EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52007DC0806

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL, LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-QORTI EWROPEA TA’ L-AWDITURI Il-prevenzjoni tal-frodi permezz ta’ bini fuq ir-riżultati operattivi: approċċ dinamiku għall-prevenzjoni tal-frodi

52007DC0806




[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 17.12.2007

KUMM(2007) 806 finali

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL, LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-QORTI EWROPEA TA’ L-AWDITURI

Il-prevenzjoni tal-frodi permezz ta’ bini fuq ir-riżultati operattivi: approċċ dinamiku għall-prevenzjoni tal-frodi {SEK(2007) 1676}

1. DAħLA

Il-frodi, il-korruzzjoni u attivitajiet illegali oħra li jaffettwaw l-interessi finanzjarji ta’ l-Unjoni Ewropea jisfruttaw in-nuqqasijiet li jeżistu fil-proċessi li hemm għall-ġestjoni u l-kontroll tal-fondi ta’ l-UE, jew jaħarbu minnhom. Għalhekk, sabiex ikunu evitati l-frodi u l-korruzzjoni fis-setturi kollha tal-baġit ta’ l-UE - kemm mil-lat ta’ dħul u kemm minn dak ta’ nfiq[1], hu ta’ importanza kbira li s-servizzi awtorizzanti, bl-assistenza ta’ OLAF, ikomplu jtejbu l-prevenzjoni tal-frodi fil-qafas tal-ġestjoni finanzjarja[2].

Il-komunikazzjoni tistabbilixxi l-approċċ il-ġdid tal-Kummissjoni dwar il-leġiżlazzjoni tal-prevenzjoni tal-frodi, il-kuntratti u s-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll. Din tieħu post il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-leġiżlazzjoni tal-prevenzjoni tal-frodi u l-ġestjoni tal-kuntratti3 adottati mill-Kummissjoni fis-7 ta’ Novembru 2001 bil-ħsieb li timplimenta l-azzjoni 94 tal-White Paper Reforming the Commission 4.

2. SFOND

2.1. OLAF u r-riforma

L-Uffiċċju Ewropew għall-Ġlieda Kontra l-Frodi (OLAF) twaqqaf fl-1999. Dan iwettaq il-missjoni tiegħu billi jmexxi investigazzjonijiet bħala uffiċċju indipendenti, u billi jikkontribwixxi għat-tfassil ta’ l-istrateġija kontra l-frodi ta’ l-UE u jipprepara l-inizzjattivi neċessarji biex joħloq jew isaħħaħ l-leġiżlazzjoni bħala dipartiment tal-Kummissjoni.

Fis-sena 2000, il-Kummissjoni ħadet l-inkarigu għal riforma amministrattiva5. Is-sistema ta’ treġija finanzjarja ġiet immodernizzata bit-tkabbir tar-responsabbiltajiet ta' l-uffiċjali li jawtorizzaw u biż-żieda tal-kontabbiltà tagħhom.

Il-White Paper Nirriformaw il-Kummissjoni kien fiha miżuri biex jintgħamel użu aħjar mill-esperjenzi disponibbli fi ħdan l-istituzzjonijiet biex tittejjeb il-prevenzjoni ta’ l-irregolaritajiet u l-frodi. Il-politika dwar il-prevenzjoni kienet akar fid-dettal fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni Il-ħarsien ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet — Il-ġlieda kontra l-frodi — Għal approċċ strateġiku globali 6.

