Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008DC0394

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni - “Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir” “Att dwar in-Negozji ż-Żgħar” għall-Ewropa {SEG(2008) 2101} {SEG(2008) 2102}

/* KUMM/2008/0394 finali */

In force

52008DC0394




[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 25.6.2008

KUMM(2008) 394 finali

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL, LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

“Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir” “Att dwar in-Negozji ż-Żgħar” għall-Ewropa

{SEG(2008) 2101}{SEG(2008) 2102}

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL, LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

“Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir” “Att dwar in-Negozji ż-Żgħar” għall-Ewropa

1. INTRODUZZJONI

Il-ġestjoni tat-tranżizzjoni lejn ekonomija msejsa fuq l-għarfien hija l-isfida ewlenija għall-UE llum. Is-suċċess se jiżgura ekonomija kompetittiva u dinamika b’aktar impjiegi u li jkunu ta’ kwalità aħjar u livell ogħla ta’ koeżjoni soċjali.

L-intraprendituri dinamiċi qegħdin f’pożizzjoni partikolarment tajba sabiex jaħsdu l-opportunitajiet mill-globalizzazzjoni u mill-aċċelerazzjoni tal-bidla teknoloġika. Il-kapaċità tagħna biex nibnu fuq il-potenzjal għat-tkabbir u għall-innovazzjoni ta’ l-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) għalhekk se tkun deċiżiva għall-prosperità futura ta’ l-UE. Fi kwadru li qed jinbidel fuq livell globali, ikkaratterizzat minn bidliet strutturali kontinwi u minn pressjonijiet kompetittivi ikbar, ir-rwol ta’ l-SMEs fis-soċjetà tagħha sar saħansitra aktar importanti bħala fornituri ta’ opportunitajiet ta’ impjiegi u bħala parteċipanti ewlenin għall-benesseri tal-komunitajiet lokali u reġjonali. SMEs mimlija ħajja se jagħmlu l-Ewropa aktar soda sabiex tieqaf kontra l-inċertezza li trid titfaċċa fid-dinja globalizzata tal-lum.

B’hekk l-UE qiegħdet b’mod determinanti l-ħtiġiet ta’ l-SMEs fil-qalba ta’ l-Istrateġija tat-Tkabbir Ekonomiku u ta’ l-Impjiegi ta’ Liżbona, partikolarment mill-2005 bl-użu tal-metodu ta’ sħubija[1], li kiseb riżultati tanġibbli. Issa huwa ż-żmien, darba għal dejjem, li l-ħtiġiet ta’ l-SMEs jiġu kkonsolidati fuq quddiemnett tal-politika ta’ l-UE u biex il-viżjoni tal-Kapijiet ta’ l-Istati u tal-Gvernijiet ta’ l-UE ta’ l-2000 tkun tradotta f’realtà – li l-UE ssir l-iprem ambjent għall-SMEs[2].

L-ambjenti nazzjonali u lokali li fihom jaħdmu l-SMEs huma ferm differenti u l-istess hija n-natura ta’ l-SMEs infushom (inklużi l-intrapriżi tas-snajja, il-mikro-intrapriżi, l-intrapriżi li jkunu proprjetà ta’ familja jew l-intrapriżi ta’ ekonomija soċjali). Għaldaqstant, il-politiki li jindirizzaw il-ħtiġiet ta’ l-SMEs jeħtieġ li jirrikonoxxu b’mod sħiħ din id-diversità u jirrispettaw b’mod sħiħ il-prinċipju ta’ sussidjarjetà.

2. ŻMIEN BIEX ISIR AVVANZ FIL-POLITIKA GħALL-SMES TA’ L-UE

Ir-reviżjoni ta’ nofs it-terminu tal-politika moderna għall-SMEs ta’ l-UE[3] mill-2005 sa l-2007 wriet li kemm l-Istati Membri kif ukoll l-UE għamlu progress biex joħolqu ambjent tan-negozju li jiffavorixxi aktar lill-SMEs. Il-Kummissjoni għamlet sforzi reali sabiex tnaqqas il-burokrazija żejda għall-SMEs u żiedet b’mod sinfikanti l-attenzjoni ffokata fuq l-SMEs fi programmi ewlenin ta’ sostenn ta’ l-UE għall-2007-2013. L-Istati Membri tejbu sostanzjalment l-ambjent tan-negozju għall-SMEs, fejn ispiraw irwieħhom mill-aħjar prattika skambjata fil-kuntest tal-Karta Ewropea dwar l-Intrapriżi ż-Żgħar, li kienet approvata f’Feira fl-2000, u billi implimentaw il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa ta’ l-2006, eż. billi introduċew one-stop shops għar-reġistrazzjoni tal-kumpaniji u billi naqqsu ż-żmien u l-ispejjeż meħtieġa biex jinfetaħ negozju.

Barra minn hekk, l-istrateġija ta’ l-UE għal regolamentazzjoni aħjar[4] hija kruċjali għall-SMEs, li se jibbenefikaw bil-kbir mill-modernizzazzjoni u mis-semplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti ta’ l-UE u mill-programm ambizzjuż sabiex sa l-2012 il-piżijiet amministrattivi li jirriżultaw mil-leġiżlazzjoni ta’ l-UE jitnaqqsu b’25%.

Minkejja dan il-progress inkoraġġanti, l-UE xorta jeħtieġ li tieħu miżuri sinifikanti ulterjuri sabiex jiġi sfruttat il-potenzjal sħiħ ta’ l-SMEs[5]. B’mod ġenerali, l-SMEs ta’ l-UE xorta għandhom produttività iktar baxxa u jikbru b’rata aktar baxxa mill-kontropartijiet tagħhom fl-Istati Uniti. Fl-Istati Uniti, id-ditti li jibqgħu attivi bejn wieħed u ieħor iżidu l-impjiegi tagħhom b’60% sas-seba’ sena tagħhom, filwaqt li l-kisbiet fl-impjiegi fost id-ditti li jibqgħu attivi fl-Ewropa huma ta’ bejn l-10% u l-20%. L-SMEs xorta jiffaċċjaw in-nuqqasijiet tas-swieq li jdgħajfu l-kundizzjonijiet li fihom jaħdmu u jikkompetu ma’ parteċipanti oħrajn f’oqsma bħall-finanzi (speċjalment il-kapital ta’ riskju), ir-riċerka, l-innovazzjoni u l-ambjent. Pereżempju, madwar 21% ta’ l-SMEs jindikaw li l-aċċess għall-finanzi huwa problema,[6] u f’bosta Stati Membri l-perċentwali hija ferm ogħla għall-mikro-intrapriżi. Barra minn hekk, inqas SMEs Ewropej jirnexxielhom fil-proċess ta’ innovazzjoni meta pparagunati man-negozji l-kbar. Is-sitwazzjoni marret għall-agħar minħabba diffikultajiet strutturali bħan-nuqqas ta’ ħiliet ta’ ġestjoni u ta’ ħiliet tekniċi, u minħabba l-elementi riġidi li jibqgħu fis-swieq tax-xogħol fuq il-livell nazzjonali.

Ir-rwol ta’ l-SMEs fl-ekonomija Ewropea kien rikonoxxut ripetutament fuq l-ogħla livell politiku. Il-Kunsill Ewropew ta’ Marzu 2008 wera sostenn qawwi għal inizjattiva biex jissaħħu ulterjorment it-tkabbir u l-kompetittività sostenibbli ta’ l-SMEs, bl-isem l-“Att dwar in-Negozji ż-Żgħar” (SBA) għall-Ewropa u talab li jiġi adottat malajr. Ir-Reviżjoni tas-Suq Uniku[7] stabbiliet ukoll il-ħtieġa għal aktar inizjattivi sabiex is-Suq Uniku ikun imfassal aħjar skond il-ħtiġiet ta’ l-SMEs tal-lum, sabiex iġib riżultati aħjar u aktar benefiċċji. Fl-aħħar, imma mhux l-inqas, is-smigħ pubbliku u l-konsultazzjoni onlajn li twettqu sabiex jippreparaw l-SBA[8] ikkonfermaw il-ħtieġa għal inizjattiva politika ewlenija sabiex jiġi totalment rilaxxjat il-potenzjal ta’ l-SMEs Ewropej. Din hija r-raġuni għaliex il-Kummissjoni ħadet dan il-pass deċiżiv ’il quddiem meta ppreżentat “Att dwar in-Negozji ż-Żgħar” (SBA) għall-Ewropa.

3. NIMBUTTAW ’IL QUDDIEM AġENDA POLITIKA AMBIZZJUżA GħALL-SMES: “ATT DWAR IN-NEGOZJI ż-ŻGħAR” (SBA) GħALL-EWROPA

Fil-qalba ta’ l-SBA Ewropew tinsab il-konvinzjoni li l-kisba ta’ l-aqwa kundizzjonijiet ta’ qafas possibbli għall-SMEs tiddependi l-ewwelnett fuq is-sensibilizzazzjoni tas-soċjetà fir-rigward ta’ l-intraprendituri. Il-klima ġenerali fis-soċjetà għandha twassal biex l-individwi jqisu l-possibbiltà li jibdew in-negozju tagħhom bħala attraenti, u jirrikonoxxu li l-SMEs jikkontribwixxu sostanzjalment għat-tkabbir fl-impjiegi u għall-prosperità ekonomika. Bħala kontribuzzjoni ewlenija sabiex jinkiseb ambjent li jiffavorixxi lill-SMEs, il-perċezzjoni tar-rwol ta’ l-intraprendituri u t-teħid tar-riskji fl-UE għalhekk se jkollha tinbidel: l-intraprenditorija u r-rieda tajba assoċjata biex wieħed jieħu r-riskji għandhom ikunu inkoraġġati mill-mexxejja politiċi u mill-midja, u għandhom ikunu sostnuti mill-amministrazzjonijiet. Politika li tiffavorixxi lill-SMEs għandha ssir politika normali, ibbażata fuq il-konvinzjoni li r-regoli jridu jirrispettaw il-maġġoranza ta’ dawk li jużawhom: il-prinċipju ta’ “Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir”.

Din hija r-raġuni għaliex l-“Att dwar in-Negozji ż-Żgħar” għandu l-għan li jtejjeb il-metodu globali ta’ politika għall-intraprenditorija, sabiex il-prinċipju “Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir” ikun ankrat b’mod irriversibbli fit-tfassil tal-politiki mir-regolamentazzjoni sas-servizz pubbliku, u sabiex ikun promoss it-tkabbir ta’ l-SMEs billi dawn jiġu mgħejjuna jegħlbu l-problemi li fadal li jfixklu l-iżvilupp tagħhom.

