EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52007PC0089

Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li jikkonċerna l-ftehim fl-għamla ta’ skambju ta’ ittri dwar l-applikazzjoni provviżorja tal-protokoll li jistipula l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-ftehim ta’ sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Demokratika ta' São Tomé u Príncipe għall- perjodu bejn l-1 ta' Ġunju 2006 u l-31 ta' Mejju 2010

/* KUMM/2007/0089 finali */

52007PC0089

Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li jikkonċerna l-ftehim fl-għamla ta’ skambju ta’ ittri dwar l-applikazzjoni provviżorja tal-protokoll li jistipula l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-ftehim ta’ sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Demokratika ta' São Tomé u Príncipe għall- perjodu bejn l-1 ta' Ġunju 2006 u l-31 ta' Mejju 2010 /* KUMM/2007/0089 finali */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 8.3.2007

KUMM(2007) 89 finali

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

li jikkonċerna l-ftehim fl-għamla ta’ skambju ta’ ittri dwar l-applikazzjoni provviżorja tal-protokoll li jistipula l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-ftehim ta’ sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Demokratika ta' São Tomé u Príncipe għall- perjodu bejn l-1 ta' Ġunju 2006 u l-31 ta' Mejju 2010

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

Il-Komunità u r-Repubblika Demokratika ta' São Tomé e Príncipe nnegozjaw u inizjalaw Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd li jagħti lis-sajjieda tal-Komunità opportunitajiet ta’ sajd fiż-żona tas-sajd ta' São Tomé e Príncipe. Dan il-ftehim ta’ sħubija, flimkien ma' protokoll u l-anness tiegħu ġie konkluż għal perjodu, li jista' jiġġedded, ta’ 4 snin, li jibdew jgħoddu mid-dħul tiegħu fis-seħħ. Fid-data tad-dħul tiegħu fis-seħħ, dan il-Ftehim għandu jabbroga u jissostitwixxi l-ftehim tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Demokratika ta' São Tomé e Príncipe dwar is-sajd lil hinn mix-xtut ta' São Tomé li daħal fis-seħħ fl-1984.

Il-Protokoll u l-anness tiegħu li jistipulaw l-kundizzjonijiet tekniċi u finanzjarji għall-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tal-KE, ġew miftehma għall-perjodu ta' erba' snin li bdew jgħoddu mill-1 ta' Ġunju 2006. Sakemm jidħol fis-seħħ il-Ftehim il-ġdid, il-Protokoll preżenti u l-Anness tiegħu jidħlu fis-seħħ fid-data li fiha l-partijiet jinnotifikaw lil xulxin bit-twettiq tal-proċeduri neċessarji għal dan il-għan. Għandhom jibdew japplikaw mill-1 ta' Ġunju 2006.

L-għan ewlieni tal-Ftehim ta’ Sħubija l-ġdid huwa li jsaħħaħ il-kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Demokratika ta' São Tomé e Príncipe lejn il-ħolqien ta’ qafas ta’ sħubija għall-iżvilupp ta’ politika ta' sajd sostenibbli u l-isfruttament raġonevoli tar-riżorsi tas-sajd fiż-żona tas-sajd ta' São Tomé, u dan fl-interess taż-żewġ Partijiet. Sabiex waslet għall-pożizzjoni tagħha fin-negozjati, il-Kummissjoni mxiet, fost l-oħrajn, fuq ir-riżultati ta’ evalwazzjoni ex post u ex ante mwettqa minn esperti indipendenti.

Iż-żewġ Partijiet huma involuti fi djalogu politiku dwar il-kwistjonijiet ta’ interess komuni fil-qasam tas-sajd. Fil-Ftehim ta’ Sħubija, il-prijoritajiet attwali tal-politika tas-sajd f'São Tomé e Príncipe jippermettu li ż-żewġ Partijiet jidentifikaw bi qbil komuni, l-għanijiet li jridu jwettqu u l-programmazzjoni annwali u multijannwali relattivi, bil-għan li jassiguraw ġestjoni sostenibbli u responsabbli tas-settur.

Il-Ftehim ta’ Sħubija jipprevedi wkoll l-inkoraġġiment tal-kooperazzjoni ekonomika, xjentifika u teknika fis-settur tas-sajd u s-setturi marbuta miegħu.

Il-kontribuzzjoni finanzjarja relattiva ġiet iffissat għal EUR 663 000 fis-sena. Minn din il-kontribuzzjoni finanzjarja, 50% ser jiġu allokati bħala appoġġ finanzjarju annwali għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika settorjali tas-sajd f'São Tomé e Príncipe, bil-ħsieb ta' l-istabbiliment ta' sajd sostenibbli u responsabbli. Dan l-appoġġ finanzjarju ser ikun imsejjes fuq programmazzjoni annwali u multijannwali (ara aktar ‘il fuq).

L-opportunitajiet tas-sajd stipulati fil-ftehim ġew iffisati skond żewġ kategoriji: 1) għall-kategorija tas-sajd "bastimenti bil-friża li jistadu għat-tonn bit-tartarun": 25 bastiment; 2) għall-kategorija tas-sajd "bastimenti tas-sajd bil-konzijiet tal-wiċċ": 18-il bastiment.

Il-ħlasijiet li għandhom isiru minn sidien il-bastimenti ġew stipulati għal kull kategorija u b'kollox jistgħu iwasslu għal dħul addizjonali annwali ta' madwar EUR 165 900 favur São Tomé e Príncipe.

Il-Kummissjoni għalhekk tipproponi li l-Kunsill jadotta, permezz ta’ Deċiżjoni, il-ftehim fl-għamla ta’ skambju ta’ ittri dwar l-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll il-ġdid, sakemm dan ta’ l-aħħar jidħol fis-seħħ definittivament.

Proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-ftehim il-ġdid hija s-suġġett ta’ proċedura separata.

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

li jikkonċerna l-ftehim fl-għamla ta’ skambju ta’ ittri dwar l-applikazzjoni provviżorja tal-protokoll li jistipula l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-ftehim ta’ sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Demokratika ta' São Tomé u Príncipe għall- perjodu bejn l-1 ta' Ġunju 2006 u l-31 ta' Mejju 2010

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 300(2) flimkien ma’ l-Artikolu 37 tiegħu.

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Billi:

1. Billi: Il-Komunità u r-Repubblika Demokratika ta' São Tomé e Príncipe innegozjaw u inizjalaw Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd li jagħti lis-sajjieda tal-Komunità opportunitajiet tas-sajd fl-ilmijiet li jaqgħu taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni tar-Repubblika ta' São Tomé e Príncipe.

2. Jaqbel illi tiġi assigurata t-tkomplija ta’ l-attivitajiet tas-sajd bejn id-data li fiha jiskadi l-protokoll preċedenti li jistipula l-opportunitajiet tas-sajd lil hinn mix-xtut ta' São Tomé e Príncipe u d-data li fiha jidħol fis-seħħ il-protokoll il-ġdid, li jistipula l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fl-imsemmi ftehim ta' sħubija.

3. Għal dan il-għan il-Komunità u r-Repubblika Demokratika ta' São Tomé e Príncipe inizjalaw ftehim fl-għamla ta' skambju ta' ittri dwar l-applikazzjoni provviżorja tal-protokoll il-ġdid.

4. Huwa fl-interess tal-Komunità li l-imsemmi l-ftehim fl-għamla ta' skambju ta' ittri jiġi approvat.

5. Jaqbel li jiġi definit il-mod prinċipali ta’ tqassim ta’ l-opportunitajiet ta’ sajd fost l-Istati Membri,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-ftehim fl-għamla ta' skambju ta' ittri dwar l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll li jistipula l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-ftehim ta' sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Demokratika ta' São Tomé e Príncipe għall-perjodu bejn l-1 ta' Ġunju 2006 u l-31 ta' Mejju 2010 b’dan huwa approvat f’isem il-Komunità.

It-test tal-ftehim fl-għamla ta' skambju ta' ittri huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-ftehim għandu japplika provviżorjament mill-1 ta' Ġunju 2006.

Artikolu 3

L-opportunitajiet tas-sajd stipulati mill-protokoll tal-ftehim ta' sħubija jitqassmu bejn l-Istati Membri kif ġej:

Kategorija ta’ sajd | Tip ta' bastiment | Stat Membru | Liċenzji jew kwota |

Sajd għat-tonn | Bastimenti bil-friża li jistadu għat-tonn bit-tartarun | Spanja | 13 |

Franza | 12 |

Sajd għat-tonn | Bastimenti bil-konzijiet tal-wiċċ | Spanja | 13 |

Il-Portugall | 5 |

Jekk it-talbiet għal iċenzji ta’ dawn l-Istati Membri ma jeżawrixxux l-opportunitajiet tas-sajd stipulati mill-Protokoll tal-ftehim ta' sħubija, il-Kummissjoni tista’ tikkunsidra talbiet għal-liċenzji mill-Istati Membri l-oħra kollha.

Artikolu 4

L-Istati Membri li l-bastimenti tagħhom jistadu fil-qafas ta’ dan il-ftehim fl-għamla ta' skambju ta' ittri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-kwantitajiet, minn kull stokk, maqbuda fiż-żoni tas-sajd ta' São Tomé, skond it-termini previsti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 500/2001 ta' l-14 ta' Marzu 2001 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93[1].

Artikolu 5

Il-President tal-Kunsill huwa awtorizzat jaħtar persuni bil-poter li jiffirmaw il-ftehim fl-għamla ta' skambju ta' ittri bis-saħħa li jorbtu lill-Komunità.

Magħmula fi Brussell,

Għall-Kunsill

Il-President

L-Anness

Ftehim fl-għamla ta' skambju ta' ittri dwar l-applikazzjoni provviżorja tal-protokoll li jistipula l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Demokratika ta' São Tomé e Príncipe dwar is-sajd lil hinn minn São Tomé e Príncipe għall-perjodu mill-1 ta' Ġunju 2006 sal-31 ta' Mejju 2010

A. Ittra tal-Gvern tar-Repubblika Demokratika ta' São Tomé e Príncipe :

Sinjur,

B'referenza għall-Protokoll inizjalat il-Ħamis 25 ta' Mejju 2006, li jistipula l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja għall-perjodu mill-1 ta' Ġunju 2006 sal-31 ta' Mejju 2010, għandi l-unur ninfurmak illi r-Repubblika Demokratika ta' São Tomé e Príncipe hija lesta li tapplika dan il-Protokoll provviżorjament, mill-1 ta' Ġunju 2006 sad-dħul tiegħu fis-seħħ skond l-Artikolu 12 tiegħu, kemmildarba l-Komunità Ewropea tkun disposta li tagħmel l-istess.

Huwa mifhum li f'dan il-każ il-ħlas ta' l-ewwel parti tal-kontribuzzjoni finanzjarja, speċifikata fl-Artikolu 2 tal-Protokoll, għandu jsir sal-15 ta' Mejju 2007.

