Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52007XC1205(02)

Pubblikazzjoni ta' talba għal modifika fis-sens tal-paragrafu 2 ta' l-Artikolu 6, tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 tal-Kunsill rigward il-ħarsien ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet ta' l-oriġini tal-prodotti agrikoli u ta' oġġetti ta' l-ikel

ĠU C 291, 5.12.2007, pp. 14–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 291/14


Pubblikazzjoni ta' talba għal modifika fis-sens tal-paragrafu 2 ta' l-Artikolu 6, tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 tal-Kunsill rigward il-ħarsien ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet ta' l-oriġini tal-prodotti agrikoli u ta' oġġetti ta' l-ikel

(2007/C 291/07)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għall-oġġezzjoni fis-sens ta' l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 tal-Kunsill (1). Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni jridu jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni.

TALBA GĦAL BIDLA

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

Talba għal modifika skond l-Artikolu 9 u l-paragrafu 2 ta' l-Artikolu 17,

“ROCAMADOUR”

Nru KE: FR/PDO/105/0026/29.11.2004

DPO ( X ) IĠP ( )

Bidla(bidliet) mitluba

1.   Elenku(i) ta' l-ispeċifikazzjoni:

Image

L-isem tal-prodott

Image

Deskrizzjoni tal-prodott

Image

Żona ġeografika

Image

Prova ta' l-oriġini

Image

Metodu tal-produzzjoni

Image

Rabta

Image

Tikkettar

Image

Eżiġenzi nazzjonali

Image

Oħrajn [iridu jiġu ppreċiżati]

2.   Tip ta' bidla(bidliet)

Image

Bidla tad-dokument uniku jew tal-formola tas-sinteżi

Image

Bidla ta' l-ispeċifikazzjonijiet ta' DPO jew IĠP irreġistrat, li ma ġie ppublikat l-ebda dokument uniku jew sinteżi għalihom

Image

Bidla ta' l-ispeċifikazzjonijiet li ma ġġib magħha l-ebda bidla għad-dokument uniku ppublikat (il-paragrafu 3 ta' l-Artikolu 9, tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

Image

Bidla temporanja ta' l-ispeċifikazzjonijiet li tirriżulta mill-adozzjoni tal-miżuri ta' sanità jew ta' protezzjoni tal-pjanti obbligatorji mill-awtoritajiet pubbliċi (il-paragrafu 4 ta' l-Artikolu 9, tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

3.   Bidliet:

L-għan ġenerali tal-bidliet mitluba huwa li jingħataw il-preċiżjonijiet kollha neċessarji biex jissaħħu kemm il-kundizzjonijiet implimentati tal-produzzjoni tal-ħalib u kemm il-kundizzjonijiet biex jinkiseb il-prodott.

Dawn il-bidliet jippermettu li tissaħħaħ ir-rabta tal-prodott mal-lokalità tiegħu u li jitħarsu aħjar il-karatteristiċi tal-prodott u li jiġu evitati r-riskji interni.

Il-metodu tal-produzzjoni

Żjieda mar-4 paragrafu: “Huma biss il-metodi ta' trattament ormonali, ikun liema jkun, li huma konċernati minn din il-limitazzjoni. Il-metodi l-oħra utilizzati biex jiġi ttardjat it-twelid mhumiex konċernati.”

Huwa ppreċiżat li l-limitazzjoni (ir-rata massima ta' mogħoż mhux ta' l-istaġun fil-merħla) tibbaża ruħa fuq il-ittardjar artifiċjali tat-twelid bl-intervent ta' trattamenti ormonali. Dan jippermetti li wieħed jikkonferma li l-metodi l-oħra utilizzati, partikolarment it-trattament bid-dawl jew l-ittardjar naturali tat-twelid mhumiex effetwati minn din il-limitazzjoni.