L-SBA jibni fuq il-kisbiet tal-politiki tal-Kummissjoni u ta’ l-Istati Membri, joħloq qafas ġdid ta’ politika li jintegra l-istrumenti eżistenti tal-politiki dwar l-intrapriżi, u jibni b’mod partikolari fuq il-Karta Ewropea dwar l-Intrapriżi ż-Żgħar u l-politika moderna għall-SMEs. Sabiex timplimenta din l-aġenda ta’ politika ambizzjuża, il-Kummissjoni qed tiproponi sħubija politika ġenwina bejn l-UE u l-Istati Membri li tirrispetta l-prinċipji ta’ sussidjarjetà u ta’ proporzjonalità.

L-isem simboliku ta’ “Att” li ngħata lil din l-inizjattiva jenfasizza r-rieda politika sabiex ikun rikonoxxut ir-rwol ċentrali ta’ l-SMEs fl-ekonomija ta’ l-UE u sabiex għall-ewwel darba ikun stabbilit qafas ta’ politika komprensiv għall-UE u għall-Istati Membri tagħha permezz ta’:

- sett ta’ 10 prinċipji biex ikunu ggwidati l-kunċett u l-implimentazzjoni tal-politiki kemm fuq il-livell ta’ l-UE kif ukoll fuq il-livell ta’ l-Istati Membri. Dawn il-prinċipji, eżaminati fid-dettall fil-kapitolu 4, huma essenzjali sabiex jinġieb valur miżjud fuq il-livell ta’ l-UE, jinħolqu l-istess kundizzjonijiet għall-SMEs kollha u jittejjeb l-ambjent legali u amministrattiv ma’ l-UE kollha:

- I Jinħoloq ambjent fejn l-intrapredituri u n-negozji tal-familji jistgħu jirnexxu u l-intraprenditorija tkun ippremjata

II Ikun żgurat li l-intraprendituri onesti li ffaċċjaw falliment malajr jiksbu opportunità oħra

III Jitfasslu regoli skond il-prinċipju “Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir”

IV L-amministrazzjonijiet pubbliċi jkunu sensibilizzati għall-ħtiġiet ta’ l-SMEs

V L-għodod tal-politika pubblika jiġu adattati għall-ħtiġiet ta’ l-SMEs: tkun iffaċilitata l-parteċipazzjoni ta’ l-SMEs fil-kuntratti pubbliċi u jintużaw aħjar il-possibbiltajiet ta’ l-Għajnuna mill-Istat għall-SMEs

VI Jiġi ffaċilitat l-aċċess ta’ l-SMEs għall-finanzi u jkun żviluppat ambjent legali u tan-negozju li jsostni ħlasijiet f’waqthom fi tranżazzjonijiet kummerċjali

VII L-SMEs jingħataw għajnuna sabiex jibbenefikaw aktar mill-opportunitajiet offruti mis-Suq Uniku

VIII Tingħata promozzjoni lill-aġġornament tal-ħiliet fl-SMEs u lill-forom kollha ta’ innovazzjoni

IX L-SMEs ikunu jistgħu jbiddlu l-isfidi ambjentali f’opportunitajiet

X L-SMEs ikunu inkoraġġiti u sostnuti sabiex jibbenefikaw mit-tkabbir tas-swieq

- sett ta’ proposti leġiżlattivi ġodda li jkunu ggwidati mill-prinċipju “Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir”:

- Ir-Regolament ta’ Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa dwar l-Għajnuna mill-Istat (GBER)

Dan ir-Regolament, li għandu jkun adottat dalwaqt, se jkun eżenti mill-kategoriji ta’ notifika minn qabel ta’ l-Għajnuna mill-Istat diġà koperti mir-regolamenti eżistenti fil-qasam ta’ l-għajnuna lill-SMEs, għat-taħriġ, għall-impjiegi, għall-R&D u għall-għajnuna reġjonali u possibilment anki għal kategoriji ġodda ta’ għajnuna. Ir-Regolament il-ġdid se jissemplifika u jarmonizza r-regoli eżistenti għall-SMEs u se jżid l-intensitajiet ta’ l-għajnuna għall-investiment għall-SMEs.

- Ir-Regolament li jipprovdi għal Statut għal Kumpanija Privata Ewropea (SPE)

Dan ir-Regolament jipprovdi għal Statut għal SPE li tista’ tinħoloq u titħaddem skond l-istess prinċipji uniformi fl-Istati Membri kollha. Il-Kummissjoni se tippreżenta wkoll il-proposti ta' emenda meħtieġa sabiex ikun żgurat li din il-forma ta’ kumpanija ġdida tista’ tibbenefika mid-direttivi eżistenti dwar it-taxxa fuq il-kumpaniji.

- Id-Direttiva dwar rati mnaqqsa tal-VAT

Din id-Direttiva, li se tkun proposta dalwaqt, se toffri lill-Istati Membri l-possibbiltà li japplikaw rati mnaqqsa tal-VAT prinċipalment għal servizzi fornuti lokalment, li fil-parti l-kbira jiġu pprovduti mill-SMEs.

Barra minn hekk, bħala parti mill-SBA se jkunu ppreparati l-proposti li ġejjin:

- Proposta leġiżlattiva sabiex ikunu modernizzati, issemplifikati u armonizzati aktar ir-regoli eżistenti dwar il-ħruġ ta’ fatturi tal-VAT sabiex jittaffa l-piż fuq in-negozji.

- Emenda għad-Direttiva 2000/35/KE dwar il-ħlasijiet tard sabiex ikun żgurat li, għal kwalunkwe tranżazzjoni kummerċjali, l-SMEs jitħallsu fi żmien xieraq.

- sett ta’ miżuri ta’ politika ġodda li jimplimentaw dawn l-10 prinċipji skond il-ħtiġiet ta’ l-SMEs kemm fuq il-livell Komunitarju kif ukoll fuq il-livell ta’ l-Istati Membri.

4. INDAWRU L-PRINċIPJI F’AZZJONI TA’ POLITIKA

I L-UE u l-Istati Membri għandhom joħolqu ambjent li fih l-intraprendituri u n-negozji tal-familji jistgħu jirnexxu u l-intraprenditorija tiġi ppremjata.

Dawn jeħtieġ li jieħdu ħsieb aħjar ta’ l-intraprendituri futuri, b’mod partikolari billi jrawmu l-interess u t-talent intraprenditorjali, fost iż-żgħażagħ u n-nisa, u billi jissemplifikaw il-kundizzjonijiet għat-trasferimenti tan-negozju.

Il- Flash Eurobarometer[9] 2007 dwar l-attitudnijiet intraprenditorjali juri li 45% ta’ l-Ewropej jippreferu jaħdmu għal rashom, meta pparagunati mal-61% fl-Istati Uniti. Din is-sitwazzjoni ma nbidilitx għal bosta snin. Jeħtieġ li n-nies fl-Ewropa jsiru aktar konxji li l-impjieg indipendenti huwa possibiltà ta’ karriera potenzjalment attraenti u jkunu pprovduti bil-ħiliet meħtieġa sabiex ibiddlu l-ambizzjonijiet tagħhom f’intrapriżi li jirnexxu.

Is-sistema edukattiva, u b’mod partikolari l-kurrikula ta’ l-iskejjel, ma jiffokawx suffiċjentement fuq l-intraprenditorija u ma jipprovduux il-ħiliet bażiċi li jeħtieġu l-intraprendituri. It-tfal jistgħu jitgħallmu japprezzaw l-intraprenditorija mill-bidu ta’ l-edukazzjoni tagħhom.

Peress li madwar 6 miljun sid ta’ negozji żgħar se jirtiraw tul l-għaxar snin li ġejjin, l-Ewropa ma tiflaħx tirriskja titlef dawn in-negozji sempliċement minħabba diffikultajiet fit-trasferimenti tan-negozju u nuqqas ta’ apprezzament tar-rwol tradizzjonali tan-negozju tal-familja. Numru akbar ta’ trasferimenti tan-negozju jkollu effett pożittiv immedjat fuq l-ekonomija Ewropea: trasferiment ta’ negozju li jirnexxi, bejn wieħed u ieħor, iħares aktar impjiegi minn dawk li jinħolqu minn negozji ġodda li jkunu għadhom kemm fetħu. It-trasferiment tan-negozju għalhekk għandu jingħata l-istess sostenn bħall-istabbiliment ta’ negozju ġdid. Ir-rikonoxximent tar-rwol speċjali ta’ l-SMEs u b’mod partikolari ta’ l-intrapriżi bbażati fuq il-familji, tal-bażi tipikament lokali tagħhom, ta’ l-attitudnijiet soċjalment responsabbli u tal-kapaċità li jikkombinaw it-tradizzjoni ma’ l-innovazzjoni, jirfed l-importanza li t-trasferiment tan-negozji u l-ħtiġiet assoċjati magħhom jiġu ssemplifikati.

Il-potenzjal ta’ l-intraprenditorija jeħtieġ li jiġi sfruttat aħjar. Hemm distakk kontinwu fis-sess f’termini ta’ intraprenditorija, li jfisser li hemm inqas nisa intraprendituri. Dan jiżdied ma’ potenzjal għall-intarprenditorija mhux sfruttat fost l-immigranti[10].

Fl-aħħarnett, l-SBA għandu jitqies ukoll bħala opportunità biex l-intraprendituri nfushom jagħtu kontribut għal ambjent tan-negozju aħjar billi jżidu l-kooperazzjoni u n-netwerking tagħhom, billi jisfruttaw b’mod aktar sħiħ il-potenzjal ta’ l-SMEs, u speċjalment ta’ l-intrapriżi tal-familji, bħala mkejjen importanti ta’ taħriġ għall-intraprenditorija u billi jaġixxu b’mod li jkun soċjalment responsabbli.

