This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52007PC0105
Proposal for a Council and Commission Decision on the conclusion of the Protocol to the Partnership and Cooperation Agreement between the European Communities and their Member States, of the one part, and the Republic of Kazakhstan, of the other part, to take account of the accession of the Republic of Bulgaria and Romania to the European Union
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Partenarjat u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Każakstan, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Partenarjat u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Każakstan, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea
/* KUMM/2007/0105 finali - CNS 2007/0039 */
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Partenarjat u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Każakstan, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea /* KUMM/2007/0105 finali - CNS 2007/0039 */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 16.3.2007 KUMM(2007) 105 finali 2007/0039 (CNS) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Partenarjat u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Każakstan, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea (preżentata mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI Il-Ftehim ta' Partenarjat u Kooperazzjoni (FPK) bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Każakstan, min-naħa l-oħra, huwa ftehim "imħallat", li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 1999, jiġifieri qabel it-tkabbir ta' l-Unjoni bl-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija. Għaldaqstant jinħtieġ li jitħejja Protokoll għal mal-FPK li jippermetti l-adeżjoni ta' l-Istati Membri l-ġodda fil-Ftehim, skond l-Artikolu 6(2) ta' l-Att ta' Adeżjoni anness mat-Trattat ta' Adeżjoni tal-25 ta' April 2005. Fit-23 ta' Ottubru 2006, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tibda n-negozjati, f'isem il-Komunità u l-Istati Membri, mal-Każakstan bil-ħsieb li tikkonkludi Protokoll għall-Ftehim ta' Partenarjat u Kooperazzjoni. Sussegwentement intemmu n-negozjati mal-Każakstan. Mehmuż hawn it-test tal-protokoll innegozjat. Il-proposti mehmuża huma għal (1) Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni temporanja tal-Protokoll u (2) Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-konklużjoni tal-Protokoll. Il-Kummissjoni tipproponi li l-Kunsill għandu: - jieħu deċiżjoni dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll f'isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha; - jikkonkludi l-Protokoll f'isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Protokoll mill-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika. 2007/0039 (CNS) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL U TAL-KUMMISSJONI dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Partenarjat u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Każakstan, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidraw t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 44(2), l-aħħar sentenza ta' l-Artikolu 47(2), u l-Artikoli 55, 57(2), 71, 80(2), 93, 94, 133 u 181a, flimkien mat-tieni sentenza ta' l-Artikolu 300(2) u l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(3) tiegħu, Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika, u partikolarment it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 101 tiegħu, Wara li kkunsidraw l-Att ta' Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija, u b'mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni[1] Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,[2] Wara li kkunsidraw l-approvazzjoni tal-Kunsill skond l-Artikolu 101 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, Billi: (1) Il-Protokoll għall-Ftehim ta' Partenarjat u Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Każakstan, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea, ġie ffirmat f'isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri fi [GĦANDHA TIŻDIED ID-DATA] skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru….. (2) Sakemm jidħol fis-seħħ, il-Protokoll ġie applikat fuq bażi temporanja sa mill-1 ta' Jannar 2007. (3) Il-Protokoll għandu jiġi konkluż, IDDEĊIDEW KIF ĠEJ: Artikolu 1 Il-Protokoll għall-Ftehim ta' Partenarjat u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Każakstan, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea, qiegħed b'dan jiġi approvat f'isem il-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika u l-Istati Membri. It-test tal-Protokoll jinsab anness ma' din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill, f’isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, għandu jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu […] tal-Protokoll. Il-President tal-Kummissjoni għandu fl-istess waqt jagħti din in-notifika f'isem il-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika. Magħmul fi Brussell, Għall-Kummissjoni Għall-Kunsill Il-President Il-President ANNESS PROTOKOLL GĦALL-FTEHIM TA' PARTENARJAT U KOOPERAZZJONI bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Każakstan, min-naħa