EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52006PC0079

Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-titjib tas-sigurtà fil-katina tal-forniment {SEC(2006)251}

/* KUMM/2006/0079 finali - COD 2006/0025 */

52006PC0079

Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-titjib tas-sigurtà fil-katina tal-forniment {SEC(2006)251} /* KUMM/2006/0079 finali - COD 2006/0025 */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 27.2.2006

KUMM(2006)79 finali

2006/0025(COD)

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL, LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

dwar it-titjib tas-sigurtà fil-katina tal-forniment

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar it-titjib tas-sigurtà fil-katina tal-forniment {SEC(2006)251}

(preżentata mill-Kummissjoni)

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL, LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

dwar it-titjib tas-sigurtà fil-katina tal-forniment

1. Il-ħtieġa għas-sigurtà fit-trasport

1.1 It-terroriżmu huwa wieħed mill-akbar theddidiet għad-demokrazija u għal-libertà. Ir-riskju ta’ attakk terroristiku li bħala mira jkollu t-trasport tal-merkanzija għadu għoli. Il-ħsara potenzjali f’termini ta’ ħajjiet u ta’ attività ekonomika lanqas tista’ tiġi immaġinata jew ikkalkolata.

1.2. Is-sigurtà fit-trasport saret kwistjoni vitali fid-dinja kollha. Hija tikkonċerna l-Unjoni Ewropea li r-rwol tagħha bħala msieħba kummerċjali jiddependi fuq trasport effikaċi u sikur mill-modi kollha u fuq il-livelli kollha. L-imsieħba kummerċjali tagħha qed jibdew jindirizzaw il-kwistjonijiet tas-sigurtà fit-trasport tal-merkanzija. Tabilħaqq, l-Istati Uniti diġà introduċew xi miżuri tas-sigurtà għall-importazzjonijiet li għandhom impatt fuq il-katini Ewropej tal-forniment.

1.3. Dan l-aħħar sar titjib konsiderevoli fis-sigurtà tat-trasport fl-Ewropa: is-sigurtà ta’ l-avjazzjoni u ta’ l-ajruporti ngħataw qafas Ewropew[1], it-trasport marittimu u s-sigurtà tal-portijiet ġew imsaħħa[2], u s-sigurtà fi ħdan iż-żoni kollha tal-portijiet mistennija li jitjiebu b’mod konsiderevoli wara li dan l-aħħar tlesta l-proċess leġiżlattiv dwar il-miżuri tas-sigurtà għall-portijiet tal-baħar[3].

1.4. Fl-2003 l-Kummissjoni diġà indikat il-ħtieġa għal sigurtà akbar fit-trasport tal-merkanzija bit-triq[4]. Bħalissa ma hemm ebda regola fis-seħħ għall-katina Ewropea kollha tal-forniment bit-trasport bit-triq. Il-katina tal-forniment hija definita bħala li tinkludi l-operazzjonijiet u l-proċessi kollha tat-trasport u dawk li għandhom x’jaqsmu mat-trasport li jibdew fil-post tal-produzzjoni u li jintemmu fil-punt tad-destinazzjoni tal-merkanzija.

1.5. It-theddida ta’ attakki terroristi enfasizzat il-punti vulnerabbli tal-katina tal-forniment u l-ħtieġa ta’ l-azzjoni: iċ-ċittadini jippretendu li jaraw li qed jittieħdu l-miżuri tas-sigurtà għall-katina tal-forniment li fuqha tiddependi l-ħajja ta’ kuljum tagħhom filwaqt li n-negozji ma jistgħux ikomplu ma jagħtux kas tas-sigurtà sabiex iħarsu lill-impjegati, lill-kumpaniji, lill-klijenti u lill-pubbliku tagħhom minn attakk terroristiku.

1.6. Biex jegħlbu t-terroriżmu, il-Kapijiet ta’ l-Istati ta’ l-UE għamlu sejħa biex “jissaħħu l-forom kollha tas-sistemi tat-trasport, inkluż li jissaħħaħ il-qafas ġuridiku u t-titjib tal-mekkaniżmi ta' prevenzjoni.”[5]

1.7. Li ma jsir xejn, m’hix għażla li għandha tiġi kkunsidrata. Il-Kummissjoni għalhekk tipproponi azzjoni Komunitarja biex ittejjeb is-sigurtà fil-katina tal-forniment bit-trasport bit-triq sabiex tikkomplementa r-regoli Komunitarji eżistenti dwar is-sigurtà tat-trasport. Din il-proposta ma tkoprix is-sigurtà tat-trasport tal-passiġġieri, b’mod partikolari f’sistemi tat-trasport tal-massa. Dawn jistgħu jkunu indirizzati fi stadju suċċessiv jekk ikun meħtieġ.

2. Lejn it-titjib tas-sigurtà tal-katina tal-forniment

2.1. Minħabba l-ħtieġa ta’ azzjoni urġenti u tal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew, il-Kummissjoni qiegħda tissottometti din il-Komunikazzjoni u proposta leġiżlattiva dwar it-titjib tas-sigurtà tal-katina tal-forniment.

2.2. Il- Komunikazzjoni tistabbilixxi l-fatti essenzjali dwar is-sigurtà tat-trasport tal-merkanzija li għandhom jiġu kkunsidrati minn kwalunkwe inizjattiva f’dan il-qasam. Hija tiddiskuti l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta’ xi għażliet u r-raġunijiet għala l-miżura leġiżlattiva proposta hija l-aktar strateġija realistika u ffokata sabiex ittejjeb is-sigurtà għat-trasport Ewropew tal-merkanzija.