L-Azzjoni 94 tal-White Paper dwar ir-riforma, ‘Il-prevenzjoni tal-frodi fir-rigward tal-leġiżlazzjoni u l-ġestjoni tal-kuntratti’, introduċiet l-impenn segwenti:

Biex is-sistema preżenti għal prevenżjoni tal-frodi issir aktar effikaċi, is-servizzi tal-Kummissjoni ser jintalbu, meta tkun ser tiġi proposta leġiżlazzjoni ġdida b’impatt potenzjali fuq il-baġit Komunitarju, biex jissottomettu proposti ta’ abbozz lill-OLAF għal valutazzjoni tar-riskju matul il-konsultazzjonijiet ta’ interservizz. Id-Direttorat Ġenerali għall-Baġit ser ikun assistit mill-OLAF fir-reviżjoni tas-sistemi tal-Kummissjoni għall-ġestjoni tal-kuntratti (eż. il-kuntratti standard, id-database ċentrali għall-kuntratti, l-għodod ta’ ġestjoni). L-OLAF ser jipprovdi pariri għal prevenzjoni tal-frodi matul il-proċess leġiżlattiv.”

2.2. Il-Komunikazzjoni dwar il-prevenzjoni tal-frodi fir-rigward tal-leġiżlazzjoni u l-ġestjoni tal-kuntratti

L-iskop tal-komunikazzjoni ta’ l-2001 dwar il-prevenzjoni tal-frodi kient li tikseb l-għanijiet tal-White Paper dwar ir-riforma u tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-approċċ globali stateġiku biex tikkumbatti l-frodi. Dawn l-għanijiet kienu biex tiġi żviluppata kultura dwar il-prevenzjoni u biex tissaħħaħ il-kapaċità ta' l-istrumenti bażiċi legali biex tilqa' għal frodi jew attivitajiet illegali oħra. Il-mekkaniżmi ta’ prevenzjoni stabbiliti fil-komunikazzjoni ta’ l-2001 kopriet żewġ aspetti: il-leġiżlazzjoni u l-ġestjoni tal-kuntratti.

Il-leġiżlazzjoni dwar il-prevenzjoni tal-frodi kienet limitata għall-aktar punti vulnerabbli ta’ leġiżlazzjoni. L-identifikazzjoni ta’ oqsma vulnerabbli ta’ politiki Ewropej minn qabel għamluha possibbli li jittejbu l-miri tal-proċedura ta’ konsultazzjoni. Il-komunikazzjoni introduċiet proċess ta’ kooperazzjoni f’erba’ fażijiet:

1. definizzjoni tal-kriterji biex jiġu identifikati setturi b’riskju kbir;

2. l-identifikazzjoni ta’ setturi b’riskju kbir;

3. l-identifikazzjoni ta’ inizzjattivi leġiżlattivi li kellhom bżonn analiżi għal prevenzjoni tal-frodi qabel ikunu adottati, u

4. konsultazzjoni inizjali ma’ l-OLAF.

Il-prevenzjoni tal-frodi u l-irregolaritajiet fil-ġestjoni tal-kuntratti — it-tieni aspett tal-komunikazzjoni ta’ l-2001 — saret fuq żewġ livelli:

5. Ġew armonizzati il-kisbiet ta’ ftehimiet standard għall-kuntratti ta’ akkwisti u għal għotjiet standard fuq livell ċentrali u l-proċeduri għall-kuntratti ta' l-akkwisti u għall-għotjiet: kienu mfassla l-kuntratti u l-ftehimiet standard li kienu tajbin biex jintużaw mid-dipartimenti kollha tal-Kummissjoni, u kienu ppubblikati l-gwidi u l-linji ta’ gwida ( vade mecum , ċirkularijiet eċċ.).

6. Fuq livell ta’ dipartiment għall-ġestjoni ta’ kuntratti, ġew żviluppati diversi strumenti li kellhom jintużaw b’mod indipendenti mid-dipartimenti tal-Kummissjoni. Uħud minn dawn huma ta’ interess individwali, bħalma huma l-kuntratti standard u d- databases lokali, li jistgħu jew ma jistgħux jingħaqdu mad- database ġenerali għall-verifika tal-Kummissjoni

2.3. Il-ħtieġa ta' approċċ ġdid għal prevenzjoni tal-frodi

Inkisbu l-għanijiet tal-proċedura għal prevenzjoni tal-frodi. :L-OLAF kien involut mill-qrib fir-reviżjonijiet suċċessivi tal-leġiżlazzjoni applikabbli ma' l-eżekuzzjoni tal-baġit u fl-adozzjoni ta' l-atti bażiċi u l-istrumenti standard żviluppati mid-dipartimenti tal-Kummissjoni li jimplimentaw il-baġit. Għal aktar dettalji ara r-rapport mehmuż dwar il-kisbiet tal-proċedura għal prevenzjoni tal-frodi.