Biex dan il-prinċipju jkun tradott fi prattika:

il-Kummissjoni: qed tippromwovi kultura intraprenditorjali u tiffaċilta l-iskambji ta’ l-aħjar prattika fl-edukazzjoni dwar l-intrapriżi se tniedi “Ġimgħa Ewropea ta’ l-SMEs” fl-2009 — umbrella għal bosta avvenimenti tat-tip ta’ kampanja li se jsiru ma’ l-Ewropa kollha qed tniedi l-inizjattiva “Erasmus għall-Intraprendituri Żgħażagħ” fl-2008, li għandha l-għan li tippromwovi l-iskambji ta’ l-esperjenza u tat-taħriġ billi tagħti lill-intraprendituri li qed jagħmlu l-ewwel passi tagħhom il-possibiltà li jitgħallmu mingħand intaprendituri ospitanti b’ċerta esperjenza u jtejbu l-ħiliet lingwistiċi tagħhom se tistabbilixxi netwerk ta’ ambaxxaturi intarprendituri nisa ta’ l-UE, se tippromwovi skemi ta’ mentoring sabiex jagħtu ispirazzjoni lin-nisa biex jistabbilixxu n-negozji tagħhom u se tippromwovi l-intraprenditorija fost il-gradwati nisa. |

l-Istati Membri qed jiġu mistiedna biex: jagħtu stimolu lil attitudnijiet innovattivi u intraprenditorjali fost iż-żgħażagħ billi jintroduċu l-intraprenditorija bħala kompetenza ewlenija fil-kurrikula ta’ l-iskejjel, partikolarment fl-edukazzjoni sekondarja ġenerali u jiżguraw li tkun riflessa b’mod korrett fil-materjal tat-tagħlim jiżguraw li l-importanza ta’ l-intraprenditorija tkun riflessa b’mod korrett fit-taħriġ ta’ l-għalliema iżidu l-kooperazzjoni mal-komunità tan-negozju sabiex jiżviluppaw strateġiji sistematiċi għall-edukazzjoni intraprenditorjali fuq il-livelli kollha jiżguraw li t-tassazzjoni (b’mod partikolari t-taxxa fuq id-donazzjonijiet, it-tassazzjoni tad-dividendi u t-taxxa fuq il-ġid) ma tfixkilx b’mod mhux xieraq it-trasferiment tan-negozji jistabbilixxu l-iskemi biex in-negozji trasferibbli jitqabblu ma’ sidien ġodda potenzjali jipprovdu mentoring u sostenn għat-trasferimenti tan-negozji jipprovdu mentoring u sostenn għall-intraprendituri nisa jipprovdu mentoring u sostenn għall-immigranti li jixtiequ jsiru intraprendituri. |

- II L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-intraprendituri onesti li ffaċċjaw falliment malajr jiksbu opportunità oħra.

Il-fallimenti jammontaw għal madwar 15% tal-kumpaniji kollha li jagħlqu. Fis-sena jiġu affettwati madwar 700 000 SME, u madwar 2.8 miljun impjieg jiġu involuti ma’ l-Ewropa kollha fuq bażi annwali[11]. Fl-UE, l-istigma ta’ falliment għadha preżenti u s-soċjetà ma tistmax daqskemm suppost il-potenzjal għan-negozju ta’ dawk li jiftħu negozju mill-ġdid. Illum, 47% ta’ l-Ewropej isibuha bi tqila biex jagħmlu l-ordnijiet tagħhom mingħand negozju li qabel kien fallut. Fl-istess ħin, bidu ġdid jiġi kkomplikat minn proċeduri twal ta’ falliment. Iż-żmien medju sabiex ikun ikkompletat falliment fl-UE jvarja bejn l-4 xhur u d-9 snin.

Biex dan il-prinċipju jkun tradott fi prattika:

il-Kummissjoni: se tkompli tippromwovi politika ta’ opportunità oħra billi tiffaċilita skambji ta’ l-aħjar prattika bejn l-Istati Membri l-Istati Membri qed jiġu mistiedna biex: jippromwovu attitudni pożittiva fis-soċjetà sabiex l-intraprendituri jingħataw bidu ġdid, pereżempju permezz ta’ kampanji pubbliċi ta’ informazzjoni ikollhom l-għan li, fil-każ ta’ falliment mhux frawdolenti, jikkompletaw il-proċeduri legali kollha biex jagħlqu n-negozju fi żmien sena jiżguraw li dawk li jiftħu negozju mill-ġdid jiġu ttrattati bl-istess mod bħal dawk li qed jiftħu negozju ġdid, inkluż fl-iskemi ta’ sostenn. |

- III L-UE u l-Istati Membri għandhom ifasslu regoli skond il-prinċipju “Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir” billi meta jkunu qed ifasslu l-leġiżlazzjoni jqisu l-karatteristiċi ta’ l-SMEs, u jissemplifikaw l-ambjent regolatorju eżistenti.

Il-limitu l-aktar problematiku li ġie rrapportat mill-SMEs hija l-konformità mar-regolamenti amministrattivi. Tabilħaqq, l-SMEs jġorru piż regolatorju u amministrattiv sproporzjonat meta pparagunati man-negozji akbar fid-daqs. Ġie stmat li fejn kumpanija kbira tonfoq euro għal kull impjiegat minħabba dazju regolatorju, negozju żgħir jista’ jkollu jonfoq bejn wieħed u ieħor 10 euro[12]. 36% mill-SMEs ta’ l-UE jirrapportaw li fl-aħħar sentejn il-burokrazija żejda llimitat l-attivitajiet ta’ negozju tagħhom.

Biex dan il-prinċipju jkun tradott fi prattika:

Biex ir-regolamentazzjoni futura taqbel mal-prinċipju “Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir”, il-Kummissjoni: qed issaħħaħ il-valutazzjoni tar-rispett tal-Protokoll dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ sussidjarjetà u ta’ proporzjonalità fl-inizjattivi leġiżlattivi u amministrattivi li ġejjin kulfejn ikun prattiku, se tuża dati komuni ta’ bidu għal regolamenti u għal deċiżjonijiet li jaffettwaw in-negozju u se tippubblika dikjarazzjoni annwali rigward tali leġiżlazzjoni li tiħdol fis-seħħ il-Kummissjoni se, u l-Istati Membri qed jiġu mistiedna biex: jiżguraw li r-riżultati tal-politika jingħataw filwaqt li jiġu minimizzati l-ispejjeż u l-piżijiet għan-negozju, inkluż billi tintuża taħlita intelliġenti ta’ għodod bħar-rikonoxximent reċiproku u l-awto- jew il-ko-regolamentazzjoni, sabiex jinkisbu r-riżultati tal-politika jivvalutaw b’ċerta rigoriżità l-impatt fuq l-SMEs ta’ l-inizjattivi leġiżlattivi u amministrattivi li ġejjin (“test ta’ l-SMEs”) u jqisu r-riżultati rilevanti meta jfasslu l-proposti jikkonsultaw lill-partijiet interessati, inklużi l-organizzazzjonijiet ta’ l-SMEs, għal mill-inqas 8 ġimgħat qabel ma jagħmlu kwalunkwe proposta leġiżlattiva jew amministrattiva li jkollha impatt fuq in-negozji jużaw miżuri speċifiċi għall-intrapriżi ż-żgħar u għall-mikro-intrapriżi, bħal derogi, perijodi ta’ tranżizzjoni u eżenzjonijiet, b’mod partikolari minn rekwiżiti ta’ informazzjoni jew ta’ rapportaġġ, u metodi oħrajn imfassla apposta, kulfejn ikun xieraq, u l-Istati Membri qed jiġu mistiedna biex: iqisu l-utilità li jintroduċu dati komuni ta’ bidu u dikjarazzjonijiet annwali ta’ leġiżlazzjoni li tidħol fis-seħħ jagħmlu użu mid-dispożizzjonijiet ta’ flessibbiltà mmirati lejn l-SMEs meta jimplimentaw leġiżlazzjoni ta’ l-UE u jevitaw regolamentazzjoni mhux meħtieġa (“gold-plating”) Biex jittejjeb l-ambjent regolatorju minħabba l-prinċipju “Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir”, il-Kummissjoni: se tippreżenta l-proposti kollha biex jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq in-negozju li jkunu meħtieġa sabiex sa l-2012 tintlaħaq il-mira ta’ tnaqqis ta’ l-UE ta’ 25% sa tmiem l-2008, se tikkompleta eżami bir-reqqa komplut ta’ l-acquis u tinkludi r-riżultati fil-programm aġġornat u kontinwu ta’ semplifikazzjoni li għandu jkun ippreżentat kmieni fl-2009. Se tingħata attenzjoni partikolari lill-proposti ta’ identifikazzjoni fejn il-leġiżlazzjoni tista’ tkun issemplifikata għall-benefiċċju ta’ l-SMEs, inkluż b’mod partikolari l-liġi tal-kumpaniji, u l-Istati Membri qed jiġu mistiedna biex: jadottaw miri ta’ ambizzjoni paragunabbli għall-impenn biex sa l-2012 jaqtgħu l-piżijiet amministrattivi b’25% fuq il-livell ta’ l-UE, fejn dan għadu ma sarx, u jimplimentawhom jiżguraw adozzjoni malajr tal-proposti relatati mat-tnaqqis tal-piż amministrattiv fil-leġiżlazzjoni Komunitarja jadottaw il-proposta tal-Kummissjoni li għandha tippermetti li l-Istati Membri jżidu l-limitu għar-reġistrazzjoni tal-VAT għal €100 000. |

- IV L-UE u l-Istati Membri għandhom jagħmlu mod li l-amministrazzjonijiet pubbliċi jkunu sensibilizzati dwar il-ħtiġiet ta’ l-SMEs, billi jagħmlu l-ħajja l-aktar sempliċi possibbli għall-SMEs, partikolarment billi jippromwovu soluzzjonijiet permezz ta’ gvern elettroniku ( e-government ) u ta’ one-stop-shops .

Amministrazzjonijiet pubbliċi moderni u sensibilizzati jistgħu jagħtu kontribut kbir għas-suċċess u għat-tkabbir ta’ l-SMEs billi jiffrankawlhom il-ħin u l-flus u b’hekk jeħilsu r-riżorsi għall-innovazzjoni u għall-ħolqien ta’ l-impjiegi. B’mod partikolari, il-gvern elettroniku ( e-government ) u l- one-stop shops , għandhom il-potenzjal li jgħinu sabiex jitjieb is-servizz u jnaqqsu l-ispejjeż.

Il-proċess ta’ implimentazzjoni tad-Direttiva dwar is-Servizzi li għaddej bħalissa se jagħti kontribut biex jagħmel il-ħajja aktar faċli għall-SMEs u jeħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu punti ta’ kuntatt waħdieni, sabiex l-iskemi ta’ awtorizzazzjoni jitnaqqsu fin-numru u jitħaffu, u sabiex jiġi eliminati l-barrieri regolatorji għall-iżvilupp ta’ l-attivitajiet ta’ servizz. Joffri wkoll opportunitajiet biex wieħed imur lilhinn mir-rekwiżiti fl-aċċelerazzjoni tal-bidu ta’ l-operazzjonijiet tan-negozju.