2.3 L-għan tal-proposta huwa li ttejjeb is-sigurtà tal-katina tal-forniment sabiex tipprovdi iktar ħarsien għat-trasport tal-merkanzija Ewropew kollu kontra xi attakki terroristiċi possibbli.

2.4. L- għanijiet tal-proposta tal-Kummissjoni huma li:

- iżżid il-livell tas-sigurtà fil-katina tal-forniment mingħajr ma xxekkel il-moviment ħieles tal-kummerċ;

- tistabbilixxi qafas komuni għal strateġija sistematika Ewropea mingħajr ma tqiegħed fil-periklu s-suq komuni tat-trasport u l-miżuri eżistenti dwar is-sigurtà;

- tevita proċeduri u piżijiet amministrattivi mhux meħtieġa fuq livelli nazzjonali u Ewropew.

2.5. Il- miżura proposta mill-Kummissjoni:

- tistabbilixxi sistema obbligatorja li titlob li l-Istati Membri joħolqu marka tal-kwalità tas-sigurtà (“operatur sikur”) li tista’ tingħata lill-operaturi fil-katina tal-forniment li jilħqu l-livelli minimi Ewropej tas-sigurtà u b’hekk tippermetti r-rikonoxximent reċiproku tal-marka fis-suq intern;

- tintroduċi, fid-dispożizzonijiet obbligatorji għall-Istati Membri, skema volontarja li taħtha l-operaturi fil-katina tal-forniment jżidu r-rendiment tagħhom fir-rigward tas-sigurtà u għal dan jieħdu l-inċentivi;

- tagħmel lill-operaturi fil-katina tal-forniment responsabbli għar-rendiment tagħhom fir-rigward tas-sigurtà fit-trasport tal-merkanzija Ewropew;

- tippermetti lill-“operaturi sikuri” li jgawdu minn faċilitazzjonijiet fejn isiru l-kontrolli fuq is-sigurtà u li jiddistingwu ruħhom b’mod pożittiv minn kompetituri oħrajn fil-qasam tas-sigurtà, u b’hekk tagħtihom vantaġġ kummerċjali u kompetittiv;

- tippermetti li jsir aġġornament u titjib regolari tar-rekwiżiti tas-sigurtà, inkluż ta’ rekwiżiti u standards internazzjonali rikonoxxuti, permezz tal-proċedura tal-kumitat.

3. Il-mistoqsijiet ewlenin u t-tweġibiet tal-Kummissjoni

Liema livell ta' sigurtà huwa meħtieġ?

3.1 Żewġ kollegamenti ewlenin fil-katina tal-forniment, jiġifieri t-trasport bl-ajru flimkien ma’ l-ajruporti u t-trasport marittimu mal-portijiet tal-baħar, implimentaw livelli għoljin ta’ sigurtà f’għamla ta’ regoli u miżuri bi speċifikazzjonijiet u verifiki dettaljati li jorbtu ġuridikament. Strateġija simili għall-kollegamenti li jifdal fil-katina tal-forniment bla dubju għandha ttejjeb is-sigurtà tal-katina kollha tal-forniment.

3.2. Madankollu, it-tqabbil tat-trasport marittimu u dak bl-ajru mal-katina tal-forniment kollha juri differenzi fundamentali. Is-swieq tat-trasport marittimu u dak bl-ajru fihom numru limitat ta’ operaturi li, fuq kollox, jaħdmu f’żoni limitati ġeografikament u li huma definiti u kontrollabbli. Huma mdorrija bid-dispożizzjonijiet tas-sigurtà.

3.3. Il-katina tal-forniment tat-trasport bit-triq b’mod ġenerali għandha dimensjonijiet kemm xejn differenti. Aktar minn nofs miljun[6] kumpanija huma waħedhom involuti fis-servizzi tat-trasport u servizzi anċillari. Dawn ivarjaw minn kumpaniji multinazzjonali kbar sa kumpaniji żgħar tas-servizzi li għandhom l-għeruq tagħhom f’firxa wiesgħa ta’ kulturi u kuntesti kummerċjali. Huma jkopru l-Komunità kollha. Ħafna minnhom bħalissa m’għandhom l-ebda ġestjoni tas-sigurtà u, b’mod ġenerali, il-livelli tas-sigurtà għadhom qed jibdew jiżviluppaw.

3.4. L-atturi kollha involuti fil-katina tal-forniment fl-UE għandhom isiru aktar konxji tas-sigurtà. Skond it-tip ta' merkanzija li tinġarr, il-pożizzjoni ta’ l-operatur fi ħdan il-katina u l-vulnerabbiltà ta’ l-infrastruttura, il-livell tas-sigurtà meħtieġa jista’ jiġi definit. Miżuri tas-sigurtà ġodda li jkunu preskrittivi ħafna għall-operaturi kollha jwasslu biex titkisser il-katina tal-forniment. Iżda għadd dejjem akbar ta’ kumpaniji qed jistabbilixxu l-istandards tagħhom tal-ġestjoni tas-sigurtà mhux biss biex iħarsu l-operazzjonijiet u d-ditta tagħhom stess iżda wkoll bħala għodda biex jagħżlu lill-imsieħba tagħhom fil-katina kummerċjali.

3.5. Minħabba dan ta’ hawn fuq, fil-prattika huwa għalhekk impossibbli li jiġu stabbiliti, f’operazzjoni waħda li tħaddan kollox, regoli u miżuri dwar is-sigurtà għall-katina tal-forniment tat-trasport bit-triq li jkunu jistgħu jiġu mqabbla ma’ dawk fit-trasport bl-ajru u dak marittimu. Minflok huwa aktar realistiku li jitwaqqaf qasam ta’ kondizzjonijiet meħtieġa minimi tas-sigurtà li bil-mod jistgħu jevolvu skond il-progress teknoloġiku biex jiżguraw livelli sodisfaċenti tas-sigurtà f’ambjent operattiv.

