EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52007DC0140
Green Paper on market-based instruments for environment and related policy purposes {SEC(2007) 388}
Green Paper dwar dwar strumenti bbażati fuq is-suq għall-ambjent u għanijiet ta' politika relatati {SEG(2007) 388}
Green Paper dwar dwar strumenti bbażati fuq is-suq għall-ambjent u għanijiet ta' politika relatati {SEG(2007) 388}
/* KUMM/2007/0140 finali */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 28.3.2007 KUMM(2007) 140 finali GREEN PAPER dwar dwar strumenti bbażati fuq is-suq għall-ambjent u għanijiet ta' politika relatati {SEG(2007) 388} GREEN PAPER dwar dwar strumenti bbażati fuq is-suq għall-ambjent u għanijiet ta' politika relatati (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) 1. DAħLA L-UE hija forza ewlenija fid-dinja biex tieħu azzjoni fuq is-sostenibbbiltà ambjentali u, b'mod partikolari fuq it-tibdil fil-klima. Dan ġie kkonfermat reċentement permezz ta’ l-adozzjoni tal-pakkett tal-politika dwar l-enerġija u l-klima[1] kif approvat mill-Kunsill Ewropew tal-Ħarifa[2] fejn l-UE tenniet l-impenn tagħha biex tindirizza t-tibdil fil-klima internament u fuq skala internazzjonali, biex tnaqqas id-dipendenza fuq riżorsi esterni u biex tiżgura l-kompetittività ta' l-ekonomiji Ewropej. Barra minn hekk, it-trażżin tat-telf tal-bijodiversità, il-konservazzjoni tar-riżorsi naturali li jinsabu taħt pressjoni u l-ħarsien tas-saħħa pubblika wkoll jeħtieġu azzjoni urġenti. Mingħajr intervent pubbliku u l-impenn qawwi ta’ l-atturi kollha, dawn l-għanijiet ambizzjużi ma jistgħux jintlaħqu. L-UE dejjem ippreferiet iktar u iktar strumenti ekonomiċi jew ibbażati fuq is-suq (“MBI”) – bħat-tassazzjoni indiretta, is-sussidji immirati jew id-drittijiet ta’ skambju ta’ l-emissjonijiet– għal għanijiet ta’ politika bħal dawn minħabba li jipprovdu mezzi flessibbli u ekonomiċi għall-ilħiq ta' għanijiet ta’ politika partikolari[3]. Fis-Sitt Programm ta’ Azzjoni fuq l-Ambjent ta’ l-UE (6th EAP) u l-Istrateġija ta’ l-UE dwar l-Iżvilupp Sostenibbli[4] kif ukoll fl-Istrateġija ta' Liżbona għat-Tkabbir Ekonomiku u l-Impiegi[5] kien irrakkomandat ukoll l-użu iktar intensiv ta’ l-MBIs. Dan id-dokument iniedi diskussjoni dwar il-promozzjoni ta' l-użu ta' strumenti ekonomiċi fil-Komunità. F'konformità ma' l-aħbar fil-Pjan ta' Azzjoni dwar l-Effiċjenza Enerġetika[6], il- green paper tesplora t-toroq possibbli 'l quddiem permezz tad-Direttiva tat-Tassazzjoni fuq l-Enerġija[7] bil-għan li titnieda r-reviżjoni tagħha. F'dan is-sens, id-dokument joqgħod f'qafas stabbilit mill-aġenda ġdida dwar l-enerġija u t-tibdil fil-klima[8] fejn l-instrumenti bbażati fuq is-suq u l-politiki fiskali ġenerali jkollhom rwol deċiżiv fit-twassil ta' l-għanijiet tal-politika ta' l-UE. Fl-istess waqt, id-dokument jesplora l-għażliet għal użu iktar intensiv ta’ strumenti bbażati fuq is-suq f’oqsma diversi tal-politika ambjentali fil-livell Komunitarju kif ukoll fil-livell nazzjonali. 2. L-UżU TA’ L-ISTRUMENTI BBAżATI FUQ IS-SUQ GħAL GħANIJIET TA' POLITIKA KOMUNITARJA 2.1. Argumenti favur l-użu ta’ l-istrumenti bbażati fuq is-suq bħala għodod tal-politika Ir-raġuni ekonomika prinċipali għall-użu ta' strumenti bbażati fuq is-suq tinsab fl-abbiltà tagħhom li jsibu rimedji għall-fallimenti tas-suq f'mod effettiv fin-nefqa. Falliment tas-suq tfisser sitwazzjoni fejn is-suq huwa ineżistenti (eż. r-riżorsi ambjentali li għandhom il-karatteristiċi ta’ ġid pubbliku) jew fejn is-suq ma jirriflettix biżżejjed in-nefqa "vera" jew l-ispiża soċjali ta’ attività pubblika. Allura l-intervent tal-pubbliku huwa ġġustifikat biex jirmedja dawn il-fallimenti u, bil-maqlub ta' l-approċċi regolatorji u amministrattivi, l-MBIs għandhom il-vantaġġ li jużaw is-sinjali tas-suq biex jaffrontaw il-fallimenti tas-suq. Sewwa jekk b'influwenza fuq il-prezzijiet (permezz ta’ tassazzjoni jew inċentivi) jew bl-iffissar ta’ kwantitajiet assoluti (skambju tal-kwoti ta' l-emissjonijiet) jew bil-kwantitajiet għal kull unità ta’ output , il-miżuri bbażati fuq is-suq jirrikonoxxu b’mod impliċitu li d-differenzi eżistenti bejn id-ditti u għalhekk jipprovdu flessibbiltà li tippermetti li jitnaqqsu sostanzjalment l-ispejjeż tat-titjib ambjentali[9]. L-MBIs mhumiex ir-rimedju għall-problemi kollha. Sabiex jiffunzjonaw jeħtieġu qafas regolatorju ċar u ta’ spiss jintużaw flimkien f'taħlita politika ma' strumenti oħra. Iżda jekk jintgħażel l-istrument it-tajjeb u jitfassal b’mod xieraq[10], l-MBIs ikollhom ċerti vantaġġi fuq l-istrumenti regolatorji: - Dawn itejbu s-sinjali tal-prezzijiet billi jagħtu valur lill-ispejjeż ekonomiċi u l-benefiċċji ta’ l-attivitajiet ekonomiċi, sabiex l-atturi ekonomiċi jqisuhom u jbiddlu l-imġiba tagħhom biex inaqqsu l-impatti ambjentali u oħrajn negattivi – u jżidu l-impatti pożittivi[11]. - Dan jippermetti iktar flessibbiltà biex jintlaħqu l-għanijiet u għalhekk jintaqqsu l-ispejjeż totali mġarrba biex tintlaħaq il-konformità[12] - Lid-ditti jagħtuhom inċentiv biex, fit-tul, isegwu l-innovazzjoni teknoloġika ħalli jnaqqsu iktar l-impatti negattivi fuq l-ambjent (“effiċjenza dinamika”). - Jappoġġaw l-impieg meta jiġu użati fil-kuntest tat-taxxa ambjentali jew ir-riforma fiskali[13]. 2.2. Strumenti bbażati fuq is-suq fil-kuntest ta' l-Unjoni Ewropea L-UE, minbarra li b'suċċess kbir użat l-istrumenti bbażati fuq is-suq biex jgħinuha tilħaq miri politiki speċifiċi, użathom ukoll biex tevita t-tagħwiġ ġewwa s-suq intern ġej minn approċċi diverġenti fl-Istati Membri individwali, biex tiżgura li piż simili jaqa' fuq l-istess settur madwar l-UE u biex tegħleb l-effetti negattivi li jistgħu jiġu mal-kompetittività fi ħdan l-UE. L-azzjoni komuni ukoll issaħħaħ l-UE meta tiffaċċja l-kompetizzjoni esterna mis-sħab kummerċjali tagħha. Fil-livell ta' l-UE, l-istrumenti bbażati fuq is-suq li jintużaw l-aktar huma t-taxxi, it-tariffi u s-sistemi ta' permessi negozjabbli. F'sens ekonomiku dawn l-istrumenti jaħdmu f'modi simili. Madankollu, huma ukoll differenti f'ċerti aspetti essenzjali. L-ewwelnett, is-sistemi kwantitattivi, bħal skemi ta' permessi negozjabbli, jipprovdu iktar ċertezza sabiex jinkisbu għanijiet politiki speċifiċi, eż. il-limiti ta' l-emissjonijiet, (sakemm ikun hemm sorveljanza effettiva u konformità) meta mqabbla ma strumenti bbażati biss fuq il-prezzijiet, bħalma huma t-taxxi. Min-naħa tagħhom, strumenti bbażati fuq il-prezz jipprovdu sigurtà fir-rigward ta' l-ispiża jew il-prezz ta' għan tal-politika u normalment huwa iktar faċli li jiġu amministrati[14]. It-tieni, ma jaqblux fir-rigward tal-ġenerazzjoni tad-dħul. It-taxxi (u b'mod iktar limitat id-drittijiet) intużaw dejjem iktar biex jinfluwenzaw l-imġiba, iżda jiġġeneraw ukoll id-dħul. Is-sistemi ta' permessi negozjabbli jistgħu jiġġeneraw dħul jekk l-allokazzjonijiet jiġu rkantati mill-awtoritajiet pubbliċi. Sistemi ta’ permessi negozjabbli li jużaw konċessjonijiet irkantati għalhekk għandhom karatteristiċi simili għat-taxxa (l-aspetti regolatorji u ta’ konformità ma jaqblux). Il-ħlasijiet, min-naħa l-oħra, ġeneralment huma pagament għal servizz jew spiża identifikati b’mod ċar, u ma għandhomx il-flessibbiltà biex il-baġit pubbliku juża dħul bħal