Biex dan il-prinċipju jkun tradott fi prattika:

l-Istati Membri qed jiġu mistiedna biex: inaqqsu l-livell tal-ħlasijiet mitluba mill-amministrazzjonijiet ta’ l-Istati Membri biex jirreġistraw negozju, fejn jieħdu ispirazzjoni mill-amministrazzjonijiet bl-aqwa prestazzjoni fl-UE ikomplu jaħdmu ħalli jnaqqsu ż-żmien meħtieġ sabiex jigi stabbilit negozju għal inqas minn ġimgħa, fejn dan għandu ma ntlaħaqx jaċċeleraw il-bidu ta’ l-operazzjonijiet kummerċjali ta’ l-SMEs billi jnaqqsu u jissemplifikaw il-liċenzji u l-permessi tan-negozju. B’mod aktar speċifiku, l-Istati Membri jistgħu jiffissaw skadenza massima ta’ xahar biex jingħataw dawk il-liċenzji u l-permessi, ħlief f’każi ġġustifikati minn riskji serji għall-persuni jew għall-ambjent joqogħdu lura milli jitolbu lill-SMEs għal informazzjoni li diġà hija disponibbli fl-amministrazzjoni, sakemm ma jkunx hemm għalfejn tiġi aġġornata jiżguraw li l-mikro-negozji ma jintalbux jipparteċipaw f’servej statistiku taħt ir-responsabbiltà ta’ l-uffiċċju statistiku Statali, reġjonali jew lokali aktar minn darba kull tliet snin, sakemm il-ħtiġiet għal informazzjoni statistika u informazzjoni ta’ tipi oħrajn ma jeħtiġux mod ieħor jistabbilixxu punt ta’ kuntatt li miegħu l-partijiet interessati jistgħu jikkomunikaw rigward regoli jew proċeduri li jitqies li jkunu sporporzjonati u/jew ifixklu b’mod mhux meħtieġ l-attivitajiet ta’ l-SMEs jiżguraw implimentazzjoni sħiħa u f’waqtha tad-Direttiva dwar is-Servizzi, inkluż l-istabbiliment ta’ punti ta’ kuntatt waħdieni, li permezz tagħhom n-negozji jistgħu jiksbu l-informazzjoni kollha rilevanti u jikkompletaw il-proċeduri u l-formalitajiet kollha meħtieġa b’mezzi elettroniċi. |

- V L-UE u l-Istati Membri għandhom jadattaw għodod ta’ politika pubblika għall-ħtiġiet ta’ l-SMEs. Għandhom jagħmlu użu mill-Kodiċi ta’ l-Aħjar Prattika li jipprovdu gwida lill-awtoritajiet kontraenti dwar kif jistgħu japplikaw il-qafas ta’ l-akkwist pubbliku tal-KE b’mod li jiffaċilta l-parteċipazzjoni ta’ l-SMEs fi proċeduri ta’ kuntratti pubbliċi. Biex jindirizzaw in-nuqqasijiet tas-swieq li l-SMEs jiffaċċjaw matul iċ-ċiklu ta’ ħajja tagħhom, dawn għandhom jagħmlu użu aħjar mill-possibbiltajiet offruti mir-regoli Komunitarji dwar l-Għajnuna mill-Istat sabiex ikunu sostnuti n-negozji li jkunu għadhom kemm fetħu u jkunu pprovduti inċentivi lill-SMEs.

L-SMEs jiffaċċjaw ostakli meta jipparteċipaw fi swieq tal-kuntratti pubbliċi, li jammontaw għal 16% tal-PGD ta’ l-UE, ta’ spiss sempliċement għaliex in-negozji li jkunu iżgħar fid-daqs ma jkunux konxji mill-opportunitajiet u/jew ikunu skoraġġiti minn proċeduri u għaliex l-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jsibuha aktar komda li jagħtu ċerti kuntratti lil intrapriżi kbar b’esperjenza f’dak il-qasam aktar milli lil kumpaniji innovattivi li għadhom kemm fetħu. Minkejja dan, fl-2005, 42% tal-valur tal-kuntratti pubbliċi ’l fuq mil-limiti ta’ l-UE ngħata lill-SMEs[13]. Madankollu, huma meħtieġa aktar sforzi sinfikanti sabiex jitnaqqsu l-ostakli li jifdal biex l-SMEs ikollhom aċċess għal swieq tal-kuntratti pubbliċi, speċjalment billi jittaffew ir-rekwiżiti imposti mill-awtoritajiet kontraenti fi proċeduri ta’ għotja.

L-għajnuna mill-Istat tista’ tgħin lill-SMEs matul iċ-ċiklu ta’ ħajja kollu tagħhom. L-SMEs jibbenefikaw biss marġinalment mill-Għajnuna mill-Istat disponibbli peress li l-possibbiltajiet ta’ sostenn offruti ta’ spiss ma jsirx użu sħiħ minnhom. Hemm numru ta’ raġunjiet għal dan: l-ewwelnett, l-awtoritajiet pubbliċi mhux dejjem jistabbilixxu l-mekkaniżmi kollha ta’ sostenn għall-benefiċċju ta’ l-SMEs permessi skond ir-regoli Komunitarji; it-tieninett, il-proċeduri ta’ spiss ikunu twal u kkomplikati wisq għall-SMEs; u, it-tielettnett, l-SMEs ta’ spiss ma jkollhomx informazzjoni dwar l-iskemi disponibbli għalihom.

Biex dan il-prinċipju jkun tradott fi prattika:

il-Kummissjoni: se tippreżenta Kodiċi ta’ l-Aħjar Prattika volontarju għall-awtoritajiet kontraenti, sabiex jikkawża aktar bidla fil-kultura tax-xiri. Se tipprovdi gwida dwar kif titnaqqas il-burokrazija, jittejbu t-trasparenza u l-informazzjoni u jkun żgurat li jkun hemm l-istess kundizzjonijiet għall-SMEs kollha qed tiffaċilta aktar l-aċċess għall-informazzjoni dwar l-opportunitajiet ta’ akkwist billi tikkomplementa s-siti web ta’ l-UE eżistenti ddedikati għall-akkwist pubbliku b’serje ta’ inizjattivi bħall-pubblikazzjoni fakultattiva ta’ l-avviżi tal-kuntratti għal akkwist taħt il-limitu, għodda onlajn sabiex jinstabu msieħba fin-negozju, u żieda fit-trasparenza tar-rekwiżiti ta’ l-akkwist pubbliku se tippubblika Vademecum dwar l-Għajnuna mill-Istat għall-SMEs sabiex iżżid il-kuxjenza rigward il-possibbiltajiet eżistenti ta’ sostenn l-Istati Membri qed jiġu mistiedna biex: jistabbilixxu portali elettroniċi sabiex ikabbru l-aċċess għall-informazzjoni dwar l-opportunijiet ta’ akkwist pubbliku taħt il-limiti ta’ l-UE jinkoraġġixxu lill-awtoritajiet kontraenti tagħhom sabiex jissuddividu l-kuntratti f’lottijiet, fejn dan ikun xieraq, u jagħmlu l-opportunitajiet biex jinħarġu sotto-kuntratti aktar viżibbli ifakkru lill-awtoritajiet kontraenti tagħhom bl-obbligu li għandhom sabiex jevitaw rekwiżiti ta’ kwalifika u finanzjarji sproporzjonati jinkoraġġixxu djalogu kostruttiv u fehim reċiproku bejn l-SMEs u x-xerrejja l-kbar permezz ta’ attivitajiet bħal informazzjoni, taħriġ, monitoraġġ u skambju ta’ prattika tajba jiffokaw mill-ġdid il-politika ta’ l-Għajnuna mill-Istat sabiex tindirizza aħjar il-ħtiġiet ta’ l-SMEs, inkluż it-tfassil ta’ miżuri mmirati aħjar. |

- VI L-UE u l-Istati Membri għandhom jifaċilitaw l-aċċess ta’ l-SMEs għall-finanzi, b’mod partikolari għall-kapital ta’ riskju, għall-mikro-kreditu u għall-finanzjament mezzanin u għandhom jiżviluppaw ambjent legali u tan-negozju li jsostni ħlas f’waqtu fit-tranżazzjonijiet kummerċjali.

Li tiġbor it-tip ġust ta’ finanzi jista’ jkun diffikultà kbira għall-intraprendituri u għall-SMEs, u fuq il-lista tagħhom ta’ tħassib tagħhom jiġi t-tieni wara l-piż amministrattiv. Dan minkejja s-sostenn pubbliku ta’ l-UE bħall-Programm ta’ Qafas għall-Kompetittività u għall-Innovazzjoni (CIP), li jipprovdi aktar minn €1 biljun sabiex isostni l-aċċess ta’ l-SMEs għall-finanzi, ammont sostanzjali minnu permezz tal-Grupp EIB. Sa l-2013, il-Politika ta’ Koeżjoni se tipprovdi madwar €27 biljun espliċitament iddedikati għas-sostenn ta’ l-SMEs. Madawar €10 biljuni se jkunu kkontribwiti permezz ta’ miżuri ta’ inġinerija finanzjarja, inkluż JEREMIE u madwar €3.1 biljuni permezz ta’ kapital ta’ riskju. Il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali huwa wkoll ta’ benefiċċju għall-SMEs peress li jippromwovi, fost l-oħrajn, l-intraprenditorija u jinkoraġġixxi d-diversifikazzjoni ekonomika taż-żoni rurali.

L-istmellija għar-riskju ta’ spiss twassal biex l-investituri u l-banek joqogħdu lura milli jiffanzjaw ditti fl-istadji tal-bidu u ta’ l-espansjoni bikrija tagħhom. Iridu jiġu identifikati u korretti n-nuqqasijiet possibbli tas-swieq fil-provvista tal-finanzi lill-SMEs sabiex ikunu żviluppati aktar is-swieq Ewropej tal-kapital ta’ riskju, jittejjeb l-aċċess ta’ l-SMEs għall-mikro-kreditu u għall-finanzi mezzanin u jiġu żviluppati prodotti u servizzi ġodda. Barra minn hekk, bosta intraprendituri jeħtieġu gwida u edukazzjoni dwar il-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta’ forom differenti ta’ finanzi u kif għandhom jippreżentaw bl-aħjar mod il-proġetti ta’ investimenti tagħhom lill-finanzjaturi potenzjali.

Barra minn hekk, l-SMEs ta’ spiss ikollhom pożizzjoni dgħajfa rigward l-ishma, li tiddgħajjef aktar mill-kultura ta’ ħlasijiet tard fl-Ewropa. Fil-fatt, jiddependi mill-pajjiż, l-SMEs ikollhom jistennew, bejn wieħed u ieħor, minn 20 sa aktar minn 100 jum sabiex il-fatturi tagħhom jitħallsu. Falliment wieħed minn kull erbgħa huwa minħabba ħlas tard. Dan iwassal għal telf ta’ 450 000 impjieg u ta’ €25 biljun kull sena.

