EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52006PC0182

Proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri rigward l-estensjoni tal-protokoll li jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd u l-kumpens finanzjarju previst fil-ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-gvern tar-Repubblika tal-Ginea-Bissaw dwar is-sajd fl-ilmijiet tal-Ginea-Bissaw għall-perjodu bejn is-16 ta' Ġunju 2006 u l-15 ta' Ġunju 2007

/* KUMM/2006/0182 finali - CNS 2006/0065 */

52006PC0182

Proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri rigward l-estensjoni tal-protokoll li jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd u l-kumpens finanzjarju previst fil-ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-gvern tar-Repubblika tal-Ginea-Bissaw dwar is-sajd fl-ilmijiet tal-Ginea-Bissaw għall-perjodu bejn is-16 ta' Ġunju 2006 u l-15 ta' Ġunju 2007 /* KUMM/2006/0182 finali - CNS 2006/0065 */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 28.4.2006

KUMM(2006) 182 finali

2006/0065 (CNS)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

dwar il-konklużjoni ta' ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri rigward l-estensjoni tal-protokoll li jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd u l-kumpens finanzjarju previst fil-ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-gvern tar-Repubblika tal-Ginea-Bissaw dwar is-sajd fl-ilmijiet tal-Ginea-Bissaw għall-perjodu bejn is-16 ta' Ġunju 2006 u l-15 ta' Ġunju 2007

(preżentata mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

Il-protokoll anness mal-ftehim dwar is-sajd bejn il-KE u l-gvern tar-Repubblika tal-Ginea-Bissaw jasal fi tmiemu fil-15 ta' Ġunju 2006. Din il-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill tirrigwarda l-applikazzjoni proviżorja ta' l-estensjoni tal-protokoll b'sena, sal-15 ta' Ġunju 2007.

Iż-żewġ partijiet qablu dwar l-estensjoni ta' dan il-ftehim f'Diċembru 2005, partikolarment sabiex jagħtu biżżejjed żmien lill-gvern tar-Repubblika tal-Ginea-Bissaw iħejji ruħu bl-iktar mod adegwat possibbli għan-negozjati ta' ftehim ta' sħubija fil-ġejjieni, bil-qies tal-kuntest politiku (l-alternanza elettorali f'Ġunju 2005 u l-bidla ta' Gvern f'Novembru 2005), u jimplimenta l-programm ta' azzjonijiet ta' appoġġ għall-kontroll u s-sorveljanza meħtieġa għall-iżvilupp sostenibbli tas-settur tas-sajd. Din l-estensjoni għandha għaldaqstant tippermetti lill-gvern il-ġdid li jmexxi n-negozjati f'kundizzjonjiet u bi skadenzi raġonevoli, mingħajr interruzzjoni la tal-ftehim u lanqas tal-ħlas tal-kumpens finanzjarju annwali, li huwa essenzjali għall-istabbiltà tal-baġit ta' l-Istat tal-Ginea-Bissaw.

Iż-żewġ partijiet qablu li jestendu l-protokoll li kien qed jasal għal tmiemu għal perjodu ta' sena, mis-16.6.2006 sal-15.6.2007. Din l-estensjoni, fil-forma ta' skambju ta' ittri, ġiet inizjalata ben iż-żewġ partijiet fis-17 ta' Jannar 2006 biex tiffissa l-kundizzjonijiet tekniċi u finanzjarji ta' l-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tal-KE fl-ilmijiet tal-Ginea-Bissaw għall-perjodu mis-16.6.2006 sal-15.06.2007.

Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni tipproponi lill-Kunsill li jadotta Regolament dwar il-konklużjoni tal-ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri rigward l-estensjoni tal-protokoll.

Proposta ta' Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni proviżorja tal-ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri rigward l-estensjoni tal-protokoll fl-istennija tad-dħul fis-seħħ definittiv tiegħu hija s-suġġett ta' proċedura separata.

2006/0065 (CNS)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

dwar il-konklużjoni ta' ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri rigward l-estensjoni tal-protokoll li jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd u l-kumpens finanzjarju previst fil-ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-gvern tar-Repubblika tal-Ginea-Bissaw dwar is-sajd fl-ilmijiet tal-Ginea-Bissaw għall-perjodu bejn is-16 ta' Ġunju 2006 u l-15 ta' Ġunju 2007

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37 flimkien ma’ l-Artikolu 300(2) u l-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 300(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni[1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew[2],

Billi:

(1) F'konformità mal-ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-gvern tar-Repubblika tal-Ginea-Bissaw dwar is-sajd fl-ibħra tal-Ginea-Bissaw[3], qabel it-tmiem tal-perjodu tal-validità tal-protokoll anness mal-ftehim, il-partijiet kontraenti jinnegozjaw bil-għan li jiftiehmu bi qbil komuni l-kontenut ta' protokoll għall-perjodu ta' wara, u, jekk dawn ikunu f'lokhom, il-modifiki jew iż-żidiet li għandhom isiru fl-anness.

