċessar li jiżguraw li prodotti mmanifatturati fuq il-bażi ta’ ABP huma sikuri, jekk huma maħsuba għall-għalf jew għal użi tekniċi. Ir-Regolament huwa applikabbli mill-1 ta’ Mejju 2003.

2. IR-RAPPORT TAL-KUMMISSJONI

L-Artikolu 35 tar-Regolament jeħtieġ li l-Istati Membri jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar il-miżuri meħuda biex jiżguraw il-konformità mar-Regolament. Fuq il-bażi tat-tagħrif li rċeviet, il-Kummissjoni ppreżentat rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fl-24 ta’ Ottubru 2005 li jirrifletti l-esperjenza tal-25 Stati Membri kollha fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni[2].

Barra minn hekk, l-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju (UAV) tal-Kummissjoni wettaq sensiela ta’ spezzjonijiet fil-25 Stati Membri kollha matul l-2004 u l-2005 biex jiġi vvalutat il-livell ta’ konformità ta’ l-Istati Membri.

Fuq il-bażi ta’ tagħrif mogħti mill-Istati Membri u s-sejbiet ta’ l-UAV, ir-rapport tal-Kummissjoni jikkonkludi li kien impenjattiv għall-Istati Membri kollha u għall-operaturi ekonomiċi li jiżguraw il-konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament. Madankollu, il-konformità ta’ l-Istati Membri kienet ġeneralment sodisfaċenti. Il-kontrolli uffiċjali għal ħafna mill-materjali ta’ Kategorija 1 u 2 huma sodisfaċenti fil-biċċa l-kbira tagħhom. Madankollu, hemm bżonn ta’ sforz akbar biex tkun garantita t-traċċabilità neċessarja tal-fluss ta’ materjali bbażati fuq ABP fil-katini varji kollha ta’ produzzjoni. Ir-rapport irrakkomanda għadd ta’ miżuri li jistgħu jtejbu l-applikazzjoni uniformi tal-liġi u l-effikaċja tal-kontrolli uffiċjali. Hu serva wkoll ta’ bażi għal dibattitu wiesa’ ma’ l-Istati Membri u mal-firxa wiesgħa ta’ partijiet interessati li huma affettwati mir-regoli dwar l-ABP.

3. IL-KWISTJONI

Il-kwistjonijiet ewlenin li ġejjin ħarġu minn konsultazzjonijiet fuq ir-rapport u jistħoqqilhom konsiderazzjoni mill-ġdid:

► Għandu jinżamm il-qafas bażiku ta’ salvagwardji applikabbli għall-ABP kollha.

► L-ambitu tar-regoli dwar l-ABP għandu jiġi aġġustat.

► L-interazzjoni tar-regoli dwar l-ABP ma’ leġiżlazzjoni Komunitarja oħra għandha tiġi ċċarata.

► Għandha tiġi introdotta strateġija bbażata aktar fuq ir-riskju għall-kategorizzazzjoni ta’ l-ABP, kif ukoll għall-kontrolli.

Dawn il-kwistjonijiet ewlenin għandhom jiġu indirizzati b’mod li jiżgura li l-livell ta'ħarsien kontra riskji għas-saħħa pubblika u ta’ l-annimali fil-Komunità ma jkunx kompromess. L-operaturi u l-awtoritajiet kompetenti jibqgħu responsabbli li jiżguraw li l-ABP qegħdin jintbagħtu biss lil stabbilimenti awtorizzati mil-liġi. L-aġġustamenti tar-regoli jistgħu jsiru biss safejn huwa permess mill-progress fix-xjenza u fit-teknoloġija.

4. KONSULTAZZJONI U STIMA TA’ L-IMPATT

4.1. Il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati

4.1.1. Il-metodu ta’ konsultazzjoni, is-setturi fil-mira

Wara l-preżentazzjoni tar-rapport lill-Kunsill fi tmiem l-2005, l-Istati Membri indikaw il-kunsens wiesa' tagħhom ma’ l-oqsma ewlenin identifikati li jeħtieġu reviżjoni. Matul id-diskussjonijiet aktar kwistjonijiet tekniċi tressqu għall-attenzjoni tal-Kummissjoni u qegħdin jitqiesu fil-kuntest preżenti.

Fit-tħejjija tal-proposta attwali, għadd ta’ partijiet interessati (partijiet involuti, esperti tekniċi u awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri, u msieħba kummerċjali internazzjonali) ġew ikkonsultati. Aktar minn 36 assoċjazzjoni Ewropea b’interess fil-katina alimentari, fis-saħħa pubblika u ta’ l-annimali (produtturi ta’ ABP, proċessuri, kummerċjanti u utenti, u organizzazzjonijiet tal-konsumatur) ingħataw l-opportunità li jesprimu l-opinjoni tagħhom f’diversi okkażjonijiet, permezz ta’ laqgħat bilaterali jew ta’ konsultazzjoni miftuħa.

Minħabba l-interazzjoni bejn ir-regoli dwar l-ABP u leġiżlazzjoni Komunitarja oħra, il-Kummissjoni waqqfet Grupp ta’ Tmexxija bejn is-Servizzi (ISSG), li ltaqa’ darbtejn bejn Frar u Settembru 2006.

Bejn Lulju 2006 u Diċembru 2006 inżammu sitt gruppi ma’ esperti ta’ l-Istati Membri, biex jiddiskutu l-kwistjonijiet ewlenin relatati mar-reviżjoni.

Il-konsultazzjonijiet twettqu f’żewġ stadji:

- Bħala l-ewwel pass, saret konsultazzjoni ġenerali dwar il-kwistjonijiet identifikati u l-għażliet possibbli biex dawn jiġu solvuti.

- Bħala t-tieni pass, ladarba s-soluzzjonijiet potenzjali ġew identifikati, il-partijiet interessati ntalbu jipprovdu tagħrif dwar l-impatt li x'aktarx ikollhom l-għażliet ta' politika identifikati.

4.1.2. It-tweġibiet u s-segwitu

Ġeneralment, il-partijiet interessati jaqblu li l-kwistjonijiet li tfaċċaw mill-konsultazzjonijiet jirriflettu l-oqsma ewlenin li jistħoqqilhom konsiderazzjoni mill-ġdid. B’mod partikolari, il-biċċa l-kbira tal-parteċipanti fil-konsultazzjoni miftuħa jappoġġjaw il-konklużjoni li r-Regolament għandu jiġi emendat biex isiru l-aġġustamenti neċessarji lir-regoli.

4.2. Il-ġbir u l-użu ta' għarfien espert

4.2.1. Opinjonijiet xjentifiċi

Mindu daħal fis-seħħ ir-Regolament, il-korp konsultattiv xjentifiku tal-Komunità (il-Kumitat Xjentifiku ta’ Tmexxija, li mill-2002 ġie sostitwit mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel) adotta għadd ta’ opinjonijiet relatati ma’ l-ABP. Dawn l-opinjonijiet xjentifiċi taw parir dwar il-kapaċità li jiġu kkontrollati r-riskji permezz ta’ standards ta’ trattament. F’termini ġenerali, il-parir miksub jissuġġerixxi li l-prinċipju ewlieni tar-Regolament, li huwa l-esklużjoni mill-katina ta’ l-għalf ta’ ABP li ġejjin minn annimali mhux tajbin għall-konsum mill-bniedem, għandu jinżamm.

Il-konklużjonijiet jissuġġerixxu wkoll li ċerti prodotti sekondarji mhux sikuri jistgħu jiġu rkuprati u użati b’mod sikur għall-produzzjoni ta’, per eżempju, prodotti tekniċi jew industrijali taħt ċerti kundizzjonijiet stretti ta’ saħħa.

4.2.2. Il-metodoloġija użata

Intużaw żewġ metodoloġiji ewlenin:

(1) l-analiżi tad- data tar-rapport ippreżentata mill-awtoritajiet kompetenti tal-25 Stat Membru u

(2) l-analiżi tad- data miġbura mill-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju tal-Kummissjoni matul l-2004 sa l-2005.

Id- data miksuba u użata hija estensiva u varjata wisq biex tista’ tinġabar fil-qosor hawnhekk.

Kopja tar-rapporti tal-Kummissjoni tinsab fis-sit elettroniku:

http://ec.europa.eu/food/food/biosafety/animalbyproducts/index_en.htm

http://ec.europa.eu/food/fvo/index_en.htm

4.3. Stima ta’ l-Impatt

Il-Kummissjoni wettqet Stima ta’ l-Impatt (IA) interna kif imsemmi fil-programm ta’ ħidma tagħha ta’ l-2006. Rapport ta’ valutazzjoni ([SANCO/2006/10496]) jinsab fis-sit elettroniku:

[http://ec.europa.eu/food/food/biosafety/animalbyproducts/index_en.htm]

L-IA tqis tliet għażliet ewlenin:

(a) L-ebda azzjoni

(b) Awtoregolamentazzjoni, gwida jew koregolamentazzjoni

(c) Reviżjoni tal-leġiżlazzjoni.

L-IA tikkonkludi li “l-ebda azzjoni” x’aktarx li twassal għal tfixkil fil-kummerċ u spejjeż soċjo-ekonomiċi negattivi u serji għall-operaturi. L-awtoregolamentazzjoni, il-gwida jew il-koregolamentazzjoni mhijiex se ttaffi l-piż li jirriżulta minn dispożizzjonijiet sproporzjonati fit-test legalment vinkolanti.

B’konformità mas-sejbiet ta’ l-IA, l-għażla (c) reviżjoni tal-leġiżlazzjoni, hija s-soluzzjoni l-aktar adattata għall-problemi eżistenti.

5. ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

5.1. Taqsira ta' l-azzjoni jew l-azzjonijiet proposti

Il-proposta tqis ir-riżultati tar-reviżjoni mwettqa fuq ir-Regolament u timplimenta d-dispożizzjonijiet riveduti, kif ukoll il-bqija tad-dispożizzjonijiet ta’ promulgazzjoni, f’test uniku. Id-dispożizzjonijiet stipulati fl-Annessi għar-Regolament, kif ukoll id-dispożizzjonijiet stipulati f’atti Komunitarji separati li jimplimentaw jew jidderogaw minn dan ir-Regolament, bħar-Regolamenti (KE) Nru 811/2003, 79/2005, 92/2005 jew 181/2006, se jiġu implimentati f’Regolament ta’ implimentazzjoni, skond il-proċedura ta’ komitoloġija. Dan se jsir b’mod parallel, biex jidħol fis-seħħ fl-istess ħin mal-proposta attwali.

5.2. Bażi ġuridika

L-objettiv primarju tar-Regolament huwa l-ħarsien tas-saħħa pubblika u ta’ l-annimali. Għaldaqstant, bħar-Regolament attwali, il-proposta hija bbażata fuq l-Artikolu 152(4)(b) tat-Trattat.

5.3. Prinċipju ta’ sussidjarjetà

Il-prinċipju ta’ sussidjarjetà japplika safejn il-proposta ma taqax taħt il-kompetenza esklużiva tal-Komunità.

L-għanijiet tal-proposta ma jistgħux jintlaħqu b'mod suffiċjenti mill-azzjonijiet ta’ l-Istati Membri.

Ir-riskji minn prodotti sekondarji ta’ l-annimali jistgħu jipperikolaw serjament is-sikurezza tal-katina ta’ l-ikel u l-għalf, kif ukoll l-istat ta’ saħħa ta’ l-annimali fil-Komunità kollha. L-esperjenza f’dawn l-aħħar snin bl-enċefalopatija sponġiformi bovina (BSE), il-Marda ta' l-Ilsien u Dwiefer (FMD), id-deni klassiku tal-ħnieżer (CSF) u d-dijossina wriet li r-rispons fil-livell ta’ Stat Membru waħdu ma jikkontrollax b’mod suffiċjenti t-theddidiet ewlenin għas-saħħa, mhux l-anqas minħabba l-interkonnessjoni mill-qrib tas-setturi ekonomiċi fis-Suq Komuni kollu.

Barra minn hekk, l-ABP u l-prodotti mmanifatturati fuq il-bażi ta’ ABP qegħdin jiġu importati minn pajjiżi terzi fil-Komunità.Għandu jiġi żgurat li l-kunsinni importati jilħqu l-istandards sanitarji li għall-inqas huma ekwivalenti għal dawk applikabbli fi ħdan il-Komunità.

L-għanijiet tal-proposta ma jistgħux jintlaħqu aħjar mill-Komunità.

L-ABP huma inklużi fil-lista ta’ prodotti fl-Anness I tat-Trattat. It-tqegħid tagħhom fis-suq jikkostitwixxi sors importanti ta’ dħul għal partijiet mill-popolazzjoni ta’ bdiewa, kif ukoll għal industriji li jipproċessaw ċerti ABP. Biex jiġi żgurat żvilupp razzjonali f’dan is-settur, tiżdied il-produttività u tkun stimolata l-kompetittività, jinħtieġu regoli dwar is-saħħa ta’ l-annimali u s-saħħa pubblika għall-prodotti msemmija fil-livell Komunitarju.

5.4. Proporzjonalità u simplifikazzjoni

Il-proposta tissemplifika aktar il-leġiżlazzjoni, filwaqt li tnaqqas il-piż amministrattiv għall-awtoritajiet kompetenti (ta’ l-UE, dawk nazzjonali u ta’ pajjiżi terzi) u għal operaturi ekonomiċi filwaqt li jiġi ppreżervat livell għoli ta’ ħarsien tas-saħħa pubblika u ta’ l-annimali.

Hi timmira li tilħaq konsolidazzjoni tad-derogi u tal-miżuri kollha ta’ implimentazzjoni (sal-lum total ta’ 14-il att) adottati mill-applikazzjoni tar-Regolament fuq il-bażi ta’ test wieħed.

L-interazzjoni bejn ir-regoli dwar prodotti sekondarji ta’ l-annimali u leġiżlazzjoni settorjali Komunitarja oħra (ikel, għalf, skart, prodotti kożmetiċi, tagħmir mediku u farmaċewtiku) se tiġi ċċarata. Kull fejn il-livell meħtieġ ta’ ħarsien jippermetti soluzzjoni bħal din, għandha tiġi evitata d-duplikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ direzzjoni u approvazzjoni.

L-adozzjoni tal-proposta se twassal biex jiġi revokat ir-Regolament attwali.

6. AMBITU TAL-PROPOSTA

Fid-dawl ta’ l-esperjenza prattika u xjentifika miksuba u tar-riżultat tal-konsultazzjoni, l-elementi ewlenin tal-proposta huma li żżomm livel għoli ta’ sikurezza ta’ l-ikel u l-għalf u ta’ ħarsien tal-konsumatur, u fl-istess waqt tipprovdi:

i. Kjarifika

Qed jiġi introdott punt finali fiċ-ċiklu tal-ħajja ta’ l-ABP biex jiġi ċċarat f’liema punt tal-katina ta’ fabbrikazzjoni l-ABP ma jibqgħux koperti mir-rekwiżiti tar-Regolament. Dan il-punt jista’ jiġi ffissat f’diversi stadji, skond in-natura ta’ l-ABP użati, il-karatteristiċi tal-proċess ta’ trattament jew l-użu aħħari maħsub tal-prodott immanifatturat fuq il-bażi ta' l-ABP.

Fir-rigward ta’ l- inċertezzi legali dwar l-ambitu tar-regoli fuq l-ABP minn għasafar tal-kaċċa selvaġġi, qegħdin jingħalqu l-lakuni potenzjali fis-settur tas-saħħa billi jiġu introdotti dispożizzjonijiet paralleli għal-leġiżlazzjoni dwar l-iġjene ta’ l-ikel.

Fir-rigward ta’ l-interazzjoni ma’ leġiżlazzjoni Komunitarja oħra , l-approvazzjoni ta’ stabbilimenti u r-rendiment ta’ kontrolli uffiċjali, id-duplikazzjoni bejn ir-rekwiżiti qed tiġi evitata safejn l-objettivi mħarsa minn qafas leġiżlattiv wieħed jistgħu jitqiesu li huma koperti biżżejjed minn qafas leġiżlattiv ieħor.

ii. Strateġija bbażata aktar fuq ir-riskju

Ir- responsabbiltà primarja ta’ l-operaturi li jiżguraw li r-rekwiżiti tar-Regolamenti jintlaħqu, b’konformità ma’ l-istrateġija adottata fil-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar l-iġjene ta’ l-ikel u l-għalf, qiegħda tissaħħaħ. Dan għandu jippermetti lill-awtoritajiet kompetenti biex jiffokaw ir-riżorsi fuq il-verifika ta’ konformità ta’ l-operaturi ma’ dan l-obbligu.

B’mod partikolari fir-rigward tal-manifattura ta’ prodotti bbażati fuq ABP mingħajr rilevanza diretta għas-sikurezza tal-katina ta’ (l-ikel u) l-għalf (għajr dawk prodotti bħala għalf għal annimali mrobbija fl-irziezet jew bħala fertilizzanti organiċi), l-operaturi huma fdati b'responsabbiltà dejjem akbar għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti sikuri. Sakemm jużaw materja prima sikura għall-produzzjoni, jiżviluppaw proċessi ta’ manifattura sikuri jew jużaw l-ABP għal għanijiet aħħarin li huma ġeneralment sikuri, jistgħu jintużaw ABP tal-kategoriji kollha. Aktar dettalji rigward din l-għażla jistgħu jiġu stipulati permezz ta’ regoli ta’ implimentazzjoni.

Prodotti ġodda, li wrew li joħolqu biss riskji limitati, għandhom jiġu introdotti fil-klassifikazzjoni ta’ l-ABP. Fl-istess waqt, għandha tinżamm il-miżura ta’ prekawzjoni li permezz tagħha kull ABP li mhuwiex espressament ikklassifikat jaqa’ taħt il-Kategorija 2 u ma jistax jintuża fl-għalf għal annimali mrobbija fl-irziezet.

Id-derogi attwali rigward id-dfin u l-ħruq eċċezzjonali fuq il-post f’każijiet ta’ tifqigħat ta’ mard għandhom jiġu ċċarati u estiżi għal sitwazzjonijiet fejn l-operazzjonijiet ta’ skoperta skond ir-regoli ġenerali tar-Regolament isiru prattikament diffiċli ħafna, per eżempju f’każ ta’ diżastri naturali.

7. TAGĦRIF IEĦOR

7.1. Konsistenza ma’ politiki u għanijiet oħra ta’ l-Unjoni

Il-proposta hija konsistenti ma’ politiki Komunitarji oħra, b’mod partikolari l-politika dwar il-ħarsien ta’ l-ambjent u tas-saħħa pubblika b’rabta ma’ l-użu ta’ prodotti sekondarji ta’ l-annimali fl-għalf, kożmetiċi, prodotti mediċinali u tagħmir mediku.

7.2. L-implikazzjoni baġitarja

Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni finanzjarja għall-baġit tal-Komunità Ewropea.

7.3. Oħrajn

Il-proposta hija konformi ma’ l-impenn ta’ l-Istrateġija ta’ Lisbona tal-Kummissjoni li ttejjeb l-acquis communautaire, filwaqt li tindirizza r-riskji possibbli għas-saħħa permezz ta’ miżuri adegwati u ssaħħaħ il-kompetittività. Hija wkoll konformi mal-Programm tal-Kummissjoni għal "Regolamentazzjoni Aħjar"[3].

2008/0110 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji ta’ l-annimali mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem (Regolament dwar prodotti sekondarji ta’ l-annimali)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 152(4)(b) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni[4],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[5],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[6],

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat,

Billi:

(1) Il-prodotti sekondarji ta’ l-annimali mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem huma sors potenzjali ta’ riskji għas-saħħa pubblika u ta’ l-annimali. Il-kriżijiet ta’ l-imgħoddi marbuta ma’ tifqigħat tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer, it-tixrid ta’ enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli bħall-enċefalopatija sponġiformi bovina (BSE) u l-okkorrenza ta’ dijossini fl-għalf urew il-konsegwenzi ta' l-użu mhux xieraq ta' ċerti prodotti sekondarji ta' l-annimali fuq is-saħħa pubblika u ta’ l-annimali, is-sikurezza tal-katina ta’ l-ikel u l-għalf u l-fiduċja tal-konsumatur. Barra minn hekk, kriżijiet bħal dawn jista’ jkollhom ukoll impatt negattiv usa’ fuq is-soċjetà kollha, permezz ta’ l-impatt tagħhom fuq il-qagħda soċjo-ekonomika tal-bdiewa u tas-settur industrijali kkonċernat u fuq il-fiduċja tal-konsumatur fis-sikurezza tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali. It-tifqigħat tal-mard jista’ jkollhom ukoll konsegwenzi negattivi fuq l-ambjent, mhux biss minħabba l-problemi ta’ rimi li jinħolqu, iżda wkoll fir-rigward tal-bijodiversità.

(2) Il-prodotti sekondarji ta’ l-annimali jinksibu prinċipalment matul il-qtil ta’ l-annimali għall-konsum mill-bniedem, u matul ir-rimi ta’ annimali mejtin u l-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ kontroll tal-mard. Irrispettivament mis-sors tagħhom, dawn joħolqu riskju potenzjali għas-saħħa pubblika u ta' l-annimali u għall-ambjent. Ir-riskju għandu jiġi kkontrollat b’mod adegwat, jew billi dawn il-prodotti jiġu indirizzati lejn mezz sikur ta’ rimi jew billi jintużaw għal għanijiet differenti, sakemm jiġu applikati kundizzjonijiet stretti li jimminimizzaw ir-riskji għas-saħħa involuti.

(3) Ir-rimi tal-prodotti sekondarji kollha ta’ l-annimali mhijiex għażla realistika, għax twassal għal spejjeż mhux sostenibbli u riskji għall-ambjent. Min-naħa l-oħra, huwa fl-interess ċar taċ-ċittadini kollha li jsir użu sikur minn firxa wiesgħa ta’ prodotti sekondarji ta’ l-annimali għal diversi applikazzjonijiet b’mod sostenibbli, sakemm jiġu mminimizzati r-riskji għas-saħħa. Firxa wiesgħa ta’ prodotti sekondarji ta’ l-annimali tintuża ta’ spiss f’setturi produttivi importanti, bħalma huma l-industriji tal-farmaċewtika, ta' l-għalf u tal-ġlud.

(4) It-teknoloġiji ġodda estendew l-użu possibbli ta’ prodotti sekondarji ta’ l-annimali għal għadd kbir ta’ setturi produttivi. Madankollu, l-użu ta’ dawn it-teknoloġiji ġodda jista’ joħloq riskji għas-saħħa li għandhom jiġu wkoll imminimizzati.

(5) Ir-regoli tas-saħħa tal-Komunità dwar prodotti sekondarji ta’ l-annimali għandhom jiġu stipulati f’qafas koerenti u komprensiv għall-ġbir, l-immaniġġjar, l-ipproċessar, ir-rimi jew l-użu tagħhom.

(6) Dawn ir-regoli ġenerali għandhom ikunu proporzjonati għar-riskju għas-saħħa pubblika u ta’ l-annimali li jinħoloq minn prodotti sekondarji ta’ l-annimali fi stadji differenti ta’ l-immaniġġjar tagħhom tul il-katina mill-ġbir għall-użu jew rimi tagħhom. Ir-regoli għandhom iqisu wkoll ir-riskji għall-ambjent maħluqa matul dawn l-operazzjonijiet. Il-qafas Komunitarju għandu jinkludi regoli tas-saħħa fuq it-tqegħid fis-suq, il-kummerċ intrakomunitarju u l-importazzjoni ta' prodotti sekondarji ta' l-annimali, fejn xieraq.