Fil-5 paragrafu, minflok: “f'kull ġrupp ta' farms, l-artijiet tal-ħaxix li fil-fatt tintuża fiż-żona ġeografika trid tkun ta' l-anqas ta' daqs ta' 1 000 metru kwadru għal kull mogħża tal-ħalib” taqra “F'kull esplojtazzjoni, ir-rata ma tista' taqbeż l-10 mogħożiet għal kull ettaru, li jinstab fiż-żona ġeografika kif definita qabel, ta' artijiet għall-għalf, għall-mergħa jew ta' ċereali maħsuba għall-ikel tal-mogħoż.”

L-għan huwa li jiġi kunsidrat biss, fil-kalkolazzjoni tar-rata għal kull ettaru, artijiet li fil-fatt huma użati għal jew mill-merħla tal-mogħoż. Barra minn dan, l-emenda l-ġdida tikkorrispondi aħjar għat-termini użati s-soltu minn dawk li jrabbu l-mogħoż.

Żjieda ta' paragrafu: “Il-firxa tad-demel ta' oriġini agrikola u mhux agrikola hija awtorizzata skond ċerti kundizzjonijiet.”

L-għan huwa li jiġu definiti tajjeb il-kundizzjonijiet li fihom il-firxa tad-demel hija awtorizzata sabiex jiġu evitati r-riskji interni u jitħares l-ambjent naturali u l-kwalità ta' l-għelieqi fejn jieklu l-imrieħel.

Żjieda ta' paragrafu: “L-għalf fermentat huwa pprojbit mill-ikel tal-mogħoż mill-1 ta' Jannar 2010. Din il-projbizzjoni tibda tapplika mingħajr dewmien għall-farms ġodda.”

Sabiex jitħarsu l-karatteristiċi tal-prodott, l-użu ta' ħaxix maħżun huwa projbit. Madankollu, din il-miżura titlob bidla importanti kemm fl-istruttura tal-farms u kemm fl-organizzazzjoni tax-xogħol. Huwa għalhekk li ntalab aktar żmien sabiex dawn isiru konformi. Dan iż-żmien mhuwiex mixtieq għall-farms ġodda sabiex ma jiġix imħeġġeġ il-fatt li ż-żgħar jitpoġġew fuq strutturi li ser jevolvu rapidament u li għalhekk jistgħu jikkompromettu ċ-ċansijiet ta' suċċess.

Żjieda ta' paragrafu: “F'ċirkostanzi eċċezzjonali, partikolarment dovuti għall-perikli naturali, jistgħu jingħataw derogi temporanji għar-regoli ta' l-ikel tal-mogħoż mill-INAO.”

Din id-dispożizzjoni għandha l-għan li tippermettilhom li jitimgħu b'mod korrett lill-annimali f'din it-tip ta' sitwazzjoni.

Żjieda ta' paragrafi:

 

“Il-konċentrazzjoni tal-ħalib permezz ta' l-eliminazzjoni parzjali tal-parti likwida qabel il-koagulazzjoni hija projbita.”

 

“Minbarra l-materji primi tal-ħalib, l-uniċi ingredjenti jew proċessi jew adittivi awtorizzati fil-ħalib, u matul il-produzzjoni, huma l-ilma tat-tames, il-kulturi tal-batterji li ma jagħmlux ħsara, il-ħmira, il-moffa u l-melħ.”

 

“Il-konservazzjoni billi l-prodott jinżamm f'temperatura negattiva jew f'atmosfera modifikata ta' ġobon frisk hija projbita.”

 

“Il-konservazzjoni f'atmosfera modifikata tal-ġobon matul l-irifnar hija projbita.”

 

L-użu ta' trattamenti u adittivi għal-ġobon li huma suġġetti għal regolament ġenerali. Madankollu, wieħed jista' josserva tekniki ġodda li ċertu numru minnhom jikkonċernaw trattamenti u adittivi, bħal pereżempju l-mikrofiltrazzjoni, il-konċentrazzjoni parzjali tal-ġalib jew ta' l-enżimi ta' l-irfinar, li jista' jkollhom konsegwenzi fuq il-karatteristiċi tal-ġobon ta' deniminazzjoni ta' l-oriġini. Ċerti adittivi li ġejjin minn enżimi jidhru li mhumiex kompatibbli biex iżommu l-karatteristiċi essenzjali tal-produzzjonijiet taħt AOP.