(2) Iż-żewġ partijiet iddeċidew li jestendu l-protokoll preżenti, approvat mir-Regolament tal-Kunsill (KE) 249/2002[4], kif emendat mill-ftehim appruvat mir-Regolament tal-Kunsill (KE) 829/2004[5], għal perjodu ta' sena, permezz ta' ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri, fl-istennija taż-żamma tan-negozjati dwar il-modifiki tal-protokoll li għandu jiġi miftiehem;

(3) Huwa fl-interess tal-Komunità li din l-estensjoni tiġi approvata;

(4) Importanti li jiġi kkonfermat it-tqassim fost l-Istati Membri ta' l-opportunitajiet tas-sajd tal-Protokoll li qed joqrob lejn tmiemu.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-ftehim taħt forma ta' skambju ta' ittri dwar l-estensjoni tal-protokoll li jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd u l-kumpens finanzjarju previsti fil-ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-gvern tar-Repubblika tal-Ginea-Bissaw dwar is-sajd fl-ilmijiet tal-Ginea-Bissaw għall-perjodu bejn is-16 ta' Ġunju 2006 u l-15 ta' Ġunju 2007 huwa approvat f'isem il-Komunità.

It-test tal-ftehim huwa anness ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

1. L-opportunitajiet tas-sajd iffissati mill-protokoll jitqassmu kif ġej bejn l-Istati Membri:

a) is-sajd għall-gambli:

L-Italja | 1776 Tunnellaġġ Gross Irreġistrat (GRT) |

Spanja | 1421 GRT |

Il-Portugall | 1066 GRT |

Il-Greċja | 137 GRT |

b) is-sajd għall-ħut u ċ-ċefalopodi:

Spanja | 3143 GRT |

L-Italja | 786 GRT |

Il-Greċja | 471 GRT |

c) is-sajd tat-tonn bit-tartarun

Spanja | 20 bastiment |

Franza | 19 bastiment |

L-Italja | 1 bastiment |

d) is-sajd bil-qasab u x-xlief u bil-konzijiet tal-wiċċ

Spanja | 21 bastiment |

Franza | 5 bastimenti |

Il-Portugall | 4 bastimenti |

2. Jekk l-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 1 ma jeżawrixxux l-opportunitajiet ta’ sajd iffissati mill-protokoll, il-Kummissjoni tista' tqis applikazzjonjiet għal liċenzja mingħand kwalunkwe Stat Membru.

Artikolu 3

L-Istati Membri li l-bastimenti tagħhom jistadu fil-kuntest ta' dan il-ftehim għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-kwantitajiet ta' kull stokk maqbuda fiż-żona tas-sajd tal-Ginea-Bissaw skond il-modalitajiet previsti mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 500/2001[6].

Artikolu 4

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea .

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kunsill,

Il-President

FTEHIM

fil-forma ta' skambju ta' ittri rigward l-estensjoni tal-protokoll li jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd u l-kumpens finanzjarju previst fil-ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-gvern tar-Repubblika tal-Ginea-Bissaw dwar is-sajd fl-ilmijiet tal-Ginea-Bissaw għall-perjodu bejn is-16 ta' Ġunju 2006 u l-15 ta' Ġunju 2007

A. L-Ittra tal-Komunità

Sinjur,

Biex tiġi żgurata l-estensjoni tal-protokoll li jinsab fis-seħħ (mis-16 ta' Ġunju 2001 sal-15 ta' Ġunju 2006) li jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd u l-kumpens finanzjarju previst fil-Ftehim dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-gvern tar-Repubblika tal-Ginea-Bissaw, kif revist mis-16 ta' Ġunju 2004, u fl-istennija taż-żamma tan-negozjati rigward il-modifiki fil-protokoll li għandu jiġi miftiehem, għandi l-unur ninfurmak li qbilna dwar is-sistema ad interim li ġejja:

1. Mis-16 ta' Ġunju 2006 u għal perjodu li jtul sal-15 ta' Ġunju 2007, terġa' tapplika s-sistema applikabbli mis-16 ta' Ġunju 2004.

Il-kumpens finanzjarju tal-Komunità fir-rigward tas-sistema ad interim sejjer jikkorrispondi għas-somma stipulata fl-Artikolu 3 tal-protokoll revist u li huwa applikabbli bħalissa (EUR 7 260 000). Din is-somma titqies komprensivament bħala kumpens finanzjarju, u l-ħlas isir mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2006.

2. Għal dan il-perjodu, jingħataw liċenzji tas-sajd fil-limiti ffissati mill-Artikolu 1 tal-protokoll revist u li huwa applikabbli bħalissa, permezz ta' ħlasijiet jew avvanzi li jikkorrispondu ma' dawk iffissati fil-punt 1 ta' l-anness tal-protokoll.

Nibqa' nafhulek jekk jogħoġbok tikkonferma l-wasla ta' din l-ittra, u li tirreġistra l-qbil tiegħek mal-kontenut tagħha.

Dejjem tiegħek.