(7) Ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Ottubru 2002 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jikkonċernaw prodotti sekondarji ta’ l-annimali mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem[7] jistabbilixxi regoli Komunitarji applikabbli għal prodotti sekondarji ta’ l-annimali. Fuq il-bażi ta’ parir xjentifiku, dan ir-Regolament introduċa sett ta’ regoli mmirati lejn il-ħarsien tas-sikurezza tal-katina ta’ l-ikel u l-għalf, li huwa kumplimentari għal-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar l-ikel u l-għalf. Dawn ir-regoli tejbu b’mod sinfikanti l-livell ta’ ħarsien fil-Komunità kontra r-riskji maħluqa minn prodotti sekondarji ta’ l-annimali.

(8) Ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 introduċa l-klassifikazzjoni ta’ prodotti sekondarji ta’ l-annimali fi tliet kategoriji skond il-grad ta’ riskju involut. Dan jeħtieġ li l-operaturi jżommu l-prodotti sekondarji ta’ l-annimali ta’ kategoriji differenti separati minn xulxin jekk jixtiequ jużaw prodotti sekondarji ta’ l-annimali li ma joħolqux riskju sinifikanti għas-saħħa pubblika jew ta’ l-annimali, b’mod partikolari jekk prodotti bħal dawn jinkisbu minn materjal tajjeb għall-konsum mill-bniedem. Dan ir-Regolament introduċa wkoll il-prinċipju li materjal ta’ riskju għoli ma għandux jingħalef lil annimali mrobbija fl-iriziezet, u li materjal derivat mill-annimali ma għandux jingħalef lil annimali ta' l-ispeċijiet li huwa derivat minnhom. Skond dan ir-Regolament, il-materjal minn annimali li jkunu għaddew minn spezzjoni veterinarja biss jistgħu jidħlu fil-katina ta' l-għalf. Barra minn hekk, jistabbilixxi regoli għal standards ta' proċessar li jiżguraw it-tnaqqis tar-riskji.

(9) Skond l-Artikolu 35(2) tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-miżuri meħuda mill-Istati Membri biex jiżguraw konformità ma’ dan ir-Regolament. Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, fejn xieraq, minn proposti leġiżlattivi. Ir-rapport ġie ppreżentat f’Ottubru 2005[8] u enfasizza li l-prinċipji tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 għandhom jinżammu. Barra minn hekk, hu jindika l-oqsma fejn jitqiesu neċessarji l-emendi għal dan ir-Regolament, b'mod partikolari l-kjarifiki rigward l-applikabilità tar-regoli għal prodotti lesti, ir-relazzjoni ma’ leġiżlazzjoni Komunitarja oħra u l-klassifikazzjoni ta’ ċertu materjal. Is-sejbiet ta’ sensiela ta' missjonijiet esplorattivi mwettqa fl-Istati Membri mill-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju tal-Kummissjoni (UAV) fl-2004 u l-2005 jappoġġjaw dawn il-konklużjonijiet. Skond l-UAV, it-titjib huwa meħtieġ fir-rigward tat-traċċabilità tal-fluss ta’ prodotti sekondarji ta’ l-annimali u l-effettività u l-armonizzazzjoni tal-kontrolli uffiċjali.

(10) Il-Kumitat Xjentifiku ta’ Tmexxija, li ġie sostitwit mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) fl-2002, adotta għadd ta’ opinjonijiet li jikkonċernaw il-prodotti sekondarji ta’ l-annimali. Dawn l-opinjonijiet juru l-ħtieġa li jinżammu l-prinċipji ewlenin tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002; b’mod partikolari li prodotti sekondarji ta’ l-annimali li ġejjin minn annimali li mhumiex meqjusa tajbin għal konsum mill-bniedem b'riżultat ta' spezzjoni tas-saħħa, ma għandhomx jidħlu fil-katina ta' l-għalf. Madankollu, dawn il-prodotti sekondarji ta’ l-annimali jistgħu jiġu rkuprati u użati għall-produzzjoni ta’ prodotti tekniċi jew industrjali taħt kundizzjonijiet speċifikati tas-saħħa.

(11) Il-konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill fuq ir-rapport tal-Kummissjoni li ġew adottati f’Diċembru 2005, u l-konsultazzjonijiet sussegwenti mwettqa mill-Kummissjoni enfasizzaw li r-regoli stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 għandhom jitjiebu. L-għanijiet ewlenin tar-regoli fuq il-prodotti sekondarji ta’ l-annimali, jiġifieri l-kontroll tar-riskji għas-saħħa pubblika u ta’ l-annimali u l-ħarsien tas-sikurezza tal-katina ta’ l-ikel u l-għalf għandhom jiġu stipulati b’mod ċar. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom iwasslu biex jinkisbu dawn l-għanijiet.

(12) Ir-regoli dwar il-prodotti sekondarji ta’ l-annimali stipulati f’dan ir-Regolament għandhom japplikaw għal prodotti li ma jistgħux jintużaw għal konsum mill-bniedem taħt il-leġiżlazzjoni Komunitarja, b'mod partikolari fejn ma jikkonformawx mal-leġiżlazzjoni dwar l-iġjene ta’ l-ikel (prodotti sekondarji ta’ l-annimali “bil-liġi”). Dawn ir-regoli għandhom, madankollu, japplikaw ukoll għal prodotti li ma jikkonformawx ma’ ċerti regoli rigward l-użu possibbli tagħhom għal konsum mill-bniedem, anki jekk huma eventwalment destinati għal għanijiet oħra (prodotti sekondarji ta’ l-annimali “b’għażla”).

(13) Barra minn hekk, biex jiġu evitati r-riskji li jinħolqu minn annimali selvaġġi, karkassi jew partijiet ta' karkassi ta' dawn l-annimali ssuspettati li huma infettati b'marda li tittieħed għandhom ikunu suġġetti għar-regoli stipulati f’dan ir-Regolament. Din l-inklużjoni ma għandhiex timplika obbligu li jinġabru u jintremew l-iġsma ta’ annimali selvaġġi li mietu jew li ġew ikkaċċjati fl-ambjent naturali tagħhom. Jekk tiġi osservata prattika tajba tal-kaċċa, l-intestini u partijiet oħra tal-ġisem ta’ għasafar tal-kaċċa selvaġġi jistgħu jintremew b’mod sikur fuq il-post. Il-prodotti sekondarji ta’ l-annimali minn għasafar tal-kaċċa għandhom ikunu suġġetti biss għad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament safejn il-leġiżlazzjoni dwar l-iġjene ta’ l-ikel tapplika għat-tqegħid fis-suq ta’ għasafar tal-kaċċa bħal dawn u tinvolvi operazzjonijiet imwettqa minn stabbilimenti li jżommu l-għasafar tal-kaċċa.

(14) Ir-regoli stipulati f’dan ir-Regolament għandhom japplikaw għal prodotti sekondarji ta’ l-annimali li ġejjin minn annimali ta’ l-ilma, ħlief materjal minn bastimenti li joperaw taħt il-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar l-iġjene ta' l-ikel, għajr materjal li huwa relatat b’mod ċar ma’ riskju ta’ marda.

(15) Huwa xieraq li jiġi ċċarat f’dan ir-Regolament liema annimali għandhom jiġu kklassifikati bħala annimali domestiċi, biex prodotti sekondarji li ġejjin minn dawn l-annimali ma jkunux użati fl-għalf għal annimali mrobbija fl-irziezet. B’mod partikolari, l-ispeċi mniżżla fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003 dwar ir-rekwiżiti tas-saħħa ta’ l-annimali li japplikaw għall-moviment mhux kummerċjali ta’ annimali domestiċi[9] għandhom jitqiesu bħala annimali domestiċi.

(16) Biex tinżamm il-konsistenza tal-leġiżlazzjoni Komunitarja, id-definizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2001 li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-qerda ta’ ċerti enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli,[10] għandhom jintużaw f’dan ir-Regolament. Għandha tiġi ċċarata r-referenza għad-Direttiva tal-Kunsill 86/609/KEE ta' l-24 ta' Novembru 1986 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amminsitrattivi ta' l-Istati Membri dwar il-ħarsien ta' annimali użati għal finijiet sperimentali u għanijiet xjentifiċi oħra[11].

(17) Biex tinżamm il-konsistenza tal-leġiżlazzjoni Komunitarja, id-definizzjoni ta’ annimal ta' l-ilma fl-Artikolu 3(1)(e) tad-Direttiva 2006/88/KE ta’ l-24 ta’ Ottubru 2006 dwar ir-rekwiżiti tas-saħħa ta’ l-annimali għal annimali ta’ l-akwakultura u prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard fl-annimali ta’ l-ilma[12], għandha tintuża f'dan ir-Regolament.

(18) Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta’ April 1999 dwar ir-rimi ta’ skart fir-radam (landfill)[13] tispeċifika l-kundizzjonijiet għall-ħruġ ta’ permess għal radam. Dan ir-Regolament għandu jipprovdi għar-rimi ta’ prodotti sekondarji ta’ l-annimali f'landfills li għalihom inħareġ dan il-permess.

(19) Ir-responsabbiltà primarja għat-twettiq ta’ operazzjonijiet skond dan ir-Regolament għandha tkun f’idejn l-operaturi. Fl-istess waqt, l-interess pubbliku fil-prevenzjoni tar-riskji għas-saħħa pubblika u ta’ l-annimali jirrikjedi li jkun hemm fis-seħħ sistema ta’ ġbir u ta’ rimi biex tiżgura r-rimi mingħajr periklu ta’ prodotti sekondarji ta’ l-annimali li ma jistgħux jintużaw, jew li ma jintużawx għal raġunijiet ekonomiċi. L-Istati Membri għandhom jikkommettu riżorsi adegwati għall-infrastruttura meħtieġa għal dan l-għan u għandhom jiżguraw it-tħaddim korrett tagħha. L-ambitu tas-sistema ta' ġbir u ta' rimi għandu jqis l-ammont effettiv ta' prodotti sekondarji ta' l-annimali li jakkumula fl-Istat Membru partikolari. Għandu jirrifletti wkoll, fuq bażi prekawzjonali, il-ħtieġa għal kapaċitajiet ta’ rimi estiżi fil-każ ta’ tifqigħat ewlenin ta’ mard li jittieħed jew ta’ nuqqasijiet tekniċi temporanji f’faċilità ta’ rimi eżistenti. L-Istati Membri għandhom jitħallew jikkooperaw ma’ xulxin u ma’ pajjiżi terzi sakemm jintlaħqu l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament.

(20) Biex jiżguraw livell għoli ta’ ħarsien tas-saħħa pubblika u ta’ l-annimali, l-Istati Membri għandhom ikomplu jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipprevjenu d-dispaċċ ta’ prodotti sekondarji ta’ l-annimali minn żoni jew stabbilimenti ristretti, b’mod partikolari fil-każ ta’ tifqigħa ta' xi marda mniżżla fid-Direttiva tal-Kunsill 92/119/KEE tas-17 ta' Diċembru 1992 li tintroduċi miżuri Komunitarji ġenerali għall-kontroll ta' ċertu mard ta' l-annimali u miżuri speċifiċi marbuta mal-marda vexxikolari tal-ħnieżer[14].

(21) L-operazzjonijiet relatati ma' prodotti sekondarji ta' l-annimali li joħolqu livell konsiderevoli ta' riskju għas-saħħa pubblika u ta' l-annimali għandhom jitwettqu biss fi stabbilimenti li ġew approvati minn qabel għal operazzjonijiet bħal dawn mill-awtorità kompetenti. Din il-kundizzjoni għandha tapplika b’mod partikolari għal impjanti ta’ l-ipproċessar u impjanti oħra li jimmaniġġjaw u jipproċessaw prodotti sekondarji ta’ l-annimali mhux trattati. Għandu jkun permess li prodotti sekondarji ta’ l-annimali ta' aktar minn kategorija waħda jiġu mmaniġġjati fl-istess stabbiliment sakemm tiġi evitata l-kontaminazzjoni minn naħa għal oħra. Għandu jkun permess ukoll li dawn il-kundizzjonijiet jiġu emendati jekk l-ammont ta’ materjal għar-rimi u l-ipproċessar jiżdided minħabba xi tifqigħa kbira ta’ marda, sakemm ikun żgurat li l-użu temporanju taħt kundizzjonijiet emendati bħal dawn ma jwassalx għal propagazzjoni ta’ riskji ta’ mard.

(22) Barra minn hekk, dawn l-approvazzjonijiet ma għandhomx ikunu meħtieġa għal impjanti u stabbilimenti li jipproċessaw jew jimmaniġġjaw ċerti materjali sikuri, bħal prodotti proċessati b’mod li ma jibqgħux ta' riskju għas-saħħa pubblika u ta' l-annimali. Dawn l-impjanti u l-istabbilimenti għandhom jiġu rreġistrati biex ikun jista’ jsir kontroll uffiċjali tal-fluss ta’ materjal u tiġi żgurata t-traċċabilità. B’mod partikolari, l-impjanti li ġew approvati jew irreġistrati skond ir-Regolament (KE) Nru 183/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Jannar 2005 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-iġjene ta’ l-għalf[15] għandhom ikunu obbligati li jirreġistraw biss taħt dan ir-Regolament.

(23) L-impjanti u l-istabbilimenti għandhom jiġu approvati wara l-preżentazzjoni ta’ tagħrif lill-awtorità kompetenti li juri li r-rekwiżiti għall-infrastruttura u l-operazzjoni ta’ l-impjant jew l-istabbiliment skond dan ir-Regolament se jintlaħqu, biex kull riskju għas-saħħa pubblika u ta’ l-annimali li jinħoloq mill-proċess użat ikun ikkontrollat b'mod adegwat. L-awtorità kompetenti għandha twettaq spezzjonijiet biex tivverifika l-konformità ma' dawn ir-rekwiżiti.

(24) L-impjanti u l-istabbilmenti li l-operazzjonijiet tagħhom diġà ġew approvati skond il-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar l-iġjene ta’ l-ikel u l-għalf ma għandhomx bżonn ikunu approvati skond dan ir-Regolament, billi l-approvazzjonijiet skond din il-leġiżlazzjoni Komunitarja diġà jqisu l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament.

(25) Il-prodotti sekondarji ta’ l-annimali għandhom jiġu kklassifikati fi tliet kategoriji li jirriflettu l-grad ta’ riskju li huma joħolqu għas-saħħa pubblika u ta’ l-annimali, fuq il-bażi ta’ valutazzjonijiet tar-riskju. Filwaqt li materjal li joħloq riskju għoli għandu jiġi użat biss għal għanijiet barra mill-katina ta’ l-għalf, l-użu ta’ materjal li joħloq riskju anqas għandu jkun permess taħt kundizzjonijiet sikuri.

(26) Il-progress fix-xjenza u t-teknoloġija jista’ jwassal għall-iżvilupp ta’ proċessi li jeliminaw jew jimminimizzaw ir-riskji għas-saħħa pubblika u ta’ l-annimali. L-emendi għal-listi ta’ materjali stipulati f’dan ir-Regolament għandhom ikunu possibbli, biex jitqies dan il-progress. Qabel ma jsiru emendi bħal dawn, u skond il-prinċipji ġenerali tal-leġiżlazzjoni Komunitarja mmirati biex jiżguraw livell għoli ta' ħarsien tas-saħħa pubblika u ta' l-annimali, għandha titwettaq valutazzjoni tar-riskju mill-istituzzjoni xjentifika xierqa, bħall-EFSA, l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini jew il-Kumitat Xjentifiku dwar il-Prodotti tal-Konsumatur, skond it-tip ta’ materjal li għalih se ssir il-valutazzjoni tar-riskji. Madankollu, għandu jkun ċar li ladarba jitħalltu materjali ta’ kategoriji differenti, it-taħlita għandha tiġi mmaniġġjata skond l-istandards stipulati għall-proporzjon tat-taħlita li tappartjeni għall-kategorija ta' l-ogħla riskju.

(27) Minħabba r-riskju għoli għas-saħħa pubblika, il-materjal li joħloq riskju ta’ enċefalopatija sponġiformi trażmissibbli (TSE) ma għandux, b’mod partikolari, jiġi użat għall-għalf. Din ir-restrizzjoni għandha tapplika għal annimali selvaġġi li permezz tagħhom tista’ tittieħed marda trażmissibbli. Ir-restrizzjoni fuq l-użu fl-għalf ta’ materjal li joħloq riskju ta’ TSE għandha tkun mingħajr ħsara għar-regoli dwar l-għalf stipulati fir-Regolament (KE) Nru 999/2001.

(28) L-użu ta’ ċerti sustanzi u prodotti huwa illegali skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 tas-26 ta’ Ġunju 1990 li jistabbilixxi proċedura Komunitarja għall-iffissar ta’ limiti massimi ta’ residwi ta’ prodotti mediċinali veterinarji f’ikel li ġej mill-annimali[16] u d-Direttiva tal-Kunsill 96/22/KE tad-29 ta’ April 1996 li tikkonċerna l-projbizzjoni ta’ l-użu fl-istockfarming ta’ ċerti sustanzi li jkollhom azzjoni ormonali jew tirostatika u ta’ beta-agonists [17]. Barra minn hekk, id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE tad-29 ta’ April 1996 dwar il-miżuri għall-monitoraġġ ta’ ċerti sustanzi u residwi tagħhom f’annimali ħajjin u fil-prodotti tagħhom[18] tistabbilixxi regoli ulterjuri dwar il-monitoraġġ ta’ ċerti sustanzi u residwi tagħhom f’annimali ħajjin u fil-prodotti ta’ l-annimali. Id-Direttiva 96/23/KE tistabbilixxi wkoll regoli li japplikaw fejn tkun ġiet stabbilita l-preżenza ta’ residwi ta’ sustanzi jew kontaminanti awtorizzati li jaqbżu ċerti livelli permessi. Biex tkun żgurata l-koerenza tal-leġiżlazzjoni Komunitarja, il-prodotti li ġejjin mill-annimali li fihom ġew osservati sustanzi mhux permessi mir-Regolament (KEE) Nru 2377/90 u mid-Direttivi 96/22/KE u 96/23/KE għandhom jiġu klassifikati bħala materjal ta' Kategorija 1 jew Kategorija 2, kif xieraq, fid-dawl tar-riskju li joħolqu għall-katina ta' l-ikel u l-għalf.

(29) Id-demel u l-kontenut tas-sistema diġestiva ma għandhomx bżonn jintremew, sakemm it-trattament korrett jiżgura li l-mard ma jittieħidx waqt li jiġu applikati fuq l-art. Il-prodotti sekondarji ta’ l-annimali minn annimali li jmutu fir-razzett u annimali maqtula biex jinqered il-mard għajr TSEs, ma għandhomx jintużaw fil-katina ta’ l-għalf. Ir-restrizzjoni għandha tapplika wkoll għal prodotti sekondarji ta’ l-annimali li huma permessi fil-Komunità, anki jekk ma jikkonformawx mal-leġiżlazzjoni Komunitarja waqt l-ispezzjoni fuq il-fruntiera tal-Komunità, u għal prodotti li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti applikabbli matul il-kontrolli mwettqa fil-Komunità.

(30) Mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002, il-klassifikazzjoni awtomatika ta’ ċerti prodotti sekondarji ta’ l-annimali bħala materjal ta’ Kategorija 2 tillimita serjament l-użi possibbli tagħhom, mingħajr ma tkun neċessarjament proporzjonata mar-riskji involuti. Għaldaqstant dawn il-prodotti sekondarji ta’ l-annimali għandhom jiġu kklassifikati mill-ġdid bħala materjal ta' Kategorija 3 biex ikunu jistgħu jintużaw għal ċerti għanijiet ta' għalf. Għal xi prodotti sekondarji ta’ l-annimali oħrajn li mhumiex imniżżla taħt waħda mit-tliet kategoriji, il-kategorizzazzjoni awtomatika bħala materjal ta’ Kategorija 2 għandha tinżamm għal raġunijiet prekawzjonali, b’mod partikolari biex tiġi msaħħa l-esklużjoni ġenerali ta’ materjal bħal dan mill-katina ta' l-għalf għal annimali mrobbija fl-irziezet.

(31) Leġiżlazzjoni oħra li daħlet fis-seħħ wara l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji u r-rekwiżiti ġenerali tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u li jistabbilixxi proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sikurezza fl-ikel[19], jiġifieri r-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene tal-prodotti ta’ l-ikel[20] u r-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi regoli speċifiċi dwar l-iġjene għal ikel li ġej mill-annimali[21], u li għalihom ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 huwa komplementari, tistabbilixxi li l-obbligu primarju ta’ konformità mal-leġiżlazzjoni Komunitarja, immirata biex tħares is-saħħa pubblika u ta’ l-annimali, huwa ta’ l-operaturi tan-negozju alimentari. B’konformità ma’ din il-leġiżlazzjoni, l-operaturi li jwettqu attivitajiet skond dan ir-Regolament għandhom ikunu wkoll prinċipalment responsabbli li jiżguraw il-konformità ma' dan ir-Regolament. L-obbligu bażiku rispettiv ta' dawn l-operaturi li jiżguraw il-konformità ma' dan ir-Regolament għandu jiġi ċċarat u speċifikat aktar fir-rigward tal-mezzi li permezz tagħhom tiġi żgurata t-traċċabilità, bħalma huma l-ġbir u l-indirizzar separati ta’ prodotti sekondarji ta’ l-annimali.

(32) Tinħtieġ sistema ta’ kontrolli interni biex tiżgura li fi ħdan impjant jew stabbiliment, ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament jiġu sodisfatti. Ir-rendiment korrett tal-kontrolli interni huwa wkoll ta’ importanza indikattiva għall-kontrolli mwettqa mill-awtorità kompetenti. Il-kontrolli interni għandhom isiru permezz ta’ sistema bbażata fuq il-prinċipji ta’ analiżi tar-riskji u ta’ punti kritiċi ta’ kontroll (HACCP) f’impjanti li jipproċessaw il-prodotti sekondarji ta’ l-annimali bħal impjanti ta’ l-ipproċessar, f’impjanti għat-trasformazzjoni ta’ prodotti ta’ l-annimali f’bijogass jew kompost u f’impjanti li jimmaniġġjaw aktar minn kategorija waħda ta’ prodotti sekondarji ta’ l-annimali, bħal impjanti li jaħżnu materja prima ta’ żewġ kategoriji. It-teħid ta’ kampjuni ta’ prodotti biex tiġi kkontrollata l-konformità ma' l-istandards Komunitarji bħal kriterji mikrobijoloġiċi ma għandux ikun obbligatorju għal prodotti li jridu jiġu inċinerati, ko-inċinerati jew mormijin fl-istess post, billi r-riskji possibbli qed jiġu eliminati mingħajr ma l-prodott jitqiegħed fis-suq.