L-aktar dispożizzjonijiet finanzjarji importanti għas-snin li ġejjin diġà kienu mħarsa mill-frodi, jew permezz ta’ proċedura formali għal prevenzjoni mill-frodi jew permezz ta’ konsultazzjoni ta’ interservizz. Dispożizzjonijiet standard kontra l-frodi kienu mfassla u l-qafas legali li jistabbilixxi r-regoli għall-ġestjoni finanzjarja ta' l-UE daħal f’perjodu ta’ stabbiltà. Konsegwentement, il-mekkaniżmu preventiv stabbilit fil-komunikazzjoni ta’ l-2001 issa jidher li fil-kuntest kurrenti hu anqas xieraq. Barra minn hekk, l-approċċ il-ġdid ser jikkontribwixxi għall-istess għanijiet li l-Istandards Interni ta’ Kontroll għall-Ġestjoni Effikaċi, speċjalment l-istandards 2, 7 u 8 ”

Flimkien ma’ dan, il-Kummissjoni ssostni politika ta’ “simplifikazzjoni” li parzjalment hi maħsuba “li tkompli żżid il-konsolidazzjoni, in-normalizzazzjoni u s-simplifikazzjoni tal-proċeduri interni u tal-metodi ta’ ħidma fl-interess ta’ l-effikaċja u ta’ l-effiċjenza u biex jinkiseb bilanċ aħjar bejn il-livell tar-riskju u l-ispiża tal-kontroll”7. Hu għalhekk xieraq li ssir konsultazzjoni aktar flessibbli inizjali ma' l-OLAF.

3. L-APPROċċ IL-ġDID

3.1. Il-kunċett ta’ l-approċċ il-ġdid

L-approċċ il-ġdid għal prevenzjoni tal-frodi ser ikun ibbażat l-aktar fuq tagħlimiet meħuda mill-esperjenzi operattivi ta' l-OLAF. L-isfruttar tar-riżultati operattivi ser jistabbilixxu ħolqa ġdida bejn l-esperjenzi fuq il-post u l-miżuri adottati mill-istituzzjonijiet differenti biex ikunu evitati l-frodi u l-irregolaritajiet. L-OLAF ser jisfrutta aħjar l-għarfien li kiseb minn attivitajiet operattivi u ta' intelligence u ser iqiegħdu ghad-dispożizzjoni tad-dipartimenti l-oħra tal-Kummissjoni u ta’ l-istituzzjonijiet u l-l-entitajiet ta’ l-UE.

l-approċċ il-ġdid jimplika l-identifikazzjoni tat-tagħlimiet li għandhom jittieħdu mir-riżultati ta’ l-attivitajiet investigattivi u ta’ l-analiżi ta’ intelligence u li dawn ikunu kkomunikati lill-awtoritajiet xierqa. Pereżempju, l-OLAF ser jagħti appoġġ lid-dipartmenti li jimplimetaw il-politika Komunitarja fl-isforzi tagħha biex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità u ser joħroġ rakkomandazzjonijiet ħalli jiżgura l-akbar sigurtà possibbli kontra l-frodi, il-korruzzjoni u l-irregolaritajiet.

Biex dan l-approċċ ikun effettiv, hu meħtieġ li d-dipartimenti/l-awtoritajiet kompetenti jsegwu dawn il-miżuri.

L-irregolaritajiet u n-nuqqasijiet sistematiċi ser jingħataw attenzjoni speċjali, partikolarment fejn soluzzjonijiet diretti u bi spejjeż baxxi jkunu flessibbli (eż. it-titjib tal-mudelli u/jew id-dokumenti standard bħalma huma d-dikjarazzjonijiet ta’ nuqqas ta’ konflitt ta’ interess, l-iskambji tad- data bejn id-dipartimenti, l-emendi tal- vade mecum , eċċ).