F’isem il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea

B. L-Ittra tal-Gvern tar-Repubblika tal-Ginea-Bissaw

Sinjur,

Għandi l-unur ngħarrfek li rċevejt l-ittra tiegħek bid-data tal-lum li tgħid kif ġej:

"Biex tiġi żgurata l-estensjoni tal-protokoll li jinsab fis-seħħ (mis-16 ta' Ġunju 2001 sal-15 ta' Ġunju 2006) li jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd u l-kumpens finanzjarju previst fil-Ftehim dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-gvern tar-Repubblika tal-Ginea-Bissaw, kif revist mis-16 ta' Ġunju 2004, u fl-istennija taż-żamma tan-negozjati rigward il-modifiki fil-protokoll li għandu jiġi miftiehem, għandi l-unur ninfurmak li qbilna dwar is-sistema ad interim li ġejja:

1. Mis-16 ta' Ġunju 2006 u għal perjodu li jtul sal-15 ta' Ġunju 2007, terġa' tapplika s-sistema applikabbli mis-16 ta' Ġunju 2004.

Il-kumpens finanzjarju tal-Komunità fir-rigward tas-sistema ad interim sejjer jikkorrispondi għas-somma stipulata fl-Artikolu 3 tal-protokoll revist u li huwa applikabbli bħalissa (EUR 7 260 000). Din is-somma titqies komprensivament bħala kumpens finanzjarju, u l-ħlas isir mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2006.

2. Għal dan il-perjodu, jingħataw liċenzji tas-sajd fil-limiti ffissati mill-Artikolu 1 tal-protokoll revist u li huwa applikabbli bħalissa, permezz ta' ħlasijiet jew avvanzi li jikkorrispondu ma' dawk iffissati fil-punt 1 ta' l-anness tal-protokoll."

Għandi l-unur nikkonfermalek li l-kontenut ta' l-ittra tiegħek huwa aċċettabbli għall-gvern tar-Repubblika tal-Ginea-Bissaw, u li l-ittra tiegħek flimkien ma' din l-ittra jikkostitwixxu ftehim f'konformità mal-proposta tiegħek.

Dejjem tiegħek.

Għall-Gvern tar-Repubblika tal-Ginea-Bissaw.

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1. ISEM IL-PROPOSTA

Proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri rigward l-estensjoni tal-protokoll li jiffissa l-opportunitajiet ta' sajd u l-ħlas finanzjarju previst fil-ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-gvern tar-Repubblika tal-Ginea-Bissaw dwar is-sajd fl-ilmijiet tal-Ginea-Bissaw għall-perjodu bejn is-16 ta' Ġunju 2006 u l-15 ta' Ġunju 2007.

2. QAFAS ABM/EBA (ġestjoni/stabbiliment tal-baġit skond l-attivitajiet)

11. Sajd

1103. Ftehimiet Internazzjonali tas-Sajd

3. IL-LINJI TAL-BAĠIT

3.1. Il-linji tal-baġit:

110301 : “Ftehimiet internazzjonali fil-qasam tas-sajd”

11010404 : "Ftehimiet Internazzjonali tas-Sajd: spejjeż amministrattivi"

3.2 It-tul ta’ l-azzjoni u ta’ l-impatt finanzjarju:

Il-protokoll anness mal-ftehim dwar is-sajd bejn il-KE u r-Repubblika tal-Ginea-Bissaw jasal fi tmiemu fil-15 ta' Ġunju 2006. L-estensjoni tal-protokoll ġie konkluż għal tul ta' sena.

Il-Protokoll jiffissa l-kumpens finanzjarju, il-kategoriji u l-kundizzjonijiet ta' l-attivitajiet tas-sajd għall-bastimenti tal-Komunità fiż-żoni tas-sajd tal-Ginea-Bissaw.

Iż-żewġ partijiet qablu dwar l-estensjoni ta' dan il-ftehim f'Diċembru 2005, partikolarment sabiex jagħtu biżżejjed żmien lill-gvern tar-Repubblika tal-Ginea-Bissaw iħejji ruħu bl-iktar mod adegwat possibbli għan-negozjati ta' ftehim ta' sħubija fil-ġejjieni, bil-qies tal-kuntest politiku (l-alternanza elettorali f'Ġunju 2005 u l-bidla ta' Gvern f'Novembru 2005), u jimplimenta l-programm ta' azzjonijiet ta' appoġġ għall-kontroll u s-sorveljanza meħtieġa għall-iżvilupp sostenibbli tas-settur tas-sajd. Din l-estensjoni għandha għaldaqstant tippermetti lill-gvern il-ġdid li jmexxi n-negozjati f'kundizzjonjiet u bi skadenzi raġonevoli, mingħajr interruzzjoni la tal-ftehim u lanqas tal-ħlas tal-kumpens finanzjarju annwali, li huwa essenzjali għall-istabbiltà tal-baġit ta' l-Istat tal-Ginea-Bissaw.

Iż-żewġ partijiet qablu li jestendu l-protokoll li kien qed jasal għal tmiemu għal perjodu ta' sena, mis-16.6.2006 sal-15.6.2007. Din l-estensjoni, fil-forma ta' skambju ta' ittri, ġiet inizjalata ben iż-żewġ partijiet fis-17 ta' Jannar 2006 biex tiffissa l-kundizzjonijiet tekniċi u finanzjarji ta' l-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tal-KE fl-ilmijiet tal-Ginea-Bissaw għall-perjodu mis-16.6.2006 sal-15.6.2007.