Inkun nafhulek jekk tikkonferma l-qbil tal-Komunità Ewropea ma’ l-applikazzjoni proviżorja msemmija.

Dejjem tiegħek.

Għall-Gvern ta' São Tomé e Príncipe

B. L-Ittra tal-Komunità Ewropea

Sinjur,

Għandi l-pjaċir ninfurmak li rċevejt l-ittra tiegħek ta’ llum illi tgħid hekk:

B'referenza għall-Protokoll inizjalat il-Ħamis 25 ta' Mejju 2006, li jistipula l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja għall-perjodu mill-1 ta' Ġunju 2006 sal-31 ta' Mejju 2010, għandi l-unur ninfurmak illi r-Repubblika Demokratika ta' São Tomé e Príncipe hija lesta li tapplika dan il-Protokoll provviżorjament, mill-1 ta' Ġunju 2006 sad-dħul tiegħu fis-seħħ skond l-Artikolu 12 tiegħu, kemm-il darba l-Komunità Ewropea tkun disposta li tagħmel l-istess.

Huwa mifhum li f'dan il-każ il-ħlas ta' l-ewwel parti tal-kontribuzzjoni finanzjarja, speċifikata fl-Artikolu 2 tal-Protokoll, għandu jsir sal-15 ta' Mejju 2007.

Huwa bi pjaċir li nikkonferma l-qbil tal-Komunità Ewropea ma' din l-applikazzjoni provviżorja.

Dejjem tiegħek.

F’isem il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea

Protokoll li jistipula l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Demokratika ta' São Tomé u Príncipe dwar is-sajd lil hinn minn São Tomé u Príncipe għall-perjodu mill-1 ta' Ġunju 2006 sal-31 ta' Mejju 2010

Artikolu 1Il-Perjodu ta’applikazzjoni u l-Opportunitajiet tas-sajd

1. Mill-1 ta' Ġunju 2006 għal perjodu ta' 4 snin, l-opportunitajiet tas-sajd konċessi skond l-Artikolu 5 tal-Ftehim għandhom ikunu kif ġej:L-ispeċijiet b'tendenza kbira li jpassu (l-ispeċijiet elenkati fl-Anness 1 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti ta' l-1982)

▪ bastimenti bil-friża li jistadu għat-tonn bit-tartarun: 25-il bastiment,

▪ bastimenti tas-sajd bil-konzijiet tal-wiċċ: 18-il bastiment,

2. Il-paragrafu 1 japplika b'riżerva għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 4 u 5 ta’ dan il-Protokoll.

3. Il-bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru tal-Komunità Ewropea ma jistgħux iwettqu attivitajiet tas-sajd fiż-żona tas-sajd ta' São Tomé e Príncipe ħlief jekk ikollhom liċenzja valida tas-sajd maħruġa fil-qafas ta' dan il-Protokoll, u skond il-metodi deskritti fl-Anness ta' dan il-Protokoll.

Artikolu 2Il-kumpens finanzjarju – Metodi ta’ ħlas

1. Il-kontribuzzjoni finanzjarja prevista fl-Artikolu 7 tal-Ftehim hija magħmula għall-perjodu stipulat fl-Artikolu 1, minn ammont ta' EUR 552 500 fis-sena ekwivalenti għal tunnellaġġ ta' referenza ta' 8 500 tunnellata fis-sena, kif ukoll minn ammont speċifiku ta' EUR 110 500 fis-sena, allokati għall-għajnuna u għall-implimentazzjoni ta' l-inizjattivi meħuda fil-qafas tal-politika settorjali tas-sajd ta' São Tomé e Príncipe. Dan l-ammont speċifiku huwa parti integrali mill-kontribuzzjoni finanzjarja waħdanija kif definita fl-Artikolu 7 tal-Ftehim.

2. Il-paragrafu 1 japplika b'riżerva għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 4 u 5 ta’ dan il-Protokoll.

3. L-ammont totali skond il-paragrafu 1 (ta' EUR 663 000), għandu jitħallas darba fis-sena mill-Komunità matul il-perjodu ta' applikazzjoni ta' dan il-protokoll.

4. Jekk il-kwantità totali ta' ħut maqbuda mill-bastimenti Komunitarji fl-ilmijiet ta' São Tomé e Príncipe teċċedi t-8 500 tunnellata fis-sena, l-ammont ta' EUR 552 500 tal-kontribuzzjoni finanzjarja jitla' għal EUR 65 għal kull tunnellata supplimentari maqbuda. Madankollu, l-ammont annwali totali mħallas mill-Kommunità ma jistax jeċċedi d-doppju ta' l-ammont ekwivalenti għat-tunnellaġġ ta' referenza (ta' EUR 1 105 000). Meta l-kwantitajiet maqbuda mill-bastimenti Komunitarji jeċċedu l-kwantitajiet li jikkorrispondu għad-doppju ta' l-ammont totali annwali (17 000 tunnellata), l-ammont dovut għall-kwantità li teċċedi dak il-limitu għandu jitħallas is-sena ta' wara.

5. Il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja skond il-paragrafu 1 għandu jsir sa mhux aktar tard mill-15 ta' Mejju 2007 għall-ewwel sena u sa mhux aktar tard mill-31 ta' Lulju 2007, 2008, 2009 għas-snin segwenti.

6. B'riżerva għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 6, l-attribuzzjoni ta' din il-kontribuzzjoni taqa' taħt il-kompetenza esklussiva ta' l-awtoritajiet ta' São Tomé e Príncipe.

7. Il-kontribuzzjoni finanzjarja għandha titħallas f'kont wieħed tat-Teżor Pubbliku ta' São Tomé e Príncipe li għandu jinfetaħ ma' istituzzjoni finanzjarja speċifikata mill-awtoritajiet ta' São Tomé e Príncipe.

Artikolu 3Kooperazzjoni għal sajd responsabbli – Il-Kooperazzjoni xjentifika

1. Iż-żewġ Partijiet jimpenjaw ruħhom biex jippromwovu sajd responsabbli fl-ilmijiet ta' São Tomé e Príncipe imsejjes fuq il-prinċipju tan-nuqqas ta' diskriminazzjoni bejn il-flotot differenti preżenti f'dawn fl-ilmijiet.

2. Sakemm jibqa' fis-seħħ dan il-Protokoll, il-Komunità u l-awtoritajiet ta' São Tomé e Príncipe ser jagħmlu minn kollox biex isegwu t-tibdil li jseħħ fir-riżorsi taż-żona tas-sajd ta' São Tomé e Príncipe;

3. Iż-żewġ partijiet jimpenjaw ruħhom biex jippromwovu l-kooperazzjoni fuq il-livell tas-sottoreġjun, għal sajd responsabbli b'mod partikolari fi ħdan il-COREP.

4. Skond l-Artikolu 4 tal-ftehim u abbażi tar-rakkomandazzjonijiet u tar-riżoluzzjonijiet adottati fi ħdan il-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn fl-Oċean Atlantiku (ICCAT) u fid-dawl ta' l-aħjar opinjonijiet xjentifiċi disponibbli, il-Partijiet se jikkonsultaw bejniethom fi ħdan il-Kummissjoni Konġunta regolata mill-Artikolu 9 tal-ftehim, biex jadottaw, bi qbil bejniethom u jekk ikun meħtieġ wara laqgħa xjentifika fil-livell tas-sottoreġjun, miżuri għall-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd li jolqtu l-attivitajiet tal- bastimenti Komunitarji.

Artikolu 4 Reviżjoni ta’ l-opportunitajiet tas-sajd bi qbil reċiproku

1. L-opportunitajiet tas-sajd stipulati fl-Artikolu 1 jistgħu jiżdiedu bi qbil bejn il-Partijiet sakemm, skond il-konklużjonijiet tal-laqgħa xjentifika regolata mill-Artikolu 3(4), din iż-żieda ma tkunx ta’ ħsara għall-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi ta' São Tomé e Príncipe. F'dan il-każ, il-parti tal-kontribuzzjoni finanzjarja ta' EUR 552 500 stipulata Artikolu 2(1) tiżdied proporzjonalment u prorata temporis . Madanakollu, is-somma totali tal-kontribuzzjoni finanzjarja maħruġa mill-Komunità Ewropea u mmirata għat-tunnellaġġ ta' referenza, ma tistax teċċedi id-doppju tas-somma ta' EUR 552 500. Meta l-kwantitajiet maqbuda mill-bastimenti Komunitarji jeċċedu d-doppju ta' 8 500 tunnellata (jiġifieri 17 000 tunnellata) fis-sena, is-somma dovuta għall-kwantità li teċċedi dan il-limitu, titħallas is-sena ta' wara.

2. Min-naħa l-oħra jekk il-Partijiet jaqblu dwar l-adozzjoni ta' tnaqqis tal-possibbiltajiet tas-sajd stipulati f'Artikolu 1, il-kontribuzzjoni finanzjarja titnaqqas proporzjonalment u prorata temporis .

3. It-tqassim ta' l-opportunitajiet tas-sajd bejn il-kategoriji differenti tal-bastimenti tista', bl-istess mod, tiġi sottomessa għar-reviżjoni wara konsultazzjoni u bi ftehim komuni bejn il-Partijiet, b'kunsiderazzjoni għal kull rakkomandazzjoni li tista' ssir mill-laqgħa xjentifika regolata mill-Artikolu 3(4), f'dak li għandu x'jaqsam mal-ġestjoni ta' l-istokkijiet li jistgħu jiġu milquta minn dan it-tqassim mill-ġdid. Il-Partijiet jaqblu fuq l-aġġustament tal-kontribuzzjoini finanzjarja jekk dan ikun ġustifikat minħabba t-tqassim mill-ġdid ta' l-opportunitajiet tas-sajd.

Artikolu 5 L-opportunitajiet ġodda tas- sajd

1. F'każ li l-bastimenti tas-sajd Komunitarji jkunu interessati fl-attivitajiet tas-sajd li mhumiex imsemmija fl-Artikolu 1, il-Komunità għandha tikkonsulta lil São Tomé e Príncipe biex tinkiseb awtorizazzjoni eventwali għal dawn l-attivitajiet il-ġodda. Jekk ikun meħtieġ, il-Partijiet jaqblu dwar il-kundizzjonijiet applikabbli għal dawn l-opportunitajiet il-ġodda tas-sajd u jekk neċessarju, jemendaw il-Protokoll u l-Anness tiegħu.

Artikolu 6Is-sospensjoni u r-reviżjoni tal-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarjaf'ċirkostanzi li mhuxiex normali

1. F'ċirkostanzi li mhumiex normali, għajr fenomini naturali li jwaqqfu l-eżerċizzju ta' l-attivitajiet tas-sajd fiż-Żona Ekonomika Esklussiva (ŻEE) ta' São Tomé e Príncipe, il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja skond l-Artikolu 2(1), jista' jiġi sospiż mill-Komunità Ewropea. Id-deċiżjoni għal sospensjoni tittieħed wara konsultazzjonijiet bejn iż-żewġ Partijiet sa mhux aktar tard minn xahrejn mid-data tat-talba magħmula minn waħda mill-Partijiet, u bil-kundizzjoni li l-Komunità Ewropea tkun ħallset kwalunkwe ammont dovut fil-mument tas-sospensjoni.