3.2. Titjib mistenni

Ir-riżultati ta’ l-approċċ rivedut lejn il-prevenzjoni tal-frodi huma mistennija li jtejbu l-impatt fuq l-investigazzjoni dwar il-prevenzjoni tal-frodi, il-korruzzjoni, l-irregolaritajiet u l-attivitajiet illegali l-oħra li jaffettwaw l-interessi finanzjarji ta’ l-UE.

L-azzjoni ser tkun aktar proattiva, b’influss li jkun ibbażżat fuq il-provvista ta’ l-informazzjoni. Dan l-influss ta’ informazzjoni ser ikun indipendenti mill-konsultazzjonijiet ta’ l-interservizz tal-Kummissjoni dwar l-inizjattivi marbuta mal-ġestjoni finanzjarja.

L-OLAF ser jestendi l-ambitu tas-sostenn tiegħu lid-dipartimenti l-oħra tal-Kummissjoni billi joffri analiżi mmirata bbażata fuq l-investigazzjonijiet tiegħu stess u fuq l-attivitajiet ta' intelligence . Ir-riżultati mill-prevenzjoni tal-frodi ser ikunu disponibbli għad-dipartimenti kollha, l-istituzzjonijiet ta' l-UE u l-entitajiet ikkonċernati (ara l-punti 5.1, 5.2 u 5.3).

3.3. Id-disponibbiltà tal-proċess ta’ konsultazzjoni kurrenti

Il-proċess ta’ konsultazzjoni inizjali attwali dwar l-abbozz ta’ leġiżlazzjoni stabbilit fil-komunikazzjoni ta’ l-2001 (u dwar kwalunkwe riskji speċifiċi identifikati mid-dipartiment responsabbli għall-proposta) ser jibqa’ disponibbli għad-dipartimenti tal-Kummissjoni jekk ikun mitlub. Deskrizzjoni ġenerali fil-qosor tat-tip ta’ strumenti li huma soġġetti għal dan il-proċess hi inkluża fid-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar il-kisbiet tal-komunikazzjoni ta’ l-2001, li hu meħmuż.

Għall-adozzjoni tal-kuntratti standard ta’ akkwisti u tal-ftehimiet standard għall-għotjiet, ser jibqa’ jinżamm l-approċċ ta’ konsultazzjoni inizjali. Id-Direttorat Ġenerali għall-Baġit fejn ikun meħtieġ ser ikompli jaġġorna u jiżviluppa mudelli ġodda, fid-dawl ta' l-esperjenzi u l-leġiżlazzjoni riveduta, il-kuntratti standard eżistenti u l-ftehimiet/deċiżjonijiet ta’ għotjiet.

4. IL-PROċESS GħALL-IMPLIMENTAZZJONI TA’ L-APPROċċ IL-ġDID

Fl-approċċ il-ġdid, l-attivitajiet investigattivi ser isostnu r-riżultati trażmessi lid-dipartimenti tal-Kummissjoni, l-istituzzjonijiet ta’ l-UE u l-entitajiet ikkonċernati filwaqt li l-attivitajiet ta’ intelligence ser jipprovdu valutazzjoni tar-riskji għal prevenzjoni tematika tal-frodi. Il-prevenzjoni tal-frodi u l- intelligence ser jikkumplimentaw lil xulxin. Il-proċess tal-prevenzjoni tal-frodi ser jidentifika l-kwistjonijiet li jimmeritaw approċċ bir-reqqa u tematiku li għandu jsir permezz ta’ metodi ta’ l- intelligence u l- intelligence ser jibgħat id- data li tista' tiġi sfruttata għar-riżultati mill- prevenzjoni tal-frodi.