3.3 Il-karatteristiċi baġitarji ( żid ir-ringieli jekk ikun meħtieġ ) :

Il-linja tal-baġit | It-tip ta’ l-infiq | Ġdid | Il-kontribuzzjoni ta’ l-EFTA | Il-kontribuzzjonijiet mill-pajjiżi applikanti | L-intestatura fil-prospettiva finanzjarja |

11.0301 | DO | DA[7] | LE | LE | LE | Nru 4 |

11.010404 | DO | NDA[8] | LE | LE | LE | Nru 4 |

4. SOMMARJU TAR-RIŻORSI

4.1 Ir-riżorsi finanzjarji

4.1.1 Sommarju ta’ l-approprjazzjonijiet għall-impenji (AI) u l-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet (AĦ)

EUR miljuni (sa erba' ċifri deċimali)

It-tip ta’ l-infiq | Sezzjoni nru. | Sena n | n +1 | n + 2 | n +3 | Total |

Infiq mhux obbligatorju[9] |

L-approprjazzjonijiet għall-impenji (AI) | 8.1 | a | 7.260 | 7.260 |

L-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet (AĦ) | b | 7.260 | 7.260 |

In-nefqa amministrattiva fi ħdan l-ammont ta’ referenza[10] |

L-assistenza teknika u amministrattiva – ATA (NDA) | 8.2.4 | c | 0.0495 | 0.0495 |

L-AMMONT TOTALI TA’ REFERENZA |

L-approprjazzjonijiet għall-impenji | a+c | 7.3095 | 7.3095 |

L-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet | b+c | 7.3095 | 7.3095 |

Ir-riżorsi umani u n-nefqa assoċjata (NDA) | 8.2.5 | D | 0.0864 | 0.0864 |

L-ispejjeż amministrattivi, barra l-ispejjeż tar-riżorsi umani u l-ispejjeż assoċjati, li mhumiex inklużi fl-ammont ta’ referenza (NDA) | 8.2.6 | E | 0.033 | 0.033 |

It-total indikattiv tan-nefqa ta’ l-azzjoni

TOTAL AI inklużi l-ispejjeż tar-riżorsi umani | a+c+d+e | 7.4289 | 7.4289 |

TOTAL AĦ inklużi l-ispejjeż tar-riżorsi umani | b+c+d+e | 7.4289 | 7.4289 |

Dettalji dwar il-kofinanzjament: Ma hemm l-ebda kofinanzjament

EUR miljuni (sa tliet ċifri deċimali)

Il-korp ta’ kofinanzjament | Sena n | n + 1 | n + 2 | n + 3 | Total |

…………………… | F |

TOTAL AI inkluż il-kofinanzjament | a+c+d+e+f |

4.1.2 Il-kompatibbiltà mal-Programmazzjoni Finanzjarja

X Il-proposta hija kompatibbli mal-programmazzjoni finanzjarja eżistenti.

( Din il-proposta titlob ipprogrammar mill-ġdid ta’ l-intestatura rilevanti fil-perspettivi finanzjarji.

( Din il-proposta tista’ titlob l-użu tad-dispożizzjonijiet tal-ftehim interistituzzjonali[11] (li jikkonċernaw l-istrument ta’ flessibilità jew reviżjoni tal-prospettiva finanzjarja).

4.1.3 L-impatt finanzjarju fuq id-Dħul

X Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni finanzjarja fuq id-dħul.

( Il-proposta għandha impatt finanzjarju – l-effett fuq id-dħul huwa kif ġej:

Nota: id-dettalji u l-osservazzjonijiet kollha li jirrelataw mal-metodu tal-kalkolu ta’ l-effett fuq id-dħul għandhom jintwerew f’anness separat

EUR miljuni (sa ċifri deċimali waħda)

Qabel l-azzjoni [Sena n-1] | Sitwazzjoni wara l-azzjoni |

Il-linja tal-baġit | Id-dħul | [Sena n] | [n+1] | [n+2] | [n+3] |

Dħul f’termini assoluti |

b) Il-bidla fid-dħul | ( |

(Jekk jogħġbok speċifika l-linja tal-baġit ikkonċernata tad-dħul, u żid in-numru xieraq ta’ ringieli mat-tabella jekk ikun hemm effett fuq aktar minn linja tal-baġit waħda.)

4.2. Riżorsi umani FTE (inklużi l-uffiċjali, l-impjegati temporanji u esterni) – ara d-dettall taħt punt 8.2.1.

Il-ħtiġijiet annwali | Sena n |

Għadd totali ta’ riżorsi umani | 1.1 |

5. IL-KARATTERISTIĊI U L-GĦANIJIET

5.1 Ħtieġa li trid tintlaħaq tul medda qasira jew twila ta’ żmien

Iż-żewġ partijiet qablu li jestendu l-protokoll li kien qed jasal għal tmiemu għal perjodu ta' sena, mis-16.6.2006 sal-15.6.2007. Din l-estensjoni, li għandha l-għan li tħalli lill-operaturi Komunitarji jagħmlu attivitajiet tas-sajd fiż-Żona Ekonomika Esklussiva ( EEZ ) tal-Ginea-Bissaw, fl-istennija taż-żamma tan-negozjati rigward il-modifiki li għandhom isiru fil-protokoll, ġiet inizjalata ben iż-żewġ partijiet fis-17 ta' Jannar 2006 biex tiffissa l-kundizzjonijiet tekniċi u finanzjarji ta' l-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tal-KE fl-ilmijiet tal-Ginea-Bissaw għall-perjodu kopert. Il-komponenti ewlenija tal-protokoll estiż jibqgħu l-istess, sew fuq il-livell ta' l-opportunitajiet tas-sajd, kif ukoll il-kumpens finanzjarju u l-ammonti tal-ħlasijiet min-naħa ta' l-operaturi.