dan. Il-karatteristiċi ta’ hawn fuq, influwenzaw b’mod sinifikanti l-mod kif l-UE attwalment tuża l-istrumenti bbażati fuq is-suq fil-livell Komunitarju, li b’hekk iwasslu għall-introduzzjoni ta’ l-istrumenti bħall-Iskema ta’ l-Iskambju tal-Kwoti ta' l-Emissjonijiet ta’ l-UE ("l-UE ETS")[15], id-Direttiva dwar it-Tassazzjoni fuq l-Enerġija u, fil-qasam tat-trasport, id-Direttiva dwar l- Eurovignette [16]. Jekk l-UE tikkunsidra li tuża iktar l-istrumenti bbażati fuq is-suq fil-livell ta’ l-UE, dawn l-aspetti jridu jitqiesu b’tali mod li jsir l-aħjar użu ta’ kull wieħed minnhom fl-iktar settur xieraq sabiex jiġu evitati d-duplikazzjonijiet. Fil-prinċipju, ir-regoli tal-Komunità dwar it-teħid tad-deċiżjonijiet ma għandhomx ikunu determinanti f'dan il-kuntest. Minkejja dan, ir-rekwiżit ta' l-unanimità fil-qasam tat-taxxa jfisser li l-possibbiltà li t-tassazzjoni tintuża bħala strument tvarja minn strumenti oħra f'ċerti aspetti[17]. X' possibilitajiet hemm biex jintu¿aw iktar l-istrumenti bba¿ati fuq is-suq fil-livell ta' l-UE jew dak nazzjonali? L-istrumenti bba¿ati fuq is-suq jistgħu jintu¿aw b'mod li jippromwovi l-kompetittività, u li ma jimponux pi¿ ¿ejjed fuq il-konsumaturi, speċjalment iċ-ċittadini bi dħul baxx, i¿da fl-istess waqt ji¿guraw id-dħul għall-baġits pubbliċi? Għandha l-UE tirrikorri b'mod iktar attiv għat-tassazzjoni biex tippromwovi s-segwiment ta' l-għanijiet politiċi Komunitarji (minbarra l-għanijiet fiskali)? Din hija r-risposta ġusta għall-isfidi globali attwali u l-ħtiġijiet fiskali tal-baġits nazzjonali? | 2.3. Tkabbir ekonomiku, impiegi u ambjent nadif – argumenti favur ir-riformi tat-taxxa ambjentali L-UE hija ddeterminata ferm biex tiggarantixxi l-iżvilupp sostenibbli ta' l-ambjent ġenerali kif ukoll biex tippromwovi l-aġenda tat-Tkabbir Ekonomiku u l-Impiegi. Ir-riforma tat-taxxa ambjentali (ETR) li titrasferixxi l-piż fiskali mit-taxxi li għandhom effett negattiv fuq il-kwalità tal-ħajja, (eż. t-taxxi fuq ix-xogħol), għal taxxi li għandhom effett pożittiv, (eż. fuq attivitajiet li jikkawżaw ħsara lill-ambjent, bħall-użu tar-riżorsi jew it-tniġġis) tista' tkun rebbieħa minn kull lat meta taffronta l-kwistjonijiet kemm ambjentali kif ukoll ta' l-impiegi[18]. Fl-istess waqt, tranżizzjoni fiskali fuq żmien twil tiirrikjedi dħul relattivament stabbli mill-bażi fiskali marbuta ma' l-ambjent[19]. Ir-riforma tat-taxxa ambjentali tista' tgħin ukoll biex tħaffef l-effetti possibilment negattivi tat-taxxi ambjentali fuq setturi speċifiċi. Dawn l-impatti jistgħu jitnaqqsu iktar meta mqabbla ma' l-azzjonijiet unilaterali mill-Istati Membri jekk l-azzjoni tkun ikkoordinata mill-qrib fil-livell Komunitarju. It-tnaqqis fit-tassazzjoni fuq ix-xogħol jew il-kontributi tas-sigurtà soċjali, li ġeneralment jibbenefikaw dawk il-familji bi dħul baxx, jista' jpatti għall xi effett regressiv li jista' jiġi mat-taxxi ambjentali. Fl-aħħarnett, b'popolazzjoni li kull ma tmur dejjem qed tixjieħ, u b'hekk iżżid il-pressjoni fuq l-ispiża pubblika, u l-globalizzazzjoni li trendi t-tassazzjoni tal-kapital u x-xogħol inqas vijabbli, it-trasferiment tal-piż fiskali mit-tassazzjoni diretta lejn il-konsum u, b'mod partikolari, il-konsum ta' ħsara għall-ambjent, jista’ jkun ta' benefiċċju konsiderevoli anke mil-lat finanzjarju. Minbarra li jiskoraġġixxu l-imġiba ta' ħsara għall-ambjent permezz tat-tassazzjoni, l-Istati Membri jistgħu jużaw ukoll inċentivi fiskali bħas-sussidji biex jinkoraġġixxu mġiba li tirrispetta l-ambjent, jiffaċilitaw l-innovazzjoni, u r-riċerka u l-iżvilupp, sakemm ir-riżorsi pubbliċi jiġu ġġenerati l-ewwel f'xi mod ieħor (eż. billi tiġi imposta taxxa fuq l-imġiba ta' ħsara għall-ambjent) jew bit-tnaqqis ta' l-infiq (eż. bit-tneħħija ta' sussidji ta' ħsara għall-ambjent). Dan l-approċċ huwa partikolarment rilevanti fil-kuntest ta' l-għanijiet ambizzjużi ta' l-aġenda ta' l-UE dwar il-klima u l-enerġija, b'mod partikolari biex sa l-2020 jinkiseb it-tnaqqis ta' mill-inqas 20% ta' l-emissjonijiet tal-gassjiet serra u l-mira impenjattiva ta' l-enerġija rinovabbli fil-produzzjoni ta' l-enerġija sa' l-2020, u l-mira ta' 10% tal-bijofjuwils. L-ewwelnett, il-Kummissjoni tqis li l-Istati Membri għandhom isibu l-bilanċ preċiż bejn l-inċentivi u d-diżinċentivi fis-sistemi fiskali tagħhom, filwaqt li jħarsu l-limitazzjonijiet fiskali u n-newtralità fiskali . Il-Kummissjoni tixtieq, madankollu, politika fiskali Komunitarja biex tiffaċilita dan il-bilanċ ( ara l-Kapitlu 3 ). Jista' jkun hemm lok li jittejjeb l-iskambju strutturat ta' l-informazzjoni bejn l-Istati Membri fuq aħjar prassi fil-qasam ta' l-MBIs b'mod ġenerali, u b'mod partikolari fir-riforma tat-taxxa ambjentali. Filwaqt li jeżistu strutturi speċjalizzati f'ċerti oqsma mhemm l-ebda forum orizzontali disponibbli. F'dan ir-rigward, waħda mill-għażliet tista' tkun it-twaqqif ta' Forum għall-Istrumenti bbażati fuq is-Suq. Għandha l-UE tippromwovi b'mod iktar attiv ir-riformi tat-taxxa ambjentali fuq il-livell nazzjonali? Kif tista' l-Kummissjoni tiffaċilità fl-aħjar mod riformi bħal dawn? Tista' per e¿empju toffri xi tip ta' proċess jew proċedura ta' koordinament? It-twaqqif tal-Forum ta' l-MBI msemmi hawn fuq jista' jkun ta' benefiċċju biex jistimola l-iskambji ta' esperjenza/l-aħjar prassi fuq ir-Riforma tat-Taxxa Ambjentali bejn l-Istati Membri? Kif jista' jiġi organizzat fl-aħjar mod? Minn xiex għandu jikkonsisti biex ma jkunx hemm duplikazzjoni ma' l-istrutturi e¿istenti? F'liema mod l-esiġenza li jitnaqqas il-pi¿ fuq ix-xogħol ġewwa bosta Stati Membri taqbel ma' l-għan tat-titjib ta' l-innovazzjoni u l-appoġġ għar-riċerka u l-i¿vilupp sabiex nersqu lejn ekonomija "iktar ħadranija"? Kif jista' jintlaħaq dan filwaqt li titħares ukoll in-newtralità tal-baġit? Tista' t-tweġiba ġusta tkun spostament iktar sinifikanti lejn l-attivitajiet ta' ħsara għall-ambjent? | 2.4. Riforma ta' sussidji ta' ħsara għall-ambjent Bosta sussidji mhumiex biss ineffiċjenti mil-lat ekonomiku u mil-lat soċjali iżda jistgħu wkoll jagħmlu ħsara lill-ambjent u s-saħħa tal-bniedem[20]. Dawn jistgħu jpattu ukoll għall-impatt ta' l-istrumenti bbażati fuq is-suq li jintużaw għal-għanijiet għall-ambjent u għas-saħħa u ġeneralment jistgħu jxekklu l-kompetittività[21]. Bħala konsegwenza, ir-riforma jew it-tneħħija ta' sussidji bħal dawn mhux biss jippermettu d-disponibbiltà ta' fondi pubbliċi għar-riforma tat-taxxa ambjentali iżda huma wkoll iġġustifikati fihom infushom[22]. Il-Kummissjoni beħsiebha taħdem flimkien ma' l-Istati Membri fuq ir-riforma tas-sussidji ta' ħsara għall-ambjent, kemm fil-livell Komunitarju kif ukoll fil-livell nazzjonali. Id-djalogu mal-partijiet interessati se jkun determinanti biex jiġi żgurat li jitqiesu l-kwistjonijiet kollha. Il-Kunsill talab lill-Kummissjoni biex sa l-2008 tħejji pjan ta' riforma, settur b'settur[23]. Fid-dawl ta' l-esperjenzi nazzjonali, liema huwa l-aħjar mod biex jiġi avvanzat il-proċess tar-riforma tas-sussidji ta' ħsara għall-ambjent? 