 

Għalhekk deher neċessarju li jiġi preċiżat fl-ispeċifikazzjonijiet ta' kull denominazzjoni ta' l-oriġini, fil-punt 4-5, il-prattika attwali rigward l-użu ta' trattamenti u adittivi fuq il-ħalib u fil-produzzjoni tal-ġobon, u dan sabiex jiġi evitat fil-futur li prattika li mhix inkluża fil-qafas jista' jkollha influwenza fuq il-karatteristiċi tal-ġobon tad-denominazzjoni.

 

Min-naħa l-oħra, l-operazzjonijiet ta' tidwir u ta' kundizzjonar ġew ippreċiżati sabiex jiġu mħarsa aħjar il-karatteristiċi tal-prodott.

 

Fil-paragrafi 15 u 16, minflok: “iż-żjieda tal-ħmira ssir minn meta l-produtturi li jiġbru ħalib imkessaħ jirċievu l-ħalib” issir “Għall-produtturi li jiġbru l-ħalib imkessaħ […] il-ħalib huwa mmaturat minn meta jirċevuh, u ż-żjieda tal-ħmira ssir fi żmien massimu ta' 8 sigħat wara din l-immaturizzazzjoni. Għal workshops fuq farms, dan isir […] fi żmien massimu ta' 6 sigħat wara l-aħħar trattament.”

 

Għal raġunijiet tekniċi, il-ħalib imkessaħ irid jimmatura qabel ikun miżjud bil-ħmira. Għalhekk huwa neċessarju li jiżdied żmien bejn meta jirċievu l-ħalib sa ma dan tiżdiedlu l-ħmira.

 

Żjieda ta' paragrafu: “Għall produtturi fuq farms li jwettqu t-trasferiment tat-tratament, il-ħalib li pej mit-tħallib trasferit irid ikun immaturat u ma jridx jitkessaħ għal temperatura ta' < 10 °C.”

 

Din id-dispożizzjoni tippermetti l-impożizzjoni ta' maturazzjoni twila tal-ħalib ta' l-ewwel tħallib u għahekk tippermetti li jiġi spjegat aħjar it-tip tal-ħalib.

 

Fil-paragrafu 24, minflok: “bejn 28 % u 35 %” issir “Is-solidi mit-tħin iridu jkunu ta' minimu ta' 31 %.”

 

Il-limitu ta' 28 % huwa dgħajjef wisq biex jinkiseb ġobon irfinat li għandu l-kwalità minima ta' solida mitluba. Il-limitu ta' 35 % tneħħa minħabba li dan iwassal għal ġobon xott wisq. Barra minn dan, dan mhuwiex utli għax b'hekk mhux ser ikun hemm profitti mit-tħin ta' dawn is-solidi. Għalhekk ġie kkonservat biss minimu, u konsegwentement aġġustat mill-ġdid.

 

Fil-paragrafu 27, minflok: “il-ġobon ma jistax jinbiegħ qabel is-sitt jum wara l-jum tat-tħin” isir “Iż-żmien totali ta' l-irfinar irid ikun ta' l-anqas ta' 6 ijiem li jibdew mill-jum tat-tħin.”

 

Iż-żmien kollu neċessarju qabel il-bejgħ jikkorrispondi għall-perjodu ta' l-irfinar tal-ġobon. Din id-dispożizzjoni miktuba mill-ġdid għandha l-għan li ssaħħaħ l-irfinar bħala kundizzjoni meħtieġa speċifika tal-produzzjoni (temperatura u umdità preċiżati).

Tikkettar

Żjieda tal-paragrafi:

 

“Madankollu, il-gruppi ta' diversi ġobnijiet ppreżentati fl-istess pakkett u ppakkjati fuq is-sit tal-produzzjoni jista' jkollhom biss tikketta waħda meta adwn ikunu maħsuba għall-bejgħ lill-konsumatur finali, fis-servizz wiesa' tad-distribuzzjoni kbira.”