Il-Kummissjoni tikkondividi l-valutazzjoni tal-Grupp tal-Bank Ewropew ta’ Investiment (l-EIB u l-EIF) li jeħtieġ li jittejjeb aktar l-aċċess ta’ l-SMEs għall-finanzi u għalhekk tilqa’ b’ferħ l-isforzi tal-Grupp biex, mill-2008, jibda jimmodernizza l-prodotti eżistenti tiegħu, jissemplifka l-użu tagħhom u jwessa’ l-ambitu ta’ l-applikazzjoni tagħhom. Il-Kummissjoni tilqa’ b’ferħ l-istabbiliment mill-Grupp EIB ta’ “Mikrofond” ġdid b’kapital inizjali ta’ madwar €40 miljun (li minnhom €16 miljun se jkunu mill-EIB) sabiex isostni l-istituzzjonijiet mikro-finanzjarji mhux bankarji fil-qafas ta’ l-inizjattiva l-ġdida tal-mikro-kreditu tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni anki tfaħħar lill-EIB għall-pjan tiegħu biex jistabbilixxi pakkett ta’ finanzjament mezzanin apposta għall-iżgħar SMEs u strumenti finanzjarji speċifiċi ta’ kondiviżjoni tar-riskji mal-banek kummerċjali li ġew adattati għall-ħtiġiet ta’ SMEs innovattivi li qed jikbru b’rata mgħaġġla u kumpaniji b’kapitalizzazzjoni ta’ bejn il-₤1 biljun u l-₤5 biljuni ( mid-cap ), li għandu jkollhom fil-mira nuqqasijiet tas-swieq identifikati.

Biex dan il-prinċipju jkun tradott fi prattika:

il-Kummissjoni: se tevalwa l-possibbiltajiet biex tintroduċi reġim ta’ pjazzamenti privati ddestinat biex jiffaċilita l-investimenti transkonfinali sabiex issaħħaħ is-swieq Ewropej tal-kapitali ta’ riskju qed toffri għajnuna lill-Istati Membri biex jiżviluppaw programmi ta’ preparazzjoni għall-investimenti ta’ kwalità għolja |

l-Istati Membri qed jiġu mistiedna biex: jiżviluppaw programmi ta’ finanzjament li jindirizzaw id-distakk fil-finanzjament bejn l-€100 000 u l-€1 miljun, b’mod partikolari bi strumenti li jikkombinaw karatteristiċi ta’ dejn u ta’ ishma filwaqt li jirrispettaw ir-regoli ta’ l-Għajnuna mill-Istat jegħlbu l-ostakli regolatorji u fiskali li jipprevjenu lill-fondi ta’ kapital ta’ riskju li jaħdmu fis-Suq Uniku milli jinvestu bl-istess termini bħall-fondi domestiċi jiżguraw li t-tassazzjoni fuq il-profitti tal-kumpaniji tinkoraġġixxi l-investiment jagħmlu użu sħiħ mill-finanzjament disponibbli fil-programmi tal-politika ta’ koeżjoni u fil-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, b’sostenn għall-SMEs. |

- VII L-UE u l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu lill-SMEs biex jibbenefikaw aktar mill-opportunitajiet offruti mis-Suq Uniku, b’mod partikolari billi jtejbu l-governanza ta’ u l-informazzjoni dwar il-politika tas-Suq Uniku, billi jagħtu l-possibbiltà li l-interessi ta’ l-SMEs ikunu jistgħu jiġu rrappreżenatati aħjar fl-iżvilupp ta’ l-istandards u jiffaċilitaw l-aċċess ta’ l-SMEs għall-brevetti u għat-trejdmarks.

Is-Suq Uniku għandu jiggarantixxi l-aċċess ta’ l-intrapriżi għal suq komuni wiesgħa ta’ aktar minn 500 miljun konsumatur li jaħdem skond sett komuni ta’ regoli. Is-semplifikazzjoni implikata minn sostituzzjoni ta’ 27 sett ta’ regoli nazzjonali differenti b’sett wieħed ta’ regoli tas-Suq Intern ta’ l-UE hija ta’ benefiċċju partikolari għall-SMEs. Suq Uniku li jaħdem sew se joħloq ambjent kompetittiv sabiex l-SMEs ikunu mgħammra ħalli jieħdu vantaġġ aħjar mill-globalizzazzjoni, billi jinfetħu opportunitajiet ġodda għall-għarfien u għall-innovazzjoni. Madankollu, bħalissa l-SMEs ma jibbenefikawx b’mod sħiħ mill-opportunitajiet ipprovduti mis-Suq Uniku prinċipalment minħabba n-nuqqas ta’ informazzjoni dwar l-opportunitajiet ta’ negozju u r-regoli applikabbli fl-Istati Membri l-oħra, kif ukoll minħabba ħiliet lingwistiċi insuffiċjenti. L-ispejjeż u r-riskji involuti meta wieħed ikollu jkollu x’jaqsam ma’ diversi sistemi legali nazzjonali differenti ta’ spiss jipprevjeni lill-kumpaniji milli jespandu l-attivitajiet tagħhom barra mill-pajjiż.

L-SMEs jistgħu jibbenefikaw bil-kbir anki minn sostenn pubbliku fil-forma ta’ servizzi ta’ konsulenza jew ta’ netwerking, inkluża l-għajnuna għall-SMEs sabiex jiddefendu rwieħhom minn prattiki kummerċjali inġusti. B’mod partikolari, in-Netwerk Intrapriża Ewropa[14] li ġiet imnedija dan l-aħħar mill-Kummissjoni, fost l-oħrajn, tista’ tgħin lill-SMEs billi tipprovdi informazzjoni u pariri rigwrd l-opportunijiet offruti mis-Suq Uniku.

Barra minn hekk, l-SMEs jeħtieġ li jkunu jistgħu jipparteċipaw b’mod sħiħ fl-iżvilupp ta’ l-istandards u jkollhom aċċess adegwat għalihom, inkluż fil-proċedura ta’ ċertifikazzjoni.

Fl-aħħarnett, sabiex tkun enfasizzata l-importanza tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intelletwali (IPR) għall-SMEs, il-Kummissjoni tkompli taħdem fuq sistema ta’ brevetti effiċjenti, effettiva fl-infiq, ta’ kwalità għolja u legalment sigura fuq il-livell Ewropew, inklużi l-Brevett Komunitarju u Ġuriżdizzjoni Komunitarja tal-Brevetti ma’ l-UE kollha.

Biex dan il-prinċipju jkun tradott fi prattika:

il-Kummissjoni: se tiżgura ruħha li l-SMEs jibbenefikaw mill-politiki eżistenti tal-ftuħ tas-swieq billi tiġbor informazzjoni dwar ħidmet is-Suq Uniku permezz ta’ użu akbar tal-monitoraġġ tas-swieq u tas-setturi sabiex in-nuqqasijiet tas-swieq jiġu identifikati u jkunu jistgħu jiġu indirizzati fejn il-benefiċċji ekonomiċi jkunu l-akbar qed tippreżenta pjan ta’ azzjoni fl-2008 biex tippromwovi l-użu ta’ firem elettroniċi u ta’ awtentikazzjoni elettronika interoperabbli u se tniedi azzjonijiet li jinvolvu l-partijiet interessati kollha rilevanti fit-tieni tliet xhur ta’ l-2009 sabiex l-SMEs jiġu mgħejjuna jipparteċipaw fil-katini ta’ forniment globali qed iżżid is-sostenn finanzjarju ta’ l-UE (sa €1 miljun fl-2008 u € 2.1 miljun mill-2009) biex tippromwovi l-parteċipazzjoni ta’ l-SMEs u d-difiża ta’ l-interessi tagħhom fl-istandardizzazzjoni u biex ittejjeb l-informazzjoni lill-SMEs dwar, u l-użu ta’ l-istandards Ewropej se tagħmel is-sistema tat-Trejdmarks Komunitarji aktar aċċessibbli, b’mod partikolari billi tnaqqas b’mod sinfikanti l-ħlasijiet tat-Trejdmarks Komunitarji bħala parti minn soluzzjoni komprensiva għall-perspettivi finanzjarji ta’ l-Uffiċċju ta’ Armonizzazzjoni għas-Suq Intern (OHIM) se taħdem biex tneħħi l-frammentazzjoni tar-regoli dwar il-ħarsien tal-konsumatur sabiex tagħmel il-kummerċ transkonfinali aktar faċli għall-SMEs, inkluż billi timminimizza l-piżijiet amministrattivi. l-entitajiet Ewropej ta’ l-istandards qed jiġu mistiedna biex: iqisu mill-ġdid, f’kooperazzjoni mill-qrib ma’ l-Istati Membri u mal-Kummissjoni, il-mudell tan-negozju tagħhom sabiex inaqqsu l-ispiża ta’ l-aċċess għall-istandards, ibda bl-istandards żviluppati b’sostenn għal-leġiżlazzjoni u għall-politiki ta’ l-UE jistabbilixxu “Helpdesk għall-SMEs” wieħed jew aktar, li jiġu koordinati mar-rappreżentanti ta’ l-assoċjazzjonijiet ta’ l-SMEs jippubblikaw sistematikament ir-riassunti ta’ l-istandards Ewropej, inklużi l-listi ta’ referenzi normativi, b’aċċess mhux ristrett u f’ilsna differenti. l-Istati Membri qed jiġu mistiedna biex: jiżguraw irwieħhom mill-applikazzjoni korretta tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku jirrinforzaw is-sistema ta’ soluzzjoni għall-problemi SOLVIT[15] sabiex ikun żgurat li l-problemi bl-eżerċizzju tad-drittijiet tas-Suq Uniku jistgħu jiġu solvuti b’mod informali, malajr u b’mod pragmatiku jinkoraġġixxu lill-Entitajiet Nazzjonali ta’ l-Istandards biex iqisu mill-ġdid il-mudell tan-negozju tagħhom ħalli titnaqqas l-ispiża ta’ l-aċċess għall-istandards jiżguraw li l-kompożizzjoni tal-kumitati ta’ standardizzazzjoni tkun ġusta jistiednu lill-Entitajiet Nazzjonali ta’ l-Istandards, flimkien ma’ l-Organizzazzjonijiet Ewropej ta’ l-Istandards, biex iwettqu kampanji ta’ promozzjoni u ta’ informazzjoni sabiex jinkoraġġixxu lill-SMEs ħalli jagħmlu użu aħjar mill-istandards u jipprovdu informazzjoni dwar il-kontenut tagħhom jipprovdu lill-SMEs b’servizzi ta’ konsulenza inkluż sostenn sabiex jiddefendu rwieħhom minn prattiki kummerċjali inġusti. |

- VIII L-UE u l-Istati Membri għandhom jippromwovu l-aġġornament tal-ħiliet fl-SMEs u fil-forom kollha ta’ innovazzjoni.

Għandhom jinkoraġġixxu l-investiment fir-riċerka mill-SMEs u l-parteċipazzjoni tagħhom fi programmi ta’ sostenn għall-R&D, f’riċerka transnazzjonali, f’raggruppament u f’ġestjoni attiva tal-proprjetà intelletwali mill-SMEs.