3. POSSIBBILTAJIET GħAL IKTAR UżU TA' L-MBIS BIEX JINFLUWENZAW IL-KONSUM TA' L-ENERġIJA Attwalment, l-enerġija hija prijorità ewlenija għall-UE minħabba li tirrapreżenta sfida kbira fir-rigward tas-sostenibbiltà ambjentali, kif ukoll għas-sigurtà tal-provvista u l-kompetittività. Sabiex l-użu ta' l-enerġija fl-Ewropa jsir iktar sostenibbli, sikur u kompetittiv, il-Kummissjoni tixtieq kemm konsum iktar effiċjenti ta' l-enerġija kif ukoll mobilizzazzjoni tar-riżorsi għall-adozzjoni ta' enerġija iktar nadifa, u investiment fit-teknoloġiji ġodda u innovazzjoni. Dawn l-għanijiet ġew approvati dan l-aħħar mill-Kapijiet ta' l-Istat u l-Gvernijiet ta' l-UE fis-sura ta' programm integrat għat-tibdil fil-klima u l-enerġija. Il-politiki fiskali, b'mod partikolari t-tassazzjoni u l-irfinar tas-sistema ta' l-UE ta' l-iskambju tal-kwoti ta' l-emissjonijiet sejrin ikollhom rwol importanti biex jintlaħqu dawn l-għanijiet. Il-politika tat-taxxa fiskali Komunitarja, u iktar speċifikament id-Direttiva tat-Tassazzjoni fuq l-Enerġija, għalkemm primarjament iservu s-suq intern, għandhom funzjoni importanti f'dan il-kuntest. Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli komuni għat-taxxi fuq il-konsum ta' l-enerġija u tintegra l-għanijiet ta' l-ambjent u l-enerġija. Tradizzjonalment, it-tassazzjoni fuq l-enerġija tikkontribwixxi għall-għanijiet ta' l-effiċjenza enerġetika, is-sigurtà tal-provvista u l-kompetittività. 3.1. Is-simplifikazzjoni u l-iżvilupp tad-Direttiva tat-Tassazzjoni fuq l-Enerġija It-tassazzjoni fuq l-enerġija toffri l-potenzjal biex l-UE torbot ir-rwol inċentivanti tat-tassazzjoni favur konsum iktar effiċjenti fl-enerġija u li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent ma l-abbiltà li jiġi ġġenerat iktar dħul[24]. Madankollu, l-approċċ attwali pjuttost flessibbli u ġenerali tad-Direttiva tat-Tassazzjoni fuq l-Enerġija jista' ma jippermettix l-integrazzjoni effettiva ta' l-għanijiet ta' l-effiċjenza ta' l-enerġija u l-konsum ta' l-enerġija favorevoli għall-ambjent, fl-armonizzazzjoni stabbilita fil-livell ta' l-UE. Għalhekk jista' jkun hemm argument favur rabta iktar ċara tat-tassazzjoni fuq l-enerġija ma’ l-għanijiet tal-politika rilevanti ta' l-UE. Soluzzjoni waħda tista' tkun it-taqsim tal-livelli minimi Komunitarji f'elementi ta' enerġija u ambjent (jew il-kontropartijiet), li mbagħad jistgħu jiġu riflessi fil-livell nazzjonali fil-forma ta' taxxa fuq l-enerġija u taxxa fuq l-ambjent (emissjonijiet). Sistema bħal din għandha tibbaża fuq l-approċċ eżistenti fit-tassazzjoni ta' l-enerġija iżda għandha ssir iktar koerenti u fl-istess waqt tirfina l-aspetti ambjentali. Sabiex tikkostitwixxi inċentiv effettiv u uniformi għall-konsum effiċjenti ta' l-enerġija mingħajr ma jinħoloq tfixkil bejn il-prodotti ta' l-enerġija, l-ewwelnett għandu jkun hemm taxxa fuq il-fjuwils kollha b'mod uniformi skond il- kontenut enerġetiku tagħhom u b'hekk ikun hemm żvilupp ulterjuri ta' l-approċċ segwit diġà fis-settur tal-fjuwil li jintuża għat-tisħin u għall-elettriku. Barra minn hekk, waqt li jitqies il-fatt li l-emissjonijiet iġġenerati waqt il-ħruq ivarjaw minn fjuwil għal ieħor, it-tassazzjoni tista', fit-tieni lok, tirrifletti l- aspetti ambjentali ta' l-enerġija (billi ssir distinzjoni bejn l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u l-emissjonijiet li mhumiex tal-gassijiet serra). Approċċ bħal dan kieku jippermetti għal differenzazzjoni fiskali iktar awtomatika u sempliċi favur riżorsi ta' enerġija iktar favorevoli għall-ambjent, notevolment l-enerġija rinovabbli, meta jitqabbel mas-sitwazzjoni attwali. Fost funzjonijiet oħra, it-tassazzjoni fuq l-enerġija għandha tagħraf b'mod espliċitu l-benefiċċji ta' l-enerġija rinovabbli f'termini tal-ħarsien ta' l-ambjent u tas-sigurtà tal-provvista. Hemm bosta aspetti li jridu jitqiesu li qegħdin jiġu analizzati fid-dettall fid-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanja din il- green paper . B'mod partikolari: - Tradizzjonalment, il-fjuwils użati għat-tisħin u l-fjuwils użati bħala propellanti fiskalment huma trattati b'mod differenti, li jirriflettu b'mod partikolari n-natura indispensabbli tal-fjuwil li jintuża għat-tisħin. Jista' jkun hemm ġustifikazzjoni għal differenzazzjoni tat-tassazzjoni ulterjuri, skond l-użu. - L-emissjonijiet tas-CO2 ġejjin mill-biċċa l-kbira tal-produzzjoni ta' l-elettriku attwalment jidħlu fis-sistema ta' l-UE ta' l-iskambji tal-kwoti ta' l-emissjonijiet, filwaqt li l-produzzjoni ta' l-enerġija elettrika hija, bħala prinċipju, eżentata mit-taxxi fuq il-prodotti enerġetiċi f'konformità mad-Direttiva tat-Tassazzjoni fuq l-Enerġija. Kontroparti ambjentali addizzjonali fil-forma ta' taxxi, li tirrifletti l-istess aspetti ambjentali bħal dawk indirizzati mis-sistema ta' l-UE ta' l-iskambji ta' l-emissjonijiet ma tidhirx xierqa f'dan il-każ speċifiku. Il-Kummissjoni beħsiebha tesplora iktar fil-fond dawn l-ideat għar-reviżjoni possibbli tad-Direttiva tat-Tassazzjoni fuq l-Enerġija. Għandha ssir reviżjoni tad-Direttiva tat-Taxxa fuq l-Enerġija biex tinħoloq rabta iktar ċara ma' l-għanijiet tal-politika li tintegra d-Direttiva, b'mod partikolari fis-setturi ta' l-ambjent u ta' l-enerġija? Dan iwassal biex it-tassazzjoni ta' l-enerġija issir strument iktar effettiv billi tħallat aħjar l-effetti inċentivi tat-tassazzjoni mal-kapaċità li jiġġenera dħul finanzjarju? It-taqsim tal-livelli minimi ta' tassazzjoni bejn l-kontropartijiet ta' enerġija u l-ambjent jikkostitwixxi l-aħjar soluzzjoni? X'jistgħu jkunu l-argumenti favur u kontra l-aspetti prattiċi ewlenin ta' approċċ bħal dan? L-inċentiv ambjentali maħluq bit-tassazzjoni ta' l-enerġija ikun rispons suffiċjenti u adegwat biex jirrifletti l-għanijiet tal-politika ta' l-enerġija fil-qasam tal-bijofjuwils, inkluż il-ħolqien ta' inċentiv bbażat fuq is-suq għall-bijofjuwils tat-tieni ġenerazzjoni? Hemm ħtieġa għal tassazzjoni addizzjonali li tindirizza l-aspetti ambjentali pendenti tal-produzzjoni ta' l-elettriku (jekk jeżistu)? L-approċċ propost huwa biżżejjed biex jiffavurixxi li l-enerġija elettrika tittieħed minn sorsi rinnovabbli? X'inhu l-impatt ta' qafas Komunitarju bħal dan għall-elettriku ta' oriġini nukleari (meta wieħed iqis l-approċċi diversi fil-livell nazzjonali lejn l-użu ta' l-enerġija nukleari)? 3.2. Interazzjoni tat-tassazzjoni fuq l-enerġija ma' strumenti oħra bbażati fuq is-suq, b'mod partikolari l-UE ETS Mid-diversi strumenti Komunitarji bbażati fuq is-suq li jeżistu fil-qasam ta' l-enerġija, it-trasport u l-ambjent, it-tassazzjoni fuq l-enerġija hija, possibilment, l-iktar strument trasversali minħabba li għandha impatt fit-tliet oqsma u interazzjoni diretta ma' l-istrumenti l-oħra kollha. Ir-reviżjoni tad-Direttiva tat-Tassazzjoni fuq l-Enerġija tista' tħalli li jitqiesu dawn l-aspetti billi tikkjarifika l-aspetti koperti bit-tassazzjoni armonizzata ta' l-enerġija. Fil-prattika, l-identifikazzjoni espliċita ta' element ambjentali fil-livelli minimi ta' tassazzjoni (b'differenzazzjoni bejn l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u l-emissjonijiet ta' gassijiet mhux ta' l-effett serra) tista' tippermetti t-tassazzjoni ta' l-enerġija tikkumplementa b'mod aħjar strumenti oħra bbażati fuq is-suq fil-livell ta' l-UE. Is-sistema UE ta' l-iskambju tal-kwoti ta' l-emissjonijiet attwalment tapplika għal emissjonijiet minn ċerti impjanti ta' kombustjoni u industrijali, filwaqt