(33) Il-prodotti sekondarji ta’ l-annimali għandhom jintużaw biss jekk ir-riskji għas-saħħa pubblika u ta’ l-annimali jiġu mminimizzati fil-kors ta’ l-ipproċessar tagħhom u tat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti mmanifatturati fuq il-bażi ta’ prodotti sekondarji ta’ l-annimali. Jekk din l-għażla ma tkunx disponibbli, il-prodotti sekondarji ta’ l-annimali għandhom jintremew taħt kundizzjonijiet sikuri. L-għażliet disponibbli għall-użu ta’ prodotti sekondarji ta’ l-annimali tal-kategoriji differenti għandhom jiġu ċċarati b’koerenza ma’ leġiżlazzjoni Komunitarja oħra.

(34) Ir-rimi ta’ prodotti sekondarji ta’ l-annimali u prodotti derivati għandu jsir skond il-leġiżlazzjoni ambjentali rigward rimi fir-radam (landfilling) u inċinerazzjoni ta' l-iskart. Biex tiġi żgurata l-konsistenza, l-inċinerazzjoni għandha ssir skond id-Direttiva 2000/76/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-4 ta’ Diċembru 2000 dwar l-inċinerazzjoni ta’ l-iskart[22]. Il-ko-inċinerazzjoni ta’ l-iskart – jew bħala operazzjoni ta’ rkupru jew ta’ rimi – hija suġġetta għal kundizzjonijiet simili fejn għandhom x’jaqsmu l-approvazzjoni u t-tħaddim għall-inċinerazzjoni ta’ l-iskart, b’mod partikolari fir-rigward tal-valuri ta’ limitu għall-emissjonijiet ta’ l-arja, id-drenaġġ u r-residwi, il-kontroll u l-monitoraġġ kif ukoll ir-rekwiżiti ta’ kejl. Għaldaqstant, il-ko-inċinerazzjoni diretta, mingħajr ipproċessar minn qabel, tat-tliet kategoriji kollha ta’ materjali għandha tkun permessa.

(35) L-użu ta’ prodotti sekondarji ta’ l-annimali jew prodotti derivati bħala karburant fil-proċess ta’ kombustjoni għandu jiġi awtorizzat u mhuwiex operazzjoni ta’ rimi ta’ l-iskart. Madankollu, dan l-użu għandu jsir taħt kundizzjonijiet li jiżguraw il-ħarsien tas-saħħa pubblika u ta' l-annimali, kif ukoll l-istandards ambjentali xierqa.

(36) Il-koerenza tal-leġiżlazzjoni Komunitarja teħtieġ li l-materjal ippreżentat għal proċess ta’ diżintossikazzjoni definit skond id-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Mejju 2002 dwar sustanzi mhux mixtieqa fl-għalf ta’ l-annimali[23] jista’ jintuża wkoll għal għanijiet ta’ għalf.

(37) Ir-Regolament għandu jipprovdi għall-possibbiltà li jkunu stabbiliti parametri għal metodi ta’ pproċessar rigward il-ħin, it-temperatura u l-pressjoni għal prodotti sekondarji ta’ l-annimali, b’mod partikolari għall-metodi li bħalissa qed jissejħu metodi 2 sa 7 skond ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002.

(38) Il-qxur minn frott tal-baħar li minnu tneħħew it-tessuti rotob jew il-laħam, għandu jiġi eskluż mill-ambitu tar-Regolament. Minħabba d-diversi prattiċi rigward it-tneħħija ta' dawn it-tessuti rotob jew il-laħam mill-qxur fil-Komunità, għandu jkun possibbli li jintuża qxur li minnu ma tneħħewx kompletament it-tessuti rotob jew il-laħam, sakemm dan l-użu ma jwassalx għal riskju li jinħoloq għas-saħħa pubblika u ta’ l-annimali. Gwidi għal prassi tajba fil-livell Komunitarju jew nazzjonali jistgħu jgħinu fit-tixrid ta’ l-għarfien rigward il-kundizzjonijiet xierqa għall-użu ta’ dawn il-prodotti.

(39) Fid-dawl tar-riskju limitat għas-saħħa pubblika u ta’ l-annimali li jinħoloq minn dawn il-prodotti, l-awtorità kompetenti għandha tkun kapaċi tawtorizza l-preparazzjoni u l-applikazzjoni fuq l-art ta’ preparati bijodinamiċi, fuq il-bażi ta’ materjal ta’ Kategorija 2 u Kategorija 3, kif imsemmi fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2092/91 ta’ l-24 ta’ Ġunju 1991 dwar il-produzzjoni organika ta’ prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet tagħha fuq prodotti agrikoli u prodotti ta’ l-ikel[24].

(40) It-teknoloġiji ġodda li qed jiġu żviluppati joffru metodi vantaġġużi biex tiġi ġġenerata l-enerġija fuq il-bażi ta’ prodotti sekondarji ta’ l-annimali jew biex jiġi pprovdut ir-rimi sikur ta’ prodotti bħal dawn. Biex jitqies il-progress relatat fix-xjenza u t-teknoloġija, teknoloġiji bħal dawn għandhom jiġu awtorizzati bħala metodi alternattivi għar-rimi jew l-użu ta' prodotti sekondarji ta’ l-annimali fil-Komunità kollha. Jekk jiġi żviluppat proċess teknoloġiku minn individwu, l-applikazzjoni kkontrollata mill-awtorità kompetenti għandha tiġi eżaminata mill-EFSA qabel ma tingħata din l-awtorizzazzjoni, biex jiġi żgurat it-twettiq ta’ valutazzjoni tal-potenzjal ta’ tnaqqis tar-riskju tal-proċess.

(41) Huwa xieraq li jiġu ċċarati r-rekwiżiti applikabbli għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti sekondarji ta’ l-annimali u prodotti derivati maħsuba għal għanijiet ta’ għalf u ta’ fertilizzanti organiċi u prodotti li jtejbu l-ħamrija, biex jiġi żgurat il-ħarsien tal-katina ta’ l-ikel u l-għalf. Il-materjal ta’ Kategorija 3 biss għandu jiġi użat għal għanijiet ta’ għalf. Il-fertilizzanti prodotti fuq il-bażi ta’ prodotti sekondarji ta’ l-annimali jistgħu jaffettwaw is-sikurezza tal-katina ta’ l-ikel u l-għalf. Meta jiġu mmanifatturati minn materjal magħmul mill-proteini, għandu jiġi miżjud komponent bħal sustanza inorganika jew mhux diġeribbli biex jiġi evitat l-użu dirett tagħhom għal għanijiet ta' għalf.

(42) Ir-Regolament (KE) Nru 1523/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2007 li jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq u l-importazzjoni lejn, jew l-esportazzjoni mill-Komunità ta' pil tal-qtates u tal-klieb u ta' prodotti li fihom pil bħal dan[25] jistabbilixxi projbizzjoni ġenerali fuq it-tqegħid fis-suq u l-importazzjoni u l-esportazzjoni ta’ pil tal-qtates u tal-klieb u prodotti li fihom pil bħal dan. Madankollu, din il-projbizzjoni ma għandhiex taffettwa l-obbligu skond dan ir-Regolament għar-rimi ta' prodotti sekondarji ta' l-annimali minn qtates u klieb, inkluż il-pil.

(43) Il-promozzjoni tax-xjenza u r-riċerka teħtieġ l-użu ta’ prodotti sekondarji ta’ l-annimali tal-kategoriji kollha, xi kultant fi kwantitajiet inferjuri għall-iskala ta’ l-iskambji kummerċjali. Biex jiġu ffaċilitati l-importazzjoni u l-użu ta’ materjal bħal dan, l-awtorità kompetenti għandu jkollha l-possibbiltà li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet għal dawn l-operazzjonijiet każ b'każ. Għandhom jiġu stipulati kundizzjonijiet armonizzati fejn tkun meħtieġa azzjoni fil-livell Komunitarju.

(44) Ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 fih dispożizzjonijiet dettaljati li jippermettu, permezz ta’ deroga, li materjal ta’ Kategorija 2 u Kategorija 3 jintuża bħala għalf għal ċerti annimali bħal annimali taż-żu. F’dan ir-Regolament għandhom jiġu stipulati dispożizzjonijiet dettaljati u kkumplimentati bil-possibbiltà li jiġu stabbiliti regoli dettaljati biex jikkontrollaw kull riskju possibbli li jinħoloq għas-saħħa pubblika u ta' l-annimali.

(45) Ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 jippermetti li materjal ta’ Kategorija 1 jintuża bħala għalf għal speċi fil-periklu ta' għasafar nekrofaġi li jgħixu fl-ambjent naturali tagħhom. Biex tiġi pprovduta għodda xierqa għall-preservazzjoni ta’ dawn l-ispeċi, din il-prassi ta’ għalf għandha tibqa’ permessa skond dan ir-Regolament, b’konformità mal-kundizzjonijiet stipulati biex jipprevjenu t-tixrid tal-mard.

(46) Id-dfin u l-ħruq ta’ prodotti sekondarji mhux ipproċessati ta’ l-annimali, b’mod partikolari ta’ annimali mejtin jistgħu jiġu ġġustifikati f’sitwazzjonijiet speċifiċi, b’mod partikolari f’żoni remoti, jew f’sitwazzjonijiet ta’ kontroll ta’ mard li jeħtieġu r-rimi immedjat ta' l-annimali maqtula bħala miżura biex tkun ikkontrollata t-tifqigħa ta’ mard serju li jittieħed. Inkella l-kapaċità disponibbli ta’ pproċessar jew inċinerazzjoni f'reġjun jew fi Stat Membru tista' tkun fattur li jillimita l-kontroll ta' marda.

(47) Id-deroga attwali dwar id-dfin u l-ħruq ta' prodotti sekondarji mhux ipproċessati ta' l-annimali għandha tiġi estiża għal oqsma fejn l-aċċess mhuwiex prattikament possibbli jew jippreżenta riskju għas-saħħa u s-sikurezza tal-persunal responsabbli għall-ġbir. L-esperjenza miksuba bl-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 wriet li taħt ċirkustanzi eċċezzjonali bħal dawn, ir-rimi permezz ta’ dfin jew ħruq fuq il-post jista’ jkun iġġustifikat biex jiġi żgurat ir-rimi fil-pront ta’ l-annimali u tiġi evitata l-propagazzjoni ta’ riskji ta’ mard. Id-daqs globali ta’ żoni remoti fi Stat Membru għandu jkun limitat, biex jiġi żgurat li l-obbligu ġenerali li jkun hemm fis-seħħ sistema ta’ rimi xierqa li tikkonforma mar-regoli stipulati f’dan ir-Regolament huwa sodisfatt.

(48) L-istabbilimenti li jimmaniġġjaw biss kwantitajiet żgħar ta’ prodotti sekondarji ta’ l-annimali li ma joħolqux riskju għas-saħħa pubblika u ta’ l-annimali għandhom jitħallew jarmu dawn il-prodotti sekondarji b'mezzi oħra għajr ir-rimi skond dan ir-Regolament, taħt superviżjoni uffiċjali.

(49) L-istrateġiji possibbli ta’ azzjoni li jistgħu jiġu adottati mill-awtorità kompetenti waqt li twettaq il-kontrolli uffiċjali għandhom jiġu speċifikati biex tkun żgurata ċ-ċertezza legali, b'mod partikolari rigward is-sospensjoni jew l-interruzzjoni permanenti ta' l-operazzjonijiet.

(50) L-obbligu ta’ l-Istati Membri li joħolqu infrastruttura suffiċjenti għar-rimi jimplika impenji finanzjarji u obbligi oħra. Biex jiġi żgurat li l-Istati Membri jistgħu jikkontrollaw il-kwantità ta’ materjal li jista’ jiġi introdott għar-rimi fit-territorju tagħhom, l-awtorità kompetenti għandha tawtorizza d-dispaċċ ta’ materjal bħal dan lejn it-territorju tagħha.

(51) Jistgħu jiġu imposti sterlizzazzjoni bi pressjoni u kundizzjonijiet awżiljarji ta’ trasport biex jiġi żgurat il-kontroll ta’ riskji possibbli. Biex jiġu żgurati t-traċċabilità u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istai Membri li jikkontrollaw il-fluss tal-materjal, is-sistema TRACES introdotta mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/292/KE tat-30 ta' Marzu 2004 dwar l-introduzzjoni tas-sistema Traces[26] għandha tiġi użata biex tipprovdi tagħrif dwar id-dispaċċ tal-materjal kollu ta' Kategorija 1 u Kategorija 2 u tal-prodotti derivati minn operazzjonijiet ta' pproċessar, kif ukoll tal-proteini ta' l-annimali pproċessati ta' Kategorija 3.

(52) Biex jiġi ffaċilitat it-trasport ta’ kunsinni li jgħaddi minn pajjiżi terzi li jkunu ġirien ta’ aktar minn Stat Membru wieħed, għandha tiġi introdotta sistema speċjali għad-dispaċċ ta’ kunsinni mit-territorju ta’ Stat Membru wieħed għal ieħor li jgħaddu mit-territorju ta’ pajjiż terz biex ikun żgurat, b’mod partikolari, li kunsinni li jerġgħu jidħlu fit-territorju tal-Komunità jkunu suġġetti għal kontrolli veterinarji skond id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KE tal-11 ta’ Diċembru 1989 dwar il-kontrolli veterinarji fil-kummerċ intrakomunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern[27].

(53) Għal raġunijiet ta’ koerenza tal-leġiżlazzjoni Komunitarja, hemm bżonn li tiġi ċċarata r-relazzjoni bejn ir-regoli stipulati f'dan ir-Regolament u l-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar l-iskart. B’mod partikolari, il-konsistenza għandha tiġi żgurata permezz ta’ projbizzjonijiet fuq l-esportazzjonijiet ta’ l-iskart stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-14 ta’ Ġunju 2006 dwar il-ġarr ta' l-iskart[28]. Biex jiġu evitati l-effetti li jistgħu jkunu ta’ ħsara għall-ambjent, għandha tiġi pprojbita l-esportazzjoni ta’ prodotti sekondarji ta’ l-annimali u prodotti derivati ddestinati għar-rimi permezz ta’ inċinerazzjoni u landfill. Għandu jiġi evitat ukoll li prodotti sekondarji ta' l-annimali u prodotti derivati jiġu esportati bl-għan li jintużaw f'impjant tal-bijogass jew tal-kompost lejn pajjiżi terzi li mhumiex membri ta' l-OECD, biex jiġu evitati l-impatti ambjentali potenzjalment negattivi u r-riskji għas-saħħa pubblika u ta' l-annimali. Meta tapplika d-dispożizzjonijiet li jidderogaw mill-projbizzjoni ta’ l-esportazzjoni fl-Artikolu 37, il-Kummissjoni għandha tirrispetta bis-sħiħ fid-deċiżjonijiet tagħha l-Konvenzjoni ta’ Basel dwar il-kontroll ta’ movimenti transkonfinali ta’ skart perikoluż u r-rimi tiegħu, u l-emenda għal din il-Konvenzjoni fid-Deċiżjoni III/1 tal-Konferenza tal-Partijiet, kif irratifikati mill-Komunità Ewropea permezz tad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 93/98/KEE[29] u 97/640/KE[30], rispettivament, u implimentati bir-Regolament (KE) Nru 1013/2006.

(54) Barra minn hekk, għandu jiġi żgurat li prodotti sekondarji ta’ l-annimali mħallta jew ikkontaminati bi skart perikoluż, kif elenkati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/532/KE tat-3 ta' Mejju 2000 li tissostitwixxi d-Deċiżjoni 94/3/KE li tistabbilixxi lista ta' skart skond l-Artikolu 1(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE dwar l-iskart u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/904/KE li tistabbilixxi lista ta' skart perikoluż skond l-Artikolu 1(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE dwar l-iskart perikoluż[31] jiġu importati, esportati jew mibgħuta biss bejn l-Istati Membri skond ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006. Jeħtieġ ukoll li jiġu stipulati regoli dwar id-dispaċċ ta' materjal bħal dan fi Stat Membru.

(55) Il-Kummissjoni għandha tkun tista’ twettaq kontrolli fl-Istati Membri. Il-kontrolli tal-Komunità f’pajjiżi terzi għandhom jitwettqu skond ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifika tal-konformità mal-liġi ta' l-għalf u l-ikel, mar-regoli dwar is-saħħa ta’ l-annimali u l-benessri ta’ l-annimali[32].

(56) L-importazzjoni ta’ prodotti sekondarji ta’ l-annimali u prodotti derivati fil-Komunità u t-transitu ta' materjal bħal dan għandhom isiru skond ir-regoli li huma stretti għall-inqas daqs dawk applikabbli fil-Komunità. Alternattivament, ir-regoli applikabbli għal prodotti sekondarji ta’ l-annimali u prodotti derivati f’pajjiżi terzi jistgħu jiġu rikonoxxuti bħala ekwivalenti għar-regoli stipulati fil-leġiżlazzjoni Komunitarja. Minħabba r-riskju potenzjali marbut magħhom, għandu jkun applikabbli sett simplifikat ta’ regoli dwar l-importazzjoni għal prodotti li huma maħsuba għal użu barra mill-katina ta' l-għalf.

(57) Il-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar il-manifattura ta’ prodotti derivati maħsuba għal użu bħala prodotti kożmetiċi, prodotti mediċinali jew tagħmir mediku tinkludi qafas komprensiv għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti bħal dawn: Id-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri relatati ma’ prodotti kożmetiċi[33], id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi Komunitarju relatat ma’ prodotti mediċinali għal użu mill-bniedem[34], id-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi Komunitarju relatat ma’ prodotti mediċinali veterinarji[35], id-Direttiva tal-Kunsill 90/385/KEE ta’ l-20 ta’ Ġunju 1990 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri relatati ma’ tagħmir mediku attiv li jiddaħħal f'xi parti tal-ġisem[36], id-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE ta’ l-14 ta’ Ġunju 1993 dwar it-tagħmir mediku[37] u d-Direttiva 98/79/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 1998 dwar tagħmir mediku dijanjostiku in vitro [38] (“id-Direttivi speċifiċi”). Madankollu, id-Direttivi speċifiċi dwar il-prodotti kożmetiċi u t-tagħmir mediku ma jipprovdux għall-ħarsien kontra r-riskji għas-saħħa ta’ l-annimali. F’każijiet bħal dawn, dan ir-Regolament għandu japplika għal dawn ir-riskji u miżuri ta’ salvagwardja skond ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 għandhom ikunu possibbli.

(58) Il-prodotti sekondarji ta’ l-annimali jew il-prodotti derivati li huma fornuti bħala materjal jew ingredjenti għall-manifattura ta' dawn il-prodotti derivati għandhom ikunu suġġetti wkoll għar-rekwiżiti tad-Direttivi speċifiċi, safejn dawn jistabbilixxu regoli għall-kontroll tar-riskji għas-saħħa pubblika u ta’ l-annimali. Dawn id-Direttivi speċifiċi diġà jirregolaw il-materjal tal-bidu li ġej mill-annimali u li jista' jintuża għall-manifattura ta' prodotti derivati msemmija u jimponu ċerti kundizzjonijiet biex jiżguraw il-ħarsien tas-saħħa pubblika u ta' l-annimali. B’mod partikolari, id-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE teskludi l-materjal ta’ Kategorija 1 u l-materjal ta’ Kategorija 2 bħala parti mill-kompożizzjoni ta’ prodott kożmetiku u tobbliga lill-manifatturi biex japplikaw prassi tajba ta’ manifattura. Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/32/KE tat-23 ta’ April 2003[39] tintroduċi speċifikazzjonijiet dettaljati fir-rigward ta’ tagħmir mediku mmanifatturat bl-użu ta’ tessuti li ġejjin mill-annimali.

(59) Madankollu, fejn dawn il-kundizzjonijiet ma jkunux għadhom ġew stipulati fid-Direttivi speċifiċi jew fejn ma jkoprux ċerti riskji għas-saħħa pubblika u ta’ l-annimali, għandu japplika dan ir-Regolament.

(60) Bl-għan li tiġi żgurata t-traċċabilità, l-operaturi għandhom jindikaw operazzjonijiet bl-użu ta’ din il-materja prima derivata mill-annimali lill-awtoritajiet kompetenti, biex l-intervent mill-awtoritajiet responsabbli għall-ħarsien tas-saħħa pubblika u ta’ l-annimali jkun possibbli, fil-każ ta’ kull nuqqas ta’ konformità mar-regoli stipulati f’dan ir-Regolament.

(61) Ċerti prodotti derivati ma jidħlux fil-katina ta’ l-għalf jew mhumiex applikati fuq raba’ fejn jirgħu l-annimali mrobbija fl-irziezet jew li minnu jinqatgħu ħxejjex erbaċej għall-għalf. Dawn il-prodotti derivati jinkludu prodotti għal użi tekniċi, bħal ġlud ittrattati għall-produzzjoni tal-ġilda, suf ipproċessat għall-industrija tat-tessuti, prodotti ta’ l-għadam għall-kolla u materjal ipproċessat maħsub għall-ikel ta' l-annimali domestiċi. L-operaturi għandhom jitħallew iqiegħdu dawn il-prodotti fis-suq sakemm dawn ikunu jew derivati minn materja prima li ma teħtieġ l-ebda trattament jew it-trattament jew l-użu aħħari tal-materjal trattat ikun jiżgura kontroll xieraq tar-riskji.

(62) Ir-regoli Komunitarji jistgħu jipprevedu wkoll li l-ebda rekwiżiti ma japplikaw għat-tqegħid fis-suq ta' dawn il-prodotti meta dan ikun iġġustifikat minħabba n-nuqqas ta' riskju, b'mod partikolari meta jista' jiġi determinat il-punt aħħari fil-katina ta' manifattura, li warajh il-materjal li jirriżulta ma jibqa’ joħloq l-ebda riskju sinifikanti.

(63) Skond ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002, ċerti prodotti, speċjalment gwanu, ċerti ġlud li jkunu għaddew minn forom partikolari ta' trattament bħal ikkunzar, u ċerti trofej tal-kaċċa, ġew eżentati mir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament. Għandhom jiġu pprovduti eżenzjonijiet simili permezz ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni, bħal fil-każ ta’ prodotti oleokimiċi. Madankollu, biex jinżamm livell xieraq ta’ ħarsien tal-katina ta’ l-għalf, l-operaturi li jimmaniġġjaw materjal ta’ Kategorija 1 u Kategorija 2 għall-manifattura ta’ l-ikel għall-annimali domestiċi għandhom jibqgħu jkunu obbligati li jiksbu l-approvazzjoni.

(64) It-tixrid u l-użu ta’ gwidi ta’ prassi tajba fil-livell Komunitarju u nazzjonali mis-setturi ekonomiċi kkonċernati mir-Regolament jistgħu jservu ta’ għodda utli biex jissaħħaħ l-għarfien dwar u jiġu żviluppati strumenti prattiċi xierqa għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(65) Ċerti nuqqasijiet fil-konformità mar-regoli stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 dehru f'għadd ta' Stati Membri. Għal din ir-raġuni, barra mill-infurzar strett ta' dawn ir-regoli, jinħtieġu sanzjonijiet kriminali u oħrajn ta' tip ieħor kontra operaturi li ma jikkonformawx ma' dawn ir-regoli. Għalhekk jeħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu regoli dwar penalitajiet applikabbli għall-ksur ta' dan ir-Regolament.

(66) Billi l-għanijiet ta' l-azzjoni li trid tittieħed ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jistgħu għalhekk jinkisbu aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, bi qbil mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f’dan l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawn l-għanijiet.