2. Il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja jerġa' jsir dovut minn meta jistabbilixxu l-Partijiet, wara konsultazzjonijiet u bi qbil komuni li ċ-ċirkonstanzi li taw lok għall-waqfien ta' l-attivitajiet tas-sajd jkunu għebu u/jew is-sitwazzjoni tkun tali li tippermetti li l-attivitajiet tas-sajd jinbdew mill-ġdid.

3. Il-validità tal-liċenzji mogħtija lill-bastimenti Komunitarji, li bħal ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja tkun ġiet sospiża, hija estiża b'perjodu ta' żmien li jkun jikkorrispondi għas-sospensjoni ta' l-attivitajiet tas-sajd.

Artikolu 7Il-promozzjoni ta' sajd responsabbli fl-ilmijiet ta' São Tomé e Príncipe

1. 50% (jiġifieri EUR 331 500) tas-somma totali tal-kontribuzzjoni finanzjarja (EUR 663 000) stipulata fl-Artikolu 2, tikkontribwixxi ta' kull sena għall-appoġġ u għall-implimentazzjoni ta' l-inizjattivi meħuda fil-qafas tal-politika settorjali tas-sajd, kif definta mill-gvern ta' São Tomé e Príncipe.

L-amministrazzjoni minn São Tomé e Príncipe tas-somma korrispondenti, tistrieħ fuq l-identifikazzjoni miż-żewġ Partijiet ta' ftehim komuni, b'konformità mal-prijoritajiet attwali tal-politika tas-sajd f'São Tomé e Príncipe, bl-għan li tiġi assigurata tmexxija sostenibbli u responsabbli tas-settur u għanijiet li jridu jintlaħqu, fosthom l-ippjanar annwali u multijannwali, skond il-paragrafu 2 hawn taħt.

2. Fuq proposta ta' São Tomé e Príncipe u biex jiġi implimentat il-paragrafu preċedenti, il-Komunità u São Tomé e Príncipe jiftiehmu, fi ħdan il-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 9 tal-Ftehim, sa mid-dħul fis-seħħ tal-Protokoll u sa mhux aktar tard minn tliet xhur mid-dħul tiegħu fis-seħħ, dwar Programm Settorjali Multijannwali, u dwar il-mod kif għandu jiġi applikat, inklużi b'mod partikolari:

(a) l-għażliet fuq bażi annwali u multijannwali li fuqhom il-perċentwal tal-kontribuzzjoni finanzjarja stipulata fil-paragrafu 1 imsemmi hawn fuq u l-ammonti speċifiċi għall-inizjattivi meħuda fuq bażi annwali jiġu utiliżżati.

(b) l-għanijiet li jridu jintlaħqu fuq bażi annwali u multijannwali sabiex jitrawwem sajd sostenibbli u responsabbli, filwaqt li jitqiesu l-prijoritajiet ta' São Tomé e Príncipe fi ħdan il-politika nazzjonali tas-sajd u ta' politiki oħra konnessi jew li għandhom impatt fuq il-promozzjoni tas-sajd responsabbli u sostenibbli.

(c) il-kriterji u l-proċeduri li jridu jintużaw biex issir l-evalwazzjoni tar-riżultati milħuqa, fuq bażi annwali.

(d) ir-reviżjoni eventwali tal-perċentwal tas-somma totali tal-kontribuzzjoni finanzjarja regolata mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, applikabbli għas-snin ta' wara l-ewwel sena ta' applikazzjoni tal-Protokoll preżenti.

3. L-emendi kollha proposti għall-Programm Settorjali Multijannwali jew għall-użu tas-somom speċifiċi għall-inizjattivi li se jittieħdu kull sena jridu jiġu approvati miż-żewġ Partijiet fi ħdan il-Kumitat Konġunt.

4. Kull sena, São Tomé e Príncipe jallokaw l-valur korrispondenti għall-perċentwal stabbilit fil-paragrafu 1, għall-implimentazzjoni tal-Programm Multijannwali. Rigward l-ewwel sena ta' validità tal-Protokoll, din l-allokazzjoni trid tiġi trażmessa lill-Komunità fil-mument ta' l-approvazzjoni tal-Programm Settorjali Multijannwali mill-Kumitat Konġunt. Għal kull sena sussegwenti, São Tomé e Príncipe għandhom jinnotifikaw lil Komunità b'din l-allokazzjoni sa mhux aktar tard mill-1 ta' Mejju tas-sena ta' qabel.

5. Għal kull sena sussegwenti, São Tomé e Príncipe għandhom jinnotifikaw lil Komunità b'din l-allokazzjoni sa mhux aktar tard mill-1 ta' Mejju tas-sena ta' qabel. Jekk l-evalwazzjoni annwali tar-riżultati ta' l-implimentazzjoni tal-Programm Settorjali Multijannwali tiġġustifikah, il-Komunità Ewropea tkun tista' tilob aġġustament mill-ġdid tal-kontribuzzjoni finanzarja stipulata fl-Artikolu 2(1) ta' dan il-Protokoll, biex is-somma effettiva tal-fondi allokati għall-implimentazzjoni tal-Programm tiġi adattata għal dawn ir-riżultati.

Artikolu 8Nuqqasijiet ta' qbil – is-sospensjoni ta' l-applikazzjoni tal-Protokoll

1. Kull nuqqas ta’ qbil bejn il-Partijiet dwar l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll u l-applikazzjoni tiegħu għandu jitressaq għall-konsultazzjoni bejn il-Partijiet fi ħdan il-Kummissjoni Konġunta stipulata fl-Artikolu 9 tal-Ftehim, u jekk meħtieġ, għandha tissejjaħ laqgħa straordinarja.

2. Mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 9, l-applikazzjoni tal-Protokoll tista’ tiġi sospiża fuq inizjattiva ta’ xi waħda mill-Partijiet meta n-nuqqas ta’ qbil bejn iż-żewġ Partijiet jitqies bħala wieħed serju u l-konsultazzjonijiet li jkunu saru fi ħdan il-Kummissjoni Konġunta skond l-ewwel paragrafu ma jkunux wasslu għal soluzzjoni bonarja.

3. Is-sospensjoni ta’ l-applikazzjoni tal-Protokoll hija soġġetta għan-notifika mill-Parti interessata ta’ l-intenzjoni tagħha, liema notifika għandha tkun bil-miktub u ta' mhux anqas minn tliet xhur qabel id-dħul fis-seħħ ta' din is-sospensjoni.

4. F’każ ta’ sospensjoni, il-Partijiet għandhom ikomplu bil-konsultazzjonijiet sabiex ifittxu soluzzjoni bonarja għad-diverġenzi ta' bejniethom. Meta jintlaħaq ftehim bonarju, il-Protokoll jibda japplika mill-ġdid u s-somma tal-kontribuzzjoni finanzjarja għandha titnaqqas b’mod proporzjonali u prorata temporis skond it-tul ta’ żmien li matulu l-applikazzjoni tal-Protokoll kienet sospiża.

Artikolu 9Is-sospensjoni ta' l-applikazzjoni tal-Protokoll minħabba n-nuqqas ta' ħlas

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 6, f’każ li l-Komunità Ewropea tonqos milli tagħmel il-ħlasijiet previsti fl-Artikolu 2, l-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll tista’ tiġi sospiża bil-kondizzjonijiet li ġejjin:

a) L-awtoritajiet kompetenti ta' São Tomé e Príncipe għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni Ewropea dwar in-nuqqas ta’ ħlas. Din tgħaddi għall-verifiki meħtieġa u jekk ikun il-każ għall-ħlas sa mhux aktar tard minn 60 jum ta' xogħol, li għandhom jibdew jgħoddu mid-data li fiha l-Kumissjoni tkun ġiet notifikata.

b) F'każ ta' nuqqas ta’ ħlas jew ġustifikazzjoni xierqa għan-nuqqas ta’ ħlas fiż-żmien stipulat fl-Artikolu 2(5) ta' dan il-protokoll, l-awtoritajiet kompetenti ta' São Tomé e Príncipe jkunu fid-dritt li jissospendu l-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll. Għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni Ewropea dwar dan minnufih.

c) Il-Protokoll jibda japplika mill-ġdid, hekk kif isir il-pagament.

Artikolu 10Id-dispożizzjonjiet applikabbli tal-liġi nazzjonali

L-attivitajiet tal-bastimenti tas-sajd Komunitarji li joperaw fl-ilmijiet ta' São Tomé e Príncipe huma rregolati mill-liġi applikabbli f' São Tomé e Príncipe, sakemm il-Ftehim, il-Protokoll preżenti, l-Anness u l-Appendiċi tiegħu ma jistipulawx xort'oħra.

Artikolu 11Ir-Revoka

L-Anness għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' São Tomé e Príncipe dwar is-sajd lil hinn minn São Tomé e Príncipe huwa abrogat u sostitwit bl-Anness ta' dan il-Protokoll.

Artikolu 12Id-Dħul fis-seħħ

1. Dan il-Protokoll u l-Anness tiegħu jidħlu fis-seħħ fid-data li fiha l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin bit-twettiq tal-proċeduri meħtieġa fir-rigward.

2. Japplikaw mill-1 ta’ Ġunju 2006.

L-ANNESS

KUNDIZZJONIJIET LI JIRREGOLAW IS-SAJD TAL-BASTIMENTI TAL-KOMUNITÀ FIŻ-ŻONA TAS-SAJD TA' SĀO TOMÉ U PRÍNCIPE

KAPITOLU I – FORMALITAJIET APPLIKABBLI GħAT-TALBA U GħALL-ħRUġ TAL-LIċENZJI

Sezzjoni 1 Ħruġ tal-liċenzji

1. Huma biss il-bastimenti eliġibbli li jistgħu jingħataw liċenzja biex jistadu fiż-żona tas-sajd ta' São Tomé e Príncipe.

2. Sabiex bastiment ikun eliġibbli, is-sid, il-kaptan u l-bastiment innifsu ma jistgħux ikunu pprojbiti mill-attivitajiet tas-sajd f' São Tomé e Príncipe. Jeħtiġilhom ikunu f'qagħda regolari ma' l-amministrazzjoni ta' São Tomé e Príncipe, fis-sens li jridu jkunu meħlusa mill-obbligi kollha preċedenti li jirriżultaw mill-attivitajiet tas-sajd tagħhom f''São Tomé e Príncipe fil-qafas ta' l-arranġamenti tas-sajd konklużi mal-Komunità.

3. L-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità għandhom iressqu talba (elettronikament) lill-Ministru responsabbli mis-sajd f'São Tomé e Príncipe, għal kull bastiment li jixtieq jistad jew jassisti fl-attività tas-sajd bis-saħħa tal-ftehim, mill-anqas 15-il ġurnata tax-xogħol qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tal-validità mitluba.