5.2 Il-valur miżjud ta’ l-involviment tal-Komunità, il-kompatibbiltà tal-proposta ma' strumenti finanzjarji oħrajn u s-sinerġija possibbli.

F'dak li għandu x'jaqsam ma' din l-estensjoni, in-nuqqas ta' intervent Komunitarju jċedi l-post għal ftehimiet privati, li ma jiggarantixxux is-sajd sostenibbli. Il-Komunità tittama wkoll li din l-estensjoni lill-gvern il-ġdid tippermettilu jkun lest biex jibda n-negozjati għal Sħubija fil-qasam tas-sajd, mingħajr interruzzjoni la tal-ftehim (u għaldaqstant ta' l-attivitajiet tal-flotta li qed tistad taħt il-ftehim Komunitarju), u lanqas tal-ħlas tal-kumpens finanzjarju annwali, li huwa essenzjali għall-istabbiltà tal-baġit ta' l-Istat tal-Ginea-Bissaw.

5.3. L-għanijiet, ir-riżultati mistennija u l-indikaturi relatati tal-proposta fil-kuntest tal-ġestjoni skond l-attività (ABM)

L-għan ta' din l-estensjoni, preċiżament bħal dak tal-protokoll fis-seħħ mal-Ginea-Bissaw, huwa li jkkonserva aċċess għall-bastimenti tas-sajd tal-Komunità u ta' l- EEZ tal-Ginea-Bissaw skond il-kategoriji tas-sajd previsti fil-ftehim, filwaqt li l-gvern il-ġdid tal-Ginea-Bissaw jingħatalu perjodu supplementari ta' żmien biex jipprepara n-negozjati li jmiss tat-tiġdid tal-protokoll.

L-indikaturi li ġejjin sejrin jintużaw fil-kuntest ta' l- ABM biex jiżguraw is-segwitu ta' l-implimentazzjoni tal-ftehim:

( Is-segwitu tar-rata ta’ użu ta' l-opporunitajiet tas-sajd;

( Il-ġbir u l-analiżi tad- data dwar il-qbid u l-valur kummerċjali tal-ftehim;

( Il-kontribut lejn l-impjiegi u l-valur miżjud fil-Komunità;

( Il-kontribut lejn l-istabbilizzazzjoni tas-suq Komunitarju;

( Il-kontribut għall-għanijiet ġenerali tat-tnaqqis tal-faqar fil-Ginea-Bissaw, inkluż il-kontribut għall-impjiegi u l-iżvilupp ta' l-infrastrutturi u s-sostenn tal-baġit ta' l-Istat;

( Għadd ta' laqgħat tekniċi u tal-Kummissjoni konġunta.

5.4 Il-modalitajiet ta’ l-implimentazzjoni (indikattivi)

Hawn taħt uri l-modalità/ajiet[12] magħżula għall-implimentazzjoni ta’ l-azzjoni.

X Ġestjoni Ċentralizzata

X Direttament mill-Kummissjoni

6. IL-MONITORAĠĠ U L-EVALWAZZJONI

6.1 Is-Sistema ta’ monitoraġġ

Il-Kummissjoni (DĠ FISH, f'kollaborazzjoni mad-Delegazzjoni tal-Ginea-Bissaw) sejra tiżgura segwitu regolari ta' l-implimentazzjoni ta' dan il-programm, partikolarment f'dak li jirrigwarda l-użu min-naħa ta' l-operaturi u d- data tal-qbid.

6.2 L-evalwazzjoni

Evalwazzjoni fil-fond tal-protokoll fis-seħħ bħalissa saret f'Diċembru 2005 bl-għajnuna ta' konsorzju ta' konsulenti indipendenti biex jiġi permess il-varar ta' negozjati dwar protokoll ġdid. Ma saret l-ebda evalwazzjoni speċifika ex ante qabel il-proposta bil-għan ta' l-estensjoni proviżorja tal-protokoll tal-lum, fid-dawl tal-karattru temporanju u limitat tal-proposta, jiġifieri l-estensjoni tal-protokoll preċedenti għal sena biss.

6.2.1 Evalwazzjoni ex-ante

Ir-reviżjoni ta' l-opportunitajiet tas-sajd (mis- 16 ta' Ġunju 2004) skond l-iskema ta' hawn isfel, kif ukoll it-tnaqqis tal-kumpens finanzjarju minn EUR 10 200 000 għal EUR 7 260 000, ippermettiet li titjieb sew ir-rendibbiltà tal-ftehim kif ukoll il-livell ta' l-użu ta' l-opportunitajiet tas-sajd tiegħu.