(67) Biex ikun hemm aktar ċertezza legali u fid-dawl ta' l-għan ġenerali tal-Kummissjoni li tissemplifika l-leġiżlazzjoni tal-Komunità, għandu jiġi stabbilit qafas koerenti ta' regoli f'dan ir-Regolament, filwaqt li jitqiesu r-regoli stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1774/2002, kif ukoll l-esperjenza miksuba u l-progress magħmul mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 għandu jiġi revokat u sostitwit minn dan ir-Regolament.

(68) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni[40]. Biex ikun hemm aktar koerenza u ċarezza fil-leġiżlazzjoni tal-Komunità, ir-regoli tekniċi dwar operazzjonijiet speċifiċi li jinvolvu prodotti sekondarji li ġejjin mill-annimali, li attwalment huma stabbiliti fl-Annessi tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002, kif ukoll fil-miżuri ta' implimentazzjoni adotatti fuq il-bażi ta' dan ir-Regolament[41], għandhom jiġu stabbiliti f'atti separati ta' implimentazzjoni. Konsultazzjonijiet u tagħrif ta' konsumaturi u ambjenti soċjo-professjonali li għandhom interess fi kwistjonijiet marbuta ma' dan ir-Regolament għandhom isiru skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/613/KE tas-6 ta' Awissu 2004 dwar il-ħolqien ta' grupp ta' konsultazzjoni dwar il-katina ta' l-ikel u s-saħħa ta' l-annimali u l-pjanti[42].

(69) B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta regoli dwar is-sit u t-tagħmir ta' impjanti u stabbilimenti li minn taħt idejhom jgħaddu l-prodotti sekondarji li ġejjin mill-annimali, l-immaniġġjar u t-trattament ta' prodotti sekondarji mill-annimali, il-kategorizzazzjoni ta' materjali skond ir-riskju li joriġina minnhom għas-saħħa pubblika u dik ta' l-annimali, miżuri maħsuba biex jiżguraw it-traċċabilità tal-prodotti sekondarji li ġejjin mill-annimali, derogi dwar l-użu u d-dispożizzjoni ta' prodotti sekondarji li ġejjin mill-animali, kundizzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti sekondarji li ġejjin mill-annimali u prodotti derivati, kundizzjonijiet għall-kontroll għad-dispaċċ ta' ċerti prodotti sekondarji li ġejjin mill-annimali u prodotti derivati fost l-Istati Membri u kundizzjonijiet għall-importazzjoni u t-tranżitu ta' prodotti sekondarji li ġejjin mill-annimali u prodotti derivati. Billi dawn il-miżuri huma ta' ambitu ġenerali u huma mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, inter alia billi jissupplimentawh b'elementi mhux essenzjali ġodda, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju stabbilita fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(70) Għal raġunijiet ta' effiċjenza, il-limiti normali ta' żmien għall-proċedura regolamentari bi skrutinju għandhom jitqassru għall-adozzjoni ta' miżuri li jispeċifikaw il-kundizzjonijiet għad-dispaċċ ta' prodotti sekondarji li ġejjin mill-annimali minn azjendi, impjanti jew żoni ristretti.

ADDOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI

taqsima 1: SUġġETT, AMBITU, DEFINIZZJONIJIET, INFRASTRUTTURA

Artikolu 1 Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dwar is-saħħa pubblika u dik ta' l-annimali għall-prodotti sekondarji li ġejjin mill-annimali u prodotti derivati minnhom, biex:

(a) jiġu milqugħa minn qabel u minimizzati r-riskji għas-saħħa pubblika u dik ta' l-annimali li ġejjin minn dawn il-prodotti; u

(b) titħares is-sikurezza tal-katina ta' l-ikel u ta' l-għalf.

Artikolu 2 Ambitu

1. Dan ir-Regolament għandu jappilka għall-prodotti sekondarji li ġejjin mill-annimali u prodotti derivati minnhom

(a) li huma esklużi mill-konsum mill-bniedem skond il-leġiżlazzjoni tal-Komunità; jew

(b) li jistgħu jkunu destinati għall-konsum mill-bniedem skond il-leġiżlazzjoni tal-Komunità, iżda skond deċiżjoni minn operatur huma destinati għal għanijiet oħra għajr għall-konsum mill-bniedem.

2. Dan ir-Regolament ma għandux japplika għall-prodotti sekondarji li ġejjin mill-annimali u prodotti derivati minnhom:

(a) ġisem sħiħ jew partijiet ta' annimali salvaġġi:

(i) li ma hemmx suspett dwarhom ta' infezzjoni ta' mard li jittieħed mill-bnedmin jew l-annimali, għajr għal annimali ta' l-ilma mistada għal għanijiet kummerċjali;

(ii) fil-każ ta' annimali salvaġġi ta' l-art, li ma jinġabrux wara li jinqatlu, skond prassi ta' kaċċa tajba;

(b) prodotti sekondarji li ġejjin mill-kaċċa salvaġġa u mil-laħam tal-kaċċa salvaġġa msemmija fl-Artikolu 1(3)(e) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004;

(c) oożiti, embrijuni u semen maħsuba għall-għanijiet ta’ tgħammir;

(d) ħalib likwidu, colostrum u prodotti li ġejjin minnu li jinkisbu, jinżammu, jintremew jew jintużaw fl-azjenda ta’ oriġini;

(e) qxur mill-frott tal-baħar bit-tessut artab tiegħu jew laħmu mneħħi;

(f) skart mill-kejtering, għajr jekk

(i) joriġina minn mezzi ta’ trasport li joperaw internazzjonalment,

(ii) ikun maħsub għal għanijiet ta' għalf;

(iii) ikun maħsub għal użu f'impjant tal-bijogass, għall-produzzjoni tal-kompost jew il-manifattura ta' prodotti derivati maħsuba għall-użu permezz ta' metodi alternattivi kif imsemmi fl-Artikolu 22(a); u

(g) mingħajr ħsara għal-leġiżlazzjoni dwar l-ambjent tal-Komunità, materjal mormi fil-baħar, li jkun riżultat ta' operazzjonijiet ta' sajd, minn vapuri b'konformità mar-Regolamenti (KE) Nru 852/2004 u Nru 853/2004, għajr għal materjal li jkun ġej minn tindif ta' ħut abbord li juri sinjali ta' mard, inklużi parassiti.

3. Dan ir-Regolament ma għandux japplika għall-prodotti derivati li ġejjin, soġġetti għar-reġim speċjali stabbilit fil-Kapitolu VI:

(a) prodotti kosmetiċi kif iddefiniti fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 76/768/KEE;

(b) tagħmir mediku attiv li jiġi impjantat kif iddefinit fl-Artikolu 1(2)(c) tad-Direttiva 90/385/KEE;

(c) tagħmir mediku kif iddefinit fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 93/42/KEE;

(d) tagħmir in vitro mediku ta' dijanjożi kif iddefinit fl-Artikolu 1(2)(b) tad-Direttiva 98/79/KE.

(e) prodotti mediċinali veterinarji kif iddefiniti fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2001/82/KE;

(f) prodotti mediċinali kif iddefiniti fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2001/83/KE.

4. Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr ħsara għal-leġislazzjoni veterinarja tal-Komunità li għandha bħala l-għan tagħha l-kontroll u l-eradikazzjoni tal-mard ta' l-annimali.

Artikolu 3 Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) "prodotti sekondarji mill-annimali" tfisser iġsma jew partijiet ta' annimali, ta' annimali mejtin jew prodotti li ġejjin mill-annimali msemmija fl-Artikoli 11, 12 u 13, inklużi oożiti, embrijuni u semen;

(2) "annimal" tfisser kull annimal invertebru jew vertebru (inklużi l-ħut, ir-rettili u l-amfibji);

(3) "annimali tat-trobbija" tfisser:

(a) kull annimal li huwa miżmum, imsemmen jew mgħammar mill-bnedmin u użat għall-produzzjoni ta’ ikel, suf, pil, rix, ġlud jew xi prodott ieħor li joriġina mill-annimali jew għal għanijiet ta' trobbija;

(b) equidae;

(4) "annimal salvaġġ" tfisser kull annimal mhux miżmum mill-bnedmin;

(5) "annimal domestiku" tfisser kull annimal li jaqa' taħt speċi li tiġi normalment mitmugħa u tinżamm mill-bnedmin għal għanijiet li mhumiex dawk ta' trobbija f'razzett u li tagħhom hemm lista fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 998/2003;

(6) "annimali akwatiċi" tfisser annimali akwatiċi kif iddefiniti fl-Artikolu 3(1)(e) tad-Direttiva 2006/88/KE;

(7) "awtorità kompetenti" tfisser l-awtorità ċentrali ta' Stat Membru kompetenti fl-iżgurar tal-konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament jew kull awtorità li lilha tkun ġiet iddelegata din il-kompetenza; tinkludi wkoll, fejn xieraq, l-awtorità korrispondenti ta' pajjiż terz;

(8) "tqegħid fis-suq" tfisser kull operazzjoni li l-għan tagħha huwa li jinbiegħu prodotti mill-annimali jew prodotti derivati lil parti terza fil-Komunità jew kull forma oħra ta' forniment bi ħlas jew mingħajru lil tali parti terza jew ħażna bil-ħsieb li tiġi fornuta din il-parti terza;

(9) "tranżitu" tfisser moviment minn ġewwa l-Komunità minn territorju ta' pajjiż terz lejn territorju ta' pajjiż terz, għajr bil-baħar jew bl-ajru;

(10) "esportazzjoni" tfisser moviment mill-Komunità lejn pajjiż terz;

(11) "produttur" tfisser kull persuna li tipproduċi prodotti sekondarji mill-annimali jew prodotti derivati;

(12) "operatur" tfisser kull persuna naturali jew legali li għandha taħt il-kontroll attwali tagħha prodott sekondarju li ġej mill-annimali jew prodott derivat, il-produttur inkluż;

(13) "enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli (TSEs)" tfisser l-enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli kollha kif iddefiniti fl-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 999/2001;

(14) "materjal speċifiku ta' riskju" tfisser materjal speċifiku ta' riskju kif iddefinit fl-Artikolu 3(1)(g) tar-Regolament (KE) Nru 999/2001;

(15) "prodotti derivati" tfisser kull prodott miksub minn trattament, trasformazzjoni jew grad ta' ipproċessar wieħed jew aktar ta' prodotti sekondarji mill-annimali;

(16) "sterilizzazzjoni bil-pressjoni" tfisser l-ipproċessar ta' prodotti sekondarji mill-annimali, wara tnaqqis fid-daqs tal-partiċella għal mhux iktar minn 50 mm, għal temperatura fil-qalba ta' aktar minn 133°C għal mhux inqas minn 20 minuta minghajr waqfien bi pressjoni assoluta ta' mhux inqas minn 3 bar;

(17) "prodotti li oriġinaw mill-annimali" tfisser prodotti miksuba minn annimali u prodotti miksuba minn prodotti bħal dawn, fosthom annimali ħajjin fejn ikunu ppreparati għal dan l-użu;

(18) "demel" tfisser kull ħmieġ u/jew urina ta’ annimali tat-trobbija, biż-żibel jew mingħajru, jew guano mhux mineralizzat;

(19) "radam awtorizzat" tfisser radam li għalih nħareġ permess skond id-Direttiva 1999/31/KE;

(20) "impjant approvat" tfisser impjant approvat skond dan ir-Regolament għal operazzjoni partikolari li tinvolvi l-immaniġġjar ta' prodotti sekondarji mill-annimali, li ma jkunx vapur tas-sajd;

(21) "stabbiliment" tfisser post ta' manifattura ta' prodotti derivati li huma regolamentati minn leġiżlazzjoni oħra tal-Komunità;

(22) "fertilizzant organiku" u "prodott li jtejjeb il-ħamrija" jfissru materjali li joriġinaw mill-annimali użati biex iżommu jew itejbu n-nutriment tal-pjanti u l-karatteristiċi fiżiċi u kimiċi u l-attivitajiet bijoloġiċi tal-ħamrija, jew separatament jew flimkien; jistgħu jinkludu demel, kontenut tas-sistema diġestiva, kompost u residwi tad-diġestjoni;

(23) "żona remota" tfisser żona fejn il-popolazzjoni ta’ l-annimali tant hija żgħira, u fejn il-faċilitajiet ta' rimi huma tant ’il bogħod li l-arranġamenti meħtieġa għall-ġbir u t-trasport ta' prodotti sekondarji mill-annimali jkunu onerużi b’mod mhux aċċettabbli meta mqabbla ma’ rimi lokali;

(24) "ikel" tfisser ikel kif iddefinit fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002;

(25) "għalf" tfisser għalf kif iddefinit fl-Artikolu 3(4) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002.

Artikolu 4 Infrastrutturi nazzjonali u sistemi għall-ġbir u rimi ta' prodotti sekondarji mill-annimali

1. L-Istati Membri għandu jkollhom infrastruttura xierqa stabbilita fit-territorju tagħhom li tiżgura li l-prodotti sekondarji mill-annimali

(a) jinġabru, jiġu identifikati u ttrasportati mingħajr dewmien bla bżonn;

(b) jintremew skond dan ir-Regolament.

2. L-Istati Membri għandhom

(a) jipprovdu sistema għall-ġbir u r-rimi ta' prodotti sekondarji mill-annimali, li taħdem b'mod effiċjenti u li tkun kkontrollata kontinwament mill-awtorità kompetenti;

(b) jimpenjaw riżorsi xierqa għat-tħaddim ta' din is-sistema.

3. L-Istati Membri jistgħu jaqdu dmirijiethom skond dan l-Artikolu bil-kooperazzjoni ta' Stati Membri oħra u pajjiżi terzi.

TAQSIMA 2: RESTRIZZJONIJIET DWAR IS-SAħħA TA' L-ANNIMALI

Artikolu 5 Restrizzjonijiet ġenerali dwar is-saħħa ta' l-annimali

1. Mingħajr ħsara għall-Artikolu 2(4), prodotti sekondarji mill-annimali u prodotti derivati ma għandhomx jintbagħtu minn azjendi, impjanti jew żoni li huma suġġetti għal restrizzjonijiet

(a) skond il-leġiżlazzjoni veterinarja tal-Komunità; jew

(b) minħabba l-preżenza ta' marda serja li tittieħed

(i) elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 92/119/KEE; jew

(ii) stabbiliti f'lista mfassla mill-Kummissjoni.

Il-miżuri msemmija fil-punt (b)(ii) li tfasslu sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jżidu miegħu, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 48(4).

2. Il-Paragrafu 1 ma għandux japplika fejn prodotti sekondarji mill-annimali u prodotti derivati jintbagħtu skond kundizzjonijiet li jridu jiġu adottati mill-Kummissjoni biex jintlaqa' minn qabel it-tixrid ta' mard li jittieħed fost il-bnedmin jew l-annimali.

Dawn il-miżuri mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, billi jżidu miegħu, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 48(5).

TAQSIMA 3: APPROVAZZJONI TA' IMPJANTI U STABBILIMENTI

Artikolu 6 Impjanti u stabbilimenti li jeħtieġu approvazzjoni

1. Impjanti u stabbilimenti li minnhom jgħaddu prodotti sekondarji mill-annimali u prodotti derivati għandhom jiġu approvati mill-awtorità kompetenti.

Din l-approvazzjoni għandha tispeċifika għal liema waħda mill-operazzjonijiet li ġejjin tingħata:

(a) l-immaneġġjar, ħażna jew ipproċessar ta' prodotti sekondarji mill-annimali u prodotti derivati;

(b) it-trasformazzjoni ta' prodotti sekondarji mill-annimali f'bijogass jew kompost;

(c) l-inċenerazzjoni ta' prodotti sekondarji mill-annimali;

(d) għar-rimi jew irkupru ta' prodotti sekondarji mill-annimali jew prodotti derivati, li huma skart, f'impjanti ta' ko-inċenerazzjoni;

(e) il-kombustjoni ta' prodotti sekondarji mill-annimali u prodotti derivati;

(f) l-ittrattar jew manifattura ta' ikel għall-annimali domestiċi kif imsemmi fit-tielet sottoparagrafu ta' l-Artikolu 45.

2. L-approvazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tispeċifika jekk l-impjant jew l-istabbiliment huwiex approvat għal operazzjonijiet bi prodotti sekondarji mill-annimali u prodotti derivati ta':

(a) kategorija partikolari msemmija fl-Artikoli 11, 12 jew 13; jew

(b) aktar minn kategorija waħda msemmija fl-Artikoli 11, 12 jew 13 u turi jekk dawn l-operazzjonijiet jitwettqux

(i) b'mod permanenti skond kundizzjonijiet ta' firda stretta li jilqgħu minn qabel kontra xi riskji għas-saħħa pubblika u dik ta' l-annimali; jew

(ii) b'mod temporanju skond kundizzjonijiet li jilqgħu minn qabel kontra t-tniġġis, biex jitpatta għan-nuqqas ta' kapaċità għal prodotti bħal dawn li tkun ġejja minn:

- tifqigħa mxxerda ta' marda epiżootika; jew

- ċirkustanzi oħra mhux tas-soltu u mhux imbassra.

Artikolu 7 Eżenzjonijiet mir-rekwiżit għal approvazzjoni

1. B'deroga mill-Artikolu 6(1), ebda approvazzjoni ma għandha tinħtieġ għal:

(a) operazzjonijiet koperti mill-approvazzjoni jew reġistrazzjoni ta' impjanti u stabbilimenti approvati jew reġistrati bi qbil ma':

(i) Ir-Regolament (EC) Nru 853/2004; jew

(ii) Ir-Regolament (EC) Nru 183/2005;

(b) impjanti ta' inċenerazzjoni u impjanti ta' ko-inċenerazzjoni li għandhom permess li joperaw bi qbil mad-Direttiva 2007/76/KE;

(c) impjanti ta' bijogass u kompost li fihom jiġu ttrasformati prodotti sekondarji mill-annimali jew prodotti derivati bi qbil mal-parametri standard stabbiliti skond l-Artikolu 9(c);

(d) mingħajr ħsara għall-Kapitolu VI, stabbilimenti li jimmanifatturaw prodotti derivati msemmija fl-Artikolu 2(3);

(e) mingħajr ħsara għall-Kapitolu VI, operaturi li jimpurtaw, jiġbru jew jiċċaniljaw prodotti sekondarji mill-annimali u prodotti derivati esklużivament għall-manifattura tal-prodotti derivati msemmija fl-Artikolu 2(3);

(f) impjanti u stabbilimenti soġġetti għat-Taqsima 2 tal-Kapitolu VI, għajr għall-impjanti msemmija fl-Artikolu 6(1)(f).

2. Impjanti u stabbilimenti eżenti minn approvazzjoni bi qbil mal-paragrafu 1(a), (b) u (c) għandhom ikunu reġistrati mill-awtorità kompetenti malli ssir l-applikazzjoni mill-operatur.

L-applikazzjoni trid tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a) il-kategorija ta' prodotti sekondarji mill-annimali li jintużaw;

(b) in-natura ta' l-operazzjonijiet imwettqa bl-użu ta' prodotti sekondarji mill-annimali jew prodotti derivati bħala materjal ta' bidu li għalihom issir l-applikazzjoni.

3. Regoli dettaljati għal applikazzjoni għal reġistrazzjoni kif ipprovdut fil-paragrafu 2 jistgħu jiġu adottati skond il-proċeduri msemmija fl-Artikolu 48(3).

Artikolu 8 Approvazzjoni ta’ impjanti

1. L-awtorità kompetenti għandha tapprova impjant sakemm l-operatur jibgħat flimkien ma' l-applikazzjoni, evidenza li:

(a) huwa ddisinjat u mibni bi qbil ma' dan ir-Regolament u għandu kontrolli xierqa biex jilqa' minn qabel għal riskji għas-saħħa pubblika u dik ta' l-annimali u li huma konformi ma' kull miżura stabbilita skond il-paragrafu 3 għas-sit u t-tagħmir, b'mod partikolari għat-trattament ta' skart li jkun ġej mill-bini permezz ta' filtrazzjoni;

(b) minnu jgħaddu prodotti sekondarji mill-annimali u, jekk jinħtieġ b'dan ir-Regolament jew b'regoli adotatti skond dan ir-Regolament, prodotti derivati bi qbil mar-rekwiżiti ta' iġjene stabbiliti skond l-Artikolu 9;

(c) jekk jinħtieġ b'miżuri adottati skond il-paragrafu 3, l-operatur ikun wettaq validazzjoni tal-proċess li jkun se jintuża fl-impjant, biex tiġi vverifikata l-kapaċità tiegħu li jilqa' minn qabel għal riskji għas-saħħa pubblika u dik ta' l-annimali; u

(d) l-operatur għandu sistema tiegħu stess ta' kontrolli fl-impjant kif imsemmi fl-Artikolu 17.

2. L-impjant għandu jiġi approvat biss wara żjara fuq il-post mill-awtorità kompetenti.

L-awtorità kompetenti tista' tagħti approvazzjoni b'kundizzjoni jekk jidher li l-impjant jilħaq ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1(a) u (b).

Hi għandha tagħti approvazzjoni sħiħa biss jekk jidher minn kontroll uffiċjali ieħor ta' l-impjant, imwettaq fi żmien tliet xhur wara l-għoti ta' approvazzjoni b'kundizzjoni, li l-impjant jilħaq ir-rekwiżiti l-oħra applikabbli.

Jekk ikun sar progress biċ-ċar iżda l-impjant ikun għadu ma laħaqx ir-rekwiżiti kollha applikabbli, l-awtorità kompetenti tista' ttawwal l-approvazzjoni b'kundizzjoni. Madankollu, l-approvazzjoni b'kundizzjoni ma għandhiex taqbeż total ta' sitt xhur.

3. Jistgħu jiġu stabbiliti miżuri għall-implimentazzjoni tal-validazzjonijiet imwettqa mill-operatur bi qbil mal-paragrafu 1(c) skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 48(3).

Artikolu 9 Miżuri ta’ implimentazzjoni

Il-Kummissjoni tista' tistipula miżuri għall-implimentazzjoni ta' din it-Taqsima, dwar:

(a) ir-rekwiżiti applikabbli għall-inċenerazzjoni, ko-inċenerazzjoni u kombustjoni ta' prodotti sekondarji mill-annimali u prodotti derivati kif imsemmi fl-Artikolu 6(1)(c), (d) u (e);

(b) kundizzjonijiet għall-immaneġġjar, ipproċessar jew ħażna ta' prodotti sekondarji mill-annimali jew prodotti derivati fl-istess impjant jew stabbiliment:

(i) fejn dawn l-operazzjonijiet jitwettqu separatament;

(ii) fejn dawn l-operazzjonijiet jitwettqu temporanjament;

(c) parametri ta' trasformazzjoni standard għall-impjanti tal-bijogass u kompost kif imsemmi fl-Artikolu 7(1)(c);

(d) is-sit u t-tagħmir ta' impjanti u stabbilimenti li jeħtieġu approvazzjoni dwar:

(i) rekwiżiti ta' iġjene ġenerali applikabbli fi ħdan impjanti u stabbilimenti approvati;

(ii) rekwiżiti tekniċi għall-immaneġġjar, trattament, trasformazzjoni u pproċessar ta' prodotti sekondarji mill-annimali jew prodotti derivati fi ħdan impjanti u stabbilimenti approvati;

(iii) standards għal trattament ta' ilma ta' l-iskart li jkun ġej mill-bini permezz ta' filtrazzjoni, inkluż id-daqs tal-pori tal-filtru u l-ħtieġa li jintużaw filtri li jistgħu jneħħu b'mod effettiv ċerti aġenti patoġeniċi mill-ilma ta' l-iskart.

