Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008PC0344

Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-liġijiet tal-kumpanniji dwar il-kumpanniji privati ta’ membru wieħed b’responsabbilità limitata (Verżjoni kkodifikata)

/* KUMM/2008/0344 finali - COD 2008/0109 */

52008PC0344

Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-liġijiet tal-kumpanniji dwar il-kumpanniji privati ta’ membru wieħed b’responsabbilità limitata (Verżjoni kkodifikata) /* KUMM/2008/0344 finali - COD 2008/0109 */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 9.6.2008

KUMM(2008) 344 finali

2008/0109 (COD)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

rigward il-liġijiet tal-kumpanniji dwar il-kumpanniji privati ta’ membru wieħed b’responsabbilità limitata (Verżjoni kkodifikata)

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. Fl-isfond ta’ Ewropa għall-poplu, il-Kummissjoni tisħaq li tissimplifika u tiċċara il-liġi tal-Komunita sabiex tkun iktar ċara u iktar aċċessibbli liċ-ċittadin komuni u b’hekk toffrilu aktar opportunitajiet u ċ-ċans li juża d-drittijiet speċifiċi li tagħtih.

Ma jistax jintlaħaq dan il-għan sakemm il-bosta dispożizzjonijiet li ġew emendati ħafna drabi b’mod sostanzjali, jibqgħu imferxin bejn l-att oriġinali u atti segwenti li jemendaw l-oriġinali. Hemm bżonn għalhekk ta’ riċerka mdaqqsa li tqabbel ħafna atti differenti ma’ xulxin sabiex jiġu identifikati r-regoli preżenti.

Għalhekk hu essenzjali li ssir kodifikazzjoni ta’ regoli li ġew emendati ta’ sikwit sabiex il-liġi tal-Komunita tkun ċara u trasparenti.

2. Għalhekk fl-1 ta’ April 1987 il-Kummissjoni ddeċidiet[1] li tordna lill-persunal tagħha li kull att leġislattiv għandu jiġi kkodifikat wara mhux iktar minn għaxar emendi, u tenfasizza li din hi kundizzjoni minima u li d-dipartimenti għandhom jippruvaw li jikkodifikaw it-testi li huma responsabbli għalihom anke wara inqas emendi biex jiżguraw li r-regoli tal-Komunita huma ċari u jinftiehmu malajr.

3. Il-Konklużjoni tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta’ Edinburgu (Diċembru 1992) ikkonfermaw dan[2], waqt li saħqu l-importanza tal- kodifikazzjoni għaliex tagħti ċertezza għal-liġi applikabbli.

Il-kodifikazzjoni għandha sseħħ skond il-proċedura normali leġislattiva tal-Komunita.

Għalkemm l-ebda bidla sostanzjali ma tista ssir lill-atti li jiġu kkodifikati , il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni qablu permezz ta’ ftehim interistituzzjonali tal-20 ta’ Diċembru 1994 li jistgħu jużaw proċedura mgħaġġla għall-adozzjoni bikrija ta’ atti ta’ kodifikazzjoni.

4. L-għan ta’ din il-proposta hi li sseħħ il-kodifikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 89/667/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1989 rigward il-liġijiet tal-kumpanniji dwar il-kumpanniji privati ta’ membru wieħed b’responsabbilità limitata[3]. Id-Direttiva l-ġdida tissupera lill-atti varji inkorporati fiha[4] ; din il-proposta żżomm il-kontenut kollu ta’ l-atti li qed jiġu kkodifikati u għalhekk kull ma tagħmel hu li tgħaqqadhom bl-emendi formali biss kif meħtieġ mill-eżerċizzju ta’ kodifikazzjoni nnifsu.

5. Il-proposta tal- kodifikazzjoni nħasbet a bażi ta’ konsolidazzjoni preliminarja fl-ilsna kollha uffiċjali tad-Direttiva 89/667/KEE u ta’ l-atti li jemendawha, magħmula mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej permezz ta’ sistema ta’ pproċessar ta’ data . Fejn l-artikoli ngħataw numri ġodda, il-korrelazzjoni bejn in-numri ġodda u qodma tidher fit-tabella misjuba fl-Anness III tad-Direttiva kkodifikata.