l-oħra(FPK), dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fl-FPK IR-RENJU TAL-BELĠJU, IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA, IR-REPUBBLIKA ĊEKA, IR-RENJU TAD-DANIMARKA, R-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA, IR-REPUBBLIKA TA’ L-ESTONJA, IR-REPUBBLIKA ELLENIKA, IR-RENJU TA' SPANJA, IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA, L-IRLANDA, IR-REPUBBLIKA TALJANA, IR-REPUBBLIKA TA’ ĊIPRU, IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA, IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA, IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU, IR-REPUBBLIKA TA’ L-UNGERIJA, IR-REPUBBLIKA TA’ MALTA, IR-RENJU TA' L-OLANDA, IR-REPUBBLIKA TA' L-AWSTRIJA, IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA, IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA, IR-RUMANIJA, IR-REPUBBLIKA TA' L-ISLOVENJA, IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA, IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA, IR-RENJU TA' L-IŻVEZJA, IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA' FUQ minn hawn ’il quddiem imsejħa 'l-Istati Membri tal-KE', irrappreżentati mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea, u IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-KOMUNITÀ EWROPEA TA' L-ENERĠIJA ATOMIKA, minn hawn ’il quddiem imsejħa 'il-Komunitajiet', irrappreżentati mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea u mill-Kummissjoni Ewropea, min-naħa waħda, u r- REPUBBLIKA TAL-KAŻAKISTAN min-naħa l-oħra, minn hawn 'il quddiem imsejħa l-'Partijiet' għall-għanijiet ta' dan il-Protokoll, WARA LI KKUNSIDRAW id-dispożizzjonijiet tat-Trattat bejn ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta' Spanja, ir-Repubblika Franċiza, l-Irlanda, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Renju ta' l-Olanda, ir-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiza, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju ta' l-Iżvezja, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq (Stati Membri ta' l-Unjoni Ewropea) u r-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea, li ġie ffirmat fil-Lussemburgu fil-25 ta' April 2005 u li ser jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2007, WARA LI KKUNSIDRAW is-sitwazzjoni ġdida fir-relazzjonijiet bejn ir-Repubblika tal-Każakstan u l-Unjoni Ewropea li joħorġu mill-adeżjoni fl-UE ta' żewġ Stati Membri ġodda, li tiftaħ opportunitajiet ġodda u li ġġib magħha sfidi għall-kooperazzjoni bejn ir-Repubblika tal-Każakstan u l-Unjoni Ewropea, FILWAQT LI JQISU x-xewqa tal-Partijiet li jiżguraw il-ksib u t-twettiq ta' l-għanijiet u l-prinċipji tal-FPK, FTIEHMU KIF ĠEJ: Artikolu 1 Ir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija għandhom ikunu Partijiet għall-Ftehim ta' Partenarjat u Kooperazzjoni li jistabbilixxi partenarjat bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Każakstan, min-naħa l-oħra, iffirmat fi Brussell fit-23 ta' Jannar 1995 u li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 1999 (minn hawn 'il quddiem 'il-Ftehim') u għandu jadotta u jieħu nota bl-istess mod, tat-testi tal-Ftehim, kif ukoll tad-Dikjarazzjonijiet Konġunti, skambji ta' ittri, Dikjarazzjonijiet mir-Repubblika tal-Każakstan annessi ma' l-Att Finali ffirmat fl-istess data u l-Protokoll għall-Ftehim tat-30 ta' April 2004, li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2006. Artikolu 2 Dan il-Protokoll għandu jifforma parti integrali mill-Ftehim. Artikolu 3 1. Dan il-Protokoll għandu jiġi approvat mill-Komunitjiet, mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea f'isem l-Istati Membri, u mir-Repubblika tal-Każakstan skond il-proċeduri tagħhom stess. 2. Il-Partijiet għandhom jinnotifikaw lil xulxin bit-twettiq tal-proċeduri korrispondenti msemmija fil-paragrafu preċedenti. L-istrumenti ta’ approvazzjoni għandhom jiġu ddepożitati għand is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea. Artikolu 4 1. Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum ta’ l-ewwel xahar wara d-data tad-depożitu ta’ l-aħħar strument ta’ approvazzjoni. 2. Dan il-Protokoll għandu japplika proviżorjament b'effett mill-1 ta' Jannar 2007, sakemm tasal id-data li jidħol fis-seħħ, Artikolu 5 1. It-testi tal-Ftehim, ta' l-Att finali u tad-dokumenti kollha annessi miegħu, u l-Protokoll għall-Ftehim tat-30 ta' April 2004, għandhom jiġu mfassla bil-lingwi Bulgari u Rumeni. 2. Huma annessi ma' dan il-Protokoll u huma awtentiċi indaqs mat-testi fil-lingwi l-oħra kollha li fihom huma mfassla l-Ftehim, l-Att Finali u d-dokumenti annessi miegħu, kif ukoll il-Protokoll tal-Ftehim tat-30 ta' April 2004. Artikolu 6 Dan il-Ftehim għandu jitfassal b'żewġ kopji fil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Olandiża, Ingliża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ungeriża, Taljana, Latvjana, Litwana, Maltija, Pollakka, Portugiża, Slovakka, Slovena, Spanjola, Żvediża u Każakka, b'kull wieħed minn dawn it-testi jkun ugwalment awtentiku. Magħmul fi ... fi ... Fis-sena 2007: GĦALL-ISTATI MEMBRI GĦALL-KOMUNITAJIET EWROPEJ GĦAR-REPUBBLIKA TAL-KAŻAKSTAN [1] Ir-referenza tal-ĠU għadha trid tiżdied [2] Ir-referenza tal-ĠU għadha trid tiżdied