Dawn il-miżuri, li tfasslu sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jżidu miegħu, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 48(4).

TAQSIMA 4: KATEGORIZZAZZJONI

Artikolu 10 Kategorizzazzjoni ta' prodotti sekondarji mill-annimali u prodotti derivati;

1. Il-prodotti sekondarji mill-annimali għandhom jiġu kkategorizzati f'kategoriji speċifiċi li jirriflettu l-livell ta' riskju għas-saħħa pubblika u dik ta' l-annimali li ġej minn dawn il-prodotti sekondarji mill-annimali, skond il-listi stabbiliti fl-Artikoli 11, 12 jew 13.

2. Il-prodotti derivati għandhom ikun soġġetti għar-regoli għall-kategorija speċifika ta' prodotti sekondarji mill-annimali li minnhom ikunu derivati, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor f'dan ir-Regolament, jew f'miżuri għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament adottat mill-Kummissjoni.

Dawn il-miżuri, li tfasslu biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jżidu miegħu, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 48(4).

Artikolu 11 Materjal ta’ Kategorija 1

Il-materjal ta’ kategorija 1 għandu jkun fih dawn il-prodotti sekondarji mill-annimali li ġejjin jew xi materjal li fih prodotti sekondarji bħal dawn:

(a) iġsma sħaħ u l-partijiet kollha tal-ġisem, inklużi l-ġlud, ta’ l-animali li ġejjin:

(i) annimali suspettati li huma infettati bit-TSE bi qbil mar-Regolament (KE) Nru 999/2001 jew li fihom ġiet ikkonfermata uffiċjalment il-preżenza ta’ TSE;

(ii) annimali maqtula fil-kuntest ta’ miżuri ta’ eradikazzjoni tat-TSE;

(iii) annimali oħra li mhumiex imrobbija fl-irziezet u annimali salvaġġi, inklużi b'mod partikolari annimali domestiċi, annimali taż-żoo u annimali taċ-ċirku;

(iv) annimali użati għal esperimenti kif iddefinit bl-Artikolu 2(d) tad-Direttiva 86/609/KEE;

(v) annimali salvaġġi, meta ssuspettati li huma infettati minn mard li jittieħed mill-bnedmin jew mill-annimali;

(b) il-materjal li ġej:

(i) materjal ta’ riskju speċifikat;

(ii) iġsma sħaħ jew partijiet minn annimali mejtin li fihom materjal ta' riskju speċifikatfil-ħin tar-rimi;

(c) prodotti li ġejjin mill-annimali derivati minn annimali li ġew sottomessi għal trattament illegali kif iddefinit fl-Artikolu 1(2)(d) tad-Direttiva 96/22/KE u l-Artikolu 2(b) tad-Direttiva 96/23/KE;

(d) materjal mill-annimali miġbur matul il-filtrazzjoni ta' ilma ta' l-iskart meħtieġ bl-Artikolu 8(1)(a), meta dan l-ilma jkun imiss jew mess ma' materjal ta' Kategorija 1;

(e) skart mill-kejtering minn mezzi ta’ trasport li joperaw internazzjonalment;

(f) taħlita ta' materjal ta' Kategorija 1 jew ma' materjal ta' Kategorija 2 jew materjal ta' Kategorija 3 jew mat-tnejn li huma.

Artikolu 12 Materjal ta’ Kategorija 2

Il-materjal ta’ Kategorija 2 għandu jkun fih dawn il-prodotti sekondarji mill-annimali li ġejjin jew xi materjal li fih prodotti sekondarji bħal dawn:

(a) demel u kontenut tas-sistema diġestiva;

(b) materjal mill-annimali miġbur matul il-filtrazzjoni ta' ilma ta' l-iskart meħtieġ bl-Artikolu 8(1)(a), meta dan l-ilma jkun imiss jew mess ma' materjal ta' Kategorija 2;

(c) prodotti li ġejjin mill-annimali li fihom residwi ta' sustanzi jew kontaminanti awtorizzati li jaqbżu l-livelli permessi kif imsemmi fl-Artiikolu 15(3) tad-Direttiva 96/23/KE;

(d) prodotti li ġejjin mill-annimali li ġew dikjarati mhux xierqa għall-konsum mill-bniedem minħabba l-preżenza potenzjali ta' residwi fiżiċi f'dawn il-prodotti;

(e) prodotti li ġejjin mill-annimali, li mhumiex materjal tal-Kategorija 1, li jkunu:

(i) importati jew introdotti minn pajjiż terz u li ma jikkonformawx mal-leġiżlazzjoni veterinarja tal-Komunità għall-importazzjoni jew l-introduzzjoni tagħhom fil-Komunità għajr għal fejn il-leġiżlazzjoni tal-Komunità tippermetti l-importazzjoni jew l-introduzzjoni tagħhom soġġetta għal restrizzjonijiet speċifiċi jew ir-ritorn tagħhom lejn il-pajjiż terz; jew

(ii) intbagħtu lejn Stat Membru ieħor u li ma jkunux konformi mar-rekwiżiti stabbiliti jew awtorizzati bil-leġiżlazzjoni tal-Komunità għajr meta jintbagħtu lura bl-awtorizzazzjoni ta' l-awtorità kompetenti responsabbli għall-impjant jew stabbiliment ta' oriġini.

(f) annimali u partijiet ta' annimali, għajr għal dawk imsemmija fl-Artikolu 11 jew 13, li mietu għajr għal dawk maqtula għall-konsum mill-bniedem jew, fil-każ ta' kaċċa, li mietu iżda mhux inqatlu għall-konsum mill-bniedem, inklużi annimali maqtula għal għanijiet ta' kontroll ta' mard, u feti u embrijuni ta' annimali li jixtarru u qżieqes u flieles mejta fil-qoxra;

(g) taħlitiet ta' materjal ta' Kategorija 2 u materjal ta' Kategorija 3;

(h) prodotti sekondarji mill-annimali għajr materjal ta’ Kategorija 1 jew materjal ta’ Kategorija 3.

Artikolu 13 Materjal ta’ Kategorija 3

Il-materjal ta’ Kategorija 3 għandu jkun fih dawn il-prodotti sekondarji mill-annimali li ġejjin jew xi materjal li fih prodotti sekondarji bħal dawn:

(a) karkassi jew partijiet minn annimali maqtula jew, fil-każ ta' kaċċa u ħut tat-trobbija, maqtula, u li huma xierqa għall-konsum mill-bniedem skond il-leġiżlazzjoni tal-Komunità, iżda mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem għal raġunijiet kummerċjali;

(b) il-partijiet li ġejjin li joriġinaw jew minn annimali maqtula f'biċċerija u kkunsidrati xierqa għal-qtil għall-konsum mill-bniedem wara spezzjoni ante-mortem jew minn kaċċa maqtula għall-konsum mill-bniedem skond il-leġiżlazzjoni tal-Komunità:

(i) karkassi jew partijiet minn annimali li jitwarrbu bħala mhux xierqa għall-konsum mill-bniedem skond il-leġiżlazzjoni tal-Komunità, iżda li ma wrewx xi sinjali ta' mard li jittieħed mill-bnedmin jew l-annimali;

(ii) irjus ta' tjur ta' l-irziezet;

(iii) ġlud, bċejjeċ minnhom inklużi;

(iv) saqajn, inklużi l-għadam tal-falanġi, tat-tarsus u l-metatarsus, ta':

- annimali għajr dawk li jixtarru,

- annimali li jixtarru li ma jeħtieġux ittestjar tat-TSE,

- annimali li jixtarru li ġew ittestjati b'riżultat negattiv skond l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 999/2001;

(v) qrun;

(vi) lanżit tal-ħanżir;

(vii) rix;

(c) demm ta' annimali li ma jkunx wera sinjali ta' mard li jittieħed minn dan id-demm minn bnedmin jew annimali miksub minn:

(i) annimali għajr annimali li jixtarru u annimali li jixtarru li ma jeħtieġux ittestjar għat-TSE li nqatlu f'biċċerija, li tqiesu xierqa għall-qtil għall-konsum mill-bniedem wara spezzjoni ante-mortem skond il-leġiżlazzjoni tal-Komunità; jew

(ii) annimali li jixtarru li ġew ittestjati b'riżultat negattiv skond l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 999/2001;

(d) prodotti sekondarji mill-annimali derivati mill-produzzjoni ta’ prodotti maħsuba għall-konsum mill-bniedem inkluż għadam bix-xaħam imneħħi u qasab tas-saqajn;

(e) prodotti li ġejjin mill-annimali, għajr għal skart mill-kejtering, li, wara li tqegħdu fis-suq għall-konsum mill-bniedem jew bħala għalf għall-annimali, ma jibqgħux intiżi għal dan il-konsum jew bħala għalf minħabba raġunijiet kummerċjali jew minħabba problemi ta' manifattura jew difetti fl-ippakkjar jew difetti oħra li minnhom ma jiġi ebda riskju għas-saħħa pubblika jew dik ta' l-annimali;

(f) demm, plaċenta, suf, rix, xagħar, qrun, biċċiet ta' qawqab u ħalib li ġej minn annimali ħajjin li mhumiex iddestinati minnufih għall-qatla u li ma jurux sinjali ta' xi mard li jittieħed mill-bnedmin jew l-annimali permezz ta' dan il-prodott;

(g) annimali akwatiċi, u partijiet minn dawn l-annimali, għajr għall-mammali tal-baħar, li ma jurux xi sinjali ta' mard li jittieħed mill-bnedmin jew l-annimali;

(h) prodotti sekondarji friski minn annimali akwatiċi li joriġinaw minn impjanti jew stabbilimenti li jimmanifatturaw prodotti għall-konsum mill-bniedem;

(i) il-materjal li ġej li joriġina mill-annimali li ma jkunx wera sinjali ta' mard li jittieħed minn dan il-materjal minn bnedmin jew annimali:

(i) qxur ta' frott il-baħar, għajr għal qxur imsemmija fl-Artikolu 2(2)(e),

(ii) dawn li ġejjin li joriġinaw minn annimali ta' l-art:

- prodotti sekondarji tal-maqfas,

- bajd,

- prodotti sekondarji mill-bajd;

(iii) flieles ta' ġurnata.

(j) invertebrati ta' l-art għajr għal speċi patoġeniċi għal bnedmin jew annimali;

(k) annimali mejta u partijiet minnhom ta' l-ordnijiet żooloġiċi Rodentia u Lagomorpha , għajr materjal tal-Kategorija 1 jew materjal tal-Kategorija 2 kif imsemmi fl-Artikolu 12(a) sa (g);

(l) ġlud, qawqab, rix, suf, qrun, xagħar u pil li joriġinaw minn annimali mejtin li ma wrewx sinjali ta’ xi marda li tittieħed permezz ta' dan il-prodott mill-bnedmin jew mill-annimali għajr dawk imsemmija fil-punt (c);

(m) skart mill-kejtering għajr kif imsemmi fl-Artikolu 11(1)(e).

Artikolu 14 Tibdil ta' kategoriji

L-Artikoli 11, 12 u 13 jistgħu jiġu emendati mill-Kummissjoni biex jitqies il-progress fix-xjenza għal dik li hija stima tal-livell ta' riskju, sakemm dan il-progress jista' jiġi identifikat fuq il-bażi ta' stima tar-riskju mwettqa minn istituzzjoni xjentifika xierqa. Iżda, ebda prodott sekondarju mill-annimali elenkat f'dawn l-Artikoli ma jista' jitneħħa minn dawn il-listi u jista' jsir tibdil biss ta' kategorizzazzjoni ta' dawn il-prodotti jew jistgħu jiżdiedu prodotti sekondarji addizzjonali li ġejjin mill-annimali ma' dawn il-listi.

Dawn il-miżuri maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond il-proċeduri regolatorja bl-iskrutinju msemmija fl-Artikolu 48(4).

KAPITOLU II: DMIRIJIET TA' L-OPERATURI, TĦADDIM TA' IMPJANTI U STABBILIMENTI

taqsima 1:dmirijiet ġenerali ta' l-operaturi

Artikolu 15 Ġbir, identifikazzjoni fir-rigward ta' kategorija u trasport

1. L-operaturi għandhom jiġbru, jidentifikaw u jġorru prodotti sekondarji mill-annimali mingħajr dewmien bla bżonn b'kundizzjonijiet li jilqgħu minn qabel kontra riskji għas-saħħa pubblika u dik ta' l-annimali.

2. L-operaturi għandhom jiżguraw li l-prodotti sekondarji mill-annimali u prodotti derivati jkunu akkumpanjati matul it-trasport minn dokument kummerċjali u, meta meħtieġ b'dan ir-Regolament jew b'miżura adotatta skond il-paragrafu 5, minn ċertifikat ta' saħħa.

B'deroga mill-ewwel sottoparagrafu, l-awtorità kompetenti tista' tawtorizza t-trasport ta' demel bejn żewġ punti li jinsabu fl-istess azjenda jew bejn azjendi u utenti fi ħdan l-istess Stat Membru mingħajr dokument kummerċjali jew ċertifikat ta' saħħa.

3. Dokumenti kummerċjali u ċertifikati ta' saħħa li jakkumpanjaw prodotti sekondarji mill-annimali jew prodotti derivati matul it-trasportazzjoni għandhom jinkludu tagħrif dwar il-kwantità ta' dawn il-prodotti, u deskrizzjoni tal-prodotti sekondarji mill-annimali jew prodotti derivati u l-immarkar tagħhom, meta dan l-immarkar ikun meħtieġ b'dan ir-Regolament.

4. Il-miżuri li ġejjin jistgħu jkunu stipulati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 48(3):

(a) mudelli għal dokumenti kummerċjali u ċertifikati ta' saħħa meħtieġa li jakkumpanjaw prodotti sekondarji mill-annimali matul il-ġarr;

(b) mudelli għal ċertifikati ta' saħħa u l-kundizzjonijiet li bihom huma meħtieġa jakkumpanjaw il-prodotti sekondarji mill-annimali u prodotti derivati matul il-ġarr.

5. Il-Kummissjoni tista' tistipula miżuri għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu, dwar:

(a) każijiet fejn ċertifikat ta' saħħa huwa meħtieġ wara li tikkunsidra l-livell ta' riskju għas-saħħa pubblika u dik ta' l-annimali minn ċerti prodotti derivati;

(b) każijiet fejn, b'deroga mill-paragrafu 2 u wara li tikkunsidra l-livell baxx ta' riskju għas-saħħa pubblika u dik ta' l-annimali minn ċerti prodotti derivati, il-ġarr ta' prodotti derivati jista' jseħħ mingħajr dokumenti jew ċertifikati msemmija f'dan il-paragrafu;

(c) rekwiżiti għall-identifikazzjoni, l-ittekkettjar inkluż, u għas-separazzjoni tal-prodotti sekondarji mill-annimali matul il-ġarr;

(d) kundizzjonijiet biex tilqa' minn qabel kontra riskji għas-saħħa pubblika u dik ta' l-annimali matul il-ġbir u l-ġarr ta' prodotti sekondarji mill-annimali, inklużi kundizzjonijiet għall-ġarr bla periklu ta' dawn il-prodotti fir-rigward ta' kontenituri, vetturi u materjal ta' ppakkjar.

Dawn il-miżuri, li tfasslu biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jżidu miegħu, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 48(4).

Artikolu 16 Reġistri

1. Kull min jikkunsinna, iġorr jew jirċievi prodotti sekondarji mill-annimali jew prodotti derivati għandu jżomm reġistru tal-kunsinni u dokumenti kummerċjali jew ċertifikati ta' saħħa rilevanti.

Iżda, l-ewwel sottoparagrafu ma għandux japplika meta awtorizzazzjoni għal ġarr ta' demel tkun ingħatat skond it-tieni sottoparagrafu ta' l-Artikolu 15(2).

2. Jistgħu jiġu adottati miżuri għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 48(3), b'mod partikolari dwar:

(a) il-format ta' kif jinżammu r-reġistri;

(b) il-perjodu ta' żmien li matulu jridu jinżammu r-reġistri.

TAQSIMA 2: TħADDIM TA' IMPJANTI U STABBILIMENTI

Artikolu 17 Kontrolli ta' l-operaturi stess ta' impjanti u stabbilimenti

1. L-operaturi għandhom jistabbilixxu, jimplimentaw u jżommu proċedura permanenti ta' kontrolli tagħhom stess biex jivverifikaw il-konformità ma' dan ir-Regolament.

2. L-operaturi għandhom jiżguraw li ebda materjal issuspettat jew magħruf li mhux konformi ma' dan ir-Regolament ma għandu jitlaq mill-impjant, sakemm ma jkunx iddestinat għar-rimi, qabel ma jiġi pproċessat mill-ġdid taħt is-sorveljanza ta' l-awtorità kompetenti u jittieħed minnu kampjun mill-ġdid uffiċjalment skond l-Artikoli 11 u 12 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

3. Impjanti li jipproċessaw prodotti sekondarji mill-annimali, impjanti għat-trasformazzjoni ta' prodotti sekondarji mill-annimali f'bijogass u kompost u impjanti li minnhom jgħaddu aktar minn kategorija waħda ta' prodotti sekondarji mill-annimali għandhom jiżviluppaw il-proċedura msemmija fil-paragrafu 1 skond il-prinċipji tas-sistema ta' analiżi ta' periklu u l-punti kritiċi ta' kontroll (HACCP).

L-operaturi ta' impjanti bħal dawn għandhom b'mod partikolari:

(a) jidentifikaw u jikkontrollaw il-punti kritiċi ta’ kontroll fl-impjanti;

(b) jistabbilixxu u jimplimentaw metodi għall-monitoraġġ u l-ivverifikar tal-punti kritiċi ta’ kontroll;

(c) fejn il-prodott derivat mill-ipproċessar ma jintremix direttament fl-istess sit permezz ta' inċenerazzjoni, ko-inċenerazzjoni, kombustjoni jew xi metodu alternattiv ta' rimi awtorizzat skond l-Artikolu 22(a), jieħdu kampjuni rappreżentattivi biex jikkontrollaw il-konformità:

(i) ta' kull lott ipproċessat skond l-istandards, b'mod partikolari rigward metodi ta' pproċessar u sikurezza mikrobijoloġika tal-prodott aħħari, li ġew stabbiliti f'miżuri li ġew adottati skond il-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu,

(ii) mal-livelli massimi permessi ta’ residwi fiżiċi u kimiċi stabbiliti fil-leġislazzjoni tal-Komunità;

(d) jirreġistraw ir-riżultati tal-kontrolli u t-testijiet imsemmija fil-punti (b) u (c), skond kif ikun applikabbli, u jżommuhom għal perjodu ta’ millinqas sentejn biex jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet kompetenti;

(e) jintroduċu sistema li tiżgura t-traċċabbiltà ta’ kull lott mibgħut.

4. Fejn ir-riżultati ta' test fuq kampjuni meħuda skond il-paragrafu 3(c) juru nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti applikabbli ta' sikurezza, l-operatur ta' l-impjant għandu, barra milli josserva r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 2:

(a) jgħarraf lill-awtorità kompetenti minnufih, billi jipprovdi dettalji bis-sħiħ dwar in-natura tal-kampjun u l-lott minn fejn ittieħed;

(b) jistabbilixxi l-kawżi ta’ nuqqas ta' konformità;

(c) iżid l-frekwenza tat-teħid ta' kampjuni u ttestjar ta’ produzzjoni;

(d) iħeġġeġ proċeduri xierqa ta’ dekontaminazzjoni u tindif fi ħdan l-impjant.

5. Lottijiet li jinsabu mhux konformi mar-rekwiżiti ta' sikurezza applikabbli wara kontrolli mwettqa skond il-paragrafu 3(c) għandhom jerġgħu jiġu pproċessati jew mormija taħt is-sorvelvanza ta' l-awtorità kompetenti.

6. Il-Kummissjoni tista' tadotta miżuri għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu, dwar:

(a) kontrolli ta' l-operaturi stess u ż-żamma tas-sistema HACCP;

(b) rekwiżiti li jispeċifikaw il-modalitajiet ta' l-azzjonijiet li jridu jittieħdu mill-operatur skond il-paragrafi 2 u 3, b'mod partikolari għal dawk li huma metodi ta' teħid ta' kampjuni u metodi ta' referenza għall-analiżijiet mikrobijoloġiċi.

Dawn il-miżuri, li tfasslu biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jżidu miegħu, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 48(4).

KAPITOLU III: RIMI U UŻU TA' PRODOTTI SEKONDARJI MILL-ANNIMALI U PRODOTTI DERIVATI

taqsima 1:restrizzjonijiet fuq l-użu

Artikolu 18 Restrizzjonijiet fuq l-użu

1. L-użi li ġejjin ta’ prodotti sekondarji mill-annimali u prodotti derivati għandhom ikunu pprojbiti:

(a) it-tmigħ ta’ annimali terrestri ta' speċi bi proteina pproċessata mill-annimali derivata minn iġsma jew partijiet ta’ iġsma ta’ annimali ta’ l-istess speċi;

(b) it-tmigħ ta’ annimali tat-trobbija għajr għal annimali tal-pil bi skart mill-kejtering jew materjal ta’ l-għalf li fih jew huwa derivat minn skart tal-kejtering;

(c) it-tmigħ ta' annimali tat-trobbija bi ħxejjex, jew direttament meta jirgħu jew bit-tmigħ ta' ħxejjex maqtugħa, minn art li fuqha ġew applikati fertilizzanti organiċi jew sustanzi li jtejjbu l-ħamrija, għajr għal demel;

(d) it-tmigħ ta’ ħut tat-trobbija bi proteina pproċessata mill-annimali derivata mill-iġsma jew partijiet ta’ iġsma ta’ ħut tat-trobbija ta’ l-istess speċi.

2. Il-Kummissjoni tista' tistipula regoli ta' implimentazzjoni biex tiżgura l-applikazzjoni uniformi tal-projbizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1, u miżuri li jippermettu:

(a) it-tmigħ bi proteina pproċessata mill-annimali derivata minn iġsma jew partijiet ta’ iġsma ta’ annimali ta’ l-istess speċi lil annimali tal-pil, b'deroga mill-paragrafu 1(a); u

(b) it-tmigħ ta' annimali tat-trobbija bi ħxejjex minn art li fuqha ġew applikati fertilizzanti organiċi jew sustanzi li jtejbu l-ħamrija, sakemm ir-rigħi jew il-qtugħ iseħħ wara perjodu ta' stennija li jiżgura kontroll xieraq ta' riskji għas-saħħa pubblika u dik ta' l-annimali, b'deroga mill-paragrafu 1(c).

Dawn il-miżuri, li tfasslu biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jżidu miegħu, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 48(4).