4. It-talbiet għandhom jiġu ppreżentati lill-ministeru responsabbli mis-sajd skond il-formoli li l-format tagħhom jinsab f’Appendiċi I. L-awtoritajiet ta' São Tomé e Príncipe għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex l-informazzjoni li jirċievu fil-kuntest tat-talba għal-liċenzji, tkun trattata b'mod kunfidenzjali. Din l-informazzjoni tintuża biss fil-kuntest ta' l-implimentazzjoni tal-Ftehim tas-sajd.

5. Kull talba għal liċenzja għandu jkollha magħha d-dokumenti li ġejjin:

- prova tal-ħlas bil-quddiem tas-somma stipulata, għall-perjodu tal-validità tagħha.

- (kwalunkwe dokument ieħor jew prova oħra rikjesti mid-dispożizzjonijiet partikolari li japplikaw skond it-tip tal-bastiment bis-saħħa ta' dan il-Protokoll).

6. Il-ħlas ta' l-ammont dovut għal-liċenzja għandu jsir fil-kont indikat mill-awtoritajiet ta' São Tomé e Príncipe skond l-Artikolu 2(7) tal-protokoll.

7. Il-ħlasijiet jinkludu t-taxxi kollha nazzjonali u lokali, esklużi it-taxxi tal-port u l-ammonti dovuti għall-provvista tas-servizzi.

8. Il-liċenzji għall-bastimenti kollha għandhom jinħarġu fi żmien 15-il ġurnata tax-xogħol minn meta l-ministeru responsabbli għas-sajd f'São Tomé e Príncipe jirċievi d-dokumentazzjoni kollha stipulata f'punt 5 hawn fuq, lis-sidien tal-bastimenti jew lir-rappreżentanti tagħhom mill-intermedjarju tad-delegazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea fil-Gabon.

9. Il-liċenzja tinħareġ f'isem il-bastiment indikat u mhix trasferibbli.

10. Madanakollu, fuq talba tal-Komunità Ewropea u f'każ ta' prova ta' forza maġġuri, il-liċenzja ta' bastiment għandha tiġi sostitwita b'liċenzja ġdida li tinħareġ fuq bastiment ieħor ta' l-istess kategorija tal-bastiment sostitwit, kif stipulat fl-Artikolu 1 tal-Protokoll, mingħajr ħlas ulterjuri. F'dan il-każ, meta jiġi kkalkolat il-livell ta' ħut maqbud, għad-determinazzjoni tal-ħlas eventwali addizzjonali, għandu jitqies it-total tal-ħut maqbud miż-żewġ bastimenti.

11. Is-sid tal-bastiment li jkun qed jiġi sostitwit, jew ir-rappreżentant tiegħu, għandu jagħti lura l-liċenzja annullata lill-ministeru responsabbli għas-sajd ta' São Tomé e Príncipe, permezz ta' l-intermedjarju tad-Delegazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea.

12. Id-data li fiha l-liċenzja l-ġdida ssir effettiva hija dik li fiha sid il-bastiment jagħti lura l-liċenzja annullata lill-ministeru responsabbli għas-sajd ta' São Tomé e Príncipe. Id-Delegazzjoni tal-Komunità Ewropea f' għandha tiġi mgħarrfa dwar it-trasferiment tal-liċenzja.

13. Il-liċenzja għandha tinżamm abbord f'kull ħin. Il-Komunità Ewropea żżomm aġġornament ta' l-abbozz tal-lista ta' bastimenti li għalihom saret talba għall-liċenzja tas-sajd skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll. L-awtoritajiet ta' São Tomé e Príncipe għandhom jiġu nnotifkati b'dan l-abbozz meta jsir għall-ewwel darba u kull meta jiġi aġġornat. Meta jiġu nnotifikati dan l-abbozz tal-lista kif ukoll il-ħlas bil-quddiem indirizzat mill-Komunità Ewropea lill-awtoritajiet ta' São Tomé e Príncipe, il-bastiment jiġi rreġistrat mill-awtorità kompetenti ta' São Tomé e Príncipe fuq lista tal-bastimenti awtorizzati li jistadu, li għandha tiġi nnotifikata lill-awtoritajiet responsabbli mill-kontroll tas-sajd. F’dan il-każ, kopja ta’ din il-lista tintbagħat lil sid il-bastiment u għandha tinżamm abbord, minflok il-liċenzja tas-sajd, sakemm tasal din ta’ l-aħħar.

Sezzjoni 2 Il-kundizzjonijiet tal-liċenzja – ħlasijiet u ħlasijiet bil-quddiem

1. Il-liċenzi għandhom validità ta' sena. Jistgħu jiġġeddu.

2. Il-ħlas huwa stabbilit għal EUR 35 għal kull tunnellata ta' ħut maqbuda fiż-żona tas-sajd ta' São Tomé e Príncipe għall-bastimenti għas-sajd tat-tonn bit-tartarun u l-konzijiet tal-wiċċ.

3. Il-liċenzji jinħarġu wara li jsir il-ħlas lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti ta' l-ammonti segwenti:

- EUR 5 250 għal kull bastiment għas-sajd tat-tonn bit-tartarun, ekwivalenti għall-ammonti dovuti għal 150 tunnellata fis-sena;

- EUR 1 925 għal kull bastiment għas-sajd tat-tonn bit-tartarun, ekwivalenti għall-ammonti dovuti għal 55 tunnellata fis-sena;

4. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni Ewropea sa mhux aktar tard mill-15 ta' Ġunju ta' kull sena, dwar it-tunnellaġġ tal-qabdiet li jkunu saru matul is-sena li tkun għadha kif għaddiet, kif ikkonfermat mill-istituti xjentifiċi regolati minn punt 5 hawn taħt.

5. It-tnaqqis finali ta' l-ammonti dovuti fuq bażi annwali għandu jiġi deċiż mill-Kummissjoni Ewropea sa mhux aktar tard mill-31 ta' Lulju tas-sena n+1, abbażi tad-dikjarazzjonijiet dwar il-qabdiet magħmula minn kull sid ta' bastiment u konfermati mill-istituti xjentifiċi kompetenti biex jivverifikaw l-informazzjoni dwar il-qabdiet fl-Istati Membri, bħalma huma l-IRD (Institut de Recherche pour le Développement), l-IEO (Instituto Español de Oceanografia), l-IPIMAR (Instituto Português de Investigaçao Maritima), mill-intermedjarju tad-Delegazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea.

6. Dan it-tnaqqis għandu jiġi nnotifikat fl-istess waqt lill-ministeru responsabbli għas-sajd f'São Tomé e Príncipe u lis-sidien tal-bastimenti.

7. Kull ħlas addizzjonali eventwali (għall-kwantitajiet maqbuda li jeċċedu l-150 tunnelata għall-bastimenti tat-tonn bit-tartarun u l-55 tunnellata għall-bastimenti bil-konzijiet tal-wiċċ) għandu jsir mis-sidien tal-bastimenti lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti ta' São Tomé e Príncipe sa mhux aktar tard mill-31 ta' Awissu tas-sena n+1, fil–kont imsemmi f'paragrafu 6 ta' l-1 Sezzjoni tal-Kapitolu preżenti, bir-rata ta' EUR 35 għal kull tunnellata.

8. Madanakollu, jekk it-tnaqqis finali huwa inqas mis-somma mħallsa bil-quddiem skond punt 3 tas-sezzjoni preżenti, l-ammont residwu korrispondenti ma jistax jiġi rkuprat minn sid il-bastiment.

KAPITOLU II – Iż-ŻONI TAS-SAJD

1. Il-bastimenti tal-Komunità jkunu jistgħu jistadu fl-ilmijiet lil hinn mit-12-il mil nawtiku mil-linji tal-bażi fil-każ tal-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartarun u tal-bastimenti tas-sajd għat-tonn bil-konzijiet tal-wiċċ.

2. Mingħajr diskriminazzjoni, l-attivita' kollha tas-sajd fiż-żona maħsuba għall-isfruttament konġunt minn Sāo Tomé e Príncipe u n-Niġerja, kif definita mill-pożizzjonijiet fl-Appendiċi 3, hija projbita.

KAPITOLU III – ID-DIKJARAZZJONI TAL-QABDIET TAL-ĦUT

1. Għall-finijiet ta' dan l-Anness, il-perjodu ta' żmien li matulu bastiment Komunitarju ikun fiż-żona tas-sajd ta' São Tomé e Príncipe, għall-finijiet ta' dan l-anness huwa definit kif ġej:

- iż-żmien li jgħaddi bejn id-dħul u l-ħruġ miż-żona tas-sajd ta' São Tomé e Príncipe;

- iż-żmien li jgħaddi bejn id-dħul fiż-żona tas-sajd ta' São Tomé e Príncipe u t-trasbord u/jew l-iżbark f'São Tomé e Príncipe.

2. Il-bastimenti kollha awtorizzati li jistadu fl-ilmijiet ta' São Tomé e Príncipe fil-qafas tal-ftehim, għandhom jinnotifikaw il-qabdiet tagħhom lill-ministeru inkarigat mis-sajd f'São Tomé e Príncipe, biex dawn l-awtoritajiet ikunu jistgħu jikkontrollaw il-kwantitajiet tal-qabdiet kif ikkonfermati mill-Istituti xjentifiċi kompetenti, skond il-proċedura stipulata f'Kapitolu I sezzjoni 2, parti 4 ta' l-anness preżenti. Il-qabdiet għandhom ikunu nnotifikati kif ġej:

2.1 Matul perjodu ta' sena ta' validità tal-liċenzja, fis-sens ta' Sezzjoni 2 tal-Kapitolu I ta' l-Anness preżenti, id-dikjarazzjonijiet għandhom jinkludu l-qabdiet tal-bastiment għal kull vjaġġ. L-oriġinal tad-dikjarazzjonijiet għandu jiġi nnotifikat lill-ministeru responsabbli mis-sajd f'São Tomé e Príncipe, permezz ta' dokument tanġibbli, fi żmien 45 ġurnata mill-aħħar vjaġġ magħmul fl-imsemmi perjodu.

2.2 Il-bastimenti għandhom jiddikjaraw il-qabdiet tagħhom permezz tal-formola rilevanti li tinsab fil-ġurnal ta' abbord, li l-mudell tagħha jinsab f'Appendiċi 2. Għall-perjodi li matulhom il-bastiment ma jkunx fiż-żona tas-sajd ta' São Tomé e Príncipe, għandu jdaħħal nota fil-ġurnal ta' abbord bir-referenza segwenti: ''’Il Barra miż-Żona tas-Sajd ta' São Tomé e Príncipe".

2.3 Il-formoli għandhom jimtlew b'mod li jinqara faċilment u għandhom ikunu iffirmati mill-kaptan tal-bastiment jew mir-rappreżentant legali tiegħu.