ê 89/667/KEE (adattat)

2008/0109 (COD)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

Ö rigward il-liġijiet tal-kumpanniji Õ dwar il-kumpanniji privati ta’ membru wieħed b’responsabbilità limitata

(test b’rilevanza ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA ’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkundisdra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’ mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[5],

Mixjin skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 251 tat-Trattat[6],

Billi:

ê

(1) It-tnax-il Direttiva tal-Kunsill 89/667/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1989 rigward il-liġijiet tal-kumpanniji dwar il-kumpanniji privati ta’ membru wieħed b’responsabbilità limitata[7] ġiet emendata kemm-il darba[8] b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Direttiva għandha tiġi kkodifikata.

ê 89/667/KEE Premessa 1

(2) Ċerti salvagwardi li, għall-protezzjoni ta’ l-interessi tal-membri u ta’ oħrajn, huma mitluba mill-Istati Membri mill-kumpanniji u d-ditti fit-tifsira ta’ l-Artikolu 48(2) tat-Trattat, għandhom ikunu kkoordinati bil-ħsieb li dawn is-salvagwardji jintgħamlu ekwivalenti ġewwa l-Komunità kollha.

ê 89/667/KEE Premessa 2 (adattat)

(3) F’dan il-kamp, Ö [l-ewwel Õ Direttiva Ö tal-Kunsill Õ 68/151/KEE Ö tat-9 ta’ Marzu 1968] dwar il-kordinazzjoni ta’ salvagwardji li, għall-protezzjoni ta’ l-interessi ta’ membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri minn kumpanniji fis-sens ta’ l-Artikolu [58](2) tat-Trattat, bil-għan li tagħmel dawn is-salvagwardji ekwivalenti f’kull parti tal-Komunità Õ[9] u Ö r-raba’ Direttiva tal-Kunsill Õ 78/660/KEE tal-25 ta’ Lulju 1978 Ö ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat dwar il-kontijiet annwali ta’ ċerti tipi ta’ kumpanniji Õ[10] u Ö s-seba’ Õ Direttiva Ö tal-Kunsill Õ 83/349/KEE Ö tat-13 ta’ Ġunju 1983 ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat dwar il-kontijiet konsolidati Õ[11], dwar l-iżvelar, il-validità ta’ l-impejni, in-nullità, il-kontijiet annwali u l-kontijiet ikkonsolidati, japplikaw għal-kumpanniji kollha b’kapital azzjonaeju. Ö [It-tieni Õ Direttiva Ö tal-Kunsill Õ 77/91/KEE Ö tat-13 ta’ Diċembru 1976 dwar il-koordinazzjoni ta’ salvagwardji li, għall-protezzjoni ta’ l-interessi ta’ membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri ta` kumpanniji fis-sens ta’ l-Artikolu [58](2) tat-Trattat, dwar il-formazzjoni ta’ kumpanniji pubbliċi ta’ responsabbilità limitata u ż-żamma u t-tibdil tal-kapital tagħhom, bil-għan li jagħmlu dawn is-salvagwardji ekwivalenti Õ[12] Ö t tielet Direttiva tal-Kunsill Õ 78/855/KEE Ö tad-9 t’Ottubru 1978 ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(ġ) tat-Trattat dwar l-għaqda ta’ kumpanniji b’responsabbiltà pubblika limitata Õ[13], u Ö s-sitt Õ Direttiva Ö tal-Kunsill Õ 82/891/KEE Ö tas-17 ta’ Diċembru 1982 ibbażata fuq l-Artikolu 54(3) (ġ) tat-Trattat dwar id-diviżjoni ta’ kumpanniji b`responsabbilta pubblika limitata Õ[14], dwar il-formazzjoni u l-kapital, l inkorporazzjonijiet u d-diviżjonijiet japplikaw biss għall-kumpanniji b’responsabbiltà pubblika limitata.

ê 89/667/KEE Premessa 5 (adattat)

(4) Strument legali li jippermetti l-limitazzjoni tar-responsabbiltà ta’ l-imprenditur individwali ġewwa l-Komunità kollha Ö huwa neċessarju Õ, mingħajr preġudizzju għal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li, f’ċirkostanzi eċċezzjonali, jeħtieġu li dan l-imprenditur ikun responsabbli mill-obbligi ta’ l-impriża tiegħu.