 

“Barra minn dan, fil-każ ta' bejgħ dirett, li jsir mill-produttur jew minn kwalunkwe persuna oħra taħt ir-responsabilità tiegħu, fuq il-farm jew fis-suq, kull unità tal-ġobon irid ikollha ta' l-anqas tikketta waħda. Barra dan, l-istand tal-bejgħ irid ikollu sinjal li jindika: l-isem tal-produttur u/jew ta' r-raffinatur, l-indirizz tal-post tal-produzzjoni u/jew ta' l-irfinar, l-isem tad-denominazzjoni, il-frażi denominazzjoni ta' l-oriġini kontrollata”.

 

Ir-regola tat-tikkettar trid tiġi adattata b'mod prattiku għal kull ġobon skond it-tip ta' bejgħ, filwaqt li tinżamm l-identifikazzjoni perfetta tal-prodott.

 

Tneħħija ta': Il-frażijiet “ġobon tal-farm” u “produzzjoni fuq il-farm” u kull frażi oħra li timplika oriġini tal-ġobon minn farm huma riservati għall-ġobon li jipi prodott minn produttur agrikolu skond it-tekniki tradizzjonali li jibdew esklussivament mill-ħalib mill-farm tiegħu stess, fl-istess post ta' dan, li dan il-ġobon ikun irfinat fuq il-farm jew minn raffinatur li jinstab fiż-żona ġeografika.

 

Dawn il-frażijiet huma sostnuti mir-regolamentazzjoni ġenerali rigward il-ġobon u għalhekk m'għandhomx użu.

SINTEŻI

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

“ROCAMADOUR”

NRU KE: FR/PDO/105/0026/29.11.2004

DPO ( X ) IĠP ( )

Din is-sinteżi tippreżenta l-elementi prinċipali ta' l-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott għal raġunijiet ta' informazzjoni.

1.   Dipartiment responsabbli fl-Istat Membru

Isem:

Institut National de l'Origine et de la Qualité (INAO)

Indirizz:

51, rue d'Anjou

F-75008 Paris

Tel.:

(33) 153 89 80 00

Faks:

(33) 153 89 80 60

Email:

info@inao.gouv.fr

2.   Grupp:

Isem:

Syndicat des Producteurs de fromages Rocamadour

Indirizz:

Maison de l'Agriculture du Lot

430, Avenue Jean Jaurès — BP 199

F-46004 Cahors Cedex

Tel:

(33) 565 23 22 21

Faks:

(33) 565 23 22 19

Email:

Kompożizzjoni:

produtturi/proċessuri ( X ) oħrajn ( )

3.   Tip ta' prodott:

Kategorija 1-3 ġobon

4.   Speċifikazzjoni

(sinteżi tar-rekwiżiti permezz ta' l-artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

4.1   Isem: “Rocamadour”

4.2.   Deskrizzjoni: Ġobon tal-mogħża żgħir u artab ħafna, b'qoxra naturali li tikkonsisti minn strijata, kemmxejn bellusija ta' kulur abjad li jagħti fil-krema u għandu l-għamla tonda li tiżen bejn wieħed u ieħor 35 gramma. Dan jinkludi ta' l-anqas 45 gramma ta' materja grassa għal kull 100 gramma ta' ġobon wara tnixxif komplet, u l-piż totali tiegħu ta' solidi ma jridx ikun anqas minn 14-il-gramma għal kull ġobna.

4.3.   Żona ġeografika: Iż-żona ġeografika tinfirex fuq iż-żona msejħa “des Causses” fiċ-ċentru tad-dipartiment ta' Lot li parti minnu hija konċernata, imma li jkopri wkoll parti mid-dipartimenti ta' Aveyron, ta' Corrèze, ta' Dordogne u ta' Tarn et Garonne.

Id-Dipartiment ta' Aveyron

Canton (distrett awtonomu) ta' Capdenac-Gare: il-komuni ta' Balaguier-d'Olt, Causse-et-Diège, Foissac,

Canton ta' Villeneuve: il-komuni ta' Ambeyrac, La Capelle-Balaguier, Montsalès, Ols-et-Rinhodes, Saujac, Sainte-Croix, Salvagnac-Cajarc, Villeneuve,

Canton ta' Villefranche-de-Rouergue: il-komun ta' Martiel.