3. Fuq talba ta' waħda mill-Partijiet, il-Kummissjoni konġunta tista' tiltaqa' biex tikkompara l-informazzjoni dwar l-attivitajiet tas-sajd.

4. F'każ ta' ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu, il-Gvern ta' São Tomé e Príncipe jirriżerva d-dritt li jissospendi l-liċenzja tal-bastiment inkriminat sakemm tiġi sodisfatta l-formalità u li jimponi l-penali fuq sid il-bastiment skond ir-regoli fis-seħħ f'São Tomé e Príncipe. Il-Kummissjoni Ewropea u l-Istat tal-bandiera għandhom jiġu infurmati b'dan.

KAPITOLU IV – IT-TRASBORD

Iż-żewġ Partijiet għandhom jikkooperaw bl-għan ta' titjib fil-possibbiltajiet ta' trasbord fiż-żoni portwarji u l-portijiet ta' São Tomé e Príncipe.

1. It-Trasbord:

Il-bastimenti tat-tonn Komunitarji li jħottu minn jeddhom f’żona portwarja jew f'port f'São Tomé e Príncipe, jibbenifikaw minn tnaqqis fuq l-ammont dovut ta' EUR 5 għal kull tunnellata maqbuda fiż-żona tas-sajd ta' São Tomé e Príncipe fuq is-somma indikata f'sezzjoni 2, paragrafu 2 tal-Kapitolu I ta' l-Anness.

Dan il-mekkaniżmu għandu japplika għal kull bastiment Komunitarju sa massimu ta’ 50% fuq l-ammont finali tal-qabdiet (kif definit fil-Kapitolu III ta’ l-Anness) mill-ewwel sena ta’ dan il-Protokoll.

2. Il-mod ta' kif għandu jsir il-kontroll tat-tunnellaġġ li jkun ġie trasbordat għandu jiġi definit matul l-ewwel laqgħa tal-Kummissjoni Konġunta.

3. L-Evalwazzjoni:

Il-livell ta’ l-inċentivi finanzjarji kif ukoll il-perċentwal massimu ta' tnqqis finali fuq il-qabdiet għandhom jiġu aġġustati fi ħdan il-Kummissjoni Konġunta, skond l-impatt soċjoekonomiku tal-ħatt l-art li jkun sar matul is-sena rilevanti.

KAPITOLU V – L-IMBARKAZZJONI TAL-BAħRIN

1. Is-sidien tal-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartarun u tal-bastimenti tas-sajd għat-tonn bil-konzijiet tal-wiċċ jimpenjaw irwieħhom biex jimpjegaw ċittadini mill-pajjjiżi ACP bil-kundizzjonijiet u fil-limiti li ġejjin:

- għall-flotta tal-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartarun, mill-inqas 20% tal-baħrin li jitilgħu abbord matul il-kampanja tas-sajd għat-tonn fiż-żona tas-sajd tal-pajjiż terz għandhom ikunu ġejjin minn pajjiżi ACP,

- għall-flotta tal-bastimenti bil-konzijiet tal-wiċċ, mill-inqas 20% tal-baħrin li jitilgħu abbord matul il-kampanja tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-pajjiż terz għandhom ikunu ġejjin minn pajjiżi ACP.

2. Is-sidien tal-bastimenti għandhom jimpenjaw irwieħhom biex itellgħu abbord baħrin supplimentari minn São Tomé e Príncipe.

3. Id-Dikjarazzjoni ta’ l-Organizazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) dwar il-prinċipji u d-drittijiet fundamentali tax-xogħol, għandha tapplika fl-intier tagħha għall-baħrin li jittellgħu abbord bastimenti Komunitarji. B'mod partikolari l-applikazzjoni tad-dritt ta' assoċjazzjoni u ta’ l-għarfien effettiv tad-dritt għan-negozjar kollettiv tal-ħaddiema u l-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni fil-qasam ta’ l-impjiegi u tal-professjonijiet.

4. Il-kuntratti tax-xogħol tal-baħrin ta' l-ACP, li kopja tagħhom qed tingħata lill-firmatarji ta' dawn il-kuntratti, isiru bejn ir-rappreżentant(i) tas-sidien tal-bastimenti u l-baħrin u/jew it-trejdjunjins jew ir-rappreżentanti tagħhom. Dawn il-kuntratti jiggarantixxu lill-baħrin il-benefiċċju tas-sistema tas-sigurtà soċjali applikabbli għalihom, li tinkludi assigurazzjoni f’każ ta’ mewt, mard u inċident.

5. Is-salarju tal-baħrin ta' l-ACP jitħallas mis-sidien tal-bastimenti. Għandu jiġi ffissat bi qbil komuni bejn is-sidien tal-bastimenti jew ir-rappreżentanti tagħhom u l-baħrin u/jew it-trejdjunjins jew ir-rappreżentanti tagħhom. Madankollu, il-kundizzjonijiet ta’ ħlas tal-baħrin ta' l-ACP ma jistgħux ikunu agħar minn dawk applikabbli għall-ekwipaġġi tal-pajjiż rispettiv tagħhom u fi kwalunkwe każ ma jistgħux ikunu inferjuri għall-istandards ta’ l-ILO.

6. Kull baħri impjegat mill-bastimenti tal-Komunità għandu jippreżenta ruħu lill-kaptan tal-bastiment maħtur lejlet id-data proposta għall-imbarkazzjoni tiegħu. Jekk il-baħri ma jkunx preżenti fid-data u l-ħin previsti għall-imbarkazzjoni, sid il-bastiment jinħeles awtomatikament mill-obbligu li jimbarka lil dak il-baħri.

7. Madanakollu, f'kaz ta' nuqqas ta' tlugħ abbord ta' baħrin li ġejjin mill-ACP għal raġunijiet għajr dawk stipulati fil-punt preċedenti, is-sidien tal-bastimenti Komunitarji konċernati ikunu obbligati li jħallsu l-ammont stipulat ta' USD 20, għal kull jum li matulu l-bastiment jibqa' fl-ilmijiet ta' São Tomé e Príncipe. Dan il-ħlas għandu jsir sa mhux aktar tard mill-limiti stipulati f'Kapitolu I, sezzjoni 2, punt 7 ta' dan l-Anness.

KAPITOLU VI – IL-MIżURI TEKNIċI

1. Il-bastimenti għandhom josservaw il-miżuri u r-rakkomandazzjonijiet adottati mil-ICCAT għar-reġjun, għal dak li għandu x’jaqsam ma’ l-inġenji tas-sajd, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tagħhom u kull miżura teknika oħra li tapplika għall-attivitajiet tas-sajd tagħhom.

2. Il-bastimenti għas-sajd tat-tonn bit-tartarun għandhom ipoġġu l-qabdiet addizjonali tagħhom għad-dispożizzjoni tad-direttorat tas-sajd ta' São Tomé e Príncipe, li jkun responsabbli biex jirkuprahom u jiżbarkahom.

3. Iż-żewġ Partijiet jaqblu li jaslu għal fethim komuni dwar dispożizzjoni li tassigura l-implimentazzjoni effettiva tal-punt preċedenti jew li jaslu għal ftehim dwar soluzzjoni alternattiva fi żmien l-ewwel Kummissjoni Konġunta, regolata mill-Artikolu 9 tal-Ftehim. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoi Konġunta għandha tanaliżża l-possibiltajiet kollha, inkluż l-obbligu tal-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartarun li jħallsu kontribuzzjoni annwali ekwivalenti għal parti tal-valur tal-qabdiet addizjonali, li tmur f'fond tad-Direttorat tas-sajd ta' São Tomé e Príncipe maħsub għall-appoġġ tas-sajd artiġjanali.

KAPITOLU VII – L-OSSERVATURI

1. Il-bastimenti awtorizzati li jistadu fl-ilmijiet ta' São Tomé e Príncipe fil-qafas tal-ftehim jistgħu jtellgħu abbord osservaturi magħżula mill-organizzazzjoni reġjonali tas-sajd (ORP) kompetenti, bil-kundizzjonijiet stabbiliti hawn taħt:

1.1 Fuq talba ta' l-awtorità kompetenti, il-bastimenti Komunitarji jtellgħu abbord osservatur maħtur minnha, li jkollu l-kompitu li jivverifika l-qabdiet li jkunu saru fl-ilmijiet ta' São Tomé e Príncipe.

1.2 L-awtorità kompetenti tistabbilixxi lista tal-bastimenti magħżula biex itellgħu osservatur abbord, kif ukoll lista ta’ l-osservaturi maħtura biex jittellgħu abbord. Dawn il-listi għandhom jinżammu aġġornati. Dawn għandhom jiġu notifikati lill-Kummissjoni Ewropea hekk kif jiġu stabbiliti u mbagħad kull tliet xhur fir-rigward ta’ l-aġġornament eventwali tagħhom.

1.3 L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lis-sidien tal-bastimenti jew lir-rappreżentanti tagħhom bl-isem ta' l-osservatur nominat biex jittella' abbord il-bastiment tagħhom u dan mal-ħruġ tal-liċenzja jew sa mhux aktar tard minn 15-il jum qabel id-data stipulata biex l-osservatur jittella' abbord.

2. L-osservatur jibqa’ abbord il-bastiment għal vjaġġ wieħed. Madankollu, fuq talba speċifika ta' l-awtoritajiet kompetenti ta' São Tomé e Príncipe, il-perjodu li matulu l-osservatur jibqa' abbord jista' jiġi estiż għal diversi vjaġġi skond it-tul taż-żmien medju tal-vjaġġi previsti għall-bastiment partikolari. Din it-talba għandha ssir mill-awtorità kompetenti meta jiġi notifikat l-isem ta’ l-osservatur maħtur biex jitla’ abbord il-bastiment konċernat.

3. Il-kundizzjonijiet għat-tlugħ abbord ta' l-osservatur għandhom jiġu maqbula bi ftehim komuni bejn is-sid tal-bastimenti jew ir-rappreżentant tiegħu u l-awtorità kompetenti.

4. It-tlugħ abbord ta' l-osservatur għandu jsir fil-port magħżul minn sid il-bastiment fil-bidu ta’ l-ewwel vjaġġ fl-ilmijiet tas-sajd ta' São Tomé e Príncipe, wara n-notifika tal-lista tal-bastimenti magħżula.

5. Is-sidien ikkonċernati għandhom, fi żmien ġimgħatejn u b'avviż minn qabel ta' għaxart ijiem, jinnotifikaw id-dati u l-portijiet tas-sottoreġjun, previsti għat-tlugħ abbord ta' l-osservaturi.

6. Jekk l-osservatur jittella' abbord f'pajjiż li jinsab 'il barra mis-sotto-reġjun, l-ispejjeż tal-vjaġġ ta' l-osservatur għandhom jitħallsu minn sid il-bastiment. Jekk bastiment li jkollu osservatur reġjonali abbord joħroġ miż-żona tas-sajd reġjonali, għandhom jittieħdu l-miżuri kollha biex jiġi assigurat li l-osservatur jittieħed lura f’pajjiżu malajr kemm jista’ jkun, bl-ispejjeż jiġu mħallsa minn sid il-bastiment.