li t-tassazzjoni fuq l-enerġija min-naħa l-oħra tapplika għall- użi tal-fjuwil ta' l-enerġija [25] filwaqt li f'għadd sinifikanti ta' każijiet jitħallew barra l-ambitu tagħha s-setturi li jikkunsmaw l-aktar enerġija (attwalment koperti bl-UE ETS). Il-Kummissjoni tqis li din ir-regola tista' tiġi esplorata iktar fil-fond biex tiskopri jekk setturi koperti mill-UE ETS jistgħux jiġu esklużi mill-ambitu ta' l-element ambjentali tad-Direttiva tat-Tassazzjoni fuq l-Enerġija sakemm l-impatt tagħhom ta' l-effett serra jiġi indirizzat adegwatament mill-UE ETS (fi kliem ieħor sabiex l-elementi ambjentali rilevanti tal-livelli minimi ta' tassazzjoni ma jkunux applikabbli għalihom, filwaqt li jibqa' l-element ibbażat fuq l-enerġija kif ukoll elementi ambjentali oħra). Min-naħa l-oħra, f'każijiet fejn ċerti operaturi ma jipparteċipawx fl-iskambju tal-kwoti ta' l-emissjonijiet minħabba li daqshom żgħir jew minħabba kunsiderazzjonijiet oħra, il-kontroparti ambjentali tal-livelli minimi ta' tassazzjoni tista' tiżgura applikazzjoni iktar wiesgħa tal-prinċipju ta' "min iniġġes iħallas". Dawn ir-regoli jistgħu effettivament japplikaw kemm għas-settur industrijali kif ukoll għal dak ta' l-avjazzjoni. L-esklużjoni ta' l-impatti ambjentali indirizzati mill-UE ETS mill-ambitu tad-Direttiva tat-Tassazzjoni fuq l-Enerġija tista' tkun soluzzjoni valida, u tista' tippermetti fost l-oħrajn li tissolva l-problema tad-duplikazzjoni bejn żewġ strumenti, u fl-istess waqt tiżgura li jitħarsu l-għanijiet pendenti tat-tassazzjoni fuq l-enerġija. Soluzzjoni bħal din tippermetti ukoll li jiġu evitati diffikultajiet ġejjin mid-differenzi tal-karatteristiċi bejn is-sistema ta' l-UE ta' l-iskambju tal-kwoti ta' l-emissjonijiet (prezz uniformi madwar l-UE kollha li madankollu jvarja maż-żmien) u tassazzjoni fuq l-enerġija (prezzijiet differenti jirriflettu l-libertà ta' l-Istati Membri biex jiddeterminaw ir-rati tat-taxxa 'l fuq mill-minimu fuq id-diskrezzjoni tagħhom, li għandhom tendenza jibqgħu stabbli matul iż-żmien). Madankollu, kwalunkwe pass lejn soluzzjoni jistħoqqlu analiżi fil-fond, speċjalment jekk l-ambitu tas-sistema UE ta' l-iskambju tal-kwoti ta' l-emissjonijiet jitwessa' b'mod sinifikanti. Tkun xi tkun is-soluzzjoni, trid tintwera f'perspettiva globali. Hemm rikonoxximent globali li dejjem qed jikber dwar il-ħtieġa li l-ħarsien ta' l-ambjent jiġi integrat fid-deċiżjonijiet ekonomiċi sabiex ikun żgurat l-iżvilupp sostenibbli fit-tul. Dan iwassal għal applikazzjoni estiża ta' l-MBI mill-awtoritajiet nazzjonali u għandu jitħeġġeġ l-użu tagħhom fil-livell globali. L-UE għandha tipparteċipa attivament fi djalogu ma' pajjiżi oħra, sabiex tippromwovi l-użu ta' strumenti bbażati fuq is-suq li jippermettu li jintlaħqu l-għanijiet b'mod ekonomiku. Iżda sakemm dan ma jkunx il-każ u l-UE u pajjiżi terzi japplikaw livelli diversi ta' tassazzjoni l-emissjonijiet tal-karbonju jew metodi oħra biex inaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra (bħall-ETS), huwa importanti li jiġu pprovduti l-inċentivi meħtieġa biex l-imsieħba kummerċjali ta' l-UE jitħeġġu jieħdu miżuri effettivi biex jegħlbu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra. Il-fattibbiltà tal-miżuri kollha għal dan il-għan għandha tiġi analizzata. Dan diġà wassal biex jinbeda dibattitu dwar l-applikazzjoni tal-mekkaniżmi għall-ekwilibriju tal-karbonju, bħall-aġġustamenti tad-dazji doganali. Fl-istess waqt, huwa rikonoxxut li dan l-approċċ huwa suġġett għal-limitazzjonijiet legali u tekniċi, li jridu jiġu eżaminati iktar mill-qrib. Il-bidliet proposti għad-Direttiva tat-Tassazzjoni fuq l-Enerġija u l-approċċ propost għall-ambitu tagħha jikkostitwixxu l-aħjar soluzzjoni biex tiġi żgurata l-koerenza bejn id-Direttiva u l-UE ETS? Hemm toroq oħra li jwasslu għal dan il-għan? X'inhuma l-possibbiltajiet li għandhom jiġu esplorati sabiex jingħataw l-inċentivi meħtieġa ħalli s-sħab kummerċjali ta' l-UE jieħdu l-miżuri effettivi biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra? 4. POSSIBILITAJIET GħAL IKTAR UżU TA' L-MBIS FIL-POLITIKA AMBJENTALI 4.1. Il-ġlieda kontra l-impatt ambjentali tat-trasport It-trasport huwa l-ikbar kontribwent għat-tniġġis ta' l-arja u l-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju u l-emissjonijiet għandhom tendenza li jiżdiedu. Pereżempju, it-trasport bit-triq fl-2004 kien responsabbli għal 22% mit-total ta' l-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju. L-avjazzjoni u t-trasport bil-baħar jgħoddu għal 3-4% ta' l-emissjonijiet totali ta' gassijiet serra, u l-emissjonijiet ta' l-avjazzjoni b'mod partikolari, malajr kibru (b'86% mill-1990 sa' l-2004). L-MBIs xi kultant intużaw fil-livell ta' l-UE biex jindirizzaw l-impatti negattivi ambjentali tal-mezzi diversi ta' trasport. Din is-sitwazzjoni tikkuntrasta mal-livelli nazzjonali u lokali fejn intużaw u qegħdin fil-proċess li jiġu żviluppati diversi tipi u disinni ta' l-MBIs. Dan l-aħħar il-Kummissjoni jew istituzzjonijiet oħra adottaw bosta inizjattivi sabiex jillimitaw l-emissjonijiet tat-trasport. L-introduzzjoni fil-proposta tal-Kummissjoni ta' element ibbażat fuq l-emissjonijiet tas-CO2 kemm għat-taxxi ta' ċirkulazzjoni annwali kif ukoll għat-taxxi ta' reġistrazzjoni għat-taxxi relatati mal-karozzi tal-passiġġieri[26] għandha tħeġġeġ lix-xerrejja tal-karozzi li jqisu l-effiċjenza ta' l-enerġija u l-emissjonijiet tas-CO2. Ladarba addottat, u flimkien mal-qafas leġiżlattiv biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 tal-karozzi[27], u t-tassazzjoni ta' l-enerġija, dan għandu jgħin lil-UE tilħaq l-għanijiet tagħha għat-tibdil fil-klima billi jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 mill-karozzi.<Fil-kuntest tar-reviżjoni li jmiss ta' l-UE ETS, il-Kunsill Ewropew stieden lill-Kummissjoni tikkunsidra estensjoni possibbli ta' l-ambitu ta' applikazzjoni tas-sistema ta' skambju għal għadd ta' setturi oħra li jinkludu t-trasport fuq l-art. Il-Kummissjoni pproponietli tinkludi emissjionijiet ta' avjazzjoni taħt l-iskema ta' l-iskambju tal-kwoti ta' l-emissjonijiet ta' l-UE (ETS) u ħabbret l-intenzjoni tagħha li tippreżenta proposta biex tnaqqas l-ossidi tan-nitroġenu sa l-aħħar ta' l-2008[28]. Fir-rigward tat-trasport bil-baħar, l-evalwazzjoni tal-proposti għall-promozzjoni tat-trasport marittimu b'emissjoni baxxa issemmiet bħala waħda mill-miri tal-politika marittima futura[29]. F'dan is-settur kull strument ibbażat fuq is-suq għandu jitfassal bir-reqqa sabiex ma jidħolx f'kunflitt mad-dispożizzjonijiet dwar il-ħlasijiet fil-konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar (UNCLOS)[30]. Barra minn hekk, hemm bosta kwistjonijiet ewlenin oħra, fosthom ir-rekwiżiti legali u politiċi, id-differenzjazzjoni ġeografika, il-mekkaniżmi ta' monitoraġġ u konformità li jridu jiġu eżaminati għall-iżvilupp ta' proposti speċifiċi għall-promozzjoni tat-trasport marittimu b'emissjonijiet baxxi. Liema strument ibbażat fuq is-suq ikun l-aħjar biex inaqqas l-emissjonijiet ġejjin mit-trasport marittimu, meta wieħed iqis in-natura speċifika ta' dan il-mezz ta' trasport? Kif jista' jitfassal l-aħjar? Minbarra l-emissjonijiet tas-CO2, l-użu tat-toroq għandu effetti oħra