Aktar minn 60% tal-kumpaniji li rrispondew għall-konsultazzjoni jqisu li l-iskejjel ma jipprovdux il-kompetenzi meħtieġa mill-intraprendituri u mill-istaff tagħhom. Dan ir-riżultat jenfasizza l-ħtieġa tas-soċjetà li dejjem tipprovdi liż-żgħażagħ b’ħiliet essenzjali, bħall-ħiliet tal-qari, tal-kitba, tax-xjenzi naturali, ta’ ġestjoni, tekniċi, ta’ l-ICT u lingwistiċi u sabiex ikunu jistgħu jkunu kreattivi. L-SMEs ibatu b’mod partikolari min-nuqqas ta’ ħaddiema b’ħiliet fil-qasam tat-teknoloġiji l-ġodda. F’dan il-kuntest, jeħtieġ li jiġi implimentat il-Qafas Ewropew ta’ Referenza dwar il-kompetenzi ewlenin għal tagħlim tul il-ħajja[16], li għandu l-għan li joffri l-ħiliet bażiċi meħtieġa liż-żgħażagħ kollha.

Il-Politika Ewropea ta’ Koeżjoni ssostni azzjonijiet li jippromwovu l-adattabbiltà tal-ħaddiema, ta’ l-intraprendituri u ta’ l-intrapriżi b’madwar €13.5 biljun tul il-perjodu 2007-2013. Parti sinifikanti minn dan l-ammont hija mmirata direttament lejn l-SMEs. Barra minn hekk, qed jiġi stmat li s-sostenn għall-impjiegi indipendenti u għan-negozji li għadhom kemm fetħu se jlaħħaq total ta’ €2.8 biljun. L-aħħar, imma mhux l-inqas, il-Kummissjoni qed taħdem fuq stampa ġenerali tal-ħtiġiet futuri f’termini ta’ ħiliet fl-UE.

Marbut man-nuqqas ta’ ħiliet hemm il-potenzjal mhux sfruttat għar-riċerka u għall-innovazzjoni. Fl-2007, madwar 3 minn kull 10 SMEs fl-UE biss indikaw li għandhom prodotti ġodda jew ikollhom dħul minn prodotti ġodda. Għalhekk, huwa importanti li l-SMEs jiġu integrati aħjar fil-komunità tar-riċerka u jitrawmu r-rabtiet bejn l-universitajiet u l-SMEs.

Jeħtieġ ukoll li tkun inkoraġġita ġestjoni attiva tal-proprjetà intelletwali mill-SMEs, pereżempju billi jkunu jistgħu jsiru tranżazzjonijiet bil-fattura elettronika ( e-invoicing ) u mal-gvern elettroniku ( e-government ).

Biex dan il-prinċipju jkun tradott fi prattika:

il-Kummissjoni: għall-2010 se testendi aktar skema li tippromwovi l-mobbiltà ta’ l-apprendisti bħala parti mill-programm Leonardo Da Vinci qed issostni l-iżvilupp min-naħa tal-partijiet interessati ta’ Portal onlajn tal-Ħiliet Elettroniċi (e-Skills) u tal-Karrieri fl-2008 li se jagħti l-possibbiltà lid-ditti li jivvalutaw huma stess il-ħtiġiet tal-ħiliet elettroniċi li għandhom u jsibu kif se jiżviluppaw il-karrieri u l-kwalifiki ta’ l-istaff tagħhom u fl-2008 se tipubblika Gwida onlajn għan-Negozju Elettroniku (e-Business), li se tgħin lill-SMEs biex jiddijanjostikaw huma stess il-ħtiġiet tan-negozju elettroniku tagħhom se tkompli bl-isforzi tagħha permezz ta’ semplifikazzjoni, informazzjoni aħjar u rati ogħla ta’ finanzjament sabiex tottimizza l-parteċipzzjoni ta’ l-SMEs fis-Seba’ Programm ta’ Qafas ta’ l-RTD (FP7). qed tinkoraġġixxi t-tkabbir ta’ l-SMEs, billi tiżgura ruħha li SME li tipparteċipa fi proġett ta’ l-FP7 tista’ żżomm il-benefiċċju ta’ trattament ta’ SME għal kemm idum dak il-proġett, anki jekk matul dak il-perijodu jaqbeż il-limiti massimi ta’ l-SMEs se tissemplifika r-regoli dwar l-Għajnuna mill-Istat għall-Istati Membri sabiex issostni r-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni, partikolarment permezz tar-Regolament ta’ Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa qed tagħti spinta lill-emerġenza ta’ intrapriżi b’rata għolja ta’ tkabbir billi ssostni l-kapaċità għar-riċerka u għall-innovazzjoni ta’ l-SMEs, prinċipalment permezz ta’ żieda fil-koordinazzjoni tal-programmi u ta’ l-inizjattivi nazzjonali f’konsultazzjoni ma’ l-Istati Membri, se tiżviluppa strateġija ta’ raggruppament inklużi inizjattivi biex tinkoraġġixxi kooperazzjoni transnazzjonali bejn ir-raggruppamenti, fejn jiġi ffaċilitat l-aċċess tar-raggruppamenti għal swieq ġodda u jittieħdu miżuri sabiex tkun inkoraġġita parteċipazzjoni akbar min-naħa ta’ l-SMEs f’raggruppamenti innovattivi se tfittex li ssostni l-parteċipazzjoni ta’ l-SMEs fit-trasferiment ta’ l-għarfien, parzjalment bit-tnedija ta’ proġett pilota sabiex tgħin bil-finanzjament tal-kummerċjalizzazzjoni tal-proprjetà intelletwali se tinkoraġġixxi parteċipazzjoni attiva ta’ l-SMEs fil-qafas ta’ l-attivitajiet imwettqa mill-Istitut Ewropew ta’ l-Innovazzjoni u tat-Teknoloġija (EIT), sabiex ikunu jistgħu jibbenfikaw mit-trasferimenti ta’ l-għarfien imrawwma mill-EIT. l-Istati Membri qed jiġu mistiedna biex: jinkoġġixxu l-isforzi tal-SMEs sabiex jespandu fuq livell internazzjonali u jsiru intrapriżi b’rata għolja ta’ tkabbir inkluż permezz ta’ parteċipazzjoni f’raggruppamenti innovattivi jippromwovu l-iżvilupp tal-kompetenzi ta’ l-SMEs fil-qasam tar-riċerka u ta’ l-innovazzjoni permezz ta’, eż. aċċess semplifikat għall-infrastruttura pubblika tar-riċerka, l-użu ta’ servizzi ta’ R&D, ir-reklutaġġ ta’ impjegati b’ħiliet u t-taħriġ, kif qed jingħata spazju fil-Qafas Komunitarju ġdid għall-Għajnuna mill-Istat għar-riċerka, għall-iżvilupp u għall-innovazzjoni jiftħu programmi nazzjonali ta’ riċerka fejn dan ikun ta’ benefiċċju reċiproku għall-SMEs minn Stati Membri oħrajn u jagħtu kontribut biex l-SMEs ikollhom aċċess għal attivitajiet ta’ riċerka transnazzjonali, eż. permezz ta’ programmazzjoni konġunta fl-implimentazzjoni tagħhom tal-programm ta’ Politika ta’ Koeżjoni jiżguraw li l-SMEs ikollhom aċċess faċli għal finanzjament relatat ma’ l-intraprenditorija, ma’ l-innovazzjoni u ma’ l-għarfien isostnu l-iżvilupp ta’ identità elettronika għan-negozji, sabiex ikunu jistgħu jsiru tranżazzjonijiet bil-fattura elettronika (e-invoicing) u mal-gvern elettroniku (e-government) jinkoraġġixxu n-negozju, b’mod partikolari l-SMEs u partijiet interessati oħrajn, inklużi l-awtoritajiet ta’ l-akkwist, biex jipparteċipaw f’azzjonijiet li jagħtu kontribut għall-implimentazzjoni mgħaġġla ta’ l-Inizjattiva għas-Suq Ewlieni. |

- IX L-UE u l-Istati Membri għandhom jagħtu possibbiltà lill-SMEs biex ibiddlu l-isfidi ambjentali f’opportunitajiet.

Għandhom jipprovdu aktar informazzjoni, kompetenza esperta u inċentivi finanzjarji biex jiġu sfruttati b’mod sħiħ l-opportunitajiet għal swieq “ekoloġiċi” ġodda u żieda fl-effiċjenza ta’ l-enerġija, parzjalment permezz ta’ l-implimentazzjoni ta’ sistemi ta’ ġestjoni ambjentali fl-SMEs.

Il-bidla fil-klima, l-iskarsezza tal-provvisti ta’ l-enerġija u l-iżvilupp sostenibbli huma sfidi ewlenin għall-SMEs, li jkollhom jadottaw mudelli ta’ produzzjoni u ta’ negozju aktar sostenibbli. Id-domanda għal prodotti u għal servizzi li jiffavorixxu lill-ambjent tiftaħ ukoll it-triq għal opportunijiet ġodda ta’ negozju.

29% ta’ l-SMEs biss introduċew xi miżura biex jiffrankaw l-enerġija jew il-matejra prima (meta pparagunati ma’ 46% ta’ l-intrapriżi l-kbar). 4% ta’ l-SMEs ta’ l-UE biss għandhom sistema komprensiva ta’ l-effiċjenza ta’ l-enerġija stabbilita meta pparagunati ma’ 19% ta’ l-intrapriżi l-kbar. L-SMEs huma partikolarment vulnerabbli għat-tendenza kurrenti tal-prezzijiet ta’ l-enerġija u tal-materja prima li qed jogħlew, u għall-previżjonijiet tal-bidliet fil-klima, u jeħtieġ li jżidu l-effiċjenza u l-kapaċità tagħhom li jadattaw għal dawn l-isifdi, sabiex ibiddluhom f’opportunitajiet.