Użu tal-ftehim tas-sajd KE/Ginea-Bissaw 2001-2006

Kategoriji tas-sajd | Opportunitajiet tas-sajd offruti (sal-15/06/04) | Użu 2001/2002[13] | Użu 2002/2003 | Użu 2003/2004 | Opportunitajiet tas-sajd offruti (mis-16/06/04) | Użu 2004/2005 | Użu 2005/2006[14] |

Is-sajd għall-gambli | 9600 | 1124 (23%) | 3098 (32%) | 4234 (44%) | 4400 | 4087 (93%) | 2249 (51%) |

Is-sajd għall-ħut / iċ-ċefalopodi | 2800 | 816 (58%) | 1980 (71%) | 1564 (56%) | 4400 | 2067 (47%) | 221 (7%) |

Is-sajd għat-tonn bit-tartarun: | 40 | 29 (73%) | 30 (75%) | 29 (73%) | 40 | 25 (63%) | 15 (38%) |

Is-sajd bil-qasab u x-xlief u bil-konzijiet tal-wiċċ: | 36 | 14 (39%) | 15 (42%) | 16 (44%) | 30 | 14 (47%) | 11 (37%) |

Huwa ċar li l-ftehim huwa ta' benefiċċju ġaladarba l-valur tal-qbid (matul il-perjodu 2001-2004, fil-medja madwar EUR 30 miljun fi prezzijiet ta' l-ewwel bejgħ mal-ħatt) jaqbeż l-ispiża tal-protokoll. Barra minn hekk, il-ftheim iġib miegħu benefiċċji f'dak li jirrigwarda l-impjiegi: il-ħolqien ta' impjiegi marbuta mal-ftehim (direttament jew indirettament) huwa stmat li jlaħħaq 509 għall-UE u 141 għall-pajjiż imsieħeb.

- Il-valur miżjud ta' l-intervent Komunitarju

il-proporzjon valur miżjud/fatturat hija 9% għas-sajd għall-gambli, 8% għas-sajd għall-ħut/iċ-ċefalopodi, 8% għas-sajd għat-tonn bit-tartarun u 33% għas-sajd bil-qasab u l-konzijiet. Madwar terz tal-valur miżjud huwa dirett, filwaqt li l-parti l-kbira tal-valur miżjud indirett tinsab fl-istadji sussegwenti.

Il-ftehim tas-sajd huwa essenzjali wkoll għall-istabbiltà ekonomika u politika tal-Ginea-Bissaw, kif ukoll għas-settur tas-sajd f'dan il-pajjiż. Jagħti kontribut għall-iżgurar ta' parti sostanzjali tar-riżorsi tal-baġit ta' l-Istat tal-Ginea-Bissaw (fil-medja tul dawn l-aħħar ħames snin, 38% tar-riżorsi tal-baġit).

- Riskji u għażliet alternattivi:

Li kieku ma sseħħx l-estensjoni tal-ftehim, minn naħa jkun hemm is-sogru li tieqaf l-attività tal-flotta taħt il-ftehim u tinqaleb għal liċenzji privati, li ma jħallux aktar li jiġi żgurat segwitu sostenibbli ta' l-isforz tas-sajd. Minn naħa oħra, l-ekonomija u l-istabbiltà politika tal-Ginea Bissaw tinġieb f'diffikultajiet kbar, minħabba li l-pajjiż isib ruħu mċaħħad minn riżorsa finanzjarja li hija essenzjali għall-funzjonament tas-servizzi pubbliċi tiegħu. Fl-aħħarnett, il-finanzjament ta' l-infiq meħtieġ biex jiġi żgurat i-funzjonament tas-settur (il-kontrolli, is-sorveljanza, ir-riċerka, it-taħriġ, eċċ.) ma jkunx żgurat sewwa.

6.2.2 Stima ex-ante tal-valur ekonomiku tal-ftehim u l-kontribut finanzjarju tal-Komunità

Il-kumpens finanzjarju mogħti mill-Komunità fil-kuntest ta' din l-estensjoni huwa allokazzjoni waħdanija stabbilita fuq il-bażi ta' l-estensjoni b'sena ta' l-allokazzjoni finanzjarja tal-protokoll 2001/2006, jiġifieri EUR 7 260 000 għall-kumpens finanzjarju ta' l-opportunitajiet tas-sajd.

6.2.3 Miżuri meħuda wara evalwazzjoni intermedja/ex-post (tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi)

Minbarra r-reviżjoni ta' l-opportunitajiet tas-sajd (mis-16 ta' Ġunju 2004) u t-tnaqqis tal-kumpens finanzjarju, it-tnejn imsemmija fil-punt 6.2.1 u li ħallew r-rendiment tal-ftehim jitjieb, f'dak li jirrigwarda l-azzjonjiet ta' appoġġ, li kienu parti importanti mill-ftehim kif rivedut fl-2004, dawn ta' l-aħħar iseħħu bil-mod, fid-dawl tad-dgħjufija tal-Ministeru tas-Sajd tal-Ginea-Bissaw. Ma' l-aworitajiet qed issir programmazzjoni mill-ġdid tal-bilanċi, fuq il-bażi tar-rapporti tat-twettiq li jiġu kkomunikati regolarment, biex jitqiesu l-ħtiġijiet importanti f'dak li għandu x'jaqsam mal-kontroll u s-sorveljanza.