Regoli tas-sigurtà għall-merkanzija fil-kontejners biss?

3.6. Huwa magħruf li l-inizjattivi u d-diskussjonijiet l-aktar attwali qed jikkonċentraw it-trasport intermodali bil-kontejners, kemm fuq livell nazzjonali kif ukoll internazzjonali u fuq il-livell ta’ xi kumpaniji. Dan jista’ jinftiehem fid-dawl tal-biża’ li kontejner jista’ jintuża għall-kuntrabandu ta’ armi terroristiċi jew saħansitra bħala vettura għall-konsenja ta’ armi kimiċi, bijoloġiċi, radjoloġiċi jew nukleari.

3.7. Madankollu, il-kontejners mhumiex l-uniċi miri potenzjali. Il-kummerċ fi ħdan l-Ewropa jiddependi fuq bosta unitajiet tat-tagħbija li huma kollha suxxettibbli ndaqs għall-interferenza terroristika. Fil-fatt l-istess ansjetà tapplika għat-tipi kollha tat-trasport tal-merkanzija li, b’xi mod jew ieħor, jistgħu jintużaw ħażin.

Regoli tas-sigurtà għal oqsma speċifiċi jew għall-katina kollha tal-forniment?

3.8. Dak li jkun jista' jitħajjar jikkonċentra fuq l-isforzi għat-titjib tal-livelli tas-sigurtà fil-katina tal-forniment f’għadd limitat ta’ oqsma ewlenin identifikati: qed jiġi żviluppat tagħmir li jagħmel is-siġilli aktar reżistenti għat-tbagħbis; ħafna ċentri loġistiċi għamlu regoli aktar stretti għall-aċċess u ħafna operaturi introduċew verifiki ta' l-anteċedenti ta’ l-impjegati u karti ta’ l-identità għall-istess impjegati. Il-kuxjenza dwar ir-riskji qed tikber.

3.9. Dawn l-iżviluppi kollha huma milqugħa. Iżda għandhom ambitu limitat u ma joffrux l-istrateġija sistematika għas-sigurtà tal-katina tal-forniment li hija meħtieġa biex ikun hemm rispons għal riskji jew attakki terroristiċi potenzjali bl-aktar mod mgħaġġel u effettiv possibbli.

3.10. Il-katina tal-forniment hija magħmula minn għadd ta’ operazzjonijiet, li jibdew fil-post tal-produzzjoni u jintemmu fil-punt tal-konsenja tal-merkanzija, u l-proċessi li jsiru magħhom. Dawn l-operazzjonijiet huma interdipendenti, bħalma huma l-operaturi li jwettquhom. L-elementi kollha individwali, inkluż il-fluss ta’ nformazzjoni, għandhom jaħdmu flimkien biex jiżguraw livelli għoljin ta’ sigurtà fil-katina kollha tal-forniment.

3.11. Madankollu, it-titjib tas-sigurtà f’oqsma ewlenin definiti jirriskja li jitlef l-impatt tiegħu jekk jittieħed b’mod iżolat. L-introduzzjoni, pereżempju, ta’ siġilli sikuri jkollha ftit utilità jekk ma ssirx flimkien ma’ żviluppi xierqa, pereżempju fl-attitudni ta’ l-impjegati lejn is-sigurtà. Tabilħaqq, parti għal kollox sikura tal-katina tal-forniment ta’ ħafna operaturi fejn karatteristika partikolari tas-sigurtà għandha importanza ewlenija titlef il-benefiċċju tas-sigurtà jekk xi parti oħra tal-katina tal-forniment, b’karatteristiċi oħrajn tas-sigurtà, titħalla li tibqa’ mhux sikura. Fuq livell internazzjonali, jiġu rikonoxxuti biss katini tal-forniment li huma sikuri. L-ammont kbir ta’ karatteristiċi speċifiċi tas-sigurà jeħtieġu miżuri mfassla apposta b’reazzjoni għall-karatteristiċi speċifiċi ta’ l-operaturi u tal-katini tal-forniment.

3.12. Minħabba dan ta’ hawn fuq, jitqies aktar xieraq li tingħata attenzjoni lill-iżvilupp ta’ qafas Komunitarju għas-sigurtà tal-katina tal-forniment minflok tingħażel strateġija fejn isir xogħol fuq l-affarijiet biċċa biċċa. Din l-għażla bl-ebda mod ma tipprekludi rekwiżiti Komunitarji minimi li jkunu dettaljati, jew saħansitra regoli dettaljati għal xi oqsma. Kif se jiġi spjegat aktar tard, il-qafas għandu jkun fih dawn ir-rekwiżiti minimi għall-kollegamenti individwali kollha fil-katina tal-forniment u regoli tekniċi speċifiċi fejn dan ikun ġustifikat. F’kull każ, madankollu, il-qafas għandu jippermetti aġġornamenti regolari u faċli.

3.13. Qafas ikun jista’ joffri gwida lill-operaturi, li spiss jagħmlu investimenti konsiderevoli biex itejbu s-sigurtà tagħhom.

Min għandu jkun responsabbli għas-sigurtà?