Biex dan il-prinċipju jkun tradott fi prattika:

il-Kummissjoni: qed tiffaċilita l-aċċess ta’ l-SMEs għall-Iskema ta’ Eko-Verifika u ta’ Ġestjoni (EMAS) permezz ta’ proċeduri ambjentali eħfef, ħlasijiet imnaqqsa, u l-possibbiltà ta’ reġistrazzjoni tar-raggruppamenti se tiffinanzja netwerk ta’ esperti ambjentali u ta’ l-effiċjenza ta’ l-enerġija fin-Netwerk ta’ l-Intrapriża Ewropa li jipprovdi pariri dwar l-operazzjonijiet eko-effiċjenti, il-potenzjal tas-swieq u l-opportunijitajiet ta’ finanzjament għal perazzjonijiet aktar effiċjenti, b’mod partikolari għall-SMEs qed tiżviluppa forom ġodda ta’ sostenn għal negozji innovattivi li għadhom kemm fetħu u għal SMEs innovattivi fil-qasam ta’ l-eko-innovazzjoni, sabiex ikunu ffaċilitati l-aċċess għas-swieq, it-trasferiment tat-teknoloġiji, l-użu ta’ l-istandards u l-aċċess għall-finanzi, skond id-dispożizzjonijiet eżistenti dwar l-Għajnuna mill-Istat l-Istati Membri qed jiġu mistiedna biex: jipprovdu inċentivi għal negozji u prodotti eko-effiċjenti (eż. skemi ta’ inċentivi fiskali u l-prijoritizzazzjoni tas-sussidji għall-finanzjament ta’ negozju sostenibbli) skond il-Linji gwidi tal-Komunità dwar l-Għajnuna ta' l-Istat għall-Ħarsien ta' l-Ambjent u jagħmlu użu mill-metodu ssemplifikat għall-għajnuna ambjentali għall-SMEs li ġie żviluppat fil-GBER jagħmlu użu sħiħ minn madwar €2.5 biljuni allokati fil-programmi tal-Politika ta’ Koeżjoni għas-sostenn ta’ prodotti u ta’ proċessi li jiffavorixxu l-ekoloġija fl-SMEs. |

- X L-UE u l-Istati Membri għandhom isostnu u jinkoraġġixxu lill-SMEs biex jibbenefikaw mit-tkabbir tas-swieq barra mill-UE, b’mod partikolari permezz ta’ sostenn speċifiku għas-swieq u attivitajiet ta’ taħriġ fin-negozju.

8% ta’ l-SMEs Ewropej biss jirrapportaw fatturat mill-esportazzjonijiet (7% tal-mikro-intrapriżi rrapportaw esportazzjonijiet) li hija figura ferm aktar baxxa minn dik ta’ l-intrapriżi l-kbar (28%). Barra minn hekk, 12% ta’ l- inputs ta’ SME medja biss jinxtraw barra mill-pajjiż.

Swieq li qed jikbru b’rata mgħaġġla jippreżentaw potenzjal mhux sfruttat għal bosta SMEs Ewropej. B’mod partikolari, it-tkabbir reċenti ta’ l-UE ħoloq opportunijiet ta’ negozju ġodda importanti għal kumpaniji kemm mill-Istati Membri l-“qodma” kif ukoll mill-“ġodda”. Dan juri l-importanza li jiġi sfruttat b’mod sħiħ il-potenzjal ta’ opportunijiet ta’ swieq fil-pajjiżi kandidati ta’ l-UE u fil-pajjiżi ġirien ta’ l-UE.

Il-barrieri kummerċjali għandhom impatt akbar fuq l-SMEs milli fuq kumpaniji li jkunu ikbar fid-daqs minħabba r-riżorsi limitati tagħhom u kapaċità iżgħar biex jassorbu r-riskji, speċjalment meta jaħdmu fi swieq ferm kompettitivi. Sabiex ikun jista’ jkollhom aċċess għal dawn is-swieq, għalhekk jeħtieġ li l-SMEs jiġu mgħejjuna ħalli jiksbu informazzjoni dwar imsieħba u ftuħ potenzjali fis-swieq tagħhom. Huma jeħtieġu wkoll li jiġu mgħejjuna jegħlbu l-barrieri kulturali għan-negozju u d-differenzi fl-ambjenti regolatorji jew legali.

Sabiex l-SMEs jingħataw għajnuna ħalli jibbenefikaw b’mod sħiħ mill-opportunitajiet offruti mill-globalizzazzjoni, trid tingħata attenzjoni partikolari sabiex jittejbu l-aċċess għas-swieq ta’ l-akkwist u l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, tkun żgurata kompetizzjoni ġusta, kif ukoll ikun iffaċilitat l-aċċess għas-swieq.

Biex dan il-prinċipju jkun tradott fi prattika:

il-Kummissjoni: stabbiliet Tims ta’ Aċċess għas-Swieq fi swieq ewlenin ta’ l-esportazzjoni billi laqqgħet flimkien il-kunsillieri kummerċjali ta’ l-Istati Membri u l-organizzazzjonijiet tan-negozju ta’ l-UE, li se jgħin sabiex tittejjeb l-informazzjoni lill-SMEs dwar il-barrieri kummerċjali fis-swieq barra mill-UE se tfittex attivament il-ftuħ ta’ swieq ta’ pajjiżi terzi, b’mod partikolari f’ekonomiji żviluppati u f’ekonomiji avvanzati li qed jiżviluppaw, permezz ta’ negozjati mal-WTO u ftehimiet bilaterali se tfittex b’mod partikolari l-ftuħ tas-swieq ta’ l-akkwist ta’ pajjiżi li mhumiex membri ta’ l-UE, li għandu jwassal għal benefiċċji reċiproċi, permezz tan-negozjati bilaterali u multilaterali tagħha (il-Ftehim tad-WTO dwar l-Akkwist Pubbliku mill-Gvern), b’mod partikolari ma’ pajjiżi li qed jikbru b’rata mgħaġġla se tippromwovi l-faċilitazzjoni kummerċjali kemm fil-kuntest tad-WTO kif ukoll f’negozjati bilaterali se tkompli tiffaċilita l-aċċess ta’ l-SMEs ta’ l-UE għas-swieq ta’ pajjiżi kandidati u ta’ pajjiżi ġirien oħrajn, b’mod partikolari permezz tan-Netwerk Intrapriża Ewropa u billi f’dawn il-pajjiżi tippromwovi l-prinċipju “Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir”, inkluż permezz ta’ l-iskambji ta’ prattika tajba bbażati fuq il-Karta Ewropea dwar l-Intrapriżi ż-Żgħar u l-SBA fl-2009 biħsiebha tistabbilixxi Ċentri Ewropej tan-Negozju fi swieq magħżula, fejn se tibda bl-ekonomiji li qed jikbru b’rata mgħaġġla ta’ l-Indja u taċ-Ċina biħsiebha tniedi skema ta’ “Portal għaċ-Ċina”, li tiffoka fuq l-istabbiliment ta’ Programm ta’ Taħriġ Eżekuttiv fiċ-Ċina sabiex, sa l-2010, l-SMEs Ewropej ikunu jistgħu jkunu aktar kompetittivi fis-suq Ċiniż. l-Istati Membri qed jiġu mistiedna biex: jinkoraġġixxu t-taħriġ ta’ l-SMEs minn kumpaniji kbar sabiex jiddaħħlu fis-swieq internazzjonali. |

- 5. L-IMPLIMENTAZZJONI TA’ L-SBA U L-GOVERNANZA

Minn meta tnediet mill-Kummissjoni, f’Ottubru 2007, l-idea ta’ “Att dwar in-Negozji ż-Żgħar” għall-Ewropa tat bidu għal bosta aspettattivi. Filwaqt li hija ferm sostnuta fuq il-livell governattiv, mill-Parlament Ewropew u mill-komunità ta’ l-SMEs, huwa importanti li tiġi implimentata bir-reqqa. Dan jeħtieġ l-impenn politiku sħiħ kemm tal-Kummissjoni kif ukoll ta’ l-Istati Membri. Għalhekk, bħala bażi għal impenn imġedded lill-SMEs, il-Kummissjoni qed tistieden lill-Kunsill Ewropew biex jilqa’ u jsostni l-“Att dwar in-Negozji ż-Żgħar” għall-Ewropa, jadotta l-10 prinċipji u jimpenja ruħu rigward l-implimentazzjoni ta’ l-azzjonijiet proposti. Barra minn hekk, il-Kumissjoni qed tistieden lill-Kunsill u lill-Parlament biex malajr jadottaw il-proposti leġiżlattivi relatati.

L-SBA għandu jkun inkluż b’mod sħiħ fl-Istrateġija tat-Tkabbir Ekonomiku u ta’ l-Impjiegi sabiex tkun żgurata l-implimentazzjoni effiċjenti tiegħu u sabiex ikun hemm spazju għal aġġornament regolari dwar l-għanijiet tiegħu. L-Istati Membri, għalhekk, qed jiġu mistiedna jieħdu vantaġġ mill-aġġornament taċ-ċiklu ta’ Liżbona ppjanat għal tmiem l-2008 sabiex iqisu l-SBA fil-Programmi ta’ Riforma Nazzjonali u fir-rapporti annwali ta’ implimentazzjoni tagħhom. L-Istati Membri jistgħu jispiraw irwieħhom mill-istampa ġenerali mehmuża tal-prattika tajba fl-UE, u l-Kummissjoni se tkompli tipprovdi pjattaforma għal skambju għall-aħjar prattika.

Il-Kummissjoni se tivvaluta l-progress li sar fl-implimentazzjoni ta’ l-SBA u se tirrapporta dwaru b’mod regolari fil-qafas ta’ l-Istrateġija tat-Tkabbir Ekonomiku u ta’ l-Impjiegi, ibda mill-2008. Dan se jippermetti li l-Kunsill Ewropew jirrivedi l-progress li sar fil-qasam tal-politika għall-SMEs kemm fuq il-livell Komunitarju kif ukoll fuq il-livell ta’ l-Istati Membri u sabiex jaslu għall-konklużjonijiet meħtieġa.

Anness: L-iskambju ta’ prattika tajba fil-politika għall-SMEs

L-iskambju ta’ prattika tajba fil-politika għall-SMEs wriet li kienet għodda ta’ suċċess sabiex tkun implimentata l-Istrateġija tat-Tkabbir Ekonomiku u ta’ l-Impjiegi ta’ Liżbona. Mill-2000, il-Kummissjoni ġabret eżempji ta’ prattika tajba f’diversi oqsma. Dawn inġabru fil- Karta Ewropea dwar l-Intrapriżi ż-Żgħar u huma disponibbli fil-katalogu onlajn tal-Karta fuq:

http://ec.europa.eu/enterprise/enterprise_policy/charter/gp/index.cfm?fuseaction=practice.list.

Il- Premjijiet għall-Intrapriża Ewropea jirrikonoxxu l-eċċellenza fil-promozzjoni ta’ l-intraprenditorija reġjonali u jippremjaw l-inizjattivi eċċezzjonali. Ġabra ta’ prattika tajba fil-promozzjoni tan-negozju hija disponibbli fuq:

http://ec.europa.eu/enterprise/entrepreneurship/smes/awards/download/compendium_2007_mt_lowres.pdf.

Dan l-anness jipprovdi wħud mill-eżempji ta’ prattika tajba mill-Istati Membri li jservu ta’ ispirazzjoni għall-implimentazzjoni ta’ l-SBA.

