EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52007PC0229

Proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru.423/2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

/* KUMM/2007/0229 finali */

52007PC0229

Proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru.423/2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran /* KUMM/2007/0229 finali */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 26.4.2007

KUMM(2007) 229 finali

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (KE) Nru.423/2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. Fis-27 ta' Frar 2007, il-Kunsill approva Pożizzjoni Komuni 2007/140/CFSP li tipprovdi għal ċerti miżuri restrittivi kontra l-Iran. Fid-19 ta' April 2007, il-Komunità ħadet il-miżuri meħtiġa urġenti permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru.423./2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran.

2. Emenda għall-Pożizzjoni Komuni 2007/140/CFSP kienet approvata fit-23 ta' April 2007 biex titqies ir-Riżoluzzjoni 1747 tal-Kunsill Ġenerali tal-ĠM ta' l-24 ta' Marzu 2007. Bi qbil ma din ir-Riżoluzzjoni, l-emenda tipprovdi inter alia , li jkun applikat l-embargo kontra l-Iran fuq l-esportazzjoni ta' l-armi u l-materjal relatat u għall-għoti ta' assistenza teknika u finanzjarja relatata, finanzjament, investiment u servizzi ta' senserija, kif ukoll fuq il-projbizzjoni ta' l-importazzjoni ta' l-armi u materjal ieħor relatat mill-Iran.

3. L-għan ta' din il-proposta hu li r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 423/2007 ikun jaqbel mal-Pożizzjoni Komuni emendata 2007/140/CFSP. Jekk jiġi kkunsidrat x'ġara għal żmien twil fir-rigward ta' l-embargo fuq l-armi, il-miżuri tal-Komunità m'għandhomx jinkludu l-embargo fuq l-esportazzjoni ta' l-armi u l-materjal ieħor relatat u mas-servizzi ta' senserija relatati

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 423/2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 60 u 301 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Pożizzjoni Komuni 2007/.../CFSP li emendat il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/CFSP dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran[1].

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

4. Il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/CFSP kif emendata tipprovdi inter alia li għandu jkun ipprojbit l-għoti ta' l-assistenza teknika u finanzjarja, il-finanzjament u l-investiment relatat ma' l-armi u materjal relatat ta' kull tip lil kull persuna, entità jew korp fl-Iran jew għall-użu fl-Iran, kif ukoll għall-ksib ta' dawn l-affarijiet mill-Iran

5. Dawn il-mi¿uri jaqgħu taħt il-firxa ta' applikazzjoni tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u, għalhekk, partikolarment sabiex tkun assigurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha, hija meħtieġa leġiżlazzjoni tal-Komunità sabiex timplimentahom f'dak li jirrigwarda l-Komunità.

6. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 423/2007 tad-19 ta' April 2007[2] impona ċerti miżuri ristrettivi kontra l-Iran, biex ikun jaqbel mal-Pożizzjoni Komuni 2007/140/CFSP. Għandu jkun xieraq li jitniżżlu l-projbizzjonijiet kollha f'dak ir-Regolament. Għalhekk għandu jkun emendat kif xieraq.

7. Biex jiġi garantit li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 423/2007 huwa emendat kif ġej:

(a) Fl-Artikolu 2, it-test preżenti jsir il-paragrafu 1 u għandu jiżdied il-paragrafu 2 li ġej:

“2. L-Anness I ma għandux jinkludi l-prodotti u t-teknoloġija inklużi fil-Lista Militari Komuni ta' l-Unjoni Ewropea[3]

(b) L-Artikolu 4 jinbidel b'dan li ġej:

"L-Artikolu 4

1. Għandu jkun ipprojbit li jinxtraw, jiġu importati jew trasportati mill-Iran, il-prodotti u t-teknoloġija mniżżla fil-Lista Militari Komuni ta' l-Unjoni Ewropea, kemm jekk il-prodott ikkonċernat joriġina mill-Iran jew le

2. Għandu jkun ipprojbit li jinxtraw, jiġu importati jew trasportati mill-Iran, il-prodotti u t-teknoloġija mniżżla fl-Anness I, kemm jekk l-oġġett kkonċernat joriġina mill-Iran jew le.

(c) Fl-Artikolu 5, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1. Għandu jkun ipprojbit:

(a) li tkun ipprovduta, b'mod dirett jew indirett, assistenza teknika relatata mal-prodotti u t-teknoloġija mniżżla fil-Lista Militari Komuni ta' l-Unjoni Ewropea, u għall-provvista, il-manifattura, il-manutenzjoni u l-użu tal-prodotti inklużi f'dik il-lista, lil kull persuna naturali jew legali , entità jew korp, jew għall-użu fl-Iran;

(b) li tkun ipprovduta, b'mod dirett jew indirett, assistenza teknika, jew servizzi ta' senserija relatati mal-prodotti u t-teknoloġija mniżżla fl-Anness I, u għall-provvista, il-manifattura, il-manutenzjoni u l-użu tal-prodotti inklużi f'dik il-lista, lil kull persuna naturali jew ġuridika, entità jew korp, jew għall-użu fl-Iran;

(c) li tipprovdi investiment lill-impriżi fl-Iran li jaħdmu fil-manifattura tal-prodotti u t-teknoloġija elenkati fil-Lista Militari Komuni ta' l-Unjoni Ewropea jew fl-Anness I;

(d) li jkun ipprovdut, direttament jew indirettament, finanzjament jew għajnuna finanzjarja relatata mal-prodotti u t-teknoloġija elenkati fil-Lista Militari Komuni ta' l-Unjoni Ewropea, inklużi b'mod partikolari l-għotjiet, is-self u l-assigurazzjoni ta' kreditu ta' esportazzjoni, għal kull bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni ta' dawn l-prodotti jew għal kull għoti ta' għajnuna teknika relatata lil kull persuna naturali jew ġuridika, entità jew korp, fl-Iran jew għall-użu fl-Iran,

(e) li jkun hemm parteċipazzjoni, bl-għarfien u bl-intenzjoni, f'attivitajiet li l-għan jew l-effett tagħhom ikun li jevitaw il-projbizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) sa (d)."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea .

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, [....]

Għall-Kunsill

Il-President

[…]

[1] ĠU L …,….4.2007, p. ….

[2] ĠU L …,….4.2007, p. ….

[3] ĠU L 88, 29.3.2007, p. 58.

Top