7. Jekk l-osservatur ma jkunx preżenti fil-ħin u fil-post miftiehem u matul it-12-il siegħa mill-ħin miftiehem, sid il-bastiment ikun awtomatikament meħlus mill-obbligu tiegħu li jtella' lil dak l-osservatur abbord.

8. Meta jkun abbord, l-osservatur għandu jiġi ttrattat bħala uffiċjal. Meta l-bastiment ikun qed jopera fl-ilmjiet ta' São Tomé e Príncipe, għandu jwettaq id-dmirijiet segwenti:

8.1 josserva l-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti;

8.2 jivverifika l-pożizzjoni tal-bastimenti impenjati fl-attivitajiet tas-sajd,

8.3 jipproċedi f’ħidmiet ta’ ġbir ta’ kampjuni bijoloġiċi fil-qafas tal-programmi xjentifiċi,

8.4 jinnota l-irkaptu tas-sajd użat,

8.5 jivverifika l-informazzjoni li tidher fil-ġurnal ta' abbord dwar il-qabdiet li jkunu saru fl-ilmijiet ta' São Tomé e Príncipe;

8.6 jivverifika l-perċentwali tal-qabdiet addizzjonali u jagħmel stima tal-volum ta' l-ispeċijiet ta' ħut mormija li huma tajbin għall-kummerċ;

8.7 jikkomunika, permezz ta' kull mezz xieraq, l-informazzjoni dwar is-sajd, inkluż il-volum tal-qabdiet prinċipali u addizzjonali li jkunu abbord.

9. Il-kaptan għandu jagħmel dak kollu li hu fil-poter tiegħu sabiex jiżgura s-sikurezza fiżika u morali ta' l-osservatur fit-twettiq ta' dmirijietu.

10 L-osservatur għandu jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu l-faċilitajiet kollha neċessarji għat-twettiq tal-funzjonijiet tiegħu. Il-kaptan għandu jagħtih aċċess għall-mezzi ta’ komunikazzjoni meħtieġa għall-eżerċizzju tal-kompiti tiegħu, għad-dokumenti marbuta direttament ma’ l-attivitajiet tas-sajd tal-bastiment, li jinkludu b’mod partikolari l-ġurnal ta' abbord u l-ġurnal tan-navigazzjoni, kif ukoll għall-partijiet tal-bastiment meħtieġa sabiex ikun jista’ jwettaq il-kompiti tiegħu b'mod aktar faċli.

11. Waqt li jkun abbord, l-osservatur għandu:

11.1 jieħu l-miżuri kollha xierqa sabiex il-kundizzjonijiet tat-tlugħ tiegħu abbord, kif ukoll il-preżenza tiegħu fuq il-bastiment, ma jinterrompux u lanqas itellfu l-ħidmiet tas-sajd,

11.2 jirrispetta l-proprjetà u l-irkaptu li jinsabu fuq il-bastiment, kif ukoll il-kunfidenzjalità ta’ kull dokument li jappartjeni lill-bastiment rilevanti.

12. Fi tmiem il-perjodu ta’ l-osservazzjoni u qabel ma jitlaq minn fuq il-bastiment, l-osservatur għandu jagħmel rapport ta’ l-attivitajiet, li għandu jintbagħat lill-awtoritajiet kompetenti b' kopja tiegħu tintbagħat lill-Kummissjoni Ewropea. Għandu jiffirmah fil-preżenza tal-kaptan li jista’ jżid jew jitlob li jiżdiedu l-osservazzjonijiet kollha li huwa jqis li huma utli u jiffirma taħthom. Kopja tar-rapport għandha tingħata lill-kaptan qabel ma l-osservatur jitniżżel l-art.

13. Sid il-bastiment huwa responsabbli għal-ispejjeż ta' l-akkomodazzjoni u ta’ l-ikel ta’ l-osservatur bl-istess kundizzjonijiet li japplikaw għall-uffiċjali, skond il-possibbiltajiet prattiċi tal-bastiment.

14. Is-salarju u l-kontribuzzjonijiet soċjali ta' l-osservatur għandhom jitħallsu mill-awtoritajiet kompetenti.

15. Il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lill-pajjiżi terzi interessati, mill-aktar fis possibbli dwar id-definizzjoni ta' sistema ta' osservaturi reġjonali u l-għażla ta' l-organizzazzjoni reġjonali tas-sajd kompetenti. Fl-istennija ta' l-implimentazzjoni ta' sistema ta' osservaturi reġjonali, il-bastimenti awtorizzati li jistadu fiż-żona tas-sajd ta' São Tomé e Príncipe fil-qafas tal-ftehim għandhom itellgħu abbord, minflok u fil-post ta' l-osservaturi reġjonali, osservaturi maħtura mill-awtoritajiet kompetenti ta' São Tomé e Príncipe skond ir-regoli stabbiliti aktar 'il fuq.

KAPITOLU VIII – IL-KONTROLL

1. Skond il-punt 13 tas-Sezzjoni 1 tal-Kapitolu I ta' dan l-Anness, il-Komunità Ewropea għandha żżomm aġġornat l-abbozz tal-lista ta' bastimenti li nħarġitilhom liċenzja tas-sajd skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll. Din il-lista għandha tiġi notifikata lill-awtoritajiet ta' São Tomé e Príncipe inkarigati mill-kontroll tas-sajd hekk kif tiġi stabbilita u sussegwentament kull meta tiġi aġġornata.

2. Hekk kif jiġi rċevut l-abbozz tal-lista kif ukoll in-notifika tal-ħlas bil-quddiem (stipulat f'punt 3 ta' sezzjoni 2 tal-Kapitolu I ta' l-anness preżenti) indirizzat mill-Kummissjoni Ewropea lill-awtoritajiet tal-pajjiż kostali, il-bastiment jiġi reġistrat mill-awtorità kompetenti ta' São Tomé e Príncipe fuq lista tal-bastimenti awtorizzati biex jistadu, li tiġi nnotifikata lill-awtoritajiet responsabbli mill-kontroll tas-sajd. F’dan il-każ, kopja ta’ din il-lista tintbagħat lil sid il-bastiment u għandha tinżamm abbord, minflok il-liċenzja tas-sajd, sakemm tasal din ta’ l-aħħar.

3. Id-dħul fiż-żona u l-ħruġ minnha:

3.1 Il-bastimenti Komunitarji għandhom jinnotifikaw, mill-inqas minn 3 sigħat qabel, lill-awtoritajiet kompetenti ta' São Tomé e Príncipe inkarigati mill-kontroll tas-sajd, bl-intenzjoni tagħhom li jidħlu jew joħorġu miż-żona tas-sajd ta' São Tomé e Príncipe. Għandhom jiddikjaraw ukoll il-kwantitajiet totali u l-ispeċijiet abbord, skond il-format misjub fl-anness.

3.2 Meta jinnotifika l-ħruġ tiegħu, kull bastiment għandu wkoll jagħti l-pożizzjoni tiegħu. Dawn in-notifiki għandhom isiru, f'din l-ordni, permezz tal-feks (++ 239 222 828) jew tal-posta elettronika (dpescas1@cstome.net ) u/jew, fin-nuqqas, permezz tar-radju (Kodiċi ta’ l-identifikazzjoni bir-radju: filgħodu bejn it-08:00 u l-10:00, 12.00Hz, wara nofsinhar mill-14:00 sal-17:00 8.634 Hz ).

3.3 Bastiment li jinqabad jistad mingħajr ma jkun avża lill-awtorità kompetenti ta' São Tomé e Príncipe jitqies bħala bastiment li kiser il-liġi.

3.4 In-numri tal-feks u tat-telefown kif ukoll l-indirizz elettroniku jingħataw ukoll meta tinħareġ il-liċenza tas-sajd.

4. Il-Proċeduri ta' kontroll

4.1 Il-kaptani tal-bastimenti tal-Komunità li jkunu involuti f’attivitajiet ta’ sajd fl-ilmijiet tas-sajd ta' São Tomé e Príncipe għandhom jippermettu u jiffaċilitaw it-tlugħ abbord u t-twettiq tad-dmirijiet ta’ kull uffiċjal ta' São Tomé e Príncipe inkarigat mill-ispezzjoni u l-kontroll ta’ l-attivitajiet tas-sajd.

4.2. Il-preżenza abbord ta’ dawn l-uffiċjali m'għandhiex teċċedi ż-żmien meħtieġ għat-twettiq tal-kompitu tagħhom.

4.3. Wara kull spezzjoni u kontroll, tingħata dikjarazzjoni lill-kaptan tal-bastiment.

5. Il-kontroll bis-satellita

5.1 Il-bastimenti kollha Komunitarji li jistadu fil-qafas ta’ dan il-ftehim ser ikunu sorveljati permezz tas-satellita skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Appendiċi 4. Dawn id-dispożizzjonijiet jidħlu fis-seħħ fit-tieni jum min-notifika tal-Gvern ta' São Tomé e Príncipe lid-Delegazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea fil-Gabon, li ċ-Ċentru tas-Sorveljanza tas-Sajd f'São Tomé e Príncipe (CSP) beda jiffunzjona.

6. L-ispezzjoni

6.1 L-awtoritajiet kompetenti ta' São Tomé e Príncipe għandhom jinfurmaw lill-Istat tal-bandiera u lill-Kummissjoni Ewropea, fi żmien massimu ta’ 24 siegħa, b’kull spezzjoni u b’kull applikazzjoni ta’ sanzjoni ta' bastiment Komunitarju, li jkun daħal fl-ilmijiet tas-sajd ta São Tomé e Príncipe.

6.2 L-Istat tal-bandiera u l-Kummissjoni Ewropea għandhom jirċievu fl-istess waqt rapport qasir dwar iċ-ċirkostanzi u r-raġunijiet li wasslu għall-ispezzjoni.

7. Ir-rapport tat-tlugħ abbord u l-ispezzjoni

7.1 Il-kaptan tal-bastiment, wara li jinkiteb ir-rapport mill-awtorità kompetenti ta' São Tomé e Príncipe, għandu jiffirmah.

7.2 Din il-firma ma tippreġudikax id-drittijiet u l-mezzi ta’ difiża li l-kaptan jista’ jkollu biex iwieġeb għall-ksur li jkun inġab kontrih. Jekk jirrifjuta li jiffirma id-dokument, irid jagħti ir-raġunijiet preċiżi għal dan u l-l-ispettur irid iniżżel ir-referenza "irrifjuta li jiffirma".

7.3 Il-kaptan għandu jiddiriġi l-bastiment tiegħu fil-port indikat mill-awtoritajiet ta' São Tomé e Príncipe. F' każ ta' ksur minuri, l-awtorità kompetenti ta' São Tomé e Príncipe tista’ tawtorizza lill-bastiment spezzjonat biex ikompli l-attivitajiet tas-sajd tiegħu.