fuq l-ambjent, bħat-tniġġis ta' l-arja mill-SO2, mill-NOx jew mill-materja f'partiċelli, kif ukoll it-tniġġis akustiku u l-problemi ta' konġestjoni. Minbarra t-taxxi annwali ta' ċirkulazzjoni parzjalment armonizzati għall-vetturi b'tagħbija tqila d-"Direttiva ta' l- Eurovignette " tipprovdi qafas ta' tariffi fuq in-netwerks tat-toroq transewropej. Għal vetturi tqal, il-Ġermanja u l-Awstrija introduċew tariffi ddifferenzjati bbażati fuq id-distanza li tkun saret. Għalkemm it-tariffi medji jistgħu ikopru biss l-ispejjeż ta' l-infrastruttura u b'hekk jeskludu l-ispejjeż esterni, l-Istati Membri mill-2010 'l hemm għandhom jiddiferenzjaw it-tariffi skond il-klassi ta' emissjoni Euro, u jistgħu jintroduċu differenzazzjoni oħra għall-ġlieda kontra l-ħsara ambjentali u jiffaċċjaw il-problemi ta' konġestjoni. L-integrazzjoni f'dawn is-sistemi ta' ħlasijiet ta' differenzazzjoni tal-ħsara ambjentali fl-ispejjeż kumplessivi, tippermetti użu iktar effiċjenti ta' l-infrastruttura[31]. Wara li teżamina l-possibilitajiet kollha, fosthom l-ispejjeż ambjentali, sanitari jew ikkawżati mill-istorbju jew mill-konġestjoni, il-Kummissjoni għandha tippreżenta mudell ġeneralment applikabbli, trasparenti u komprensibbli għall-valutazzjoni ta' l-ispejjeż esterni kollha, li jservi bħala bażi għall-kalkoli futuri tat-tariffi ta' l-infrastruttura. Dan il-mudell ser ikun akkumpanjat minn analiżi ta' impatt ta' l-internalizzazzjoni ta' l-ispejjeż esterni għall-mezzi kollha ta' trasport u strateġija għal implimentazzjoni gradwali tal-mudell għall-mezzi kollha tat-trasport[32]. Il-liġi Komunitarja tippermetti wkoll lill-Istati Membri jvarjaw it-tariffi infrastrutturali fuq il-ferroviji skond l-impatti ambjentali esterni. Dan ma għandux iżid il-livell tad-dħul finanzjarju għall-maniġer ta' l-infrastruttura jekk ma jkunx hemm xi livell komparabbli ta' spejjeż ambjentali fuq mezzi oħra ta' trasport konkorrenti[33]. X'inhu l-aħjar mod biex jiġu applikati t-tariffi, inklu¿i l-konsiderazzjonijiet marbuta ma' l-ispejje¿ ambjentali għal mezzi tat-trasport? Dan il-mudell għandu japplika għall-mezzi kollha tat-trasport, jew għandhom jitqiesu l-ispeċifitajiet ta' kull mezz ta' trasport? Safejn għandha tintu¿a d-Direttiva ta' l-Eurovignette f'dan ir-rigward? | Is-sistemi lokali tat-tariffi ġew applikati f'għadd ta' bliet ta' l-UE, bħal Londra u Stokkolma, biex itejbu l-kundizzjonijiet tat-traffiku, inter alia , biex inaqqsu l-konġestjoni urbana[34]. Kif intwera f'xi valutazzjonijiet reċenti, dan l-għan intlaħaq. Il-veloċitajiet medji tat-traffiku żdiedu filwaqt li b'mod sinifikanti tnaqqsu l-emissjonijiet (PM, NOx u CO2) u l-konsum ta' l-enerġija tat-traffiku fit-triq ġewwa ż-żona kkonċernata[35]. Hemm ukoll diskussjonijiet fil-livelli nazzjonali, eż. fir-Renju Unit kif ukoll fil-Ġermanja, dwar l-estensjoni tat-tariffi ta' konġestjoni tat-traffiku fit-toroq kollha. Il-Kummissjoni għandha tkompli tappoġġa n-netwerks ta' skambju ta' informazzjoni eżistenti u teżamina l-ħtieġa li taddotta miżuri ta' appoġġ fuq il-livell ta' l-UE fil-qafas tal- Green Paper dwar it-Trasport Urban fl-2007. 4.2. L-użu ta' l-istrumenti bbażati fuq is-suq biex jiġġieldu kontra t-tniġġis u jipproteġu r-riżorsi L-UE tħeġġeġ ukoll l-Istati Membri biex jużaw it-tassazzjoni u strumenti oħra bbażati fuq is-suq fil-qafas ta' l-istrateġiji tematiċi ambjentali tagħha. L-Istati Membri sfruttaw dawn il-possibilitajiet, għalkemm bi gradi differenti ħafna, u kisbu esperjenzi fl-applikazzjoni ta' formuli differenti. Lil hinn mill-kunsiderazzjonijiet ambjentali, tista' tinqala' l-ħtieġa li jiġu armonizzati fuq livell ta' l-UE dawk il-każi b'dimensjoni transkonfinali u fejn it-tassazzjoni dejjem intużat iktar fil-livell nazzjonali b'impatti possibbli fuq il-funzjonament tas-Suq Intern. 4.2.1. Ilma L-ilma għandu jiġi ġestit f'mod sostenibbli. Id-Direttiva ta' Qafas dwar l-Ilma (WFD)[36] tipprovdi qafas kumplessiv għal azzjoni. Din id-Direttiva tesiġi li sa l-2010 l-Istati Membri jintroduċu politiki ta' tariffi ta' l-ilma li jħeġġu l-użu effiċjenti ta' l-ilma. Dan iġiegħel l-utenti kollha jġarrbu l-ispejjeż (inklużi l-ispejjeż ambjentali esterni u spejjeż ta' riżorsi) taħt il-prinċipju "min iniġġes iħallas", li f'ċerti każi għadu ma giex applikat bis-sħiħ[37]. Sa l-2009, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw ukoll fuq il-passi li jieħdu biex jimplimentaw dawn id-dispożizzjonijiet fil-pjanijiet ta' ġestjoni tagħhom tal-baċini tax-xmajjar. Bosta Stati Membri diġà japplikaw taxxi jew tariffi fuq l-estrazzjoni ta' l-ilma ta' taħt l-art u/jew l-ilma tal-wiċċ jew fuq il-konsum ta' l-ilma, li wasslu biex jitnaqqsu l-konsum, it-tnixxija u t-tniġġis. Il-Kummissjoni tikkunsidra l-użu ta' l-istrumenti bbażati fuq is-suq biex jintlaħqu l-ħtiġijiet tad-Direttiva ta' Qafas dwar l-Ilma. Din ser tkompli l-kooperazzjoni mill-qrib ma' l-Istati Membri fuq dawn il-kwistjonijiet fil-qafas ta' l-Istrateġija Komuni ta' Implimentazzjoni kif miftiehem mal-grupp ta' diretturi ta' l-ilma ta' l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. Kif tista' l-Kummissjoni ti¿gura bl-iktar mod effettiv l-implimentazzjoni tal-politiki tat-tariffi fuq l-ilma stabbiliti fid-Direttiva ta' Qafas dwar l-Ilma? X'possibilitajiet jistgħu jiġu e¿aminati għat-tisħiħ tar-rabtiet bejn l-investimenti fil-proġetti nazzjonali dwar l-ilma u l-introduzzjoni tat-tariffi korrispondenti ta' l-ilma biex jipprovdu inċentivi għall-utenti u biex jevitaw it-tgħawiġ fis-suq? | 4.2.2. L-immaniġġar ta’ l-iskart L-għan ewlieni għall-prevenzjoni u l-immaniġar ta' l-iskart stabbilit fis-sitt programm Komunitarju ta' azzjoni dwar l-ambjent huwa d-diżakkoppjament tal-ġenerazzjoni ta' l-iskart mit-tkabbir ekonomiku, u hemm sinjali li dan qed jibda jseħħ. Filwaqt li hemm it-tendenza li l-miżbla ( landfill ) tkun l-agħar għażla minn perspettiva ambjentali[38], is-sinjali tas-suq sikwit jiffavorixxuha minħabba li ma jqisux l-impatti ambjentali. Barra minn hekk, filwaqt li t-tassazzjoni fuq ir-rimi, b'mod partikolari l-miżbla, tista' tkun mod effettiv li jikkoreġi din id-distorsjoni u jħeġġeġ ir-riċiklaġġ u l-irkupru ta' l-iskart[39], id-differenzi fil-livelli tat-taxxi nazzjonali jistgħu jwasslu għal movimenti ta' skart motivati minn konsiderazzjonijiet purament fiskali u jwasslu għal kompetizzjoni mgħawġa bejn l-operaturi ta' l-immaniġjar ta' l-iskart. l-Kummissjoni għalhekk ħeġġet lill-Istati Membri biex jagħtu informazzjoni lil xulxin dwar l-approċċi tagħhom fir-rigward tat-taxxi tal-miżbla u biex iżommu lill-Kummissjoni infurmata[40]. Barra minn hekk, pass ieħor biex tiġi indirizzata t-tieni kwistjoni jista' jkun li jiġu stabbiliti kriterji komuni, inklużi rati minimi ambjentalment effettivi, biex jitfasslu t-taxxi tal-miżbla bbażati fuq l-aħjar prassi ppruvata. Jekk ma jkunx hemm bi¿¿ejjed progress biex jitneħħa l-iskart mill-mi¿bliet, il-Kummissjoni għandha tqis li tipproponi taxxa armonizzata għall-mi¿bliet b'rati minimi għall-UE kollha? | Il-materjali differenti ta' l-ippakkjar jew il-prodotti diversi ta' l-istess kategorija, eż. batteriji, għandhom impatt differenti fuq l-ambjent. L-istrumenti bbażati fuq is-suq iddiferenzjati skond l-impatt tal-prodotti