EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52007PC0449

Proposta għal regolament tal-Kunsill li jadatta r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni tas-Sustanzi Kimiċi (REACH) minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija.

/* KUMM/2007/0449 finali */

52007PC0449

Proposta għal regolament tal-Kunsill li jadatta r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni tas-Sustanzi Kimiċi (REACH) minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija. /* KUMM/2007/0449 finali */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 26.7.2007

KUMM(2007) 449 finali

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jadatta r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni tas-Sustanzi Kimiċi (REACH) minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija.

(preżentata mill-Kummissjoni)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jadatta r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni tas-Sustanzi Kimiċi (REACH) minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija.

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Att ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija[1], u b’mod partikolari l-Artikolu 56 tiegħu,

Billi:

1. Skond l-Artikolu 56 ta' l-Att ta' l-Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija, fejn l-atti ta' l-istituzzjonijiet adottati qabel l-adeżjoni jeħtieġu l-adattament minħabba l-adeżjoni, u l-adattament meħtieġa ma kinux previsti fl-Att għall-Adeżjoni jew fl-Annessi tiegħu, l-atti meħtieġa għandhom jiġu adottati mill-Kunsill sakemm il-Kummissjoni ma tadottax l-att oriġinali.

2. Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 li jikkonċerna r-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni, u r-Restrizzjoni tas-Sustanzi Kimiċi (REACH) u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u jirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 u lir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1488/94 kif ukoll id-Direttiva tal-Kummissjoni 76/769/KEE u lid-Direttivi tal-Kummissjoni 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE[2], ġie adottat fit-18 ta' Diċembru 2006, qabel l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea, u jeħtieġ adattament minħabba din l-adeżjoni.

3. B'hekk jixraq li tiġi modifikata d-definizzjoni ta' sustanza li qed tiġi introdotta sabiex is-sustanzi manifatturati jew li jitqiegħdu fis-suq ġewwa l-Bulgarija u r-Rumanija qabel l-adeżjoni ma' l-Unjoni Ewropea jkunu soġġetti għall-istess kondizzjonijiet bħalma jsir għas-sustanzi manifatturati jew li jinbiegħu fis-swieq ta' Stati Membri oħrajn.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 3(20) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, il-punti (b) u (c) għandhom jiġu sostitwiti b'dan li ġej:

“(b) ġiet manifatturata fil-Komunità, jew ġewwa pajjiżi li jaderixxu ma' l-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Jannar 1995, fl-1 ta' Mejju 2004 jew fl-1 ta' Jannar 2007, iżda li ma tqiegħditx fis-suq tal-manifattur jew ta' l-importatur, ta' l-anqas darba fl-aħħar ħmistax–il sena qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament , bil-kondizzjoni li l-manifattur jew l-importatur ikollu evidenza dokumentata dwar dan;

(c) kienet tinsab fis-suq tal-Komunità, jew ġewwa pajjiżi li qed jaderixxu ma' l-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Jannar 1995, fl-1 ta' Mejju 2004 jew fl-1 ta' Jannar 2007 qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament mill-manifattur jew mill-importatur u ġiet ikkunsidrata bħala waħda li kien hemm notifika dwarha skond l-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 67/548/KEE iżda li ma tikkonformax mad-definizzjoni ta' polymer kif inhu stipolat f'dan ir-Regolament, bil-kondizzjoni li l-manifattur jew l-importatur ikollu evidenza dokumentata dwar dan;"

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kunsill

Il-President

[1] ĠU L 157, 21.6.2005, p. 203.

[2] ĠU L 396, 30.12.2006, p.1.

Top