Prinċipju 1: | Jinħoloq ambjent fejn l-intrapredituri u n-negozji tal-familji jistgħu jirnexxu u l-intraprenditorija tkun ippremjata |

In-Netwerk ta’ Impuls tas-Sassonja-Anhalt, il-Ġermanja |

Sit web: www.impuls-netzwerk.de |

L-Istrateġija għall-Intrapriżi u għall-Intraprenditorija taż-Żgħażagħ f’Wales, ir-Renju Unit |

Sit web: http://www.projectdynamo.co.uk; www.becauseyoucan.com. |

Cap’Ten, kun il-kaptan tal-proġett tiegħek, il-Belġju |

Sit web: www.ichec-pme.be |

Emax – il-kamp ta’ taħriġ Nordiku għall-intraprendituri żgħażagħ, l-Iżvezja |

Sit web: www.emaxevent.com, www.startcentrum.se |

Kinder Business Week, l-Awstrija |

Sit web: www.kinderbusinessweek.at |

Il-Jiem ta’ l-Intraprenditorija: Emprendemos Juntos – Aħna lkoll intraprendituri, Spanja |

Sit web: www.emprendemosjuntos.es |

Niżviluppaw il-kultura intraprenditorijali fost in-nisa, ir-Rumanija |

Sit web: www.animmc.ro |

Prinċipju 2: | Ikun żgurat li l-intraprendituri onesti li ffaċċjaw falliment malajr jiksbu opportunità oħra |

Programm ta’ żvilupp li jipprepara s-suċċessjoni kkontrollata tal-ġenerazzjoni ta’ l-SMEs, il-Finlandja |

Sit web: www.te-keskus.fi, www.yrityssuomi.fi |

Ftuħ ta’negozju aktar mgħaġġel wara falliment, id-Danimarka |

Sit web: www.naec.dk |

Għajnuna għal dawk li jaħdmu għal rashom u għas-sidien tan-negozju f’diffikultà, il-Belġju |

Sit web: www.beci.be |

Prinċipju 3: | Jitfasslu regoli skond il-prinċipju “Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir” |

Is-sit web ta’ konsultazzjoni pubblika “Teeme koos”, l-Estonja |

Sit web: www.osale.ee; www.riigikantselei.ee; www.valitsus.ee |

L-implimentazzjoni tas-servizzi ta’ sostenn għall-SMEs fuq livell lokali permezz ta’ One-stop-shops, is-Slovenja |

Sit web: www.japti.si |

Il-lista ta’ kontroll għar-regolamenti, ir-Renju Unit |

Sit web: www.businesslink.gov.uk |

Il-KumitatY4, il-Finlandja |

Sit web: www.y4.fi |

Prinċipju 4: | L-amministrazzjonijiet pubbliċi jkunu sensibilizzati dwar il-ħtiġiet ta’ l-SMEs |

Il-programm ta’ gvern elettroniku tas-settur soċjali Belġjan għall-SMEs, il-Belġju |

Sit web: www.ksz-bcss.fgov.be |

Il-punti ta’reġistrazzjoni waħdanija għall-intraprendituri, ir-Repubblika Ċeka |

Sit web: www.mpo.cz |

One-Stop-Shop għall-Intraprendituri, il-Ġermanja |

Sit web: www.one-stop-shop-trier.de |

Ċentru ta’ ġestjoni tal-mikro-negozji għar-rapportaġġ ekonomiku u finanzjarju, Franza |

Sit web: www.artifrance.eu |

Il-portal web ta’ l-informazzjoni pubblika għan-negozji ż-żgħar, Franza |

Sit web: pme.service-public.fr |

CORE (Companies Online Registration Environment) - Ambjent għar-Reġistrazzjoni Onlajn tal-Kumpaniji, l-Irlanda |

Sit web: www.cro.ie |

Il-proġett Kick-start, Malta |

Sit web: www.mcmpgov.mt |

Il-kawnter onlajn tal-kumpaniji, l-Olanda |

Sit web: www.bedrijvenloket.nl |

KSU – In-netwerk tas-servizzi nazzjonali għall-SMEs, il-Polonja |

Sit web: www.euronifo.org.pl, www.ksu.parp.gov.pl |

L-intrapriża onlajn, il-Portugall |

Sit web: www.portaldaempresa.pt |

One-stop-Shops għall-SMEs (VEM), is-Slovenja |

Sit web: www.japti.si |

Il-portal ta’ l-amministrazzjoni pubblika ċentrali, is-Slovakkja |

Sit web: www.telecom.gov.sk |

Is-servizz tas-salarju fuq il-web għal dawk li ma tantx jimpjegaw nies, il-Finlandja |

Sit web: www.palkka.fi |

Prinċipju 5: | L-għodod tal-politika pubblika jiġu adattati għall-ħtiġiet ta’ l-SMEs: tkun iffaċilita l-parteċipazzjoni ta’ l-SMEs fl-akkwist pubbliku u jintużaw aħjar il-possibbiltajiet ta’ l-Għajnuna mill-Istat għall-SMEs |

Il-portal ta’ l-akkwist elettroniku (e-Procurement), il-Lussemburgu |

Sit web: http://www.marches.public.lu, http://www.mtp.public.lu |

Prinċipju 6: | Jiġi ffaċilitat l-aċċess ta’ l-SMEs għall-finanzi u jkun żviluppat ambjent legali u tan-negozju li jsostni ħlasijiet f’waqthom fi tranżazzjonijiet kummerċjali |

Il-programm tal-kapital tal-bidu u ta’ dak ta’ riskju, l-Irlanda |

Sit web: www.enterprise-ireland.com |

Is-self lin-negozji ż-żgħar b’rifużjoni ta’ l-imgħax, Ċipru |

Sit web: www.bankofcyprus.com |

Il-fond tal-fondi pubbliku tal-kapital ta’ riskju, il-Latvja |

Sit web: www.lga.lv |

Il-programm tal-mikro-self għall-intraprendituri u għas-sidien tan-negozji nisa, Spanja |

Sit web: www.ipyme.org |

Prinċipju 7: | L-SMEs jingħataw għajnuna sabiex jibbenefikaw aktar mill-opportunitajiet offruti mis-Suq Uniku |

Il-portal għan-negozju u għall-esportazzjoni, ir-Repubblika Ċeka |

Sit web: Businessinfo.cz |

In-netwerk ta’ kompetenza ta’ l-Olanda/tan-North Rhine Westphalia INTER-NED, il-Ġermanja |

Sit web: www.inter-ned.info |

Il-qawien tal-kuxjenza pubblika dwar l-istandardizzazzjoni, il-Litwanja |

Sit web: www.lsd.lt |

CETMOS –— Is-Servizz Ċentrali Ewropew ta’ Osservazzjoni tat-Trejdmarks, l-Awstrija |

Sit web: www.cetmos.eu |

Prinċipju 8: | Tingħata promozzjoni lill-aġġornament tal-ħiliet fl-SMEs u lill-forom kollha ta’ innovazzjoni |

L-istrateġija nazzjonali tan-negozju elettroniku, l-Irlanda |

Sit web: www.entemp.ie |

Il-ġestjoni ta’ l-innovazzjoni, l-Ungerija |

Sit web: www.chic.hu |

Il-Fond Nazzjonali ta’ l-Innovazzjoni, il-Bulgarija |

Sit web: www.sme.government.bg |

L-Inizjattiva Ellenika tar-Raggruppamenti Teknoloġiċi, il-Greċja |

Sit web: www.htci.gr |

Prinċipju 9: | L-SMEs ikunu jistgħu jbiddlu l-isfidi ambjentali f’opportunitajiet |

Proċedura ġdida biex is-superfiċji jkunu rfinuti fuq il-livell mikroskopiku fl-industrija taċ-ċeramika, fejn jitnaqqas l-impatt ambjentali, l-Italja |

Sit web: http://www.fondovalle.it |

Ir-riforma fit-taxxa ekoloġika, l-Estonja |

Sit web: www.fin.ee |

EDM (Electronic Data Management) – Il-Ġestjoni tad-Data Elettronika fil-Ġestjoni ta’ l-Ambjent u ta’ l-Iskart, l-AWstrija |

Sit web: www.lebensministerium.at |

Prinċipju 10: | L-SMEs ikunu inkoraġġiti u sostnuti sabiex jibbenefikaw mit-tkabbir tas-swieq |

Fiera ta’ l-Internet, il-Polonja |

Sit web: www.euronifo.org.pl |

Pipe – pjan ta’ introduzzjoni għall-promozzjoni barranija, Spanja |

Sit web: www.portalpipe.com |

Sprint – Ningħaqdu flimkien sabiex nikkompetu fis-swieq dinjija, l-Italja |

Sit web: www.sprint-er.it |

[1] “Li timplimenta l-programm komunitarju ta’ Liżbona - Politika moderna ta’ l-SMEs għat-tkabbir u l-impjiegi”, COM(2005) 551 finali, 10.11.2005.

[2] http://ec.europa.eu/enterprise/enterprise_policy/charter/docs/charter_mt.pdf

[3] “Intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju - Essenzjali għal aktar tkabbir ekonomiku u xogħlijiet. Reviżjoni ta’ nofs it-terminu tal-politika Moderna għall-SMEs”, COM(2007) 592 finali, 4.10.2007.

[4] http://ec.europa.eu/enterprise/admin-burdens-reduction/home_en.htm

[5] “Il-Valutazzjoni ta’ Impatt ta’ l-SBA”, SEC(2008) 2101.

[6] L-Osservatorju ta’ l-SMEs ta’ l-UE ta’ l-2007. http://ec.europa.eu/enterprise/enterprise_policy/analysis/observatory_en.htm

[7] “Suq Uniku għall-Ewropa tas-Seklu 21”, COM(2007) 724 finali, 20.11.2007.

[8] http://ec.europa.eu/enterprise/entrepreneurship/docs/sba_consultation_report_final.pdf

[9] http://ec.europa.eu/enterprise/enterprise_policy/survey/eurobarometer_intro.htm

[10] “Politika Komuni dwar l-Immigrazzjoni għall-Ewropa: Prinċipji u għodod” [traduzzjoni mhux uffiċjali], COM(2008)359 finali, 17.6.2008.

[11] “Negħlbu l-istigma tal-falliment kummerċjali – lejn politika li tagħti opportunità oħra - Implementing the Lisbon Partnership for Growth and Jobs”, COM(2007) 584 finali, 5.10.2007.

[12] Rapport mill-Grupp ta’ l-Eseprti dwar “Mudelli għat-tnaqqis tal-piż regolatorju sproporzjonat fuq l-SMEs. Rapport tal-Grupp ta’ Esperti”, Mejju 2007.

[13] http://ec.europa.eu/enterprise/entrepreneurship/docs/SME_public_procurement_Summary.pdf

[14] http://www.enterprise-europe-network.ec.europa.eu/

[15] http://ec.europa.eu/solvit/site/index_mt.htm

[16] Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Kompetenzi Ewlenin għal Tagħlim Matul il-Ħajja, 18.12.2006.

Top