8. Il-laqgħa ta’ konsultazzjoni f’każ ta' spezzjoni

8.1 Qabel ma jiġu kkunsidrati l-miżuri eventwali fil-konfront tal-kaptan jew ta' l-ekwipaġġ tal-bastiment jew kull azzjoni oħra li tirrigwarda t-tagħbija u t-tagħmir tal-bastiment, għajr dawk maħsuba għall-konservazzjoni tal-provi dwar il-ksur allegat, għandha ssir laqgħa ta' konsultazzjoni, fi żmien ġurnata tax-xogħol minn meta jasal dan it-tagħrif, bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-awtoritajiet kompetenti ta' São Tomé e Príncipe, bil-parteċipazzjoni eventwali ta' rappreżentant ta' l-Istat Membru konċernat.

8.2 Matul din il-laqgħa, il-partijiet għandhom jiskambjaw bejniethom id-dokumentazzjoni kollha jew it-tagħrif rilevanti li jistgħu jgħinu biex jiċċaraw iċ-ċirkostanzi tal-fatti allegati. Sid il-bastimenti jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jiġi mgħarraf bir-riżultat ta' din il-laqgħa u bil-miżuri kollha li jistgħu jirriżultaw mill-ispezzjoni.

9. Is-sejba ta' soluzzjoni għat-tlugħ abbord u l-spezzjoni

9.1. Qabel ma jittieħdu proċeduri ġudizzjarji, għandu jsir tentattiv sabiex l-ksur allegat jiġi riżolt bonarjament. Din il-proċedura għandha tintemm sa mhux iktar tard minn tlett ijiem tax-xogħol mill-ispezzjoni.

9.2. F’każ ta’ tranżazzjoni bonarja, l-ammont tal-multa applikata għandu jiġi determinat skond ir-regoli applikabbli f'São Tomé e Príncipe.

9.3. F’każ li t-tilwima ma setgħetx tissolva bonarjament u f'każ li titressaq quddiem awtorità ġudizzjarja kompetenti, sid il-bastiment għandu jagħmel garanzija bankarja ma' bank magħżul mill-awtoritajiet kompetenti ta' São Tomé e Príncipe, f’ammont li għandu jiġi ffissat b'kunsiderazzjoni għall-ispejjeż konnessi ma' l-ispezzjoni kif ukoll l-ammont tal-multa u tal-kumpens li jistgħu jeħlu dawk responsabbli għall-ksur.

9.4. Il-garanzija bankarja hija irrevokabbli qabel l-għeluq tal-proċedura ġudizzjarja. Tiġi rilaxxata f'każ ta' liberazzjoni. Bl-istess mod, f’każ ta’ kundanna li twassal għal multa inferjuri għall-garanzija depożitata, id-differenza tiġi rilaxxata mill-awtoritajiet kompetenti ta' São Tomé e Príncipe.

9.5. Il-bastiment jiġi rilaxxat u l-ekwipaġġ jitħalla jitlaq mill-port:

- kemm meta jitwettqu l-obbligi miftehma fil-proċedura bonarja;

- kemm wara d-depożitu tal-garanzija bankarja skond il-punt 9.3 aktar ’il fuq u l-aċċettazzjoni tagħha mill-awtoritajiet kompetenti ta' São Tomé e Príncipe, sakemm l-eżitu tal-proċedura ġudizzjarja ikun għadu pendenti.

10. It-Trasbord

10.1 Kull bastiment Komunitarju li jixtieq jagħmel trasbord tal-qabdiet fl-ilmijiet ta' São Tomé e Príncipe għandu jagħmel dan fil-portijiet u/jew fiż-żoni tal-portijiet ta' São Tomé e Príncipe.

10.2. Is-sidien ta' dawn il-bastimenti għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti ta' São Tomé e Príncipe bl-informazzjoni li ġejja, mill-anqas minn 24 siegħa minn qabel:

- l-isem tal-bastimenti tas-sajd qabel ma jwettqu t-trasbord;

- l-isem, in-numru ta' l-IMO u tar-reġistrazzjoni tal-bastiment tal-ġarr;

- it-tunnellaġġ, għal kull speċi, li jkun ser jiġi trasbordat;

- il-jum u l-post tat-trasbord;

10.3. It-trasbord huwa meqjus bħala ħruġ miż-żona tas-sajd ta' São Tomé e Príncipe. Il-kaptani tal-bastimenti għandhom jissottomettu d-dikjarazzjonijiet tal-qabdiet lill-awtoritajiet kompetenti ta' São Tomé e Príncipe u jinnotifikawhom bl-intenzjoni tagħhom, jew li jkomplu jistadu jew inkella li joħorġu miż-żona tas-sajd ta' São Tomé e Príncipe.

10.4. Kull operazzjoni ta’ trasbord tal-qabdiet li mhix imsemmija fil-punti indikati hawn fuq hija pprojbita fiż-żona tas-sajd ta' São Tomé e Príncipe. Kull ksur ta' din id-dispożizzjoni huwa soġġett għas-sanzjonijiet previsti mir-regoli fis-seħħ f'São Tomé e Príncipe.

11. Il-kaptani tal-bastimenti Komunitarji li huma involuti f’operazzjonijiet ta’ ħatt jew ta’ trasbord f’port ta' São Tomé e Príncipe għandhom jippermettu u jiffaċilitaw il-kontroll ta’ dawn l-operazzjonijiet mill-ispetturi ta' São Tomé e Príncipe. Wara’ kull spezzjoni u kontroll fil-port, jingħata ċertifikat ta' l-ispezzjoni u tal-kontroll jew attestazzjoni lill-kaptan tal-bastiment.

APPENDIċIJIET

1 - Formola ta' applikazzjoni għal-liċenzja

2 – Il-ġurnal ta' abbord ta' l-ICCAT

3 – Il-pożizzjoni taż-żona projbita tas-sajd

4 – Id-dispożizzjonijiet applikabbli għas-sistema ta' sorveljanza tal-bastimenti bis-satellita (VMS) u l-pożizzjoni taż-żona tas-sajd ta' São Tomé e Príncipe.

Appendiċi 1 IL-MINISTERU INKARIGAT MIS-SAJD F'SAO TOME E PRINCIPE

TALBA GĦAL-LIĊENZJA GĦALL-BASTIMENTI BARRANIN TAS-SAJD INDUSTRIJALI

1. L-isem ta' sid il-bastiment:

2. L-indirizz ta' sid il-bastiment:

3. L-isem tar-rappreżentant jew ta’ l-aġent:

4. L-indirizz tar-rappreżentant jew ta’ l-aġent lokali ta’ sid il-bastiment:

………………………………………………………………………………………..

5. L-isem tal-kaptan::

6. L-isem tal-bastiment

7. In-numru ta’ reġistrazzjoni:

8. In-numru tal-feks:

9. L-indirizz elettroniku:

10. Il-kodiċi tar-radju

11. Id-data u l-post fejn inbena

12. L-Istat tal-bandiera:

13. Il-port ta’ reġistrazzjoni:

14. Il-port ta’ manutenzjoni:

15. It-tul totali:

16. Il-wisgħa:

17. It-tunellaġġ:

18. Il-kapaċità ta’ l-istiva:

19. Il-kapaċità tal-friża:

20. It-tip u s-saħħa tal-magna:

21. L-irkaptu tas-sajd:

22. In-numru ta' baħrin:

23. Is-sistema ta' kommunikazzjoni:

24. Il-kodiċi tar-radju

25. Il-marki ta' l-identifikazzjoni:

26. L-operazzjonijiet tas-sajd li se jwettaq:

27. Il-post ta’ l-iżbark:

28. Iż-zoni tas-sajd:

29. L-ispeċijiet li għandhom jinqabdu:

30. Il-perjodu tal-validità:

31. Il-kundizzjonijiet speċjali:

L-opinjoni tad-direzzjoni ġenerali tas-sajd u ta’ l-akkwakultura:

L-osservazzjonijiet tal-Ministeru inkarigat mis-Sajd:

Appendiċi 2

ĠURNAL TA’ ABBORD TAS-CICTA GĦAS-SAJD TAT=TONN |

Bil-konz Lixka ħajja Tartarun idur Tkarkir Outros (Oħrajn) |

Bandiera: ……………………………………………………………………........................... | Kapaċità – (TM): ……………………………………………........ |

Numru tar-reġistrazzjoni: ………………………………………………………………................................... | Il-Kaptan: ……………………………………………………….... |

Armateur: ………………………………………………………….......................... | L-għadd ta' membri ta' l-ekwipaġġ: ….…………………………………………………........................ |

Adresse: ………………………………………………………………………….... | Data tar-rapport …………………………………………..…...... ………………………………………………...... |

(Awtur tar-rapport): ………………………………………………................................. | L-għadd ta’ jiem fuq il-baħar: | L-gaħħd ta’ jiem ta’ sajd: L-għadd ta’ rimjiet: | Numru tas-sajda: |

Data | Is-settur | T° ta’ wiċċ il-baħar (ºC) | Sajda L-għadd ta’ snanar użati | Capturas (Qabdiet) | Isco usado na pesca (Lixka użata) |

1 – Uża paġna għal kull xahar u ringiela għal kull jum. | 3 – "Jum" ifisser il-jum li fiħ jintrama l-konz. | 5 - L-aħħar ringiela (Kwantitajiet imħatta) m’għandiex timtela’ qabel it-tmiem tas-sajda. Għandu jkun indikat il-piż reali fil-mument tal-ħatt. |

2 - Fit-tmiem ta’ kull sajda, ibgħat kopja tal-ġurnal lill-korrispondent tiegħek jew lill-ICCAT, Calle Corazón de María, 8, 28002 Madrid. Spanja. | 4 - Is-settur tas-sajd jiddetermina l-pożizzjoni tal-bastiment. Aġġusta i-minuti sa l-eqreb figura sħiħa u indika l-grad ta’ latitudni u lonġitudni. Qis li jkun hemm indikazzjoni N/S u E/W. | 6 – L-informazzjoni kollha hawn inkluża hija strettament kunfidenzjali. |

Appendiċi 3

[pic]

Appendiċi 4

Il-Protokoll (VMS)

li jistipula d-dispożizzjonijiet ta' sorveljanza bis-satellita tal-bastimenti tas-sajd Komunitarji li jistadu fiż-ŻEE ta' São Tomé e Príncipe

1. Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Protokoll jikkompletaw il-protokoll dwar l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-ftehim bejn il-Kommunità Ewropea u r-Repubblika Demokratika ta' São Tomé e Príncipe dwar is-sajd 'il barra minn São Tomé e Príncipe għall-perjodu bejn l-1 ta' Ġunju 2006 u l-31 ta' Mejju 2010, u japplikaw skond punt 5 ta' "Kapitolu VIII – Kontroll" ta' l-Anness tiegħu.