TAQSIMA 2: RIMI U UżU

Artikolu 19 Rimi u użu ta' materjal tal-Kategorija 1

Il-materjal ta' Kategorija 1 għandu

(a) jintrema bħala skart f'impjant ta' inċenerazzjoni approvat jew reġistrat:

(i) direttament mingħajr ipproċessar minn qabel; jew

(ii) wara pproċessar f'impjant approvat, jekk l-awtorità kompetenti hekk teħtieġ permezz ta' sterilizzazzjoni bil-pressjoni, u mmarkar permanenti tal-materjal li jirriżulta;

(b) f'każ li l-materjal ta' Kategorija 1 huwa skart, jintrema jew jiġi rkuprat f'impjant ta' inċenerazzjoni approvat jew reġistrat;

(i) direttament mingħajr ipproċessar minn qabel; jew

(ii) wara pproċessar f'impjant approvat, jekk l-awtorità kompetenti hekk teħtieġ permezz ta' sterilizzazzjoni bil-pressjoni, u mmarkar permanenti tal-materjal li jirriżulta;

(c) fil-każ ta' materjal ta' Kategorija 1 għajr għal materjal imsemmi fl-Artikolu 11(a)(i) u (ii), jintrema bi proċess ta' sterilizzazzjoni bil-pressjoni f'impjant approvat, immarkar permanenti tal-materjal li jirriżulta u rdim f'radam awtorizzat;

(d) fil-każ ta' materjal ta' Kategorija 1 imsemmi fl-Artikolu 11(c), jgħaddi minn proċess ta' diżintossifikazzjoni ddefinit skond l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2002/32/KE, u użat skond l-Artikolu 21(c), (d) u (e);

(e) fil-każ ta' materjal tal-Kategorija 1 imsemmi fl-Artikolu 11(e), jintrema billi jiġi mirdum f'radam awtorizzat;

(f) jintuża bħala karburant għall-kombustjoni; jew

(g) jintuża għall-manifattura ta' prodotti derivati msemmija fil-Kapitolu VI u jitqiegħed fis-suq skond ir-reġim speċjali stabbilit f'dan il-Kapitolu.

Artikolu 20 Rimi u użu ta' materjal tal-Kategorija 2

Il-materjal ta' Kategorija 2 għandu:

(a) jintrema bħala skart f'impjant ta' inċenerazzjoni approvat jew reġistrat

(i) direttament mingħajr ipproċessar minn qabel; jew

(ii) wara pproċessar f'impjant approvat, jekk l-awtorità kompetenti hekk teħtieġ permezz ta' sterilizzazzjoni bil-pressjoni, u mmarkar permanenti tal-materjal li jirriżulta;

(b) f'każ li l-materjal ta' Kategorija 2 huwa skart, jintrema jew jiġi rkuprat f'impjant ta' inċenerazzjoni approvat jew reġistrat

(i) direttament mingħajr ipproċessar minn qabel; jew

(ii) wara pproċessar f'impjant approvat, jekk l-awtorità kompetenti hekk teħtieġ permezz ta' sterilizzazzjoni bil-pressjoni, u mmarkar permanenti tal-materjal li jirriżulta;

(c) jintrema f'radam awtorizzat, wara pproċessar permezz ta' sterilizzazzjoni bil-pressjoni f'impjant approvat u mmarkar permanenti tal-materjal li jirriżulta;

(d) jiġi mmarkat b'mod permanenti wara pproċessar f'impjant approvat:

(i) fil-każ ta' materjal proteinaċeju li jirriżulta, permezz ta' sterilizzazzjoni bil-pressjoni, u jintuża bħala fertilizzant organiku jew sustanza li ttejjeb il-ħamrija; jew

(ii) fil-każ ta' xaħmijiet maħlula, permezz ta' sterilizzazzjoni bil-pressjoni, jekk l-awtorità kompetenti hekk teħtieġ, u pproċessati ulterjorment f'derivati tax-xaħam f'impjant approvat, għall-użu f'fertilizzanti organiċi jew sustanzi li jtejbu l-ħamrija;

(e) jiġi ttrasformat f'impjant approvat jew reġistrat tal-bijogass jew li jipproduċi l-kompost:

(i) wara pproċessar permezz ta' sterilizzazzjoni bil-pressjoni u mmarkar permanenti tal-materjal li jirriżulta; jew

(ii) fil-każ ta' demel, il-kontenut ta' l-apparat ta' diġestjoni jinfired mill-apparat ta' diġestjoni, ħalib, prodotti mill-ħalib u kolostrum, li l-awtorità kompetenti ma tikkunsidrax li huma ta' riskju għat-tixrid ta' xi mard serju li jittieħed, wara l-ipproċessar jew mingħajr ipproċessar minn qabel;

(f) jiġi applikat lill-art mingħajr ipproċessar, fil-każ ta' demel, il-kontenut ta' l-apparat ta' diġestjoni jinfired mill-apparat ta' diġestjoni, ħalib, prodotti mill-ħalib u kolostrum, li l-awtorità kompetenti ma tikkunsidrax li huma ta' riskju għat-tixrid ta' xi mard serju li jittieħed;

(g) fil-każ ta' materjal li joriġina minn annimali akwatiċi, jitqiegħed f'sili jew minnu jsir il-kompost f'impjant approvat jew reġistrat;

(h) jintuża bħala karburant għall-kombustjoni; jew

(i) jintuża għall-manifattura ta' prodotti derivati msemmija fil-Kapitolu VI u jitqiegħed fis-suq skond ir-reġim speċjali stabbilit f'dan il-Kapitolu.

Artikolu 21 Rimi u użu ta' materjal tal-Kategorija 3

Il-materjal ta' Kategorija 3 għandu:

(a) jintrema bħala skart f'impjant ta' inċenerazzjoni approvat jew reġistrat, b'ipproċessar minn qabel jew mingħajr dan;

(b) f'każ li l-materjal ta' Kategorija 3 huwa skart, jintrema jew jiġi rkuprat f'impjant ta' ko-inċenerazzjoni approvat jew reġistrat, b'ipproċessar minn qabel jew mingħajr dan;

(c) jiġi pproċessat f'impjant approvat, ħlief fil-każ ta' materjal li jkun inbidel minħabba dekompożizzjoni, tniġġis jew taħsir b'mod li jippreżenta riskju mhux aċċettabbli għas-saħħa pubblika jew dik ta' l-annimali, u jintuża:

(i) bħala materjal ta' għalf għall-annimali tat-trobbija jew għat-tmigħ ta' annimali tat-trobbija għajr għal annimali tal-pil, u jitqiegħed fis-suq skond l-Artikolu 24, ħlief fil-każ ta' materjal imsemmi fl-Artikolu 13(l) u (m);

(ii) għat-tmigħ lill-annimali tal-pil; jew

(iii) għall-manifattura ta' fertilizzanti organiċi jew sustanzi li jtejbu l-ħamrija, li għandhom jitqiegħdu fis-suq skond l-Artikolu 25.

(d) jiġi ttrasformat f'impjant approvat jew reġistrat tal-bijogass jew li jipproduċi l-kompost;

(e) fil-każ ta' materjal li joriġina minn annimali akwatiċi, jitqiegħed f'sili jew minnu jsir il-kompost f'impjant approvat jew reġistrat;

(f) fil-każ ta' qxur għajr għal qxur imsemmija fl-Artikolu 2(2)(e), jintuża skond kundizzjonijiet li jilqgħu minn qabel riskji għas-saħħa pubblika u dik ta' l-annimali;

(g) jintuża bħala karburant għall-kombustjoni; jew

(h) jintuża għall-manifattura ta' prodotti derivati msemmija fil-Kapitolu VI u jitqiegħed fis-suq skond ir-reġim speċjali stabbilit f'dan il-Kapitolu.

Artikolu 22 Derogi

B'deroga mill-Artikoli 19, 20 u 21, il-prodotti sekondarji mill-annimali jistgħu:

(a) jintremew jew jintużaw f'impjant approvat, skond metodi alternattivi li ġew approvati skond l-Artikolu 29(1) sa (9);

(b) jintużaw għal riċerka u għanijiet speċifiċi oħra skond l-Artikolu 26;

(c) fil-każ ta' prodotti sekondarji mill-annimali msemmija fl-Artikolu 27, jintużaw għal għanijiet speċjali ta' tmigħ skond dan l-Artikolu;

(d) fil-każ ta' prodotti sekondarji mill-annimali msemmija fl-Artikolu 28, jintremew skond dan l-Artikolu;

(e) fil-każ ta' materjal ta' Kategorija 2 u Kategorija 3 u jekk ikun awtorizzat mill-awtorità kompetenti:

(i) jintuża għat-tħejjija u l-applikazzjoni għall-art ta' preparazzjonijiet bijo-dinamiċi kif imsemmi fil-punt 2.3 ta' Parti A ta' l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2092/91;

(ii) jintuża għat-tmigħ lill-annimali domestiċi;

(f) fil-każ ta' materjal ta' Kategorija 3 imsemmi fl-Artikolu 13(f) u prodotti oħra sekondarji mill-annimali li jitneħħew fil-kors ta' interventi kirurġiċi fuq annimali ħajjin, jekk awtorizzati mill-awtorità kompetenti, jintremew fuq l-azjenda stess.

Artikolu 23Miżuri ta’ implimentazzjoni

1. Il-Kummissjoni tista' tistipula miżuri għall-implimentazzjoni ta' din it-Taqsima, dwar:

(a) metodi ta' pproċessar għal prodotti sekondarji ta' l-annimali ħlief l-isterilizzazzjoni tal-pressjoni, b'mod partikolari fir-rigward tal-parametri taż-żmien, tat-temperatura u tal-pressjoni li jridu jiġu applikati għal dawk il-metodi ta' pproċessar;

(b) parametri għat-trasformazzjoni ta' prodotti sekondarji mill-annimali f'bijogass jew kompost;

(c) preservazzjoni ta' materjal li joripina minn annimali akkwatiċi;

(d) markament permanenti ta' prodotti sekondarji ta' l-annimali;

(e) l-applikazzjoni fuq l-art ta' ċerti prodotti sekondarji ta' l-annimali, fertilizzanti organiċi u prodotti li jtejbu l-ħamrija;

(f) l-użu ta' ċerti prodotti sekondarji ta' l-annimali bħala materjal għall-għalf ta' annimali fl-irziezet jew biex jintema' lill-annimali fl-irziezet;

(g) il-livell ta' riskju għas-saħħa pubblika u ta' l-annimali fir-rigward ta' ċertu materjal li tqies inaċċettabbli kif imsemmi fl-Artikolu 21(c).

Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din it-Taqsima billi jissupplimentawha għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 48(4).

2. Skond l-adozzjoni ta' regoli konformi mal-punti (b) u (c) ta' l-ewwel sottoparagrafu tal-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jadottaw jew iżommu r-regoli nazzjonali għat-trasformazzjoni ta' prodotti sekondarji ta' l-annimali msemmija fl-Artikolu 13(m) u għall-preservazzjoni ta' materjal li joriġina minn annimali akkwatiċi.

taqsima 3: tqegħid fis-suq

ARTIKOLU 24 IT-TQEGħID FIS-SUQ TA' PRODOTTI SEKONDARJI FIS-SUQ GħAL FINIJIET TA' TAGħLIF

1. Prodotti sekondarji destinati għat-tagħlif ta' annimali fl-irziezet jew prodotti derivati għal użu bħala materjal ta' l-għalf għal annimali fl-irziezet jistgħu jitqiegħdu fis-suq biss jekk:

(a) ikunu jew ikunu ġejjin minn materjal ta' Kategorija 3; madankollu, f'każ ta' materjal destinat għat-tagħlif lill-annimali ta' l-irżiezet ħlief annimali tal-pil, huma jkunu, jew ikunu ġejjin minn, materjal tal-Kategorija 3 ħlief materjal imsemmi fl-Artikolu 13(l) u (m);

(b) ikunu nġabru, ġew ipproċessati jew trasformati, kif xieraq, skond il-kundizzjonijiet għall-isterilizzazzjoni tal-pressjoni jew kundizzjonijiet oħrajn biex jiġu pprevenuti riskji għas-saħħa pubblika u ta' l-annimali b'konformità mat-Taqsima 2 u kwalunkwe miżuri li ġew stipulati b'konformità mal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

(c) ikunu ġejjin minn impjanti jew stabbilimenti approvati jew irreġistrati, kif xieraq għall-prodott sekondarju ta' l-annimali jew prodott derivat.

2. Il-Kummissjoni tista' tistipula miżuri għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu, dwar:

(a) kundizzjonijiet tas-saħħa pubblika jew ta' l-annimali għall-ġbir, l-ipproċessar u t-trattament ta' prodotti sekondarji u prodotti derivati msemmija fil-paragrafu 1;

(b) kundizzjonijiet immirati biex jiżguraw it-traċċabilità u l-prevenzjoni ta' transkontaminazzjoni li japplikaw għad-destinazzjoni ta' materjal tajjeb għall-konsum uman għal finijiet ta' tagħlif jew għal użu bħala materjal ta' l-għalf.

Dawn il-miżuri, li tfasslu biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jżidu miegħu, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 48(4).

Artikolu 25It-tqegħid fis-suq u użu ta' fertilizzanti organiċi u prodotti li jtejbu l-ħamrija

1. Fertilizzanti organiċi u prodotti li jtejbu l-ħamrija jistgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm

(a) ikunu ġejjin minn materjal ta' Kategorija 2 jew Kategorija 3;

(b) ikunu ġew prodotti skond il-kundizzjonijiet għall-isterilizzazzjoni tal-pressjoni jew kundizzjonijiet oħrajn biex jiġu pprevenuti riskji għas-saħħa pubblika u ta' l-annimali b'konformità mar-rekwiżiti tat-Taqsima 2 u kwalunkwe miżuri li ġew stipulati b'konformità mal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

(c) fil-każ ta' fertilizzanti organiċi u prodotti li jtejbu l-ħamrija ġejjin minn materjal magħmul mill-protejin, tħalltu b'komponent eskluż l-użu sussegwenti tat-taħlita għal finijiet ta' tagħlif; u

(d) ġejjin minn impjanti jew stabbilimenti approvati, kif xieraq.

L-Istati Membri jistgħu jadottaw jew iżommu regoli nazzjonali li jirrestrinġu jew jimponu kundizzjonjiet addizzjonali fuq l-użu ta' fertilizzanti organiċi u prodotti li jtejbu l-ħamrija, sakemm regoli bħal dawn ikunu ġustifikati għal raġunijiet ta' ħarsien tas-saħħa pubblika u ta' l-annimali.

2. Il-Kummissjoni tista' tistipula miżuri għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu, dwar:

(a) kundizzjonijiet ta' saħħa pubblika u ta' l-annimali għall-produzzjoni u l-użu ta' fertilizzanti organiċi u prodotti li jtejbu l-ħamrija;

(b) komponenti għall-markament ta' fertilizzanti jew prodotti li jtejbu l-ħamrija;

(c) komponenti li jridu jitħalltu ma' fertilizzanti organiċi jew prodotti li jtejbu l-ħamrija;

(d) kundizzjonijiet supplimentari, bħas-sustanzi jew il-metodi li jridu jintużaw għall-markament u l-proporzjonijiet minimi li jridu jiġu osservati fit-tħejjija tat-taħlita, sabiex jiġi eskluż l-użu ta' fertilizzanti jew prodotti li jtejbu l-ħamrija bħal dawn għal finijiet ta' tagħlif.

Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din it-Taqsima billi jissupplimentawha għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 48(4).

taqsima 4: derogi rigward l-użu u r-rimi ta' prodotti sekondarji ta' l-annimali u prodotti derivati

ARTIKOLU 26 ID-DEROGI LI JIRRIGWARDAW L-UżU TA’ PRODOTTI SEKONDARJI TA’ L-ANNIMALI GħAR-RIċERKA U FINIJIET SPEċIFIċI OħRAJN

1. L-awtorità kompetenti tista', permezz ta' deroga mit-Taqsimiet 1 u 2, tawtorizza l-użu ta' prodotti sekondarji ta' l-annimali u prodotti derivati għall-eżibizzjonijiet, u għal finijiet dijanjostiċi, edukattivi u ta' riċerka skond kundizzjonijiet li jiżguraw il-kontroll ta' riskji għas-saħħa pubblika u ta' l-annimali.

Kundizzjonijiet bħal dawn għandhom jinkludu:

(a) il-projbizzjoni ta' kwalunkwe użu sussegwenti ta' prodotti sekondarji ta' l-annimali jew prodotti derivati għal finijiet oħrajn;

(b) l-obbligu prodotti sekondarji ta' l-annimali jew prodotti derivati jintremew b'mod sikur u jerġgħu jintbagħtu lejn il-post ta' l-oriġini tagħhom.

2. Operaturi ta' impjanti u stabbilimenti li jwettqu operazzjonijiet fir-rigward ta' materjal ta' Kategorija 1 u Kategorija 2 u utenti li jwettqu operazzjonijiet skond il-paragrafu 1 għandhom ikunu rreġistrati mill-awtorità kompetenti malli jintbagħat it-tagħrif li ġej:

(a) il-kategorija ta' prodotti sekondarji mill-annimali użati;

(b) in-natura ta' l-operazzjonijiet imwettqa li għalihom tkun saret applikazzjoni għal reġistrazzjoni li jużaw prodotti sekondarji mill-annimali jew prodotti derivati bħala materjal ta' bidu.

3. Miżuri għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 48(3) fir-rigward tal-preżentazzjoni ta' tagħrif inkluża formola standard.

4. F'każ ta' riskji għas-saħħa pubblika u ta' l-annimali li jitolbu l-adozzjoni ta' miżuri għat-territorju kollu tal-Komunità, b'mod partikolari fil-każ ta' riskji emerġenti ġodda, kundizzjonijiet armonizzati għall-importazzjoni u l-użu ta' prodotti sekondarji ta' l-annimali u prodotti derivati msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu adottati mill-Kummissjoni. Kundizzjonijiet bħal dawn jistgħu jinkludu rekwiżiti rigward il-ħżin, l-imballaġġ, l-identifikazzjoni, it-trasportazzjoni u r-rimi.

Dawk il-miżuri, li tfasslu biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jżidu miegħu, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 48(4).

Artikolu 27Id-derogi li jirrigwardaw il-ġbir u l-użu ta’ prodotti sekondarji ta’ l-annimaligħal finijiet ta' tagħlif speċjali

1. L-awtorità kompetenti tista', b'deroga mit-Taqsimiet 1 u 2, tawtorizza, skond kundizzjonijiet li jiżguraw il-kontroll ta' riskji lis-saħħa pubblika u ta' l-annimali, il-ġbir u l-użu ta':

(a) Materjal tal-Kategorija 2, sakemm jiġi minn annimali li ma nqatlux jew ma mitux b'riżultat tal-preżenza jew preżenza suspettata ta’ marda li tittieħed mill-bnedmin jew l-annimali;

(b) Materjal tal-Kategorija 3 għat-tagħlif ta':

(i) annimali taż-żoo;

(ii) annimali taċ-ċirklu;

(iii) rettili u tjur tal-priża għajr annimali taż-żoo jew taċ-ċirklu;

(iv) annimali tal-pil;

(v) annimali selvaġġi li l-laħam tagħhom mhuwiex maħsub għall-konsum uman;

(vi) klieb minn kanili rikonoxxuti jew klieb tal-kaċċa;

(vii) dud għal-lixka għas-sajd.

2. L-awtorità kompetenti tista' tawtorizza, b'deroga mit-Taqsimiet 1 u 2, u skond il-kundizzjonijiet stipulati skond il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, it-tagħlif tal-materjal ta' Kategorija 1 imsemmi fl-Artikolu 11(b)(ii) għal annimali taż-żoo u għal speċi protetti jew fil-periklu ta' għasafar nekrofaġi li qed jgħixu fl-abitat naturali tagħhom.

3. Il-Kummissjoni tista' tadotta miżuri għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu dwar il-kundizzjonijiet għal:

(a) il-ġbir u l-użu kif imsemmi fil-paragrafu 1 jista' jiġi awtorizzat fir-rigward tad-direzzjoni, il-ħżin u l-użu ta' materjal ta' Kategorija 2 u materjal ta' Kategorija 3 għat-tagħlif, inkluż fil-każ ta' riskji emerġenti ġodda;

(b) it-tagħlif ta' materjal ta' Kategorija 1 kif imsemmi fil-paragrafu 2 jistgħu jkunu awtorizzati, inkluż:

(i) l-ispeċi ta' għasafar nekrofaġi f'ċerti Stati Membri fejn materjal bħal dan jista' jintema';

(ii) il-miżuri li huma meħtieġa biex jiġi żgurat li jiġi prevenut l-aċċess ta' speċji oħrajn għall-materjal li ntema'.

Dawk il-miżuri, li tfasslu biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jżidu miegħu, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 48(4).

Artikolu 28Derogi li jirrigwardaw ir-rimi ta’ prodotti sekondarji ta’ l-annimali

1. L-awtorità kompetenti tista', permezz ta' deroga mit-Taqsimiet 1 u 2, tawtorizza r-rimi:

(a) billi jindifnu annimali domestiċi mejtin;

(b) ta' materjal ta' Kategorija 1 imsemmi fl-Artikolu 11(a)(v) u 11(b)(ii), materjal ta' Kategorija 2 u materjal ta' Kategorija 3 f'żoni remoti billi jinħaraq jew jindifen fuq il-post jew b'mezzi oħrajn taħt superviżjoni uffiċjali li tipprevjeni t-tixrid ta' riskji għas-saħħa pubblika u ta' l-annimali;

(c) permezz ta' ħruq jew dfin fuq il-post jew b'mezzi oħrajn taħt superviżjoni uffiċjali li tipprevjeni t-tixrid ta' riskji lis-saħħa pubblika jew ta' l-annimali ta' materjal ta' Kategorija 1 imsemmi fl-Artikolu 11(b)(ii), materjal ta' Kategorija 2, u materjal ta' Kategorija 3 f'żoni fejn l-aċċess huwa prattikament impossibbli jew fejn l-aċċess ikun possibbli biss f'ċirkostanzi, relatati ma' raġunijiet ġeografiċi jew klimatiċi jew minħabba diżastru naturali, li jippreżenta riskji lis-saħħa u s-sigurtà tal-persunal li wettaq il-ġbir jew fejn l-aċċess jitlob l-użu ta' mezzi sproporzjonata ta' rkupru;

(d) b'mezzi li mhumiex ħruq jew dfin fuq il-post, taħt superviżjoni uffiċjali, ta' Kategorija 2 u Kategorija 3 li ma jponux riskju għas-saħħa pubblika jew ta' l-annimali u li jiġu mill-istabbilimenti ta' operaturi li jimmaniġġjaw mhux iktar minn volum ta' prodotti sekondarji ta' annimali bħal dawn fil-ġimgħa, li huwa stabbilit skond il-punt (c) ta' l-ewwel sottoparagrafu tal-paragrafu 4, f'relazzjoni man-natura ta' l-attivitajiet imwettqa u l-ispeċji ta' l-oriġini tal-prodotti sekondarji ta' l-annimali kkonċernati;

(e) permezz ta' ħruq jew dfin fuq il-post, skond kundizzjonijiet li jipprevjenu t-tixrid tar-riskji għas-saħħa pubblika u ta' l-annimali, ta' prodotti sekondarji ta' l-annimali ħlief materjal tal-Kategorija 1 imsemmija fl-Artikolu 11(a)(i) fil-każ ta' tifqigħa ta' marda notifikabbli elenkata skond il-punt (d) ta' l-ewwel sottoparagrafu tal-paragrafu 4, jekk trasport lejn l-eqreb impjant approvat għall-ipproċessar jew ir-rimi tal-prodotti sekondarji ta' l-annimali jżid il-periklu ta' propagazzjoni ta' rikji tas-saħħa jew iwassal, f'każ ta' tifqigħa mifruxa ta' marda epiżootika, għal nuqqas ta' kapaċità f'impjanti bħal dawn.