3.14. Għandu jiġi stabbilit jekk wieħed mill-operaturi involuti għandux ikun responsabbli għas-sigurtà tal-katina kollha tal-forniment jew jekk kull operatur għandux ikun responsabbli mis-sigurtà tal-parti tiegħu tal-katina tal-forniment. Dan il-punt huwa rilevanti għaliex il-katina tal-forniment tikkonsisti minn għadd konsiderevoli ta’ operaturi.

3.15. Il-katina tal-forniment normalment tibda fil-post tal-manifattura bil-preparazzjoni għall-bgħit. Il-prodotti jistgħu jitgħabbew f’kontejners jew jiġu ippakkjati mod ieħor. Jistgħu jinġabru mill-post tal-manifattura biex jinġarru b’mod wieħed sa l-aħħar destinazzjoni tagħhom. Jistgħu jittieħdu f’imħażen, żoni tal-ħżin jew terminals interni, fejn jistgħu jibdlu l-mod tat-trasport. L-operazzjoni tista’ tinvolvi intermedjarji u aġenti jew sensara. Kull kollegament fil-katina tal-forniment iġib miegħu proċessi ta’ informazzjoni li spiss ikunu sofistikati.

3.16. Dak li jkun jista’ jitħajjar jimponi r-responsabbiltà għas-sigurtà tal-katina kollha tal-forniment fuq operatur wieħed. Dan ikun sempliċi. Iżda ma jkunx jagħti stampa vera tar-realtà tas-suq. Jista’ jkun li l-manufatturi speċjalizzati, minħabba d-daqs u t-tip ta’ operazzjoni tagħhom, iwettqu, jew għall-inqas jikkontrollaw għal kollox, l-operazzjonijiet tat-trasport. Ir-responsabbiltà tagħhom għas-sigurtà tal-katina kollha tal-forniment tista’ tiġi stabbilita sew.

3.17. Madankollu, f’ċirkostanzi kummerċjali normali, fabbrikant tal-merkanzija ma jwettaqx l-operazzjoni kollha tat-trasport. Il-kumpaniji speċjalizzati jagħmlu dan: il-kumpaniji tal-ferroviji huma biss eżempju wieħed. Tabilħaqq, il-fabbrikanti spiss ma jafux, jew lanqas għandhom għalfejn ikunu jafu, liema operatur iġorr il-prodotti tagħhom u b’liema mezzi. L-istess konsiderazzjonijiet jgħoddu għall-operaturi l-oħrajn fil-katina. Jistgħu jikkontrollaw aktar minn kollegament wieħed fil-katina, jew saħansitra, b’mod aktar rari, il-katina kollha ħlief l-ewwel stadju fil-post tal-manifattura. Ir-responsabbiltà tagħhom għalhekk tista’ tkopri aktar minn stadju wieħed.

3.18. Dawn ir-realtajiet tas-suq jindikaw konklużjoni prattika waħda biss: kull operatur ta’ kull kollegament fil-katina tal-forniment jieħu r-responsabbiltà tas-sigurtà ta’ l-attivitajiet tiegħu – u tiegħu biss. Il-miżuri individwali tas-sigurtà jammontaw għas-sigurtà tal-katina kollha.

3.19. L-analiżi tal-katina tal-forniment tidentifika erba’ gruppi ta’ attivitajiet, li kull wieħed minnhom għandu l-karatteristiċi rilevanti tiegħu:

- il-preparazzjoni tal-prodotti għall-konsenja u l-konsenja mill-post tal-produzzjoni;

- it-trasport tal-prodotti;

- il-bgħit tal-prodotti;

- l-operazzjonijiet ta’ l-imħażen, tal-ħżin u ta’ terminals interni.

Kif jistgħu l-kunċetti eżistenti ta’ l-UE jiġu użati biex tiżdied is-sigurtà fil-katina tal-forniment?

3.20. Ir-regoli doganali Komunitarji[7] jaħdmu bil-kunċett ta’ “operatur ekonomiku awtorizzat”. L-operaturi li jkunu konformi ma’ ċerti kriterji ta’ kredibilità jistgħu jingħataw il-kwalifika ta’ “operatur ekonomiku awtorizzat” li jagħtihom l-opportunità jgawdu minn faċilitazzjonijiet fir-rigward tas-sikurezza u l-kontrolli doganali li għandhom x’jaqsmu mas-sigurtà u/jew minn semplifikazzjonijiet provduti taħt ir-regoli doganali. Din ta’ l-aħħar għandha valur kummerċjali partikolari għall-operaturi li mbagħad jistgħu jikkontrollaw il-fluss materjali tagħhom skond il-bżonnijiet tagħhom stess.

3.21. Taħt ir-regolament Komunitarju dwar is-sigurtà ta’ l-ajruporti[8] “aġent regolament” jew trasportatur bl-ajru jista’ jagħraf lil konsenjatur bħala “konsenjatur rikonoxxut” jekk dan ta’ l-aħħar jissodisfa ċerti kriterji rilevanti għas-sigurtà. B’riżultat ta’ dan, xi kontrolli tas-sigurtà ma jkollhomx għalfejn jiġu applikati għall-merkanzija riċevuta minn “konsenjatur rikonoxxut”.

3.22. Iż-żewġ kunċetti huma bbażati fuq il-prinċipju li jirfidhom, jiġifieri li l-operaturi li b’mod volontarju jkunu konformi ma’ ċerti rekwiżiti u li ġew eżaminati mill-awtoritajiet għandhom igawdu minn xi faċilitazzjonijiet. Dawn ikunu spezzjonati regolarment. L-istess kunċett, bit-tibdil xieraq, jista’ jintuża għas-sigurtà tal-katina tal-forniment fil-forma ta’ “operatur sikur”.