4.1. Riżerva vasta ta’ informazzjoni

Il-proċess għall-implimentazzjoni ta’ l-approċċ tal-prevenzjoni tal-frodi ma jeskludi l-ebda sors ta’ informazzjoni.

L-OLAF ser janalizza l-attivitajiet investigattivi tiegħu b'mod strutturat u multidixxiplinari. Din l-analiżi ser tinkludi l-informazzjoni li toħroġ mill-investigazzjonijiet interni u esterni, u minn attivitajiet operattivi oħra li jsiru mill-OLAF.

Flimkien ma’ l-obbligi legali biex il-Kummissjoni u l-OLAF jiġu infurmati dwar kwalunkwe indikazzjonijiet konkreti ta’ frodi suspettati, l-approċċ il-ġdid tal-prevenzjoni tal-frodi ser jippermetti li jkun hemm fluss aħjar ta’ informazzjoni bejn il-korpi ta’ kontroll. Ir-riżultati ta’ ħidma tal-verifika ser ikunu inklużi fir-riżerva ta’ informazzjoni, speċjalment is-sejbiet rilevanti tal-verifiki li jsiru mis-Servizz Intern ta’ Verifika (IAS). Dan is-servizz ser jinforma lill-Uffiċċju b’irregolaritajiet potenzjali sistematiċi li aktarx jikkostitwixxu riskju ta’ frodi identifikati mill-verifiki tiegħu. L-istess informazzjoni ta' l-irregolaritajiet sistematiċi potenzjali għandha tkun ipprovduta lill-OLAF kemm mill-Kapaċitajiet Inteni ta’ Verifika (IACs) u kemm mill-entitajiet ex-post ta’ kontroll tad-dipartmenti operattivi (id- data mill-istrument ta’ verifika ta’ l-ABAC).

Fejn ikun xieraq, ir-rapporti u s-sejbiet tal-Qorti Ewropea ta’ l-Awdituri u r-rapporti ta’ verifika mid-Direttorati Ġenerali awtorizzanti, ser jarrikkixxu l-analiżi għall-prevenzjoni tal-frodi. Ir-Rapporti Annwali ta’ Attività u rapporti oħra ta’ ġestjoni li jidentifikaw b’mod ċar il-vulnerabbiltajiet u l-miżuri adottati wara r-rakkomandazzjonijiet ta’ l-OLAF ser jagħlqu l-analiżi.

L-informazzjoni mill-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri, inklużi l-korpi tal-verifika u tal-kontroll, ser tintuża biex tkompli tikkontribwixxi għall-approċċ il-ġdid. L-irregolaritajiet notifikati mill-awtoritajiet nazzjonali skond il-leġiżlazzjoni8 Komunitarja jipprovdu indikazzjoni tar-riskji potenzjali. Il-każistika nazzjonali marbuta direttament mal-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji ta’ l-UE mhux ser tkun eskluża mill-analiżi tal-prevenzjoni tal-frodi.

4.2. Il-passi prinċipali fil-proċess tal-prevenzjoni tal-frodi

Il-passi prinċipali tal-proċess huma kif ġej:

7. L-informazzjoni tinġabar minn investigazzjonijiet u riżultati operattivi oħra, u minn sorsi esterni oħra (imsemmija f’4.1). L-informazzjoni miġbura minn każi individwali ser tkun kompletament anoninma sabiex ikun evitat li tkun żvelata data personali, kunfidenzjali jew sensittiva;

8. L-analiżi ta’ l-informazzjoni miġbura biex ikunu identifikati n-nuqqasijiet/vulnerabbiltajiet possibbli jew fil-leġiżlazzjoni, jew tal-kontroll jew fis-sistemi ta' ġestjoni/kontroll u l-analiżi fin-numru ta' każi;

9. L-identifikazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet biex ikunu evitati n-nuqqasijiet identifikati jew biex tittejjeb il-prevenzjoni tal-frodi, tal-korruzzjoni jew ta' attivitajiet illegali oħra.