Id-Dipartiment ta' Corrèze

Canton ta' Larche: il-komuni ta' Chartrier-Ferrière, Chasteaux,

Canton ta' Brive-la-Gaillarde-Sud-Ouest: il-komuni ta' Estivals, Nespouls,

Canton ta' Meyssac: il-komun ta' Turenne.

Id-Dipartiment ta' Dordogne

Canton ta' Carlux: il-komuni ta' Cazoulès, Peyrillac-et-Millac, Orliaguet,

Canton ta' Montignac: il-komun ta' Saint-Amand-de-Coly,

Canton ta' Salignac-Eyvigues: il-komuni ta' Archignac, Borrèze, Jayac, Nadaillac, Paulin, Salignac-Eyvigues,

Canton ta' Terrasson-la-Villedieu: il-komuni ta' La Cassagne, Chavagnac, La Dornac.

Id-Dipartiment ta' Lot

Canton ta' Bretenoux: il-komuni ta' Gintrac, Prudhomat, Saint-Michel-Loubéjou,

Canton ta' Cahors Nord-Ouest: il-komuni kollha,

Canton ta' Cahors Nord-Est: il-komuni kollha,

Canton ta' Cahors Sud: il-komuni kollha,

Canton ta' Cajarc: il-komuni kollha,

Canton ta' Castelnau-Montratier: il-komuni ta' Cézac, Lhospitalet, Pern,

Canton ta' Catus: il-komuni kollha,

Canton ta' Cazals: il-komuni ta' Arques, Gindou,

Canton ta' Figeac-Ouest: il-komuni ta' Béduer, Faycelles,

Canton ta' Gourdon: il-komuni ta' Anglars-Nozac, Gourdon, Rouffilhac, Saint-Cirq-Souillaguet, Saint-Clair, Saint-Projet, Le Vigan,

Canton ta' Gramat: il-komuni kollha,

Canton ta' Labastide-Murat: il-komuni kollha,

Canton ta' Lacapelle-Marival: il-komuni ta' Albiac, Anglars (biss għall-parti tal-komun li tinstab fil-punent tal-linja ffurmata mir-rotta dipartimentali 940 u mix-xmara ta' Lascurades), Aynac, Le Bourg (biss għall-parti tal-komun li tinstab fil-punent tal-linja ffurmata mir-rotta nazzjonali 140 u mir-rotta dipartimentali 940), Issendolus, Lacapelle-Marival (biss għall-parti tal-komun li tinstab fil-punent tal-linja ffurmata mir-rotta dipartimentali 940 u mir-rotta dipartimentali 218), Rudelle, Rueyres, Thémines, Théminettes,

Canton ta' Lalbenque: il-komuni d'Aujols, Bach, Belmont-Sainte-Foi, Cieurac, Cremps, Escamps, Flaujac-Poujols, Laburgade, Lalbenque, Vaylats,

Canton ta' Lauzès: il-komuni kollha,

Canton ta' Limogne-en-Quercy: il-komuni kollha,

Canton ta' Livernon: il-komuni kollha,

Canton ta' Luzech: il-komuni kollha,

Canton ta' Martel: il-komuni kollha,

Canton ta' Montcuq: il-komuni ta' Bagat-en-Quercy, Belmontet, Le Boulvé, Fargues, Lascasbanes, Saint-Matré, Saint-Pantaléon, Saux,

Canton ta' Payrac: il-komuni ta' Calès, Fajoles, Lamothe-Fénelon, Loupiac, Nadaillac-de-Rouge, Payrac, Reilhaguet, le Roc,

Canton ta' Puy-L'Evêque: il-komuni ta' Floressas, Grézels, Lacapelle-Cabanac, Mauroux, Sérignac, Touzac,

Canton ta' Saint-Céré: il-komuni ta' Autoire, Loubressac, Mayrinhac-Lentour, Saignes, Saint-Jean-Lagineste, Saint-Jean-Lespinasse, Saint-Médard-de-Presque,

Canton ta' Saint-Germain-du-Bel-Air: il-komuni kollha,

Canton ta' Saint-Géry: il-komuni kollha,

Canton ta' Salviac: il-komuni ta' Dégagnac, Lavercantière, Rampoux, Salviac, Thédirac,

Canton ta' Souillac: il-komuni kollha,

Canton ta' Vayrac: il-komuni ta' Carennac, Condat, Les Quatre-Routes, Strenquels.