ê 89/667/KEE Premessa 6 (adattat)

(5) Kumpannija privata b’responsabbiltà limitata tista’ tkun kumpannija b’membru wieħed miż-żmien tal-formazzjoni tagħha, jew tista’ ssir hekk għaliex l-ishma tagħha jkunu ġew miżmuma minn azzjonist wieħed, billi sakemm isir il-kordinament tad-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar il-liġijiet li għandhom x’jaqsmu mal-gruppi, l-Istati Membri jistgħu jistabilixxu ċerti dispożizzjonijiet speċjali u penali għall-każijiet meta persuna naturali tkun il-membru wieħed ta’ numru ta’ kumpanniji jew meta kumpannija b’membru wieħed jew kull persuna oħra legali jkunu l-membri waħdiena ta’ kumpannija. L-iskop waħdieni ta’ din id-dispożizzjoni huwa li jitqiesu d-differenzi li jeżistu f’ċerti liġijiet nazzjonali. Għal dan l-iskop, l-Istati Membri jistgħu f’każijiet speċifiċi jistabilixxu restrizzjonijiet fuq l-użu ta’ kumpanniji b’membru wieħed jew ineħħu l-limiti fuq ir-responsabbiltajiet tal-membri waħdiena. L-Istati Membri huma ħielsa li jistabilixxu r-regoli li jkopru r-riskji li jistgħu jippreżentaw il-kumpanniji b’membru wieħed bħala konsegwenza talli għandhom membru wieħed, b’mod partikolari sabiex jiġi żgurat illi jitħallas il-kapital sottoskritt.

ê 89/667/KEE Premessa 7

(6) Il-fatt illi l-ishma kollha jkunu ġew miżmuma minn azzjonist wieħed u l-identità tal-membru waħdieni trid tiġi żvelata permezz ta’ dħul f’reġistru aċċessibli għall-pubbliku.

ê 89/667/KEE Premessa 8

(7) Id-deċiżjonijiet meħuda mill-membru waħdieni fil-kapaċità tiegħu bħala laqgħa ġenerali jridu jiġu rreġistrati bil-miktub.

ê 89/667/KEE Premessa 9

(8) Il-kuntratti bejn membru waħdieni u l-kumpannija tiegħu kif irrapreżentata minnu trid xorta waħda tiġi rreġistrata bil-miktub, safejn u sakemm dawn il-kuntratti ma jkollhomx x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet korrenti konklużi taħt kondizzjonijiet normali.

ê

(9) Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-trażpożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi mniżżla fl-Anness II, Parti B,

ê 89/667/KEE (adattat)

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Il-miżuri ta’ kordinament stabbiliti f’din id-Direttiva għandhom japplikaw għall-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mat-tipi ta’ kumpanniji Ö msemmija fl-Anness I. Õ

ê 89/667/KEE

Artikolu 2

1. Kumpanija jista’ jkollha membru wieħed meta tkun iffurmata u wkoll meta l-ishma tagħha jiġu miżmuma minn persuna waħda (kumpannija b’ membru wieħed).

2. L-Istati Membri jistgħu, sakemm isir il-kordinament tal-liġijiet nazzjonali li jkollhom x’jaqsmu ma’ gruppi, jistabilixxu dispożizzjonijiet speċjali għall-każijiet meta:

(a) persuna naturali tkun il-membru waħdieni ta’ numru ta’ kumpanniji; jew

(b) kumpannija b’membru wieħed jew kull persuna legali oħra jkunu l-membri waħdieni ta’ kumpannija.

ê 89/667/KEE (adattat)

Artikolu 3

Meta kumpannija ssir kumpannija b’membru wieħed minħabba li l-isħma kollha tagħha jiġu miżmuma minn persuna waħda, dan il-fatt flimkien ma l-identità tal-membru waħdieni, iridu jew jiġu rreġistrati fil-fajl jew imdaħħla fir- Ö reġistru imsemmija fl Õ -Artikolu [3(1) u (2)] tad-Direttiva [68/151/KEE] jew jiġu mdaħħla f’reġistru miżmum mill-kumpannija u aċċessibli għall-pubbliku.