3.23. Għandhom jiġu stabbiliti rekwiżiti minimi għall-operaturi involuti fl-erba’ gruppi ta’ attivitajiet:

- il-preparazzjoni tal-prodotti għall-konsenja u l-konsenja mill-post tal-produzzjoni;

- it-trasport tal-prodotti;

- il-bgħit tal-prodotti;

- l-operazzjonijiet ta’ l-imħażen, tal-ħżin u ta’ terminals interni.

3.24. Skema ta’ “operatur sikur” li tkun stabbilita fl-Istati Membri tippermetti lill-operaturi fil-katina tal-forniment li jagħtu prova tal-konformità tagħhom mar-rekwiżiti minimi tas-sigurtà. Il-kwalifika ta’ “operatur sikur” għandha tingħata lill-operaturi li jinstabu li qed iħarsu r-rekwiżiti. Għal dan il-għan, l-Istati Membri jistgħu jużaw sistemi jew proċeduri eżistenti jew jistgħu jkunu jixtiequ li joħolqu sistema speċifikament assenjata għas-sigurtà tal-katina tal-forniment. L-implimentazzjoni jkollha bżonn tkun verifikata; ma jistax ikun hemm fiduċja mingħajr verifika.

3.25. Minħabba li huwa impossibbli għan-numru sostanzjali ħafna ta’ operaturi fil-katina tal-forniment biex jimplimentaw ir-rekwiżiti minimi speċifiċi u għall-Istati Membri biex jiżguraw li l-implimentazzjoni tkun verifikata b’mod xieraq, l-implimentazzjoni se tkun fuq bażi volontarja. L-ebda operatur m’hu se jkun imġiegħel jieħu sehem fl-iskema ta’ l-“operatur sikur”.

3.26. Sabiex tinżamm l-integrità tas-suq komuni, se kull Stat Membru jkollu jirrikonoxxi l-kwalifika ta’ “operatur sikur” mogħti minn kwalunkwe Stat Membru ieħor, meta l-“operatur sikur” jagħmel il-kummerċ fit-territorju tiegħu.

3.27. Fejn ikun ġustifikat, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jillimitaw l-aċċess għall-installazzjonijiet u l-infrastruttra lil xi “operaturi sikuri”.

Liema vantaġġi toffri l-iskema ta’ l-“operatur sikur”?

3.28. L-implimentazzjoni b’suċċess ta’ l-iskema ta’ “operatur sikur” tiddependi fuq vantaġġi prattiċi tanġibbli għall-awtoritajiet u għall-operaturi li jagħżlu li jagħmlu l-investimenti finanzjarji:

3.28.1. L-użu tar-riżorsi pubbliċi . L-awtoritajiet responsabbli għas-sigurtà jkunu jistgħu jikkonċentraw ir-riżorsi tal-kontroll tagħhom fuq dawk l-operaturi li ma jiħdux sehem fl-iskema mingħajr, madankollu, ma jitilfu d-dritt tagħhom li jikkontrollaw lill-“operaturi sikuri”, fejn dan ikun ġustifikat. L-istess strateġija ġiet ippruvata b’suċċess meta kienet applikata mill-awtoritajiet tad-dwana għall-“operaturi ekonomiċi awtorizzati” tagħhom. Ma hemm ebda raġuni biex wieħed jemmen li l-awtoritajiet tas-sigurtà ma jibbenefikawx milli jkunu jistgħu jagħtu attenzjoni speċjali lix-xogħol tagħhom.

3.28.2. Tmexxija koordinata ta’ l-inizjattiva tas-sigurtà fl-Ewropa kollha . L-awtoritajiet ikunu jistgħu, għall-ewwel darba, jindirizzaw inizjattivi tas-sigurtà tal-katina tal-forniment fl-Ewropa kollha fuq il-bażi ta’ kuxjenza komuni, għanijiet komuni u kriterji komuni.

3.28.3. L-interkonnessjoni mat-trasport sikur marittimu u bl-ajru . L-ajruporti u l-portijiet marittimi, inklużi l-impjanti tal-portijiet, li jaqgħu taħt regoli Komunitarji stretti dwar is-sigurtà, jistgħu jkunu konvinti li l-merkanzija li tidħol fil-perimetru tagħhom minn katina ta’ “operaturi sikuri” tkun ġiet assigurata b’mod xieraq fil-katina kollha. Dawn l-operaturi għandhom jingħataw trattament preferenzjali, pereżempju billi jkunu awtorizzati jużaw “is-servizz mgħaġġel”.

3.28.4. Rikonoxximent fl-Ewropa kollha . Ir-rikonoxximent fl-Ewropa kollha ta’ kwalifika ta’ “operatur sikur” mogħtija minn awtorità nazzjonali għandu l-vantaġġi għall-operaturi u għall-Istati Membri: l-operatur se jgawdi minn rikonoxximent fl-UE kollha. L-Istati Membri jkunu jistgħu jiddependu fuq għotja minn Stati Membri oħrajn, għaliex jafu li l-kwalifika ngħatat fuq bażi ta’ regoli Ewropej uniformi, li japplikaw rekwiżiti minimi Ewropej li huma miftiehma.