2. Id-daqs taż-żoni remoti fi Stat Membru partikolari msemmi fil-paragrafu 1(b) ma jistax jaqbeż perċentwali tad-daqs tal-wiċċ tat-territorju ta' l-art tiegħu.

3. L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli lill-Kummissjoni tagħrif dwar:

(a) iż-żoni li jikkategorizzaw bħala żoni remoti għall-fini li japplikaw il-paragrafu 1(b) u r-raġunijiet għal dik il-kategorizzazzjoni, u tagħrif aġġornat li jikkonċerna kwalunkwe bidla għal kategorizzazzjoni bħal din;

(b) bl-użu li jagħmlu mill-awtorizzazzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1(c) u (d) fir-rigward tal-materjal ta’ Kategorija 1 u ta’ Kategorija 2.

4. Il-Kummissjoni tista' tadotta miżuri għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu, dwar:

(a) kundizzjonijiet immirati li jiżguraw il-kontroll ta' riskji għas-saħħa pubblika u ta' l-annimali għall-ħruq u d-dfin fuq il-post;

(b) il-perċentwali massima tat-territorju kif imsemmi fil-paragrafu 2;

(c) il-volum ta' prodotti sekondarji ta' l-annimali, f'relazzjoni man-natura ta' l-attivitajiet u l-ispeċji ta' l-oriġini, kif imsemmi fil-paragrafu 1(d);

(d) il-lista ta' mard imsemmija fil-paragrafu 1(e).

Dawk il-miżuri, li tfasslu biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jżidu miegħu, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 48(4).

taqsima 5: metodi alternattivi għall-użu u r-rimi ta' prodotti sekondarji ta' l-annimali u prodotti derivati

ARTIKOLU 29 APPROVAZZJONI TA' METODI ALTERNATTIVI GħAL UżU JEW RIMI

1. Il-proċedura għall-approvazzjoni ta' metodu alternattiv ta' użu u rimi ta' prodotti sekondarji ta' l-annimali jew prodotti derivati jistgħu jinbdew jew mill-Kummissjoni jew wara applikazzjoni minn Stat Membru jew minn parti interessata, li jista' jirrappreżenta bosta partijiet interessati.

2. Partijiet interessati għandhom jibagħtu l-applikazzjoni tagħhom lill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru fejn bi ħsiebhom jużaw il-metodu alternattiv.

3. L-awtorità kompetenti għandha tivvaluta fi żmien xahrejn wara li taslilha applikazzjoni mimlija, jekk l-applikazzjoni tkunx konformi mal-format standard għall-applikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 10.

L-awtorità kompetenti għandha tikkomunika applikazzjonijiet minn Stati Membri u partijiet interessati, flimkien ma' rapport dwar il-valutazzjoni tagħha ma' l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn 'il quddiem "l-Awtorità") u lill-Kummissjoni.

4. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-applikazzjonijiet, flimkien ma' rapport dwar il-valutazzjoni tagħha lill-Awtorità.

5. L-Awtorità għandha tivvaluta, fi żmien sitt xhur minn meta taslilha applikazzjoni mimlija, jekk il-metodu mibgħut jiżgurax li jitnaqqsu r-riskji lis-saħħa pubblika jew ta' l-annimali sa punt li huwa ta' l-inqas ekwivalenti għall-metodi ta' pproċessar stipulati skond l-Artikolu 23(1)(a) u toħroġ opinjoni dwar l-applikazzjoni mibgħuta.

6. F'każijiet ġustifikati kif xieraq fejn l-Awtorità titlob tagħrif addizzjonali mill-applikanti, il-perjodu stipulat fil-paragrafu 5 jista' jkun sospiż.

Wara konsultazzjoni ma' l-applikant, l-Awtorità għandha tniżżel perjodu li matulu dak it-tagħrif jista' jkun stipulat u tinforma lill-Kummissjoni bil-perjodu addizzjonali meħtieġ.

7. Meta l-applikanti jibagħtu tagħrif addizzjonali fuq inizjattiva personali tagħhom, għandhom jibagħtuha lill-Awtorità.

F'dak il-każ il-perjodu stipulat fil-paragrafu 5 ma għandux jiġi estiż minn perjodu addizzjonali.

8. L-Awtorità għandha tgħaddi l-opinjoni tagħha lill-Kummissjoni, lill-applikant u lill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru kkonċernat.

9. Fi żmien tliet xhur mill-wasla ta' l-opinjoni ta' l-Awtorità u wara li tqis dik l-opinjoni, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-applikant bil-miżura proposta b'konformità mal-paragrafu 11.

10. Jista' jiġi adottat format standard għall-applikazzjonijiet għal metodi alternattivi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 48(2).

11. Il-miżuri li ġejjin jistgħu jiġu adottati mill-Kummissjoni:

(a) miżuri li jawtorizzaw metodu alternattiv ta' użu jew rimi ta' prodotti sekondarji ta' l-annimali jew prodotti derivati;

(b) miżuri li jiċħdu l-awtorizzazzjoni ta' metodu alternattiv bħal dan.

Dawk il-miżuri, li tfasslu biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jżidu miegħu, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 48(4).

KAPITOLU IV:KONTROLLI UFFIĊJALI

Artikolu 30Kontrolli uffiċjali

1. L-awtorità kompetenti għandha b'intervalli regolari twettaq kontrolli u superviżjoni uffiċjali f'impjanti u stabbilimenti approvati jew reġistrati u fi stabbilimenti li ngħata xi tagħrif dwarhom skond l-Artikolu 40(3).

2. L-awtorità kompetenti għandha tqis l-aderenza ma' gwidi Komunitarji u nazzjonali ta' prassi tajba, waqt li twettaq il-kontrolli uffiċjali tagħha.

Artikolu 31Sospensjonijiet, irtiri u projbizzjonijiet fuq l-operazzjonijiet

1. Jekk il-kontrolli u s-superviżjoni uffiċjali mwettqa mill-awtorità kompetenti jiżvelaw li wieħed jew aktar mir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament mhumiex sodisfatti, hija għandha tieħu azzjoni xierqa.

L-awtorità kompetenti għandha b'mod partikolari:

(a) tissospendi l-approvazzjonijiet ta' l-impjanti u l-istabbilimenti approvati skond dan ir-Regolament jekk:

(i) il-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni jew l-operazzjoni ta' l-impjanti jew l-istabbiliment ma baqgħux jiġu sodisfatti;

(ii) l-operatur jista' jkun mistenni jirrimedja d-defiċjenzi f'perjodu ta' żmien raġjonevoli;

(iii) ir-riskji potenzjali għas-saħħa pubblika u ta' l-annimali ma jirrikjedux azzjoni skond il-punt (b);

(b) tirtira l-approvazzjonijiet ta' l-impjanti u l-istabbilimenti approvati skond dan ir-Regolament jekk:

(i) il-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni jew l-operazzjoni ta' l-impjanti jew l-istabbiliment ma baqgħux jiġu sodisfatti;

(ii) l-operatur ma jistax ikun mistenni jirrimedja d-defiċjenzi f'perjodu ta' żmien raġjonevoli;

- għal raġunijiet marbuta ma' l-infrastruttura ta' l-impjant

- għal raġunijiet relatati mal-kapaċità personali ta' l-operatur jew il-persunal taħt is-superviżjoni tiegħu, jew

- minħabba riskji serji lis-saħħa pubblika u ta' l-annimali li tirrikjedi aġġustamenti kbar għall-operazzjoni ta' l-impjant jew l-istabbiliment qabel ma l-operatur ikun jista' japplika għal approvazzjoni mill-ġdid.

2. L-awtorità kompetenti għandha tipprojbixxi temporanjament jew permanentement impjant, stabbiliment jew utent reġistrat jew operatur ta' l-istabbiliment li ngħata tagħrif dwaru b'konformità ma' l-Artikolu 40(3), milli jwettaq operazzjonijiet skond dan ir-Regolament, kif xieraq, wara l-wasla ta' tagħrif li jindika

(a) li r-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni Komunitarja mhumiex sodisfatti; jew

(b) riskji potenzjali għas-saħħa pubblika jew ta' l-annimali li jiġu minn operazzjonijiet bħal dawn.

Artikolu 32 Listi ta' impjanti, stabbilimenti u utenti approvati jew irreġistrati

1. Kull Stat Membru għandu jfassal lista ta' impjanti, stabbilimenti u utenti li ġew approvati jew irreġistrati skond dan ir-Regolament u ta' stabbilimenti li ngħata tagħrif dwarhom b'konformità ma' l-Artikolu 40(3) fi ħdan it-territorju tiegħu.

Huwa għandu jassenja numru uffiċjali lil kull impjant, stabbiliment jew utent approvat jew irreġistrat, u lil kull operatur li ngħata tagħrif dwaru b'konformità ma' l-Artikolu 40(3) li jidentifika l-impjant, stabbiliment, utent jew operatur fir-rigward tan-natura ta' l-attivitajiet tiegħu.

L-Istati Membri għandhom jindikaw, jekk ikun applikabbli, numru uffiċjali li ngħata lill-impjant, stabbiliment, utent jew operatur skond il-leġiżlazzjoni Komunitarja.

L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-listi ta' impjanti approvati jew irreġistrati u stabbilimenti disponibbli għall-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħrajn.

L-Istati Membri għandhom iżommu l-listi ta' impjanti approvati jew impjanti rreġistrati u l-listi ta' operaturi li ngħata tagħrif dwarhom aġġornati u jagħmluhom disponibbli għal Stati Membri oħrajn u għall-pubbliku.

2. Jistgħu jiġu stipulati miżuri għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 48(3), b'mod partikolari dwar:

(a) il-format għal-listi msemmija fil-paragrafu 1;

(b) il-proċedura biex l-listi msemmija fil-paragrafu 1 isiru disponibbli.

Artikolu 33Kontrolli għad-dispaċċ ta' prodotti sekondarji ta' l-annimali għal Stati Membri oħrajn

1. Meta operatur ikun bi ħsiebu jibgħat materjal ta' Kategorija 1, materjal ta' Kategorija 2 jew ikla ta' laħam u għadam jew xaħam ta' l-annimali li jkun ġej minn materjal ta' Kategorija 1 lejn Stat Membru ieħor, l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru ta' destinazzjoni għandu jiddeċiedi ma' l-applikazzjoni mill-operatur:

(a) li jirrifjuta l-wasla tal-konsenja;

(b) li jaċċetta l-konsenja bla kundizzjoni; jew

(c) li l-wasla tal-konsenja tkun suġġetta għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i) jekk il-materjal jew il-prodotti derivati ma għaddewx minn sterilizzazzjoni bil-pressa, ikollhom jgħaddu minn dan it-trattament; jew

(ii) il-materjal jew il-prodotti derivati jridu jikkonformaw ma' kwalunkwe kundizzjonijiet għad-dispaċċ tal-konsenja li jkunu ġġustifikati għall-ħarsien tas-saħħa pubblika u ta' l-annimali sabiex jiġi żgurat li l-materjal u l-prodotti derivati jkunu maniġġjati b'konformità ma' dan ir-Regolament.

L-operaturi għandhom jinfurmaw lill-awtorità kompetenti bil-post ta' l-oriġini qabel id-dispaċċ maħsub tal-konsenja.

2. L-awtorità kompetenti tal-post ta' l-oriġini għandha tinforma lill-awtorità kompetenti bil-post tad-destinazzjoni, permezz tas-sistema TRACES b'konformità mad-Deċiżjoni 2004/292/KE, tad-dispaċċ ta' kull konsenja mibgħuta lil Stati Membri oħrajn, ta'

(a) materjal jew prodotti derivati msemmija fil-paragrafu 1;

(b) ikla ta' laħam u għadam u xaħam ta' l-annimali ġejjin minn materjal ta' Kategorija 2;

(c) protejini ta' l-annimali pproċessati ġejjin minn materjal ta' Kategorija 3.

Meta tiġi infurmata bid-dispaċċ, l-awtorità kompetenti tal-post tad-destinazzjoni għandha tinforma lill-awtorità kompetenti tal-post ta' l-oriġini bil-wasla ta' kull konsenja permezz tas-sistema TRACES.

3. Prodotti sekondarji ta' l-annimali, ikla laħam u għadam u xaħam ta' l-annimali msemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandu jingħadda direttament lill-impjant ta' destinazzjoni, li kellu jkun approvat jew irreġistrat skond l-Artikoli 6, 7 u 8 jew, fil-każ ta' demel, lir-razzett fejn għandha ssir l-applikazzjoni fuq l-art skond awtorizzazzjoni maħruġa mill-awtorità kompetenti.

4. Meta prodotti sekondarji jew prodotti derivati jintbagħtu lil Stati Membri oħrajn permezz tat-territorju ta' pajjiż terz, huma għandhom jintbagħtu b'mezzi tat-trasport li ġej issiġillati fl-Istat Membru ta' l-oriġini u għandhom ikunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa.

Il-konsenji għandhom jerġgħu jidħlu fil-Komunità biss permezz ta' post ta' l-ispezzjoni fuq il-fruntiera, b'konformità ma' l-Artikolu 6 tad-Direttiva 89/662/KEE.

5. Permezz ta' deroga mill-paragrafi 1 sa 4, il-prodotti sekondarji ta' l-annimali jew prodotti derivati msemmija hemmhekk li tħalltu jew ġew ikkontaminati ma' kwalunkwe skart elenkat bħala perikoluż fid-Deċiżjoni 2000/532/KE għandhom jintbagħtu lejn Stati Membri oħrajn suġġetti għar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006.

6. Il-Kummissjoni tista' tadotta miżuri għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu, dwar:

(a) kundizzjonijiet supplimentari għad-dispaċċ ta' prodotti sekondarji ta' l-annimali jew prodotti derivati msemmija fil-paragrafu 3;

(b) mudelli għaċ-ċertifikati tas-saħħa li jridu jakkumpanjaw il-konsenji mibgħuta skond il-paragrafu 4.

Dawk il-miżuri, li tfasslu biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jżidu miegħu, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 48(4).

7. Il-Kummissjoni tista' tagħti derogi mill-paragrafi 1 sa 4 fir-rigward tad-dispaċċ ta' demel trasportat bejn żewġ punti li jinsabu fl-istess razzett jew bejn irziezet li jinsabu f'reġjuni fil-fruntiera ta' Stati Membri li jaqsmu fruntiera bejniethom.

Dawk il-miżuri, li tfasslu biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jżidu miegħu, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 48(4).

Artikolu 34Il-kontrolli tal-Komunità fl-Istati Membri

1. Esperti mill-Kummissjoni jistgħu jagħmlu spezzjonijiet fuq il-post, b’kooperazzjoni ma’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri, safejn huwa meħtieġ għall-applikazzjoni uniformi ta’ dan ir-Regolament.

L-Istati Membri li qed jitwettqu spezzjonijiet fuq it-territorju tagħhom għandhom jipprovdu lill-esperti bl-għajnuna kollha meħtieġa biex iwettqu d-dmirijiet tagħhom.

Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-awtorità kompetenti bir-riżultati tat-testijiet magħmula.

2. Jistgħu jiġu adottati miżuri għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 48(3), b'mod partikolari dwar il-proċedura għall-kooperazzjoni ma' awtortitajiet nazzjonali.

KAPITOLU V:IMPORTAZZJONI, TRANŻITU U ESPORTAZZJONI

Artikolu 35Importazzjoni u tranżitu ta' prodotti sekondarji ta' l-annimali

1. Prodotti sekondarji ta' l-annimali jew prodotti derivati għandhom ikunu importati fil-Komunità, jew mibgħuta fi tranżitu permezz minnha skond:

(a) ir-rekwiżiti rilevanti ta' dan ir-Regolament għall-prodott sekondarju ta' l-annimali partikolari jew prodott derivat li huma ta' l-inqas stretti daqs daqk applikabbli għall-produzzjoni jew it-tqegġid fis-suq ta' prodotti sekondarji ta' l-annimali jew prodotti derivati bħal dawn fi ħdan il-Komunità;

(b) kundizzjonijiet rikonoxxuti mill-Kummissjoni bħala ta' l-inqas ekwivalenti għar-rekwiżiti applikabbli għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta' prodotti sekondarji ta' l-annimali jew prodotti derivati bħal dawn skond il-leġiżlazzjoni Komunitarja; jew

(c) fil-każ ta' prodotti derivati msemmija fil-Kapitolu VI jew materjal għall-manifattura tagħhom, skond ir-reġim speċjali stabbilit f'dak il-Kapitolu.

Il-miżuri stipulati fil-punt (b), imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jżidu miegħu, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 48(4).

2. B'deroga mill-paragrafu 1, l-importazzjoni u t-tranżitu ta':

(a) materjal ta' riskju speċifikat għandu jseħħ biss b'konformità mar-Regolament (KE) Nru 999/2001;

(b) prodotti sekondarji ta' l-annimali jew prodotti derivati jew kontaminati bi kwalunkwe skart elenkat bħala perikoluż fid-Deċiżjoni 2000/532/KE għandu jseħħ biss suġġett għar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006;

(c) Materjal ta' Kategorija 1, materjal ta' Kategorija 2 u prodotti derivati minnhom, li mhumiex maħsuba għall-manifattura ta' prodotti derivati msemmija fil-Kapitolu VI għandu jseħħ biss jekk ikunu ġew adottati r-regoli għall-importazzjoni tagħhom skond l-Artikolu 36(a);

(d) prodotti sekondarji ta' l-annimali u prodotti derivati destinati għall-finijiet imsemmija fl-Artikolu 26(1) għandhom iseħħu skond il-miżuri nazzjonali li jiżguraw il-kontroll ta' riskji għas-saħħa pubblika u ta' l-annimali, sakemm jiġu adottati l-kundizzjonijiet armonizzati msemmija fl-Artikolu 26(4).

3. F'każ ta' importazzjoni u tranżitu ta' materjal ta' Kategorija 3 u prodotti derivati minnhom, ir-rekwiżiti rilevanti kif imsemmija fil-punt (a) ta' l-ewwel sottoparagrafu tal-paragrafu 1 għandu jkun adottat mill-Kummissjoni.

Dawk ir-rekwiżiti jistgħu jispeċifikaw li l-konsenji:

(a) jridu jiġu minn pajjiż terz jew parti minn pajjiż terz elenkat skond il-paragrafu 4;

(b) iridu jiġu minn impjanti jew stabbilimenti approvati jew irreġistrati mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz ta' l-oriġini u elenkati minn dik l-awtorità għal dik il-fini;

(c) għandhom ikunu akkumpanjati matul it-trasport għall-punt tad-dħul fil-Komunità fejn il-kontrolli veterinarji jsiru permezz tad-dokumentazzjoni bħal dokument kummerċjali, dikjarazzjoni jew ċertifikat tas-saħħa li jikkorrispondu għal mudell stabbilit skond l-Artikolu 36(d).

Dawk il-miżuri, li tfasslu biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jżidu miegħu, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 48(4).

Sakemm ir-rekwiżiti msemmija fil-punt (a) u fil-punt (c) tat-tieni sottoparagrafu jiġu adottati mill-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jispeċifikaw dawk ir-rekwiżiti f'miżuri nazzjonali.

4. Listi ta' pajjiżi terzi jew partijiet ta' pajjiżi terzi minn fejn jistgħu jiġu importati prodotti sekondarji ta' l-annimali jew prodotti derivati jistgħu jkunu importati jew fi tranżitu mill-Komunità skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 48(3), filwaqt li b'mod partikolati jitqiesu:

(a) il-leġislazzjoni tal-pajjiż terz;

(b) l-organizzazzjoni ta’ l-awtorità kompetenti u s-servizzi ta’ l-ispezzjoni tagħha fil-pajjiż terz, il-poteri ta’ dawk is-servizzi, is-sorveljanza li għaliha huma soġġetti, u l-awtorità tagħhom li jimmonitorjaw effettivament l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tagħhom;

(c) (c) il-kundizzjonijiet tas-saħħa effettivi applikati għall-produzzjoni, manifattura, immaniġġjar, ħażna u dispaċċ ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-Komunità;

(d) l-assigurazzjonijiet li l-pajjiż terz jista’ jagħti rigward konformità mal-kundizzjonijiet tas-saħħa rilevanti;

(e) esperjenza ta’ tqegħid fis-suq tal-prodott mill-pajjiż terz u r-riżultati ta’ kontrolli ta’ importazzjonijiet mwettqa;

(f) ir-riżultat ta’ kwalunkwe spezzjonijiet Komunitarji fil-pajjiż terz;

(g) l-istat tas-saħħa tal-bhejjem ħajjin, annimali domestiċi u selvaġġi fil-pajjiż terz, b’kunsiderazzjoni partikolari lejn mard eżotiku ta’ l-annimali u kwalunkwe aspetti tas-sitwazzjoni ġenerali tas-saħħa fil-pajjiż li jistgħu jponu riskju għas-saħħa pubblika jew ta’ l-annimali fil-Komunità;

(h) ir-regolarità u l-ħeffa li biha l-pajjiż terz iforni t-tagħrif dwar l-eżistenza ta' mard ta' l-annimali infettuż jew li jittieħed fit-territorju tiegħu, b'mod partikolari l-mard elenkat fil-Kodiċi tas-Saħħa ta' l-Annimali Terrestri u l-Kodiċi tas-Saħħa ta' l-Annimali Akkwatiċi u l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa ta' l-Annimali;

(i) ir-regolamenti dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ mard ta’ l-annimali infettuż jew li jittieħed fis-seħħ fil-pajjiż terz u l-implimentazzjoni tagħhom, inklużi regoli dwar importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn.

Il-listi ta' impjanti u stabbilimenti msemmija fil-paragrafu 3 għandhom jinżammu aġġornati u komunikati lill-Kummissjoni u l-Istati Membri u jkunu disponibbli għall-pubbliku.

Artikolu 36Miżuri ta’ implimentazzjoni

Il-Kummissjoni tista' tadotta miżuri għall-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 35, dwar:

(a) kundizzjonijiet għall-importazzjoni u t-tranżitu ta' materjal ta' Kategorija 1 u Kategorija 2 u għal prodotti derivati minnhom;

(b) restrizzjonijiet rigward is-saħħa pubblika jew ta' l-annimali applikabbli għal materjal ta' Kategorija 3 jew prodotti derivati minnhom importati li jistgħu

(i) ikunu stipulati b'referenza għal listi Komunitarji ta' pajjiżi terzi jew partijiet minn pajjiżi terzi mfassla skond l-Artikolu 35(4) jew għal finijiet oħrajn ta' saħħa pubblika jew ta' l-annimali;

(ii) jeskludu prodotti sekondarji ta' l-annimali jew prodotti derivati manufatturati f'ċerti stabbilimenti minn importazzjoni jew tranżitu sabiex titħares is-saħħa pubblika jew ta' l-annimali;

(c) kundizzjonijiet għall-manifattura ta' prodotti sekondarji ta' l-annimali jew prodotti derivati f'impjanti jew stabbilimenti f'pajjiżi terzi; kundizzjonijiet bħal dawn jistgħu jinkludu l-modalitajiet għall-kontrolli ta' impjanti jew stabbilimenti bħal dawn mill-awtorità kompetenti kkonċernata u jistgħu jeżentaw ċerti impjanti jew stabbilimenti li jimmaniġġjaw il-prodotti sekondarji mill-annimali jew prodotti derivati minn approvazzjoni jew reġistrazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 35(3)(b);

(d) mudelli għaċ-ċertifikati tas-saħħa li għandhom jakkumpanjaw il-konsenji u li jistqarru li l-prodotti sekondarji ta' l-annimali jew il-prodotti derivati kkonċernati nġabru jew ġew manufatturati skond ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.