7. IL-MIŻURI KONTRA L-FRODI

L-UżU TAL-KUMPENS FINANZJARJU MħALLAS MILL-KOMUNITÀ FIL-KUNTEST TAL-FTEHIM HUWA R-RESPONSABBILTÀ ESKLUSSIVA TAL-PAJJIż TERZ SOVRAN IKKONċERNAT.

Madankollu, il-Kummissjoni timpenja ruħha li tipprova tistabbilixxi djalogu politiku permanenti u qbil sabiex tkun tista' ttejjeb il-ġestjoni ta' l-estensjoni tal-protokoll u ssaħħaħ il-kontribut tal-Komunità għall-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi.

Hekk jew b'hekk, kwalunkwe ħlas magħmul mill-Kummissjoni fil-qafas tal-ftehim huwa suġġett għar-regoli u l-proċeduri normali finanzjarji u tal-baġit tal-Kummissjoni. B'mod partikolari, dan jippermetti l-identifikazzjoni sħiħa tal-kontijiet bankarji ta' l-Istati terzi li fihom jitħallsu s-somom tal-kumpens finanzjarju.

8. ID-DETTALJI TAR-RIŻORSI

8.1 L-għanijiet tal-proposta f’termini ta’ l-ispiża finanzjarja tagħhom

Approprjazzjonijiet għall-impenji (f'EUR miljuni sa 4 ċifri deċimali)

(Indika l-intestaturi ta’ l-għanijiet, ta’ l-azzjonijiet u ta' l-outputs)< | Tip ta’ azzjoni/output | Sena n | Année n+1 | Année n+2 | TOTAL |

Azzjoni I.................. |

Sena n |

Uffiċjali jew staff temporanju[16] (11 01 01) | A*/AD | 0,5 |

B*, C*/AST | 0,3 |

Staff iffinanzjat[17] mill-Artikolu 11 01 02 |

Staff ieħor iffinanzjat[18] mill-Artikolu 11 01 04 04 | 0.3 |

TOTAL | 1.1 |

8.2.2 Deskrizzjoni tal-kompiti li jirriżultaw mill-azzjoni

- Għajnuna lin-negozjatur fit-tħejjija u l-konklużjoni tan-negozjati dwar ftehimiet tas-sajd:

- Il-parteċipazzjoni fin-negozjati mal-pajjiżi terzi sabiex jiġu konklużi l-ftehimiet dwar is-sajd;

- It-tħejjija ta' l-abbozzi ta' rapporti ta' evalwazzjoni u n-noti strateġiċi għan-negozjati għall-Kummissarju;

- Il-preżentazzjoni u d-difiża tal-pożizzjonijiet tal-Kummissjoni fil-grupp ta’ ħidma "Is-sajd estern" tal-Kunsill;

- Il-parteċipazzjoni fit-tfittxija għal kompromess ma' l-Istati Membri għall-inklużjoni fit-test finali tal-ftehim.

- Il-monitoraġġ tal-ftehimiet:

- Is-segwiment minn jum għal ieħor tal-ftehimiet dwar is-sajd;

- It-tħejjija u l-verifika ta' l-impenji u l-ħlasijiet tal-kumpens finanzjarju u l-azzjonjiet ta' appoġġ;

- It-tfassil ta' rapport regolari dwar l-implimentazzjoni tal-ftehimiet;

- L-evalwazzjoni tal-ftehimiet: l-aspetti xjentifiċi u tekniċi

- It-tħejjija ta' abbozz ta' proposta għal Regolament u Deċiżjoni tal-Kunsill, u t-tfassil tat-testi tal-ftehim;

- Il-varar u s-segwiment tal-proċeduri ta’ adozzjoni.

- L-għajnuna teknika:

- It-tħejjija tal-pożizzjoni tal-Kummissjoni fil-kummissjoni konġunta.

- Ir-relazzjonijiet interistituzzjonali

- Ir-rappreżentanza tal-Kummissjoni quddiem il-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Istati Membri fil-kuntest tal-proċess tan-negozjati;

- It-tfassil tat-tweġibiet għall-mistoqsijiet orali u bil-kitba tal-Parlament Ewropew;

- Il-konsultazzjoni u l-koordinament bejn is-servizzi:

- Il-kollaborazzjoni ma’ Direttorati Ġenerali oħra fi kwistjonijiet dwar in-negozjati u s-segwiment tal-ftehimiet;

- l-organizzazzjoni u l-għoti ta' risposti għall-konsultazzjonijiet bejn is-servizzi.

- L-evalwazzjoni

- Il-parteċipazzjoni fl-aġġornament ta' l-evalwazzjoni ta' l-impatt;

- L-analiżi ta' l-għanijiet milħuqa u l-indikaturi ta' l-evalwazzjoni.

8.2.3 L-oriġini tar-riżorsi umani (statutorji)

(Meta tissemma’ iktar minn oriġini waħda, jekk jogħġbok indika l-għadd ta’ postijiet marbuta ma’ kull waħda minnhom).