Id-Dipartiment ta' Tarn-et-Garonne

Canton ta' Caylus: il-komuni ta' Caylus, Lacapelle-Livron, Loze, Saint-Projet.

4.4.   Prova ta' l-oriġini: Kull operatur jimla' “dikjarazzjoni ta' ħila” irreġistrata għand is-servizzi ta' I.N.A.O. u li tippermetti li dawn ta' l-aħħar li jidentifikaw lill-operaturi kollha. Dawn iridu jippermettu aċċess lil I.N.A.O. għar-reġistri kif ukoll kull dokument neċessarju għall-kontroll ta' l-oriġini, tal-kwalità u tal-kundizzjonijiet ta' produzzjoni tal-ħalib u tal-ġobon.

Fil-qafas tal-kontroll imwettaq fuq il-karatteristiċi tal-prodott ta' denominazjzoni ta' l-oriġini, isir eżami analitiku u organolettiku sabiex jiġu żgurati l-kwalità u t-tip tal-prodotti ppreżentati għal dan l-eżami.

4.5.   Il-metodu tal-kisba: Il-produzzjoni tal-ħalib, il-produzzjoni u l-irfinar tal-ġobon iridu jitwettqu fiż-żona ġeografika. Minħabba li dan huwa ġobon artab u li koagulazzjoni bil-mod, il-tibqit irid idum ta' l-anqas 20 siegħa b'temperatura minima ta' 18 °C li huwa obbligatorju qabel ma dan jitnixxef, u li ta' l-anqas idum 12-il siegħa. Il-melħ jintefa' mal-massa. Wara, il-baqta mnixfa u mmelħa titpoġġa fil-forom u l-ġobon ser jiġi irfinat ta' l-anqas għal 6 ijiem mit-tħin.

Il-ħalib jinkiseb mill-ħalib tal-mogħża li ġej biss mill-merħliet ta' razza Alpina jew ta' Saanen, jew minn taħlit ta' dawn iż-żewġ razez.

L-ammont totali ta' l-ikel kull jum irid ikun magħmul minn ta' l-anqas 80 % ta' ikel prodott fiż-żona ġeografika.

L-ispeċifikazzjoni teżiġi preċiżjonijiet fuq il-kundizzjonijiet tal-produzzjoni tal-ħalib (il-merħla, l-ikel, …) u fuq il-metodu ta' kif jinkiseb il-ġobon.

L-għalf ifferementat huwa projbit fl-ikel mill-1 ta' Jannar 2010. Din il-projbizzjoni tibda tapplika mill-ewwel fil-farms il-ġodda.

4.6.   Rabta: It-test ta' kuntratt miftiehem, fl-1451, bejn is-Sovran tar-reġjun, fl-epoka l-Isqof ta' Evreux, u s-sudditi tiegħu, diġà jagħmel referenza għall-ġobon ta' Rocamadour. Aktar fil-viċin, kien fl-1913 li l-President POINCARRE kellu l-pjaċir li jduq dan il-ġobon matul ikla f'ismu f'Cahors organizzata mill-Kunsill Ġenerali. Poeti u gastronomi jsemmu Rocamadour, u fix-xogħol tiegħu “Le Vieux Quercy” (Ix-Xiħ Quercy), l-arkivista tad-djoċeżi korrispondenti għall-Ministeru ta' l-Istruzzjoni Pubblika, fl-1929 jikteb li “Huma biss il-Causses ta' Rocamadour li għandhom ġobon ta' togħma raffinata u partikolari li mhux magħruf fir-reġjuni l-oħra”.