10. Is-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet huma trażmessi lid-dipartmenti tal-Kummissjoni, l-istituzzjonijiet ta’ l-UE u l-korpi kkonċernati;

11. Tkun irċevuta r-reazzjoni mid-dipartimenti tal-Kummissjoni u mill-istituzzjonijiet u l-korpi ta’ l-UE.

5. RAKKOMANDAZZJONIJIET U STRUMENTI OħRA GħALL-ISKAMBJU TA’ INFORMAZZJONI

Il-proċess deskritt hu mfassal biex jipproduċi rakkomandazzjonijiet u riżultati tal-prevenzjoni tal-frodi. Dawn ser ikunu indirizzati direttament lid-dipartimenti tal-Kummisjoni, l-istituzzjonijiet u l-korpi ta’ l-UE li huma kkonċernati individwalment jew kollettivament, partikolarment għall-"familji ta' setturi politiċi".

Dawn ir-rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-OLAF mhux ser ikunu ta’ natura li torbot. Fejn ikun xieraq, ser ikunu diskussi mad-destinarji bi djalogu miftuħ u flessibbli.

L-implimetazzjoni tagħhom taqa’ taħt ir-responsabbiltà tad-dipartimenti tal-Kummissjoni, l-istituzzjonijiet u l-korpi kkonċernati ta’ l-UE, speċjalment fir-rigward tal-valutazzjoni tal-benefiċċji miksuba mill-ispiża, u l-piż amministrattiv ta’ din l-implimentazzjoni.

5.1. Fuq bażi ta’ każ b’każ

L-OLAF ser jipprovdi rakkomandazzjonijiet ad hoc fejn il-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji ta’ l-UE jkunu jeħtieġu azzjoni partikolari mid-dipartiment, mill-istituzzjoni jew mill-korp ikkonċernat ta’ l-UE.

Id-dipartiment konċernat ser jiġi mistieden jikkunsidra l-adottar u/jew l-implimentar ta' azzjoni xierqa biex jitneħħew jew jittaffew riskji jew vulnerabbiltajiet speċifiċi identifikati mill-OLAF. Barra dan, id-dipartimenti tal-Kummissjoni kkonċernati jgħaddu informazzjoni lura lill-OLAF dwar l-azzjonijiet meħuda biex tiġi evitata l-ħsara għall-interessi finanzjarji ta' l-UE, u l-istituzzjonijiet u l-entitajiet ta' l-UE ser jintalbu jagħmlu hekk ukoll.

5.2. Rakkomandazzjonijiet ġenerali u kompendju ta' każi komuni

Rakkomandazzjonijiet ibbażati fuq l-analiżi tar-riskji u l-iskemi ta' frodi li jirriżultaw mill-eżaminar mill-ġdid ta' sett ta' każi komuni li jippreżentaw similaritajiet fl-ir-regolaritajiet misjuba ser jintgħamlu disponibbli fuq bażi wiesgħa lill-partijiet interessati. Id-dipartimenti tal-Kummissjoni kkonċernati ser jibagħtu informazzjoni lura lill-OLAF dwar il-miżuri li jkunu ttieħdu sussegwentement biex jiġu evitati sitwazzjonijiet simili fl-ambitu tar-responsabbiltajiet tagħhom u l-istituzzjonijiet u l-entitajiet ser jintablu jagħmlu l-istess.

Barra minn dan, ser jiġi kkompilat kompendju ta' każi miżmuma anonimi li ser ikun jinkludi deskrizzjoni ta' l-iskemi ta' frodi u ta' irregolaritajiet u l- modus operandi tagħhom, u dan il-kompendju jitqiegħed għad-dispożizzjoni tad-dipartimenti tal-Kummissjoni (u ta' l-istituzzjonijiet l-oħra skond kif ikun xieraq) fuq bażi tal-bżonn tal-persunal.