X Karigi attwalment allokati għall-ġestjoni tal-programm li għandu jinbidel jew jittawwal

( Karigi allokati minn qabel fi ħdan l-eżerċiżżju APS/APB għas-sena 2005

( Karigi li għandhom jintalbu fil-proċedura APS/APB li jmiss

( Karigi li għandhom jiġu allokati mill-ġdid permezz tar-riżorsi eżistenti fi ħdan is-servizz ikkonċernat (riallokazzjoni interna)

( Karigi neċessarji għas-sena n iżda li ma kenux previsti fl-eżerċizzju APS/APB tas-sena finanzjarja kkonċernata

8.2.4 Infiq amministrattiv ieħor inkluż fis-somma ta’ referenza

(11 01 04/05 – Infiq fil-ġestjoni amministrattiva)

EUR miljuni (sa 3 ċifri deċimali)

Il-linja tal-baġit 11010404 (in-nru u l-intestatura) | Sena n | TOTAL |

1. Għajnuna teknika u amministrattiva (inklużi l-ispejjeż marbuta ma' l-istaff ikkonċernat) |

Aġenziji eżekuttivi[19] |

Għajnuna teknika u amministrattiva oħra |

- intra muros |

- extra muros | 0.0495* | 0.0495 |

It-total ta’ l-għajnuna teknika u amministrattiva | 0.0495 | 0.0495 |

* Kariga ALAT: Espert tas-sajd reġjonali – Id-Delegazzjoni tal-KE għas-Senegal: EUR 165 000 fis sena x 0.3 = EUR 49 500 fis-sena

8.2.5 L-ispiża tar-riżorsi umani u l-ispejjeż assoċjati li mhumiex inklużi fis-somma ta’ referenza

EUR miljuni (sa 4 ċifri deċimali)

It-tip ta’ riżorsi umani | Sena n |

Uffiċjali u staff temporanji (11 01 01) | 0.0864 |

Staff iffinanzjat mill-Artikolu XX 01 02 (awżiljarji, END, staff temporanju, eċċ.) (speċifika l-linja tal-baġit) |

L-ispiża totali tar-riżorsi umani u l-ispejjeż assoċjati (li MHUMIEX inklużi fis-somma ta’ referenza) | 0.0864 |

Kalkolu - Uffiċjali u aġenti kuntrattwali

Għandha ssir referenza għall-Punt 8.2.1, jekk applikabbli

- 1A = €108 000*0.50 = €54 000

1B = €108 000*0.15 = €16 200

1C = €108 000*0.15 = €16 200

Subtotal: €86 400 (€0.0864 miljun fis-sena)

Total: €86 400 (€0.0864 miljun fis-sena)

Kalkolu: - Staff iffinanzjat mill-Artikolu XX 01 02

Għandha ssir referenza għall-Punt 8.2.1, jekk applikabbli

8.2.6 Infiq amministrattiv ieħor li mhuwiex inkluż fis-somma ta’ referenza

EUR miljuni (sa 3 ċifri deċimali)

Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | TOTAL |

11 01 02 11 01 - Missjonijiet | 0.030 | 0.030 |

11 01 02 11 02 - Laqgħat u Konferenzi | 0.003 | 0.003 |

XX 01 02 11 03 – Kumitati[20] |

XX 01 02 11 04 – Studji u konsultazzjonijiet |

XX 01 02 11 05 – Sistemi ta’ l-Informatika |

2. Total ta’ Nfiq ieħor ta' ġestjoni (XX 01 02 11) |

3. Infiq ieħor ta’ natura amministrattiva (speċifika filwaqt li tindika l-linja tal-baġit) Il-linja tal-baġit 11 01 04 04 |

It-Total ta' l-infiq amministrattiv għajr ir-riżorsi umani u l-ispejjeż assoċjati (li MHUMIEX inklużi fis-somma ta’ referenza) | 0.033 | 0.033 |

[1] ĠU C

[2] ĠU C

[3] ĠU L 226, 29.8.1980, p. 34

[4] ĠU L 47, 19.2.2002, p. 2.

[5] ĠU L 127, 29.4.2004, p. 25.

[6] ĠU L 73, 15.3.2001, p. 8.

[7] Approprjazzjonijiet differenzjati

[8] Approprjazzjonijiet mhux differenzjati

[9] Infiq li mhux kopert mill-Kapitolu 11 01 01 tat-Titolu 11 ikkonċernat.

[10] Nefqa skond l-Artiklu xx 01 04 tat-Titolu xx.

[11] Ara l-punti 19 u 24 tal-ftehim interistituzzjonali.

[12] Jekk ikun indikat aktar minn modalità waħda, jekk jogħġbok ipprovdi dettalji addizzjonali fis-sezzjoni “Kummenti rilevanti” ta’ dan il-punt.

[13] Ikkalkulat fuq il-bażi tal-valur medju tad- data għall-ewwel sitt xhur ta' l-2002.

[14] Id- data rigward is-sena 2005-2006, la mhumiex definittivi, ma jitqisux għall-kalkolu tal-medja finali.

[15] Kif deskritt fis-Sezzjoni 5.3.

[16] L-ispiża MHIJIEX koperta mis-somma ta’ referenza.

[17] L-ispiża MHIJIEX koperta mis-somma ta’ referenza.

[18] L-ispiża inkluża fis-somma ta’ referenza.

[19] Għandha ssir riferenza għad-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva speċifika għall-Aġenzija/i Eżekuttiva/i kkonċernata/i.

[20] Speċifika t-tip ta' kumitat kif ukoll il-grupp li għalih jappartjeni.

Top