ê 89/667/KEE

Artikolu 4

1. Il-membru waħdieni għandu jeżerċita l-poteri tal-laqgħa ġenerali tal-kumpannija.

2. Id-deċiżjonijiet meħuda mill-membru waħdieni fil-kamp riferit fil-paragrafu 1 għandhom jiġu rreġistrati fil-minuti jew imfassla bil-miktub.

Artikolu 5

1. Il-kuntratti bejn il-membru waħdieni u l-kumpannija tiegħu kif irrapreżentata minnu għandhom jiġu rreġistrati fil-minuti jew imfassla bil-miktub.

2. L-Istati Membri ma għandhomx għalfejn japplikaw il-paragrafu 1 għall-operazzjonijiet korrenti konklużi taħt kondizzjonijiet normali.

Artikolu 6

Meta Stat Membru jippermetti kumpanniji b’membru wieħed kif iddefinit bl-Artikolu 2(1) kif ukoll fil-każ tal-kumpanniji b’responsabbiltà pubblika limitata, għandha tapplika din id-Direttiva.

Artikolu 7

Stat Membru ma għandux għalfejn jippermetti l-formazzjoni ta’ kumpanniji b’membru wieħed meta l-legiżlazzjoni tiegħu tipprovdi illi imprenditur individwali jista’ jistabbilixxi impriża li r-responsabbiltà għaliha tkun limitata għal somma ddedikata għall-attività ddikjarata, bil-kondizzjoni li jiġu stabbiliti salvagwardji għal dawn l-impriżi li jkunu ekwivalenti għal dawk imposti b’din id-Direttiva jew minn kull dispożizzjoni Kumunitarja li tapplika għall-kumpanniji riferiti fl-Artikolu 1.

ê 89/667/KEE (adattat)

Artikolu 8

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet prinċipali ta’ liġijiet nazzjonali Ö li huma adottati Õ fil-kamp kopert b’din id-Diretiva.

ê

Artikolu 9

Id-Direttiva 89/667/KEE, kif emendata mill-atti mniżżla fl-Anness II, Parti A hi mħassra, bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi mniżżla fl-Anness II, Parti B.

Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.

Artikolu 10

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea .

ê 89/667/KEE

Artikolu 11

Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, […]

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

[…] […]

é

ANNESS I

ê 89/667KEE Art. 1 (adattat)

Ö Tipi ta' kumpanniji msemmija fl-Artikolu 1 Õ

- għal Belġju:

société privée à responsabilité limitée/ besloten vennootschap met beperkte aansprakelijkheid;

ê 2006/99/KE Art. 1 u Anness punt 4.A (adattat)

- għal Bulgarja:

дружество с ограничена отговорност, акционерно дружество;

ê 2003 Att ta’ Adeżjoni Art. 20 u Anness II, p. 340

- għar-Repubblika Ċeka:

společnost s ručením omezeným;

ê 89/667/KEE

- għad-Danimarka:

anpartsselskaber;

ê 89/667/KEE

- għall-Ġermanja:

Gesellschaft mit beschränkter Haftung;

ê 2003 Att ta’ Adeżjoni Art. 20 u Anness II, p. 340

- għall-Estonja:

aktsiaselts, osaühing;

ê 89/667/KEE (adattat)

- għall-Irlanda:

private company limited by shares or by guarantee;

ê 89/667/KEE

- għall-Greċja:

εταιρεία περιορισμένης ευθύνης;

- għal Spanja:

is-Sociedad de responsabilidad limitada;

- għal Franza:

société à responsabilité limitée;

- għall-Italja:

Società a responsabilità limitata;

ê 2003 Att ta’ Adeżjoni Art. 20 u Anness II, p. 340

- għal Ċipru:

Ιδιωτική εταιρεία περιορισμένηςε υθύνης με μετοχές ή με εγγύηση;

- għal-Latvja:

sabiedrība ar ierobežotu atbildību;

- għal-Litwanja:

uždaroji akcinė bendrovė;

ê 89/667/KEE

- għal-Lussemburgu:

société à responsabilité limitée;

ê 2003 Att ta’ Adeżjoni Art. 20 u Anness II, p. 340

- għall-Ungerija:

korlátolt felelősségű társaság, részvénytárság;

- għal Malta:

kumpanija privata b'responsabbilità limitata/private limited liability company";