5.3. Gwida għall-prevenzjoni tal-frodi

L-inizjattiva tal-Kummissjoni dwar Ġestjoni Finanzjarja Soda u Effiċjenti9 (SEM 2000) tnediet fl-1995. L-ewwel żewġ fażijiet inħasbu biex itejbu l-ġestjoni finanzjarja fil-Kummissjoni filwaqt li l-għan prinċipali tat-tielet fażi kien li jtejjeb il-ġestjoni ta' dik il-parti tal-baġit Komunitarju (aktar minn 80%) ġestit mill-Istati Membri.

Il-“Gwida għall-eżaminar tal-vulnerabbiltà għall-frodi”10 ġiet adottata mill-Kummissjoni bħala segwitu għar-rakkomandazzjoni Nru 7 ta' SEM 200011. Din il-gwida, ippubblikata mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni, għadha disponibbli biex isservi ta' għajnuna lill-persunal tal-Kummissjoni involut fil-ġestjoni finanzjarja u l-ħarsien ta' l-interessi finanzjarji ta' l-UE.

Verżjoni ġdida tal-gwida, ippubblikata mill-Kummissjoni taħt ir-responsabbiltà ta' l-OLAF, ser tkun disponibbli fuq bażi wiesgħa għall-partijiet kollha interessati, inklużi l-Istati Membri. Din il-verżjoni ser tkun ibbażata fuq l-informazzjoni li ħarġet mill-proċess tal-prevenzjoni tal-frodi u ser titfassal bħala strument ibbażat on line (strument web). Jekk ikun hemm bżonn, il-gwida tkun tista' tinqasam u tiġi fornuta settur settur jew skond il-familja ta' setturi politiċi.

5.4. Informazzjoni għall-entitajiet tal-kontroll u l-ivverifikar

Meta jsir l-implimentar ta' l-approċċ il-ġdid lejn il-prevenzjoni tal-frodi, għandha tingħata attenzjoni speċjali lid-dgħufijiet sistematiċi jew sistemiċi li ma jkunux ġew analizzati diġà mill-entitajiet ta' l-ivverifikar u l-kontroll jew li ma kinux ġew identifikati minn kontrolli sistematiċi oħra. Dawn id-dgħufijiet tas-sistema jew lakuni potenzjali fis-sistemi ta' ġestjoni identifikati ġewwa l-istituzzjonijiet ta' l-UE għandhom jiġu kkomunikati, barra milli lill-amministrazzjoni, lill-IAS, lill-IAC's ikkonċernati jew lill-Awdituri Interni ta' entitajiet u istituzzjonijiet oħra ta' l-UE.

5.5. Il-flessibbiltà ta' l-approċċ il-ġdid

Sabiex issir ostaklu addizzjonali permanenti għall-frodisti u tkun strument fil-ġlieda kontra l-irregolaritajiet fis-sistema, il-politika l-ġdida tal-prevenzjoni tal-frodi jeħtieġ li tkun imfassla bħala strument flessibbli li kapaċi jadatta malajr għar-realtajiet li dejjem jinbidlu.

Mingħajr heda, l-OLAF ser jevalwa l-ħtieġa ta' ffukar mill-ġdid ta' l-attivitajiet tal-prevenzjoni tal-frodi fuq setturi speċifiċi u ta' l-adattar tal-proċess ta' l-analiżi biex tinkiseb l-akbar effikaċja possibbli. Dan jista' – fi stadju jew ieħor – jitlob li l-attivitajiet tiegħu jiffukaw fuq setturi speċifiċi tal-baġit ta' l-UE, skond ir-riskji jew il-vulnerabbiltajiet identifikati u r-riżorsi disponibbli. Il-proċess ta' prevenzjoni tal-frodi fil-bidu ser jiffoka fuq is-settur tan-Nefqa Diretta.

6. KONKLUżJONI

Il-politika l-ġdida tal-prevenzjoni tal-frodi stabbilita f'din il-komunikazzjoni timmira biex ittejjeb il-prevenzjoni tal-frodi u l-korruzzjoni fuq il-bażi tal-lezzjonijiet misluta mill-attivitajiet ivestigattivi ta' l-OLAF u minn attivitajiet operattivi oħra tiegħu.