3.28.5. L-integrazzjoni fis-sigurtà globali tal-katina tal-forniment . Permezz ta’ dispożizzjonijiet tas-sigurtà li jkunu komparabbli, l-awtoritajiet tad-dwana inkarigati mill-kontrolli tas-sigurtà fuq il-fruntieri esterni, kemm għall-esporti kif ukoll għall-importazzjonijiet, se jirrikonoxxu għall-iskema tagħhom ta’ “operatur ekonomiku awtorizzat”, il-kwalifika ta’ “operatur sikur” mogħti mill-awtorità dwar is-sigurtà tal-katina tal-forniment. L-awtorità dwar is-sigurtà tal-katina tal-forniment se tagħmel l-istess bl-“operatur ekonomiku awtorizzat”. Ix-xogħol li qed isir bħalissa mill-awtoritajiet tad-dwana u l-kondizzjonijiet taħt il-proposta annessa ma’ din il-Komunikazzjoni, jekk ikunu implimentati, se jwasslu għall-kompatibilità u r-rikonoxximent reċiproku. L-iskema ta’ “operatur sikur” se tippermetti lill-esportaturi Ewropej li jgawdu minn skemi li hemm bħalissa ta’ l-Istati Uniti biex l-importazzjoni tkun aktar faċli, iżda tantiċipa wkoll l-iżviluppi internazzjonali. Fil-fatt, skema Ewropea tista’ ssir mudell għal implimentazzjoni mgħaġġla fid-dinja kollha tar-rakkomandazzjonijiet tas-sigurtà globali tal-katina tal-forniment żviluppati mill-Organizzazzjoni Dinjija tad-Dwana.

3.28.6. Il-ħidma tas-sigurtà tal-kummerċ . L-“operatur sikur” jista’ juri lill-klijenti tiegħu u lill-imsieħba tiegħu fil-katina tal-forniment l-ħila tiegħu li jżomm il-katina tal-forniment ħielsa mill-ksur tas-sigurtà. Huwa se jsibha aktar faċli li jidentifika msieħba kummerċjali li huma responsabbli u konxji mis-sigurtà għad-detriment ta’ oħrajn li mhumiex daqstant konxji mis-sigurtà.

3.28.7. L-effiċjenza u l-elastiċità tal-kummerċ . L-esperjenza f’oqsma qrib tindika l-konklużjoni li l-operaturi jistgħu jiksbu benefiċċji milli jieħdu sehem fl-iskema ta’ “operatur sikur”. L-implimentazzjoni ta’ l-iskema CSI (Inizjattiva tas-Sigurtà tal-Kontejners fl-Istati Uniti) fit-trasport marittimu, minkejja li mhijiex speċifikament maħsuba biex igawdu minnha l-operaturi, hija rikonoxxuta bħala waħda li kellha għadd ta’ effetti kummerċjali pożittivi, b’mod partikolari sistemi operattivi aħjar u kontroll aħjar u prevedibbiltà aħjar tat-trasport u proċessi oħrajn, kif ukoll ħinijiet aktar kredibbli ta’ l-ipproċessar u tnaqqis fit-telf tas-serq. It-tendenzi fir-riċerka ppubblikata dan l-aħħar[9] jindikaw li għadd ta’ fatturi ta’ nfiq, kemm tal-katina tat-trasport kif ukoll tan-negozji involuti għandhom jiġbdu benefiċċji kollaterali pożittivi f’għadd ta’ oqsma minn miżuri mtejba tas-sigurtà.

Huwa meħtieġ qafas Komunitarju?

3.29. L-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri jixtiequ jiġu assigurati li l-istess rekwiżiti minimi għas-sigurtà jkunu jgħoddu fl-Istati Membri kollha u li jkunu implimentati b’mod effettiv. Wara kollox, billi s-suq komuni għall-operaturi tal-katina tal-forniment huwa realtà, kull awtorità nazzjonali se tkun iffaċċjata b’operaturi li jkunu ġew mogħtija l-kwalifika ta’ “operatur sikur” fi Stat Membru ieħor u li jippretendu li jingħataw permess jużaw faċilitazzjonijiet mogħtija lill-operaturi nazzjonali. L-awtoritajiet nazzjonali jiddependu fuq implimentazzjoni uniformi fl-Ewropa kollha.

3.30. Għalkemm perċentwal għoli ta’ l-operazzjonijiet tat-trasport se jkun dejjem limitat għall-konfini ġeografiċi ta’ l-Unjoni Ewropea, parti sostanzjali tinvolvi wkoll lil pajjiżi oħrajn Ewropej jew pajjiżi oħrajn barra l-Ewropa. Il-movimenti diġà bdew f’pajjiżi li mhumiex fl-UE bl-għan li tiżdied is-sigurtà tal-katina tal-forniment. Għalkemm id-dimensjoni esterna bilfors se tinvolvi l-awtoritajiet tad-dwana taż-żewġ imsieħba kummerċjali, is-sistemi nazzjonali tas-sigurtà inevitabbilment se jiġu eżaminati. Sistema Ewropea uniformi, implimentata mill-aktar fis possibbli, x’aktarx ikollha impatt konsiderevoli fuq l-iżviluppi fil-pajjiżi li mhumiex fl-UE u żgur aktar milli możajk diżorganizzat ta’ regoli nazzjonali.

3.31. L-aspetti globali tas-sigurtà tal-katina tal-forniment jagħmluha neċessarju li jkun hemm qafas Komunitarju.

4. Konklużjoni

Il-Kummissjoni tqis li hemm il-ħtieġa ta’ l-ewwel pass lejn it-titjib tas-sigurtà tal-katina tal-forniment kollha. Minħabba d-daqs u l-kumplessitajiet tas-suq, qafas volontarju iżda kkontrollat għas-sigurtà tal-katina tal-forniment tat-trasport bit-triq huwa l-mod ta’ azzjoni l-aktar xieraq.