Dawk il-miżuri, li tfasslu biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jżidu miegħu, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 48(4).

Artikolu 37Esportazzjoni

1. L-esportazzjoni ta' prodotti sekondarji ta' l-annimali jew prodotti derivati destinati għall-inċinerazzjoni jew għal landfill għandhom ikunu pprojbiti.

2. L-esportazzjoni ta' prodotti sekondarji ta' l-annimali u prodotti derivati għal użu f'impjant tal-bijogass jew tal-kompost lejn pajjiżi terzi li mhumiex membri ta' l-OECD għandu jkun ipprojbit.

3. Materjal ta' Kategorija 1, materjal ta' Kategorija 2 u prodotti derivati minnhom għandhom ikunu esportati biss għal finijiet li mhumiex dawk imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 bil-kundizzjoni li r-regoli għall-esportazzjoni tagħhom ikunu ġew adottati mill-Kummissjoni.

Dawk il-miżuri, li tfasslu biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jżidu miegħu, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 48(4).

4. L-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 li jikkonċerna ikel u għalf esportat mill-Komunità għandu japplika mutatis mutandis għall-esportazzjoni ta' materjal ta' Kategorija 3 jew prodotti derivati minnhom b'konformità ma' dan ir-Regolament.

5. B'deroga mill-paragrafu 3 u 4, l-esportazzjoni ta':

(a) materjal ta' riskju speċifikat għandu jseħħ biss b'konformità mar-Regolament (KE) Nru 999/2001;

(b) prodotti sekondarji ta' l-annimali jew prodotti derivati jew kontaminati bi kwalunkwe skart elenkat bħala perikoluż fid-Deċiżjoni 2000/532/KE għandu jseħħ biss suġġett għar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006.

Artikolu 38L-Applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 għall-finijiet ta' ċerti kontrolli

1. L-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 għandu japplika mutatis mutandis għall-kontrolli Komunitarji f'pajjiżi terzi mwettqa għall-verifika tal-konformità ma' dan ir-Regolament.

2. L-Artikolu 50(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 għandu japplika mutatis muntandis għall-introduzzjoni gradwali tar-rekwiżiti ta' l-Artikolu 35(3) ta' dan ir-Regolament.

3. L-Artikolu 52 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 għandu japplika mutatis mutandis għall-kontrolli minn pajjiżi terzi fi Stati Membri relatati ma' operazzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

KAPITOLU VIREĠIM SPEĊJALI

taqsima 1: prodotti derivati regolati minn ċerta leġiżlazzjoni komunitarja

ARTIKOLU 39 IT-TQEGħID FIS-SUQ TA' PRODOTTI DERIVATI REGOLATI MINN LEġIżLAZZJONI KOMUNITARJA OħRA

1. It-tqegħid fis-suq ta' prodotti derivati msemmija fl-Artikolu 2(3) ma għandhomx ikunu suġġetti għall-Kapitoli II, III u IV.

Madankollu fil-każ ta' prodotti derivati

(a) imsemmija fl-Artikolu 2(3)(a), (b), (c) u (d), dawk il-Kapitoli għandhom japplikaw meta l-leġiżlazzjoni Komunitarja msemmija fl-Artikolu 2(3) ma tistipulax il-kundizzjonijiet li jikkontrollaw riskji potenzjali għas-saħħa ta' l-annimali skond l-għanijiet ta' dan ir-Regolament;

(b) imsemmija fl-Artikolu 2(3)(e), u (f), dawk il-Kapitoli għandhom japplikaw meta l-leġiżlazzjoni Komunitarja msemmija fl-Artikolu 2(3) ma tistipulax il-kundizzjonijiet li jikkontrollaw riskji potenzjali għas-saħħa pubblika u ta' l-annimali skond l-għanijiet ta' dan ir-Regolament;

2. L-Artikoli 53 u 54 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 li jikkonċernaw miżuri ta' emerġenza għandhom japplikaw mutatis mutandis

(a) għall-prodotti derivati msemmija fl-Artikolu 2(3)(a), (b), (c) u (d) ta' dan ir-Regolament, fil-każ ta' riskji għas-saħħa ta' l-annimali;

(b) għall-prodotti derivati msemmija fl-Artikolu 2(3)(e), u (f) ta' dan ir-Regolament, fil-każ ta' riskji għas-saħħa pubblika u ta' l-annimali.

Artikolu 40Manifattura ta' prodotti derivati regolati minn leġiżlazzjoni Komunitarja oħra

1. L-importazzjoni, ġbir u direzzjoni ta' prodotti sekondarji ta' l-annimali u prodotti derivati destinati għall-istabbilimenti għall-manifattura tal-prodotti derivati msemmija fl-Artikolu 2(3) u l-manifattura ta' dawk il-prodotti derivati għandhom jitwettqu għandhom jitwettqu skond il-leġiżlazzjoni Komunitarja msemmija f'dak il-paragrafu.

Materjal li ma ntużax minn dawn l-istabbilimenti għandu jintrema skond dik il-leġiżlazzjoni.

2. Madankollu, dan ir-Regolament għandu japplika fejn il-leġiżlazzjoni Komunitarja msemmija fl-Artikolu 2(3) ma tistipulax kundizzjonijiet li jikkontrollaw riskji potenzjali għas-saħħa pubblika u ta' l-annimali skond l-għanijiet ta' dan ir-Regolament.

3. L-operaturi msemmija fl-Artikolu 7(1)(e) għandhom jipprovdu t-tagħrif li ġej lill-awtorità kompetenti responsabbli għall-kontrolli uffiċjali b'konformità ma' dan ir-Regolament:

(a) il-kategorija ta' prodotti sekondarji ta' l-annimali u prodotti derivati użati;

(b) l-operazzjonijiet li jużaw prodotti sekondarji ta' l-annimali jew prodotti derivati bħala materjal ta' bidu li qed jitwettqu fl-istabbiliment.

4. Miżuri għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 48(3) fir-rigward tat-trażmissjoni ta' tagħrif imsemmi fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu.

taqsima 2: it-tqegħid fis-suq ta' prodotti derivati oħrajn

ARTIKOLU 41 IT-TQEGħID FIS-SUQ TA' PRODOTTI DERIVATI OħRAJN BARRA MILL-KATINA TA' L-GħALF

1. L-operaturi jistgħu jqiegħdu fis-suq prodotti derivati, ħlief il-prodotti msemmija fl-Artikolu 2(3), sakemm:

(a) dawk il-prodotti

(i) ma jkunux maħsuba għal użu bħala materjal ta' għalf għat-tmigħ ta' annimali fl-irziezet jew għall-applikazzjoni fuq art minn fejn se jieklu dawn l-annimali, jew

(ii) ikunu maħsuba għat-tmigħ lill-annimali tal-pil; u

(b) jiżguraw il-kontroll ta' riskji lis-saħħa pubblika u ta' l-annimali billi:

(i) jintużaw sorsi sikuri b'konformità ma' l-Artikolu 42;

(ii) ikun hemm trattament sikur skond l-Artikolu 43, meta l-użu ta' sorsi sikuri ma jiżgurax kontroll suffiċenti; jew

(iii) jiġi vverifikat li l-prodotti jintużaw biss għal użi finali sikuri skond l-Artikolu 44 meta trattament sikur ma jiżgurax kontroll suffiċenti.

2. L-operaturi jistgħu wkoll iqiegħdu l-prodotti derivati msemmija fil-paragrafu 1 fis-suq mingħajr restrizzjonijiet, suġġett għal determinazzjoni mill-Kummissjoni ta' punt aħħari fil-katina tal-manifattura skond l-Artikolu 46(2)(a), meta dawn il-prodotti ma jibqgħu jponu l-ebda riskju sinifikanti lis-saħħa pubblika jew ta' l-annimali.

Artikolu 42Użu ta' sorsi sikuri

1. L-użu ta' sorsi sikuri għandu jinkludi l-użu tal-materjal:

(a) li ma joħloq l-ebda riskji inaċċettabbli lis-saħħa pubblika u ta' l-annimali;

(b) li jkun inġabar u ngħadda mill-punt tal-ġbir għall-istabbiliment tal-manifattura skond kundizzjonijiet li jeskludu l-ħolqien ta' riskji lis-saħħa pubblika u ta' l-annimali; jew

(c) li jkun ġie importat fil-Komunnità u ngħadda mill-punt ta' l-ewwel dħul għall-istabbiliment tal-manifattura skond kundizzjonijiet li jeskludu l-ħolqien ta' riskji lis-saħħa pubblika u ta' l-annimali;

2. Għall-fini ta' użu ta' sorsi sikuri, l-operaturi għandhom jipprovdu d-dokumentazzjoni tar-rekwiżiti tal-paragrafu 1, inkluż, fejn hemm bżonn, prova tas-sigurtà tal-miżuri ta' bijosikurezza meħuda sabiex jeskludu l-ħolqien ta' riskji lis-saħħa pubblika u ta' l-annimali mill-materjal tal-bidu.

Dokumentazzjoni bħal din għandha tinżamm disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti malli jitolbuha.

L-operatur għandu jittrasporta wkoll il-konsenji tal-materjal mill-punt tal-ġbir għall-istabbiliment jewm fil-każ ta' punt ta' ġbir f'pajjiż terz, fil-punt ta' l-ewwel dħul fil-Komunità.

Il-konsenji għandhom ikunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa li jikkorrispondi għal mudell imfassal skond l-Artikolu 46(1)(a).

Artikolu 43Trattament sikur

Trattament sikur għandu jinkludi applikazzjoni ta' proċess ta' manifattura għall-materjal użat li jnaqqas għal livell aċċettabbli r-riskji lis-saħħa pubblika u ta' l-annimali li jinħolqu mill-użu ta' materjal bħal dan u minn sustanzi oħrajn li jiġu mill-proċess ta' manifattura.

Għandu jkun żgurat li l-prodott derivat ma jponi l-ebda riskji inaċċettabbli lis-saħħa pubblika u ta' l-annimali, b'mod partikolari permezz ta' ttestjar tal-prodott finali.

Artikolu 44Użi finali sikuri

Użi finali sikuri għandhom jinkludu użi ta' prodotti derivati:

(a) skond kundizzjonijiet li ma jponu l-ebda riskji inaċċettabbli lis-saħħa pubblika u ta' l-annimali; jew

(b) li jponu riskju lis-saħħa pubblika u ta' l-annimali, għal finijiet speċifiċi sakemm użu bħal dan ikun iġġustifikat mill-għanijiet stabbiliti fil-leġiżlazzjoni Komunitarja, b'mod partikolari għall-ħarsien tas-saħħa pubblika u ta' l-annimali.

Artikolu 45Reġistrazzjoni ta’ l-operaturi

L-operaturi għandhom ikunu rreġistrati mill-awtorità kompetenti fejn:

(a) jimmaniġġjaw materjal użat skond l-Artikolu 41(1) u l-Artikolu 42;

(b) jittrattaw materjal użat skond l-Artikolu 41(1) u l-Artikolu 43; jew

(c) iqiegħdu prodotti derivati fis-suq skond l-Artikolu 41(1) u l-Artikolu 44(b).

Ir-reġistrazzjoni għandha sseħħ mal-wasla tat-tagħrif imsemmi fl-Artikolu 7(2) għand l-awtorità kompetenti.

Madankollu, l-operaturi li jimmaniġġjaw prodotti sekondarji ta' l-annimali ħlief materjal tal-Kategorija 3, jew prodotti derivati minnhom għall-manifattura ta' ikel għall-annimali domestiċi għandhom ikunu approvati skond l-Artikoli 6, 7 u 8.

Artikolu 46Miżuri ta’ implimentazzjoni

1. Jistgħu jiġu adottati miżuri għall-implimentazzjoni ta' l-Artikoli 42 u 45 skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 48(3), dwar:

(a) mudelli għaċ-ċertifikati tas-saħħa li jridu jakkumpanjaw il-konsenji skond ir-raba' sottoparagrafu ta' l-Artikolu 42(2);

(b) forma armonizzata għat-trażmissjoni ta' tagħrif sabiex tinkiseb ir-reġistrazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 45.

2. Il-Kummissjoni tista' tadotta miżuri għall-implimentazzjoni ta' din it-Taqsima, dwar:

(a) kundizzjonijiet li jiddeterminaw punt aħħari fil-katina tal-manifattura li warajh ma jaġġlikaw l-ebda rekwiżiti ta' saħħa pubblika jew ta' l-annimali għat-tqegħid fis-suq;

(b) kundizzjonijiet għall-użu sikur tas-sorsi u direzzjoni tal-materjal li jrid jintuża skond kundizzjonijiet li jeskludu r-riskji li jinħolqu fuq is-saħħa pubblika u ta' l-annimali;

(c) dokumentazzjoni kif imsemmi fit-tieni sottoparagrafu ta’ l-Artikolu 42(2);

(d) parametri għall-proċess ta' manifattura kif imsemmi fl-ewwel sottoparagrafu ta' l-Artikoli 43, b'mod partikolari fir-rigward ta' l-applikazzjoni ta' trattamenti fiżiċi u kimiċi għall-materjal użat;

(e) rekwiżiti għall-ittestjar applikabbli għall-prodott finali;

(f) kundizzjonijiet għall-użu sikur ta' prodotti derivati li jponu riskju lis-saħħa pubblika jew ta' l-annimali.

Dawk il-miżuri li tfasslu biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, billi jżidu miegħu, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 48(4).

KAPITOLU VIIDISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI

Artikolu 47Leġiżlazzjoni nazzjonali

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta' kwalunkwe leġiżlazzjoni nazzjonali li jadottaw taħt il-kompetenza tagħhom li tolqot direttament l-implimentazzjoni kif suppost ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 48Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali stabbilit mill-Artikolu 58(1) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ "il-Kumitat".

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, wara li jitqiesu d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tiegħu.

3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, wara li jitqiesu d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tiegħu.

Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi ffissat għal tliet xhur.

4. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

5. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4) u (5)(b) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

L-iskadenzi stipulati fl-Artikoli 5a(3)(c), (4)(b) u (4)(e) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom ikunu ta' xahrejn, xahar u xahrejn rispettivament.

Artikolu 49Penalitajiet

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar penalitajiet applikabbli għal ksur ta' dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu implementati. Il-penalitajiet stipulati jridu jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dawn id-dispożizzjonijiet sa mhux aktar tard mill-[...] u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien bi kwalunkwe emenda sussegwenti li tkun taffettwahom.

Artikolu 50Tħassir

Ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 jitħassar b'effett mid-[data ta' l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament].

Ir-referenzi għar-Regolament (KE) Nru 1774/2002 għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw b’mod konformi mat-tabella ta’ korrelazzjoni stipulata fl-Anness.

Artikolu 51Miżura tranżitorja

Impjanti, stabbilimenti u utenti approvati jew irreġistrati skond ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 qabel [id-data ta' l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament] għandu jitqies bħala approvat jew irreġistrat, kif meħtieġ, skond dan ir-Regolament.

Artikolu 52Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea .

Dan ir-Regolament għandu japplika mill-[ewwel jum tax-xahar, ħmistax-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ].

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

ANNESS

TABELLA TA' KORRELAZZJONI

Ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 | Dan ir-Regolament |

Art. 1 | Art. 1, 2 |

Art. 2 | Art. 3 |

Art. 3(1) | ./. |

Art. 3(2) | Art. 35(3), ir-raba' sottoparagrafu |

Art. 3(3) | Art. 4 |

Art. 4(1) | Art. 11 |

Art. 4(2) | Art. 19, 22, 23 |

Art. 4(3) | Art. 6(1)(a) |

Art. 4(4) | Art. 35(2)(c), 37(3), 37(5)(a) |

Art. 5(1) | Art. 12 |

Art. 5(2) | Art. 20, 22, 23 |

Art. 5(3) | Art. 6(1)(a) |

Art. 5(4) | Art. 35(2)(c), 37(3) |

Art. 6(1) | Art. 13 |

Art. 6(2) | Art. 21, 22, 23 |

Art. 6(3) | Art. 6(1)(a) |

Art. 7 | Art. 15 |

Art. 8 | Art. 33 |

Art. 9 | Art. 16 |

Art. 10, 11, 12, 13, 14, 15, 17, 18 | Art. 6, 7, 8, 9 |

Art. 16 | Art. 5 |

Art. 19 | Art. 24 |

Art. 20(1) | Art. 41 |

Art. 20(2) | Art. 25 |

Art. 20(3) | Art. 41 |

Art. 21 | ./. |

Art. 22 | Art. 18 |

Art. 23 | Art. 26, 27 |

Art. 24 | Art. 28 |

Art. 25 | Art. 17 |

Art. 26 | Art. 30, 31, 32 |

Art. 27 | Art. 34 |

Art. 28 | Art. 35(1)(a), (c) |

Art. 29 | Art. 35, 36 |

Art. 30 | Art. 35(1)(b) |

Art. 31 | Art. 38(1) |

Art. 32 | ./. |

Art. 33 | Art. 48 |

Art. 34 | ./. |

Art. 35 | Art. 47, 23(2) |

Art. 36 | ./. |

Art. 37 | Art. 50 |

Art. 38 | Art. 52 |

[1] ĠU L 273, 10.10.2002, p. 1.

[2] COM(2005) 521 finali.

[3] Ara COM(2006) 689 finali.

[4] ĠU C […], […], p. […].

[5] ĠU C […], […], p. […].

[6] ĠU C […], […], p. […].

[7] ĠU L 273, 10.10.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1432/2007 (ĠU L 320, 6.12.2007, p. 13).

[8] COM(2005) 521 finali.

[9] ĠU L 146, 13.6.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 245/2007 (ĠU L 73, 13.3.2007, p. 9).

[10] ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1275/2007 (ĠU L 284, 30.10.2007, p. 8).

[11] ĠU L 358, 18.12.1986, p. 1. Id-Direttiva kif emendata mid-Direttiva 2003/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 230, 16.9.2003, p. 32).

[12] ĠU L 328, 24.11.2006, p.14

[13] ĠU L 182, 16.7.1999, p. 1. Id-Direttiva kif emendata mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, tal-31.10.2003, p. 1).

[14] ĠU L 62, 15.3.1993, p. 69. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/10/KE (ĠU L 63, 1.3.2007, p. 24).

[15] ĠU L 35, 8.2.2005, p. 1.

[16] ĠU L 224, 28.8.1990, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1353/2007 (ĠU L 303, 21.11.2007, p. 6).

[17] ĠU L 125, 23.5.1996, p. 3. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva Nru 2003/74/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 262, 14.10.2003, p. 18).

[18] ĠU L 125, 23.5.1996, p. 10. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2006/104/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 352).

[19] ĠU L 31, 1.2.2002. p. 1. Ir-Regolament kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 575/2006 (ĠU L 100, 8.4.2006, p. 3).

[20] ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1; verżjoni kkoreġuta ĠU L 226, 25.6.2004, p. 3.

[21] ĠU L 139, 30.4.2004, p. 26; verżjoni kkoreġuta ĠU L 226, 25.6.2004, p. 22. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1243/2007 (ĠU L 281, 25.10.2007, p. 8).

[22] ĠU L 332, 28.12.2000, p. 91.

[23] ĠU L 140, 30.5.2002, p. 10. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/77/KE (ĠU L 271, 30.9.2006, p. 53).

[24] ĠU L 198, 22.7.1991, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1319/2007 (ĠU L 293, 10.11.2007, p 3).

[25] ĠU L 343, 27.12.2007, p. 1.

[26] ĠU L 94, 31.3.2004, p. 63. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni 2005/515/KE (ĠU L 187, 19.7.2005, p. 29).

[27] ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2004/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 157, 30.4.2004, p. 33; verżjoni kkoreġuta ĠU L 195, 2.6.2004, p. 12).

[28] ĠU L 190, 12.7.2006, p. 1.

[29] ĠU L 39, 16.2.1993, p. 1. Corrigendum ippubblikat fil-ĠU L 74, 17.3.1994, p. 52.

[30] ĠU L 272, 4.10.1997, p. 45.

[31] ĠU L 226, 6.9.2000, p. 3. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/573/KE (ĠU L 203, 28.7.2001, p. 18).

[32] ĠU L 365, 30.4.2004, il-verżjoni kkoreġuta ĠU L 191, 28.5.2004, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

[33] ĠU L 162, 27.9.1976, p. 169. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni (KE) Nru 2007/67/KE (ĠU L 305, 23.11.2007, p. 22).

[34] ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1394/2007 (ĠU L 324, 10.12.2007, p. 121).

[35] ĠU L 311, 28.11.2001, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2004/28/KE (ĠU L 136, 30.4.2004, p. 58).

[36] ĠU L 189, 20.7.1990, p. 17. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2007/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 247, 21.9.2007, p. 21).

[37] ĠU L 169, 12.7.1993, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2007/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 247, 21.9.2007, p. 21).

[38] ĠU L 331, 7.12.1998, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

[39] ĠU L 105, 26.4.2003, p. 18.

[40] ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).

[41] Ir-Regolament (KE) Nru 811/2003 dwar ir-riċiklaġġ intra-speċi (ĠU L 117, 13.5.2003, p. 14); Id-Deċiżjoni 2003/322/KE dwar it-tmigħ ta' għasafar nekrofagi (ĠU L 117,13.5.2003, p. 32; Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2005/830/KE (ĠU L 311, 26.11.2005, p. 40); Id-Deċiżjoni 2003/324/KE dwar ir-riċiklaġġ intra-speċi għal annimali bil-pil (ĠU L 117, 13.5.2003, p. 37, id-Deċiżjoni adattata bid-Deċiżjoni 2004/434/KE, ĠU L 189, 27.5.2004, p. 43); Ir-Regolament (KE) Nru 92/2005 dwar metodi alternattivi ta' dispożizzjoni jew użu (ĠU L 19, 21.1.2005, p. 27; Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1576/2007 (ĠU L 340, 22.12.2007, p. 89); Ir-Regolament (KE) Nru 181/2006 dwar fertilizzanti organiċi u prodotti li jtejbu l-ħamrija (ĠU L 29, 2.2.2006, p. 31); Ir-Regolament (KE) Nru 1192/2006 dwar listi ta' impjanti approvati (ĠU L 215, 5.8.2006, p. 10); Ir-Regolament Nru 2007/2006 dwar il-prodotti intermedjarji tal-Kategorija 3 (ĠU L 379, 28.12.2006, p. 98).

[42] ĠU L 275, 25.8.2004, p. 17.

Top