għalhekk għandhom iħeġġu konsum aktar sostenibbli. Skond il-liġi Komunitarja, l-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri nazzjonali biex jintlaħqu l-miri, bħal prevenzjoni ta' l-iskart ta' l-ippakkjar jew l-inkoraġġiment ta' l-użu ta' ppakkjar li jista' jingħata lura jew għall-ġbir u r-riċiklaġġ tal-batteriji ta' l-iskart kif ukoll il-promozzjoni ta' l-użu ta' batteriji li fihom inqas sustanzi li jniġġsu[41], u b'hekk jiġi implimentat il-prinċipju "min iniġġes iħallas". F'dawn il-każijiet kollha, dawn il-miżuri jridu jħarsu l-obbligi tat-Trattat (b'mod partikolari r-regoli fuq is-suq intern u n-nuqqas ta' diskriminazzjoni, inkluż l-Artikolu 90 KE[42]). Ħafna minnhom użaw strumenti bbażati fuq is-suq bħat-taxxi, sistemi ta' rifużjoni tad-depożitu jew permessi negozjabbli għall-iskart mill-imballaġġ ġenerali jew għall-iskart mill-imballaġġ speċifiku (eż. kontenituri tax-xorb jew basktijiet tal-plastik)[43]. Id-Danimarka addattat it-taxxa ta' l-imballaġġ tagħha biex tirrifletti d-differenzi fl-impatt ambjentali ta' kull materjal, u l-Latvja introduċiet ukoll differenzazzjoni skond il-materjal[44]. Il-Kummissjoni hija lesta tappoġġa skambju ta' informazzjoni strutturat bejn l-Istati Membri dwar l-approċċi taghħom. Il-qafas legali Komunitarju jipprovdi ambitu wiesa' bi¿¿ejjed fejn l-Istati Membri jistgħu ju¿aw l-istrumenti bba¿ati fuq is-suq biex jindirizzaw l-kwistjonijiet ta' l-immaniġġar ta' l-iskart? Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-applikazzjoni ta' l-istrumenti bba¿ati fuq is-suq f'dan il-qasam,. e¿. billi tappoġġa skambji ta' informazzjoni? | 4.3. L-użu ta' l-istrumenti bbażati fuq is-suq biex jipproteġu l-bijodiversità L-użu ta' l-istrumenti bbażati fuq is-suq għall-protezzjoni tal-bijodiversità qed jiġi aċċettat bħala mezz li jintegra l-konservazzjoni fit-tehid tad-deċiżjonijiet ta' l-atturi ekonomiċi u li jilħaq l-għanijiet għall-konservazzjoni u l-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi b'mod ekonomiku, bħal dawk li jinsabu fil-Pjan ta' Azzjoni tal-Bijodiversità ta' l-UE u fil politika komuni tas-sajd[45]. It-tliet tipi standard ta' l-istrumenti bbażati fuq is-suq – taxxi/tariffi/drittijiet, sussidji u permessi negozjabbli – qed jintużaw, prinċipalment għall-konservazzjoni tal-ħabitat u ta' l-ekosistema, iżda wkoll għall-protezzjoni ta' speċi speċifiċi L-istrumenti bbażati fuq is-suq jistgħu jkunu għodod effiċjenti biex iħeġġu s-sidien ta' l-artijiet iżommu foresti jew mistagħdra, jew biex ipattu għall-ħsara inevitabbli li l-proġetti ta' żvilupp jikkawżaw lill-bijodiversità billi joħolqu ħabitats simili x'imkien ieħor biex jiżguraw li ma jkunx hemm telf nett tal-bijodiversità (kumpens għall-bijodiversità). It-tariffi u d-drittijiet, bħall-permessi għall-kaċċa u s-sajd jistgħu jgħinu biex jillimitaw għal livell sostenibbli l-użu tar-riżorsi tal-bijodiversità. Hemm każijiet ukoll meta tingħata għajnuna finanzjarja fl-għamla ta' "Ħlasijiet għal Servizzi Ambjentali" (PES), eż. miżuri agroambjentali tal-Politika Agrikola Komuni, biex jikkumpensaw is-sidien ta' l-artijiet biex iżommu l-foresti jew il-mistagħdra li jiffiltraw l-ilma, jaġixxu bħala ġibjuni ta' l-ilma jew jipprovdu ħabitats għall-insetti li jdakkru l-pjantaġġuni fil-qrib bil-polline, minħabba li dawn ikunu qed jirrinunzjaw id-dħul finanzjarju għal ġid ta' kulħadd[46]. l-Finlandja għamlet użu mill-irkanti fejn il-parteċipanti jagħmlu offerta għas-sussidji minimi li jirrikjedu biex iwettqu l-miżuri ta' protezzjoni għall-bijodiversità, bħala mod biex tevita li tiffissa sussidji għoljin wisq[47]. Il-"habitat banking", (il-ħolqien ta' riservi finanzjarji għall-ħabitats) huwa eżempju ieħor ta' kif jintużaw l-istrumenti bbażati fuq is-suq. Dan huwa strument ta' skambju li ntuża għall-ewwel darba fl-Istati Uniti (f'dan il-każ ġie użat għall-ħolqien ta' riżervi finanzjarji għall-mistagħdra) fil-kuntest ta' reġimi ta' responsabbiltà ambjentali. Skemi bħal dawn ibiddlu r-responsabbilitajiet ambjentali f'assi kummerċjabbli, u b'hekk ibiddlu l-istrutturi ta' inċentivi u imġiba billi jagħtu d-drittijiet ta' propjetà u joħolqu s-swieq. Kumpaniji speċjalizzati joħolqu l-artijiet mistagħdra u imbagħad ibigħu l-krediti lill-iżviluppaturi. Dan jiżgura li jintlaħqu l-għanijiet ambjentali bl-ebda telf tal-valur totali u fl-istess ħin iwassal għal konkorrenza fost il-kumpaniji biex jistabbilixxu artijiet mistagħdra ġodda b'mod ekonomiku. Bħall-iskemi tal-permessi negozjabbli ġenerali, skemi bħal dawn jgħinu biex jintegraw l-għanijiet ta' konservazzjoni fl-attivitajiet ekonomiki normali tan-negozju, u b'hekk jikkontribwixxu biex jgħelbu r-reżistenza minn negozji. Madankollu, l-ekwivalenza tal-ħabitats għandha tinżamm u għandu jkun hemm kriterji ta' miżura. Fil-każ ta' żoni protetti, il-miżuri ta' kumpens għat-telf tal-ħabitat għandhom japplikaw biss bħala l-aħħar miżura. L-Istati Membri għandhom jagħmlu u¿u iktar intensiv minn dawn it-tipi ta' strumenti? B'mod partikolari, għandhom, "il-ħlasijiet għas-servizzi ambjentali" jintu¿aw b'mod iktar intensiv biex jintlaħqu l-għanijiet ambjentali? U għandu wieħed je¿amina iktar fil-fond il-possibbiltà ta' introduzzjoni ta' sistemi ta' kumpens tal-bijodiversità fil-livell Komunitarju, e¿. servizzi bankarji għall-artijiet mistagħdra? | 4.4. L-użu ta' l-istrumenti bbażati fuq is-suq biex jiġġieldu kontra t-tniġġis ta' l-arja It-tniġġis ta’ l-arja jħassar is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent. Il-ħtieġa ta' arja iktar nadifa ilha li ġiet rikonoxxuta għexieren ta' snin. Filwaqt li azzjoni fil-livell nazzjonali u fil-livell ta' l-UE wasslu għal titjib sinifikanti, l-impatti serji tat-tniggis ta' l-arja ma qatgħux u dawn ġew indirizzati mill-istrateġija tematika dwar it-tniġġis ta' l-arja tal-Komunità. Bosta Stati Membri jużaw strumenti bbażati fuq is-suq biex jindirizzaw it-tniġġis ta' l-arja, b'mod partikolari t-taxxi u t-tariffi fuq l-NOx u l-SO2 Iktar reċentement, ġew introdotti sistemi nazzjonali ta' l-iskambju tal-kwoti ta' l-emissjonijiet biex jitnaqqsu il-problemi mis-sustanzi li jniġġsu. Filwaqt li l-kummerċ inevitabbilment huwa iktar effiċjenti f'suq ikbar, s-sensittività ambjentali għal dawn is-sustanzi li jniġġsu tvarja madwar l-Ewropa u għalhekk huwa importanti li l-iskambju tal-kwoti ta' l-emissjonijiet ma jwassalx għal tniġġis serju lokalment ("żoni kritiċi") jew għal deterjorament ta' l-ambjent naturali permezz ta' l-aċidifikazzjoni, l-ewtrofokazzjoni jew l-ożonu. Il-Kumissjoni qed tanalizza jekk l-iskemi ta' l-iskambju ta' emissjonijiet transkonfinali mhux obbligatorji bejn gruppi ta' Stati Membri jistgħux iżidu l-flessibbiltà u jnaqqsu l-ispejjeż ta' konformità filwaqt li jinżamm livell għoli ta' protezzjoni ambjentali. - Fl-analiżi tagħha tad-Direttiva tal-Limiti Nazzjonali ta' l-Emissjonijiet[48] fn, il-Kummissjoni sejra teżamina kif l-iskambju tal-kwoti ta' l-emissjonijiet jista jnaqqas iktar l-emissjonijiet b'mod ekonomiku[49]. L-Olanda u s-Slovakkja jistgħu jagħtu lezzjonijiet prezzjużi mill-esperjenza tagħhom ta' l-iskemi ta' l-iskambju ta' emissjonijiet ta' l-NOx u l-SO2 lill-Istati Membri li jridu jużaw dan l-istrument, u possibilment anke jagħqqdu