Ir-riżultati ta' dan il-proċess il-ġdid li jgħaddu għand id-dipartimenti tal-Kummissjoni u l-istituzzjonijiet ikkonċernati l-oħra u ser jinqasmu ma' l-Istati Membri involuti fil-ġestjoni u/jew il-kontroll tad-dħul jew l-infiq ta' l-UE. L-ewwel riżultati – li huma mistennija għat-tieni nofs ta' l-2008 - ser ikunu rakkomandazzjonijiet ad hoc u l-kompilazzjoni ta' kompendju ta' każi komuni.

Wara perjodu ta' prova ta' tliet snin, ser titwettaq valutazzjoni ta' l-approċċ stabbilit f'din il-komunikazzjoni.

Il-Kummissjoni tirrapporta dwar l-attivitajiet tagħha marbuta mal-prevenzjoni tal-frodi permezz tar-rapport annwali tal-Kummissjoni dwar il-ġlieda kontra l-frodi, ippubblikat taħt l-Artikolu 280 tat-Trattat.

7. L-ANNESSI

12. Stampa tal-proċess.

13. Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal dwar il-Kisbiet mill-mekkaniżmu tal-prevenzjoni tal-frodi stabbilit skond il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-prevenzjoni tal-frodi fil-leġiżlazzjoni u l-ġestjoni tal-kuntratti adottat fis-7 ta’ Novembru 2001

[pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic]

[1] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 Deċembru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej, ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1.

[2] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Kumunitajiet Ewropej, kif emendat mir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1995/2006 tat-13 Diċembru 2006.

3 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-prevenzjoni tal-frodi tal-leġiżlazzjoni u l-ġestjoni tal-kuntratt, SEC(2001) 2029, 07.11.2001 — mhux ippubblikata fil-ĠU. Madanakollu, ara, il-punt 3.3.

4 Nirriformaw il-Kummissjoni - White Paper - Parti I (COM (2000) 200 finali).

5 Il-White Paper ‘ Nirriformaw il-Kummissjoni ’, Parti I (Pjan ta’ Azzjoni), tal-5 4 2000., COM (2000) 200 finali/2.

6 COM(2000) 358 finali.

7 Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlamemt Ewropew u lill-Kunsill ‘Rapport ta' Progress dwar ir-Riforma tal-Kummissjoni Lilhinn mill-Mandat ta' Riforma’ COM (2005) 668 finali, tal-21 12 2005.

8 Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1681/94 tal-11 ta’ Lulju 1994 dwar l-irregolaritajiet u l-irkupru ta’ ammonti li jkunu tħallsu bi żball f’rabta mal-finanzjament ta’ politiki strutturali u l-organizzazzjoni ta’ sistema ta’ informazzjoni f’dan il-qasam ĠU L 178, 12.7.1994, p. 43–46 u r-Regolament tal-Kummissjoni Nru 1848/2006 dwar l-irregolaritajiet u l-irkupru ta’ ammonti li jkunu tħallsu bi żball f’rabta mal-finanzjament tal-politika agrarja komuni u l-organizzazzjoni ta’ sistema ta’ informazzjoni f’dan il-qasam li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 595/91

9 L-inizjattiva tal-Kummissjoni "Ġestjoni soda u effiċjenti' (SEM 2000): ir-Rapport Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea1995, il-punt 976.

10 Id-Dok SG/C/3/ED D96 tas-6 ta' Mejju 1996, mhux ippubblikat fil-ĠU.

11 Disponibbli biss bil-Franċiż, id-deċiżjoni interna maħruġa mis-sistemi ta' l-arkivjar ta' qabel. Communication de la Commission adoptée sur communication de Mme Gradin. Etanchéité de la législation à la fraude: mise en œuvre de la recommandation n°7 de SEM 2000, phase 2, SEC (1996) 1802/4 du 11 Octobre 1996.

Top