Sa mis-Seklu 15, id-dokumenti ta' l-epoka u partikolarment il-kuntratt imsemmi qabel, jindikaw li “l-vaur u l-fama tal-ġobon ta' Rocamadour huma r-riżultat tan-natura tal-pjanti aromatiċi li jirgħu minnhom l-annimali tal-ħalib, u wkoll mill-mod kif dan huwa ppreparat”.

Din l-affermazzjoni għadha valida sal-lum. Il-Causses ta' Quercy, ikkaratterizzati minn artijiet bit-tafal u aridi, jikkostitwixxu żona oriġinali, minħabba l-ispeċifikazjzonijeit ġeoloġiċi, klimatiċi u veġetali. Meta territorju uniku jitlaqqa' ma' għarfien awtentiku li ilu għaddej tradizzjonalment matul is-sekli, il-prodott huwa dan il-ġobon tipiku u ta' togħma raffinata li huwa Rocamadour.

4.7.   Struttura ta' kontroll:

Isem:

Institut national des Appellations d'Origine (INAO)

Indirizz:

51, rue d'Anjou

F-75008 Paris

Tel.:

(33) 153 89 80 00

Faks:

(33) 153 89 80 60

Email:

info@inao.gouv.fr

L'Institut National des Appellations d'Origine (l-Istitut Nazzjonali tad-Denominazzjonijiet ta' l-Oriġini) huwa stabbiliment pubbliku b'xogħol amministrattiv, li jgawdi personalità ċivili, u li jaqa' taħt il-Ministeru għall-Agrikoltura.

Il-kontroll tal-kundizzjonijiet tal-produzzjoni tal-prodotti li jibbenefikaw minn denominazzjoni ta' l-oriġini huwa r-responsabilità ta' l-INAO.

Jekk il-limiti taż-żona ġeografika jew xi waħda mill-kundizzjonijiet tal-produzzjoni ma jiġux rispettati, dan iwassal għall-projbizzjoni ta' l-użu, taħt kwalunkwe forma u għal kwalunkwe raġuni, ta' l-isem tad-denominazzjoni ta' l-oriġini.

Isem:

Direction Générale de la Concurrence, de la Consommation et de la Répression des Fraudes (DGCCRF)

Indirizz:

59, Boulevard Vincent Auriol

F-75703 Paris Cedex 13

Tel:

(33) 144 87 17 17

Faks:

(33) 144 97 30 37

Email:

C3@dgccrf.finances.gouv.fr

Id-DGCCRF huwa servizz tal-Ministeru għall-Ekonomija, Finanzi u l-Industrija.

4.8.   Tikkettar: Il-ġobon Rocamadour ma jistax jinbiegħ jew jiġi ppreżentat għall-konsum jekk ma jkollux it-tikketta b'dijametru ta' 4 ċm li jkollha l-isem “ROCAMADOUR” u l-frażi “Denominazzjoni ta' l-Oriġini Kontrollata”.

Madankollu, gruppi ta' diversi ġobnijiet fl-istess pakkett u ppakkjati fuq is-sit tal-produzzjoni jista' jkollhom tikketta waħda biss minħabba li dawn ijunu ser jinbiegħu lill-konsumatur finali, fis-servizz wiesa' tad-distribuzzjoni kbira.

Barra minn dan, fil-każ ta' bejgħ dirett, li jsir mill-produttur jew minn kwalunkwe persuna oħra taħt ir-responsabilità tiegħu, fuq il-farm jew fis-suq, kull unità tal-ġobon irid ikollha ta' l-anqas tikketta waħda. Barra dan, l-istand tal-bejgħ irid ikollu sinjal li jindika: l-isem tal-produttur u/jew tar-raffinatur, l-indirizz tal-post tal-produzzjoni u/jew ta' l-irfinar, l-isem tad-denominazzjoni, il-frażi “denominazzjoni ta' l-oriġini kontrollata”.

Barra minn dan, huwa obbligatorju li jitwaħħal il-logo bl-ittri INAO.


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.


Top