s-sistemi nazzjonali flimkien[50]. - Il-Kummissjoni qed teżamina ukoll il-possibbiltà ta' l-iskambju tal-kwoti ta' l-emissjonijiet għall-NOx u l-SO2 fir-reviżjoni tagħha tad-Direttiva dwar il-Prevenzjoni u l-Kontroll Integrat tat-Tniġġis[51]. L-Istati Membri diġà jistgħu iwaqqfu skemi li jippermettu l-kummerċ fl-emissjonijiet li jibqgħu wara l-implimentazzjoni ta' l-Aħjar Tekniki Disponibbli (BAT). Kwistjoni oħra hija jekk dawn għandomx jitħallew, jew individwalment jew flimkien, jagħżlu l-iskambju tal-kwoti ta' l-emissjonijiet minflok il-permessi bbażati fuq il-BAT[52]. Hemm skop għall-u¿u ta' skemi ta' skambju ta' kwoti ta' emissjonijiet transkonfinali bejn gruppi ta' Stati Membri fil-ġlieda kontra s-sustanzi konvenzjonali li jniġġsu l-arja (l-SO2 u l-NOx)? Kif għandha titfassal sistema bħal din biex tikkonforma mat-taxxi nazzjonali u l-ħlasijiet applikati f'bosta Stati Membri? | 5. KONKLUżJONI Il-Kummissjoni temmen li flimkien mar-regolamentazzjoni u strumenti oħra, għandu jkun hemm użu ikbar ta' l-istrumenti bbażati fuq is-suq, inklużi l-iskemi ta' skambju ta' kwoti ta' emissjonijiet, miżuri ta' tassazzjoni u sussidji, bħala strumenti effiċjenti ekonomikament biex jintlaħqu l-għanijiet ambjentali u għanijiet oħra ta' politika, kemm fil-livell Komunitarju kif ukoll fil-livell nazzjonali. Dan l-approċċ huwa konformi ma' l-Aġenda ta' l-Iżvilupp Sostenibbli, l-Aġenda ta' Liżbona u l-Aġenda għal Regolamentazzjoni Aħjar. Il-politika ġdida dwar l-enerġija u l-klima Ewropea timplika xejn inqas minn rivoluzzjoni industrijali ġdida fl-10/15-il sena li ġejjin. Tkun teħtieġ bidla sostanzjali fil-mod kif l-Ewropa titratta l-enerġija bl-għan aħħari li tikseb ekonomija vera ta' emissjonijiet baxxi tal-karbonju. Bosta oqsma tal-politika – fil-livell nazzjonali kif ukoll fil-livell Ewropew – sejrin ikollhom jikkontribwixxu u jiġu adattati sabiex iwasslu għal dan il-għan ambizzjuż. Strumenti bbażati fuq is-suq sejrin ikunu partijiet importanti fl-isforzi biex tinkiseb bidla vera permezz ta' modifika ta' inċentivi għan-negozju u l-konsumaturi. Barra minn dan ir-rwol importanti fit-terminu twil, dawn l-istrumenti bbażati fuq is-suq għandhom vantaġġi importanti għal għanijiet fiskali u għanijiet oħra ambjentali u allokativi indirizzati f'dan id-dokument. Permezz ta' dan id-dokument, il-Kummissjoni tixtieq tniedi diskussjoni dwar kontribut iktar attiv ta' l-istrumenti bbażati fuq is-suq Komunitarji għal dawn l-għanijiet, b'mod partikolari fir-rigward tat-tassazzjoni indiretta. Barra minn hekk, permezz ta' din il- green paper ġew individwati għadd ta' setturi oħra fejn jistgħu japplikaw l-istrumenti bbażati fuq is-suq (MBIs) fejn il-Komunità tkun tista' tieħu r-rwol ta' faċilitatur biex iġġib il-quddiem skambji ta' l-aħjar prassi. Il-Kummissjoni tistieden reazzjonijiet għall-ideat u l-mistoqsijiet speċifiċi li jinsabu f'din il- green paper , kif ukoll kummenti fuq liema huma l-aħjar MBIs li jistgħu jintgħażlu sabiex ikun ġġenerat l-akbar għadd ta' effetti pożittivi potenzjali. Ir-risposti għall-konsultazzjoni għandhom jintbagħtu fl-indirizz tal-posta elettronika:Green-paper-mbi@ec.europa.eu sal-31 ta' Lulju 2007. [1] B’mod partikolari l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni Politika ta ’ enerġija għall-Ewropa (KUMM(2007) 1 ta’ l-10.1.2007) u l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni It-Trażżin tat-Tibdil Klimatiku Globali għal 2 gradi Celsius: il-mixja 'l quddiem għall-2020 u lil hinn (KUMM(2007) 2 ta’ l-10. 1.2007). [2] Il-Kunsill Ewropew, 8/9 Marzu 2007, Konklużjonijiet tal-Presidenza. [3] Barra mill-instrumenti bbażati fuq is-suq diskussi f'dan id-dokument, huma implimentati strumenti importanti oħra bbażati fuq is-suq fil-qafas tal-Politika Agrikola Komuni (i.e. il-miżuri agroambjentali tal-Politika ta' l-Iżvilupp Rurali) u skond l-azzjonijiet tal-Politika ta' Koeżjoni fis-setturi ta' l-ambjent u ta' l-enerġija. Meta l-użu ta’ l-MBI jista’ jinvolvi għajnuniet mill-istat, dawn għandhom jikkonformaw mar-regoli Komunitarji u jridu jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 88 tat-Trattat tal-KE. Bħalissa għaddejja reviżjoni tal-linji ta' gwida Komunitarji dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ħarsien ambjentali. Għalhekk, din il- green paper mhix sejra tindirizza l-kwistjonijiet ta' l-evalwazzjoni ta' l-għajnuna mill-istat. [4] ĠU L 242 ,10.09.2002 u d-dokument tal-Kunsill 10917/06 tas-26.6.2006. [5] Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 2005/601/KE tat-12 ta’ Lulju 2005 dwar il-linji gwida wiesgħa għall-politika ekonomika ta' l-istati membri u tal-Komunità (2005-2008). [6] KUMM(2006) 545. [7] Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta' Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta' enerġija u elettriku (ĠU L 283, 31.10.2003 p. 51); Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttivi 2004/74/KE u 2004/75/KE (ĠU L 157, 30.4.2004, p. 87 u 100). [8] Kif enfasizzat reċentement mill-Kunsill Ewropew tad-8/9 ta' Marzu 2007. [9] Ara l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Il-ġbir flimkien tal-ħtiġijiet u r-responsabbiltajiet tagħna - l-integrazzjoni tal-kwistjonijiet ambjentali mal-politika ekonomika", [Traduzzjoni mhux uffiċjali] KUMM(2000) 576, 20.9.2000. [10] KUMM(2000) 576, 20.9.2000. L-istudji ta’ l-OECD juru evidenza li dejjem qed tikber ta’ l-effiċjenza ta' strumenti ekonomiċi. Ara Taxxi Marbuta ma ’ l-Ambjent fil-Pajjiżi ta' l-OECD – kwistjonijiet u strateġiji, 2001.[Traduzzjoni mhux uffiċjali]. [11] Din l-idea hija espressa ta' spiss b'għanijet bħal "jinstabu l-prezzijiet ġusti", " l-internalizzazzjoni ta' l-ispejjeż esterni", "l-espansjoni tal-provvista tas-servizzi ambjentali mhux kumerċjalizzati". [12] Ara ŻEE, l-Effettività tal-politiki tat-trattament tad-drenaġġ urban fil-pajjiżi magħżula: studju pilota taż-ŻEE, 2005. L-istudju jqabbel l-approċċi bejn bosta Stati Membri u juri kif l-istrumenti bbażati fuq is-suq għandhom jgħinu biex, bi spejjeż inqas, jintlaħqu l-għanijiet ambjentali. [13] Ara Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Valuri Ewropej f’Dinja Globalizzata"- KUMM(2005) 525, 20.10.2005. [14] Ara KUMM(2000) 576. [15] Il-Kummissjoni attwalment qed tħejji reviżjoni komprensiva ta' l-esperjenza ma' l-UE-ETS. Dan il-punt għalhekk ma għandux jiġi indirizzat f'din il- Green Paper . [16] Id-Direttiva 1999/62/KE (ĠU L 187, 20.7.1999), kif emendat bid-Direttiva 2006/38/KE (ĠU L 157, 9.6.2006, p. 8). [17] Minkejja xi soluzzjonijiet istituzzjonali flessibbli provduti fit-Trattat ta' l-UE, bħall-kooperazzjoni msaħħa. [18] Il-Kummissjoni diġà qajmet din il-kwistjoni fl-1993 fil- White Paper tagħha dwar it-Tkabbir Ekonomiku, il-Kompetittività u l-Impieg (KUMM(93) 700, Kapitolu 10) - u għal darb'oħra dan l-aħħar f'kommunikazzjoni riċenti dwar il-mudell soċjali Ewropew jew f'dokument dwar ir-rabtiet bejn il-politiki ta' l-impieg u l-politiki ta' l-ambjent. Ara KUMM(2005) 525 u SEG(2005) 1530. Evidenza ex-post mill-pajjiżi Nordiċi kif ukoll ir-riżultati ta' l-istudji bbażati fuq mudell jindikaw l-ezistenza ta' żewġ tipi ta' benefiċċji. [19] Ir-relazzjoni bejn il-ġenerazzjoni tad-dħul u l-effett inċentiv ta' tassazzjoni hija indirizzata ukoll fid-dokument ta' ħidma tal-persunal. [20] Ara pereżempju OECD, is-sussidji ta' ħsara għall-ambjent – l-isfidi għar-riforma, 2005, u l-letteratura kkwotata f'dan id-dokument. [21] L-OECD (1998) jiddefinixxi sussidji ta' ħsara ambjentali bħal: 'kull tip ta' appoġġi finanzjarji u regolamenti tqiegħdu fis-seħħ biex tittejjeb il-kompetittività ta' ċerti prodotti, proċessi jew reġjuni, u li, flimkien mar-reġim ta' tassazzjoni eżistenti, jiddiskiminaw (mhux intenzjonalment) kontra l-prassi ambjentali tajba'.