Il-qafas se jistimola l-interkonnettività bejn il-modi differenti tat-trasport u l-operaturi, u b’hekk itejjeb is-sigurtà fil-katina tal-forniment kollha. Is-“servizz mgħaġġel” jista’ jistimola lill-awtoritajiet nazzjonali biex iżidu l-kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet amministrattivi differenti u ma’ l-industrija, u b’hekk inaqqsu l-piżijiet amministrattivi.

Il-qafas għandu jiġi implimentat u jista’ jiġi żviluppat aktar ma jgħaddi ż-żmien skond ir-riskji tas-sigurtà stmati u l-livell ta’ l-aċċettazzjoni mill-operaturi kummerċjali. Se jħeġġeġ lill-operaturi tal-katina tal-forniment biex jintroduċu għodda ġodda ta’ l-amministrazzjoni tas-sigurtà u biex itejbu dawk eżistenti skond il-rekwiżiti minimi speċifiċi.

L-element volontarju huwa mirfud minn vantaġġi prattiċi fil-kontrolli tas-sigurtà, inklużi dawk li jsiru mid-dwana. Huwa jħeġġeġ miżuri innovattivi u jagħti lill-parteċipanti l-opportunità li jżidu l-kompetittività tagħhom.

Il-proposta ma teskludix li jkun hemm miżuri stretti jekk jintwera li s-suq ma jaċċettax l-istrateġija proposta.

Fuq livell leġiżlattiv, hawn inkluża proposta għal Regolament.

MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI

1. Kuntenut tal-Proposta

- Ir-raġunijiet għall-proposta u l-għanijiet tagħha

Il-Kunsill ta’ l-UE identifika t-trasport bħala qasam ewlieni fil-ġlieda tiegħu kontra t-terroriżmu. Għalhekk huwa għamel sejħa biex “jissaħħu l-forom kollha tas-sistemi tat-trasport, inkluż li jissaħħaħ il-qafas ġuridiku u t-titjib tal-mekkaniżmi ta’ prevenzjoni[10]". Din il-proposta qiegħda ssir b’reazzjoni għall-ħtiġijiet identifikati u fuq talba tal-Kunsill.

- Il-kuntest ġenerali

Dan l-aħħar sar titjib konsiderevoli fis-sigurtà tat-trasport fl-Ewropa: is-sigurtà ta’ l-avjazzjoni u ta’ l-ajruporti ngħataw qafas Ewropew[11]; it-trasport marittimu[12] u s-sigurtà tal-portijiet[13] ġew imsaħħa.

Bħalissa ma hemm ebda regoli fis-seħħ għall-katina Komunitarja sħiħa tal-forniment tat-trasport bit-triq li hija definita bħala li tinkludi l-operazzjonijiet u l-proċessi kollha tat-trasport u dawk li għandhom x’jaqsmu mat-trasport li jibdew fil-post tal-produzzjoni u li jintemmu fil-punt tad-destinazzjoni tal-merkanzija.

- Id-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta.

Ma teżistu ebda dispożizzjoni fil-qasam tal-proposta.

- Il-konsistenza mal-politika u għanijiet oħra ta’ l-Unjoni

Il-proposta tintrabat mal-leġiżlazzjoni eżistenti dwar is-sigurtà tat-trasport. Hija għal kollox kompatibbli mal-miżuri tad-dwana sabiex tiżdied is-sigurtà tat-trasport fuq il-fruntieri esterni u tappoġġja l-għanijiet ta’ l-aġenda ta’ Liżbona.

2. Konsultazzjoni mal-partijiet interessati u l-valutazzjoni ta’ l-impatt

- Il-konsultazzjoni tal-partijiet interessati

Metodi ta' konsultazzjoni, setturi ewlenin fil-mira u profil ġenerali ta’ dawk li ħadu sehem fil-konsultazzjoni

F’Diċembru 2003 l-Istati Membri, l-għaqdiet tat-trasport, it-trejdunjins, u għaqdiet oħrajn b’interess partikolari fit-trasport u fis-sigurtà, eż., għaqdiet tal-kummerċ, kienu kkonsultati fuq il-bażi ta’ dokument ta’ konsultazzjoni. Dawk li rrispondew huma kampjun rappreżentattiv ta’ industriji li huma interessati kemm direttament kif ukoll indirettament fis-sigurtà tat-trasport.

Il-konsultazzjoni miftuħa saret fuq l-Internet mit-23 ta’ Diċembru 2003 sas-27 ta’ Frar 2004. Il-Kummissjoni rċeviet 65 risposta. Ir-riżultati huma disponibbli fuq:

http://europa.eu.int/comm/dgs/energy_transport/security/intermodal/consultation_en.htm

Wara l-konsultazzjoni miftuħa fuq l-Internet kien hemm aktar konsultazzjonijiet ma’ l-Istati Membri u ma’ l-industrija matul is-sena 2004 u fl-ewwel nofs ta’ l-2005.

Sommarju tat-tweġibiet u kif tqiesu

Il-konklużjonijiet ewlenin tal-proċess tal-konsultazzjoni jistgħu jitqassru kif ġej:

1) is-sigurtà tal-katina tal-forniment saret kwistjoni serja li għandha bżonn tiġi indirizzata;

2) il-miżuri possibbli ta’ l-UE dwar is-sigurtà għandhom jiffokaw fuq it-terroriżmu minflok fuq il-vjolazzjoni b’mod ġenerali;

3) il-valutazzjoni tar-riskju hija importanti u għandha tiġi studjata aktar;

4) x’aktarx li l-ebda garanzija ta’ sigurtà assoluta m’hi ser tinkiseb f’perjodu medju ta’ żmien;

5) il-miżuri għandhom iqisu r-realtajiet tas-suq;

6) kwalunkwe miżura għandha tkun mifruxa madwar l-UE kollha sabiex jiġi evitat tagħwiġ bejn is-swieq u, sa fejn huwa possibbli, għandha tgħodd għall-modi kollha tat-trasport;

7) kien hemm appoġġ għal skema volontarja, bħall-“aġent regolamentat” u “trasportatur bil-baħar magħruf”.