2. Il-bastimenti kollha tas-sajd li jkollhom tul totali ta' aktar minn 15-il metru, u li jistadu fil-qafas tal-ftehim tas-sajd KE/São Tomé e Príncipe, ser ikunu ssorveljati permezz tas-satellita meta jkunu fiż-ŻEE ta' São Tomé e Príncipe.

Għall-finijiet ta' sorveljanza permezz tas-satellita, l-awtoritajiet ta' São Tomé e Príncipe javżaw lill-Parti Komunitarja dwar il-pożizzjonijiet (latitudni u lonġitudni) taż-ŻEE ta' São Tomé e Príncipe.

L-awtoritajiet ta' São Tomé e Príncipe għandhom jgħaddu din l-informazzjoni elettronikament fi gradi deċimali (WGS 84).

3. Il-Partijiet għandhom jipproċedu għal skambju ta’ informazzjoni li tikkonċerna l-indirizzi X.25 u l-ispeċifikazzjonijiet utilizzati fil-komunikazzjonijiet elettroniċi ta’ bejn iċ-Ċentri tal-Kontroll tagħhom b’konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punti 5 u 7. Din l-informazzjoni għandha tinkludi, sa fejn ikun possibbli, l-ismijiet, in-numri tat-telefon, tat-telekx u tal-feks u l-indirizzi elettroniċi (Internet jew X.400) li jistgħu jkunu użati għall-komunikazzjonijiet ġenerali bejn iċ-Ċentri ta' Kontroll.

4. Il-pożizzjoni tal-bastimenti hija determinata b’marġini ta’ żball inferjuri għal 500m u b’intervall ta’ kunfidenza ta’ 99%.

5. Meta bastiment li qed jistad fil-kuntest tal-Ftehim u li jkun suġġett għas-sorvaljanza permezz tas-satellita fit-termini tal-leġislazzjoni Komunitarja jerġa’ jidħol fiż-ŻEE ta' São Tomé e Príncipe, ir-rapporti tal-pożizzjoni sussegwenti jiġu kkomunikati immedjatament miċ-Ċentru tal-Kontroll ta’ l-Istat tal-bandiera lis-Sorveljanza tas-Sajd ta' São Tomé e Príncipe (FMC), b’intervalli massimi ta’ 3 sigħat (l-identifikazzjoni tal-bastiment, il-lonġitudni, il-latitudni, ir-rotta u l-veloċità). Dawn il-messaġġi huma identifikati bħala Rapporti tal-Pożizzjoni.

6. Il-messaġġi stipulati fil-punt 5 jiġu trażmessi elettronikament fil-format X.25, jew kull protokoll ieħor sikur. Dawn il-messaġġi għandhom jiġu kkomunikati mill-ewwel, skond il-format ta' Tabella II.

7. F’każ li l-apparat ta' sorveljanza permanenti, permezz tas-satellita, installat abbord il-bastiment tas-sajd iġarrab xi nuqqas tekniku jew jieqaf jaħdem, il-kaptan ta’ dak il-bastiment għandu mill-aktar fis possibbli jitrasmetti l-informazzjoni stipulata fil-punt 5 permezz ta' feks, liċ-Ċentru tal-Kontroll ta’ l-Istat tal-bandiera u lill-FMC ta' São Tomé e Príncipe. F’dawn iċ-ċirkostanzi, ikun neċessarju li jintbagħat Rapport tal-Pożizzjoni globali kull 9 sigħat. Dan ir-rapport tal-pożizzjoni globali għandu jinkludi r-rapporti tal-pożizzjoni kif reġistrati mill-kaptan tal-bastiment kull 3 sigħat skond il-kondizzjonijiet stipulati fil-punt 5.

Iċ-Ċentru ta' Kontroll ta’ l-Istat tal-bandiera għandu jibgħat dawn il-messaġġi lill-FMC ta' São Tomé e Príncipe. It-tagħmir difettuż għandu jissewwa jew jinbidel fi żmien massimu ta’ xahar. Ladarba jgħaddi dan it-terminu, il-bastiment ikkonċernat ikollu joħroġ miż-ŻEE ta' São Tomé e Príncipe.

8. Iċ-Ċentri ta' Kontroll ta’ l-Istati tal-bandiera għandhom jissorveljaw il-movimenti tal-bastimenti tagħhom fl-ilmijiet ta' São Tomé e Príncipes. F'każ fejn is-sorveljanza tal-bastimenti ma sseħħx skond il-kondizzjonijiet stipulati, l-FMC ta' São Tomé e Príncipe għandha tiġi infurmata immedjatament, hekk kif dan jiġi osservat, u l-proċedura stipulata fil-punt 7 għandha tiġi applikata.

9. Jekk l-FMC ta' São Tomé e Príncipe jistabbilixxi li l-Istat tal-bandiera ma jkunx għadda l-informazzjoni stipulata fil-punt 5, is-servizzi kompetenti tal-Kummissjoni għandhom jiġu infurmati immedjatament.

10. L-informazzjoni dwar is-sorveljanza mgħoddija lill-parti l-oħra, skond dawn id-dispożizzjonijiet, għandha tintuża esklussivament għall-kontroll u s-sorveljanza mill-awtoritajiet ta' São Tomé e Príncipe tal-flotta Komunitarja li qed tistad fil-qafas tal-ftehim KE/São Tomé e Príncipe. Fl-ebda każ din l-informazzjoni ma tista' tiġi komunikata lill-partijiet oħra.

11. L-elementi tas-softwer u l-materjal tat-tagħmir tas-sistema ta’ monitoraġġ permezz tas-satellita għandhom ikunu affidabbli u ma jkunu jippermettu l-ebda falsifikazzjoni tal-pożizzjonijiet u ma jkunux jistgħu jiġu manipulati b’mod manwali.

Is-sistema għandha tkun totalment awtomatika u taħdem f’kull mument u indipendentement mill-kondizzjonijiet ta’ l-ambjent u tal-klima. M’huwiex permess li tinqered, issir ħsara, titwaqqaf milli taħdem jew ikun hemm interferenza fis-sistema ta’ sorveljanza permezz tas-satellita.

Il-kaptani tal-bastimenti għandhom jassiguraw li:

- l-informazzjoni ma tiġix mibdula;

- l-antenna jew l-antenni marbuta mat-tagħmir ta’ sorveljanza permezz tas-satellita ma tkunx/jkunux imxekkla;

- il-provvista ta’ l-elettriku tat-tagħmir ta' sorveljanza permezz tas-satellita ma tkunx interrotta;

- it-tagħmir tas-sorveljanza permezz tas-satellita ma jitneħħiex.

12. Il-Partijiet jaqblu li, fuq talba, isir skambju ta’ l-informazzjoni li tikkonċerna t-tagħmir utilizzat għas-sorveljanza permezz tas-satellita, sabiex ikun verifikat li kull tagħmir huwa kompatibbli bis-sħiħ ma’ l-eżiġenzi tal-parti l-oħra għall-iskopijiet ta’ dawn id-dispożizzjonijiet.

13. Kull tilwima dwar l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet hija suġġetta għall-konsultazzjoni bejn il-partijiet fi ħdan il-Kummissjoni Konġunta stipulata fl-Artikolu 9 tal-Ftehim.

14. Il-partijiet jaqblu li jirrevedu, jekk ikun meħtieġ, dawn il-miżuri.

IL-KOMUNIKAZZJONI TAL-MESSAĠĠI VMS F' SÃO TOMÉ E PRÍNCIPE

RAPPORT TAL-POŻIZZJONI

Informazzjoni | Kodiċi | Obbligatorju/ Mhux obbligatorju | Noti |

Bidu tar-reġistrazzjoni | SR | O | Informazzjoni relattiva għas-sistema – indika l-bidu tar-reġistrazzjoni |

Destinatarju | AD | O | Informazzjoni relattiva għall-messaġġ – destinatarju. Kodiċi ISO Alpha 3 tal-pajjiż |

Min qed jitrażmetti | FR | O | Informazzjoni dwar il-messaġġ – min qed jitrażmetti. Kodiċi ISO Alpha 3 tal-pajjiż |

L-Istat tal-bandiera | FS | F |

Tip ta’ messaġġ | TM | O | Informazzjoni relattiva għall-messaġġ – tip ta’ messaġġ «POS» |

Kodiċi tas-sinjal tar-radju | RC | O | Informazzjoni relattiva għall-vapur – kodiċi internazzjonali ta’ sinjal tar-radju tal-vapur |

Numru ta’ referenza intern għall-Parti kontraenti | IR | F | Informazzjoni relattiva għall-vapur – numru uniku tal-Parti kontraenti (kodiċi ISO-3 ta’ l-Istat tar-reġistrazzjoni segwit min-numru) |

Numru tar-reġistrazzjoni estern | XR | O | Informazzjoni relattiva għall-vapur – in-numru li jidher fuq il-ġenb tal-vapur |

Latitudni | LA | O | Informazzjoni dwar il-pożizzjoni tal-bastiment – il-pożizzjoni fi gradi u minuti N/S DD ddd (WGS-84) |

Lonġitudni | LO | O | Informazzjoni dwar il-pożizzjoni tal-bastiment – il-pożizzjoni fi gradi u minuti E/W DDD ddd (WGS-84) |

Rotta | CO | O | Ir-rotta tal-vapur fuq skala ta’ 360° |

Veloċità | SP | O | Il-veloċità tal-vapur f’deċmi ta’ knots |

Data | DA | O | Informazzjoni relattiva għall-pożizzjoni tal-vapur – id-data tar-reġistrazzjoni tal-pożizzjoni TUC (SSSSXXJJ) |

Ħin | TI | O | Informazzjoni relattiva għall-pożizzjoni tal-vapur – il-ħin tar-reġistrazzjoni tal-pożizzjoni TUC (SSMM) |

Tmiem tar-reġistrazzjoni | ER | O | Informazzjoni dwar is-sistema – tindika t-tmiem tar-reġistrazzjoni |

Sett tal-karattri: ISO 8859.1

It-trażmissjoni ta’ l-informazzjoni hija strutturata kif ġej:

- linja doppja mmejla (//) u kodiċi li jimmarkaw il-bidu tat-trażmissjoni,

- linja waħda mmejla (/) timmarka s-separazzjoni bejn il-kodiċi u l-informazzjoni.

L-informazzjoni mhux obbligatorja trid tiddaħħal bejn il-bidu u t-tmiem tar-reġistrazzjoni.

IL-LIMITI TAŻ-ŻEE TA' SÃO TOMÉ E PRÍNCIPE

IL-POŻIZZJONI TAŻ-ŻEE

ID-DETTALJI TA' KUNTATT TA' L-FMC TA' SÃO TOMÉ E PRÍNCIPE

Isem ta’ l-FMC:

Tel. SSN:

Feks SSN:

Posta elettronika SSN:

Tel. DSPG:

Feks DSPG:

Indirizz X25 =

Dikjarazzjoni dħul/ħruġ:

[1] ĠU L 73 ,15.3.2001, p.8.

Top