ê 89/667/KEE

- għall-Olanda:

Besloten vennootschap met beperkte aansprakelijkheid;

ê 1994 Att ta’ Adeżjoni Art. 29 u Anness I

- għall-Awstrija:

Aktiengesellschaft, Gesellschaft mit beschränkter Haftung;

ê 2003 Att ta’ Adezjoni Art. 20 u Anness II, p. 340

- għal Polonja:

spółka z ograniczoną odpowiedzialnością;

ê 89/667/KEE

- għal Portugall:

sociedade por quotas;

ê 2006/99/KE Art. 1 u Anness punt 4.A (adattat)

- għar-Rumanja:

societate cu răspundere limitată;

ê 2003 Att ta’ Adezjoni Art. 20 u Anness II, p. 340

- għal Slovenja:

Delniška družba;

- għas-Slovakkja:

Spoločnosť s ručením obmedzeným;

ê 1994 Att ta’ Adezjoni Art. 29 u Anness I

- għal Finlandja:

osakeyhtiö/aktiebolag;

- għall-Isvezja:

aktiebolag;

ê 89/667/KEE

- għar-Renju Unit:

Private company limited by shares or by guarantee.

_______________

é

ANNESS II

Parti A

Direttiva mħassra flimkien ma’ lista ta' l-emendi suċċessivi tagħha (imsemmi fl-Artikolu 9)

Direttiva tal-Kunsill 89/667/KEE (ĠU L 395, 30.12.1989, p. 40) |

Anness I, punt XI.A ta’ l-Att ta’ Adeżjoni 1994 (ĠU C 241, 29.8.1994, p. 194) |

Anness II, punt 4.A ta’ l-Att ta’ Adeżjoni 2003 (ĠU L 236, 23.9.2003, p. 338) |

Direttiva tal-Kunsill 2006/99/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 137) | punt A.4 ta’ l-Anness biss |

Parti B

Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni (imsemmi fl-Artikolu 9)

Direttiva | Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni | Data ta’ applikazzjoni |

89/667/KEE | 31 ta’ Diċembru 1991 | Mhux iktar tard mill-1 ta’ Jannar 1993 għal dak li jikkonċerna soċjetajiet li diġà jeżistu fl-1 ta’ Jannar 1992 |

2006/99/KE | 1 ta’ Jannar 2007 |

_____________

ANNESS III

Tabella Ta ’ KORRELAZZJONI

Direttiva 89/667/KEE | Din id-Direttiva |

Artikoli 1, sentenza tal-bidu | Artikoli 1 |

Artikolu 1, l-ewwel sas-seba' u għoxrin inċiż | Anness I |

Artikoli 2 sa 7 | Artikoli 2 sa 7 |

Artikolu 8(1) | — |

Artikolu 8(2) | — |

Artikolu 8(3) | Artikolu 8 |

— | Artikolu 9 |

— | Artikolu 10 |

Artikolu 9 | Artikolu 11 |

— | Anness I |

— | Anness II |

— | Anness III |

_____________

[1] COM(87) 868 PV.

[2] Ara l-Anness 3 għal Parti A tal-Konklużjonijiet.

[3] Magħmul skond il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill – Kodifikazzjoni ta’ l- Acquis Communautaire, COM(2001) 645 finali.

[4] Ara l-Anness II, Parti A għal din il-proposta.

[5] ĠU C [...], [...] p. [...].

[6] ĠU C [...], [...] p. [...].

[7] ĠU L 395, 30.12.1989, p. 40. Direttiva kif emendata l-aħħar mid- Direttiva 2006/99/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 137).

[8] Ara l-Anness II, Parti A.

[9] ĠU L 65, 14.3.1968, p. 8. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2006/99/KE.

[10] ĠU L 222, 14.8.1978, p. 11. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2006/99/KE.

[11] ĠU L 193, 18.7.1983, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2006/99/KE.

[12] ĠU L 26, 30.1.1977, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2006/99/KE.

[13] ĠU L 295, 20.10.1978, p. 36. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2007/63/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( ĠU L 300, 17.11.2007, p.47).

[14] ĠU L 378, 31.12.1982, p. 47. Direttiva kif emendata mid-Direttiva 2007/63/KE.

Top