[traduzzjoni mhux uffiċjali]. [22] Dan ġie enfasizzat ukoll fl-Istrateġija ta' Żvilupp Sostenibbli mġedda ta' l-UE. [23] Reviżjoni ta' l-Istrateġija ta' l-Iżvilupp Sostenibbli ta' l-UE, Dokument tal-Kunsill 10917/06 tas-26.6.2006. [24] Tliet kwarti mid-dħul mit-taxxi marbuta ma' l-ambjent ġej minn taxxi fuq l-enerġija (ara d-Dokument ta' Ħidma tal-Perunal tal-Kummissjoni). [25] B'mod partikolari, it-tassazzjoni fuq l-enerġija normalment ma tapplikax għall-prodotti ta' l-enerġija (u l-elettriku) użati bħala materja prima fil-proċessi industrijali, u lanqas għall-prodotti ta' l-enerġija użati fil-produzzjoni tal-prodotti ta' l-enerġija (l-iktar komuni fil-każ ta' raffineriji) jew bħala inputs għall-ġenerazzjoni ta' l-elettriku. Dan ir-riżultat jintlaħaq permezz ta' tekniki varji. Għad-dettalji ara l-Artikoli 2(4), 14(1)(a) u 21(3) u (6) tad-Direttiva tat-Taxxa fuq l-Enerġija. [26] KUMM(2005) 261, 5.7.2005. [27] Ara l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ir-riżultati tar-reviżjoni ta' l-Istrateġija Komunitarja sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO 2 minn karozzi tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief - KUMM(2007) 19, 7.2.2007. Il-Kummissjoni qiegħda tagħmel studju fuq l-mezzi għat-titjib tal-prestazzjoni ta' vetturi tqal fir-rigward ta' emissjonijiet tal-gassijiet serra. [28] KUMM(2006) 818, 20.12.2006. [29] Ara l- Green Paper Lejn politika Marittima futura għall-Unjoni: Viżjoni Europea għall-oċeani u l-ibħra - KUMM(2006) 275. Il-proċess ta' konsultazzjoni għaddej bħalissa jintemm fit-30 ta' Ġunju 2007. [30] Għad-dettalji ara l-istudju ta' l-2004 dwar din il-kwistjoni:http://www.europa.eu.int/KUMMm/environment/air/pdf/04_nera_report.pdf [31] Barra l-UE, dan l-approċċ ġie segwit fl-Iżvizzera, fejn is-sistemi ta' ħlasijiet għal vetturi tqal jinkludu wkoll l-ispejjeż ambjentali esterni. Mil-lat ekonomiku, il-ħlasijiet għandhom jitfasslu skond l-ispejjeż esterni u l-post u ż-żmien tas-sewqan, sabiex tittejjeb l-effiċjenza ta' l-użu ta' l-infrastruttura. [32] Artikolu 1.9 tad-Direttiva 2006/38 tas-17 ta' Mejju 2006 . [33] Direttiva 2001/14/KE tas-26 ta' Frar 2001 u KUMM(2001) 307. [34] Id-Direttiva ta' l-Eurovignette kif rreveduta ssemmi b'mod espliċitu l-possibbiltà għall-Istati Membri biex jużaw skemi bħal dawn (Artikolu 9). [35] Ara ŻEE 2006, p. 57. [36] Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għall-azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika dwar l-ilma, (ĠU L 327, 22.12.2000). [37] ŻEE, Strumenti bbażati fuq is-suq għal politika ambjentali fl-Ewropa (ŻEE Rapport Tekniku 8/2005). [38] Ara l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Lejn l-avvanz ta' l-użu sostenibbli tar-riżorsi: Strateġija tematika għall-prevenzjoni u r-riċiklaġġ ta' l-iskart" - KUMM(2005) 666, 21.12.2005. [39] Dan kien applikat f'bosta Stati Membri. Ara ŻEE 2006. Madankollu, minn studju riċenti ta' l-OECD irriżulta li fi ftit Stati Membri t-taxxa issa qed taqbeż b'mod sinifikanti l-ispejjeż stmati ta' esternalità. Ara. OECD, Żvilupp Sostenibbli fil-pajjiżi ta' l-OECD, 2004. [40] KUMM(2005) 666, 21.12.2005. [41] Id-Direttiva tal-Parlament u tal-Kunsill 2006/66/KE tas-6 ta' Settembru 2006 dwar batteriji u akkumulaturi u skart ta' batteriji u ta' akkumulaturi u li tħassar id-Direttiva 91/157/KEE, (ĠU L 266, 26.9.2006). [42] Id-Direttiva 94/62/KE dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (ĠU L 365 tal-31.12.94), kif emendat bid-Direttiva 2004/12/KE (ĠU L 47 ,18.2.2004), b'mod partikolari Artikolu 15. Ara wkoll ir-rapport tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva KUMM(2006) 767. Naturalment, għandhom jitħarsu wkoll ir-rekwiżiti ta' kwalità għall-imballaġġ. [43] Għad-dettalji, ara d-database OECD/ŻEE dwar l-istrumenti ekonomiċi għall-politika ambjentali u l-ġestjoni tar-riżorsi naturali: http://www1.oecd.org/scripts/env/ecoInst/index.htm. [44] Ara ŻEE, L-użu tas-suq għal politika ambjentali ekonomika, 2006. [45] KUMM(2006) 216. Eżempju ieħor huwa l-ġestjoni tas-sajd fejn is-sistemi ta' ġestjoni jinvolvu strumenti bbażati fuq is-suq, bħal kwoti tas-sajd individwali trasferibbli, huma iktar komuni. Ara OECD, Using market mechanisms to manage fisheries – smoothing the path , 2006. Ara KUMM(2002) 181, 28.5.2002 u KUMM(2006) 103, 9.3.2006 kif ukoll komunikazzjoni li ħarġet dan l-aħħar . dwar l-użu ta' l-għodod ta' ġestjoni bbażati fuq id-drittijiet tas-sajd biex tiġi protetta l-bijodiversità, Ara KUMM(2007) 73 , 26.2.2007. [46] Meta ikunu involuti gruppi żgħar biss, skemi ta' kumpens bħal dawn jistgħu jiġu stabbiliti ukoll direttament bejn il-partijiet privati. PES huma appoġġati internazzjonalment, inter alia bħala strument għall-protezzjoni tal-foresti tropikali. Ara Bank Dinji, At loggerheads , 2006. Il-PES jistgħu jinvolvu għajnuna mill-istat u f'dan il-każ iridu jiġu nnotifikati skond l-Artikolu 88 KE tat-Trattat. [47] Ara l-istudju The Use of Market Incentives to Preserve Biodiversity(http://ec.europa.eu/environment/enveco/studies2.htm#market). L-Awstralja użat dan l-approċċ ukoll. [48] Id-Direttiva 2001/81/KE tat-23 ta' Ottubru 2001 (ĠU L 309, 27.11.2001). [49] Fil-proposta għal direttiva dwar il-kwalità ta’ l-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa (KUMM(2005) 447 tal- 21.9.2005), il-Kummissjoni rreferiet għall-użu ta' l-iskemi ta' l-iskambju tal-kwoti ta' l-emissjonijiet mill-Istati Membri bħala strumenti biex jitnaqqas it-tniġġis ta' l-arja fil-livell reġjunali u nazzjonali. Jistgħu jużaw dawn biex juru l-isforżi li qed jagħmlu fil-mixja lejn l-istandards tal-kwalità ta' l-arja Komunitarji anke jekk jeħtieġu jitolbu estensjoni ta' żmien. [50] Il-UK beħsiebha tintroduċi skema ta' skambju kemm għall-NOx kif ukoll għall-SO2, kif ukoll għat-trab, mill-2008 'l quddiem. [51] Rapport tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 96/61/KE dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrat tat-tniġġis - KUMM(2005) 540, 3.11.2005. [52] Meta titwieġeb din il-mistoqsija, ikun importanti li wieħed jikkunsidra mhux biss il-kwistjonijiet id-differenzi fis-sensittività ambjentali u li jiġu evitati "iż-żoni kritiċi", iżda wkoll ir-riskju li l-approċċ integrat tad-Direttiva ta' l-IPPC jista' jitgħawweġ bl-introduzzjoni ta' l-iskambju tal-kwoti ta' l-emissjonijiet għal xi sustanzi li jniġġsu. Is-sistema eżistenti ta' monitoraġġ u nfurzar tad-Direttiva ta' l-IPPC m'għandhiex tiddgħajjef lanqas. Jeħtieġ li dan jiġi evalwat fil-kuntest ta' l-effettività ta' l-iskemi għan-negozjar ta' l-emissjonijiet, b'mod partikolari ta' kemm dawn jistgħu jwasslu għal tnaqqis fl-emissjonijiet, b'inqas spejjeż fuq is-sistema preżenti.