Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008AP0531

Il-liġi tal-kumpanniji dwar kumpanniji b'responsabbilità limitata privati b'membru wieħed (Verżjoni kkodifikata)
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat- 18 ta’ Novembru 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-liġijiet tal-kumpanniji dwar il-kumpanniji privati ta’ membru wieħed b’responsabbilità limitata (Verżjoni kkodifikata) (COM(2008)0344 — C6-0217/2008 — 2008/0109(COD))

ĠU C 16E, 22.1.2010, pp. 80–81 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 16/80


Il-liġi tal-kumpanniji dwar kumpanniji b'responsabbilità limitata privati b'membru wieħed (Verżjoni kkodifikata) ***I

P6_TA(2008)0531

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Novembru 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-liġijiet tal-kumpanniji dwar il-kumpanniji privati ta' membru wieħed b'responsabbilità limitata (Verżjoni kkodifikata) (COM(2008)0344 — C6-0217/2008 — 2008/0109(COD))

(2010/C 16 E/24)

(Proċedura ta' kodeċiżjoni — kodifikazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0344),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 44 tat-Trattat KE, skont liema Artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0217/2008),

wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 dwar metodu ta' ħidma aċċelerat għall-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi (1),

wara li kkunsidra l-Artikoli 80 u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0383/2008),

A.

billi, skont il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta konċernata tillimita ruħha biss għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil fis-sustanza tagħhom,

1.   Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.   Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.


Top