Dawn il-konklużjonijiet ewlenin huma skond l-istrateġija tal-Kummissjoni fil-ġlieda kontra t-terroriżmu[14] u jifformaw is-sisien tal-proposta tal-Kummissjoni.

- Ġbir u użu ta' l-għarfien espert

Il-Kummissjoni rċeviet pariri kompetenti minn bosta għejun: operaturi, rappreżentanti kummerċjali, speċjalisti u awtoritajiet tas-sigurtà u tat-trasport fl-Istati Membri.

- Il-valutazzjoni ta’ l-impatt

Ġew investigati għażliet oħrajn. Studju estern li kopra bosta aspetti, ‘L-impatt tal-leġiżlazzjoni Ewropea possibbli biex tittejjeb is-sigurtà fit-trasport’, identifika l-punti fundamentali tal-proposta bħala dawk li joffru l-aħjar valur għall-infiq tal-flus. L-istudju huwa disponibbli fuq:

http://europa.eu.int/comm/dgs/energy_transport/security/intermodal/doc/2005_finalreport_impact_assessment_transport_security.pdf#pagemode=bookmarks

L-Istati Membri

Il-proposta timponi obbligu fuq l-Istati Membri biex dawn jimplimentaw sistema nazzjonali għall-għoti tal-kwalifika ta’ “operatur sikur” lill-operaturi applikanti li jissodisfaw il-kondizzjonijiet minimi meħtieġa. L-Istati Membri jistgħu jew iwaqqfu sistema ġdida tas-sigurtà u s-sikurezza jew jużaw dawk eżistenti. Minkejja li l-ħolqien ta’ skema nazzjonali se tkun teħtieġ riżorsi finanzjarji, għandu jkun possibbli li jintużaw is-sinerġiji mal-miżuri eżistenti tas-sigurtà. Il-proposta tippermetti lill-awtoritajiet nazzjonali li jħaddmu l-iskemi fuq bażi li hija newtrali mill-ispejjeż.

L-industriji

Il-proposta ma fiha ebda miżura obbligatorja fuq l-operaturi tal-katina tal-forniment. L-iskema proposta ta’ l-“operatur sikur” hija volontarja; dawk li jużawha jistgħu jistennew li jgawdu minn faċilitazzjonijiet tas-sigurtà u semplifikazzjonijiet tal-kontrolli doganali kif ukoll li juru lilhom infushom bħala operaturi b’livelli għoljin ta’ sigurtà lil imsieħba oħra fil-katina tal-forniment li jeħtieġu dawn l-istandards. Operaturi oħra li jemmnu li l-attivitajiet tagħhom ma jeħtiġux standards għoljin tas-sigurtà jistgħu jiddeċiedu li ma jeħdux sehem fl-iskema l-ġdida.

Il-Kummissjoni

Xejn, ħlief l-obbligu tagħha bħala gwardjana tat-Trattati.

3. Elementi ġuridiċi tal-proposta

- Sommarju ta’ l-azzjoni proposta

Il-Kummissjoni tipproponi li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jadottaw, mill-aktar fis possibbli, dan ir-Regolament dwar it-titjib tas-sigurtà tal-katina tal-forniment. Il-proposta tikkomplementa miżuri oħrajn dwar is-sigurtà tat-trasport li huma diġà fis-seħħ.

Il-miżuri meħtieġa biex titjieb is-sigurtà tal-forniment bit-trasport bit-triq isegwu dawn il-prinċipji:

- is-sigurtà tal-katina tal-forniment titlob li fil-qasam tas-sigurtà jkun hemm sħubija attiva bejn l-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri u l-industrija;

- is-sigurtà tal-katina tal-forniment tikkomplementa miżuri dwar is-sigurtà tat-trasport li huma diġà fis-seħħ fl-oqsma ta’ l-avjazzjoni u t-trasport marittimu, inklużi l-ajruporti u l-portijiet marittimi;

- l-obbligu li l-Istati Membri jwaqqfu skemi nazzjonali li jkunu kompatibbli ma’ xulxin biex iżidu s-sigurtà tal-katina tal-forniment;

- qafas volontarju għall-operaturi li jistabbilixxi r-rekwiżiti minimi meħtieġa li operaturi f’erba' kategoriji identifikati ta’ l-operazzjonijiet tal-katina tal-forniment għandhom jissodisfaw sabiex jingħataw il-kwalifika ta’ “operatur sikur”;

- l-“operaturi sikuri” għandhom igawdu minn faċilitazzjonijiet tas-sigurtà li joffru “servizz mgħaġġel” ( fast track treatment ) u semplifikazzjoni tal-kontrolli doganali, u għandhom igawdu pożizzjoni aħjar ma’ l-imsieħba kummerċjali tagħhom;

- l-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità kompetenti għas-sigurtà tal-katina tal-forniment sabiex din tagħti l-kwalifika ta’ “operatur sikur”. Għal dan il-għan jistgħu jaħtru organizzazzjonijiet rikonoxxuti għas-sigurtà tal-katina tal-forniment kemm-il darba dawn jissodisfaw ċerti kondizzjonijiet speċifiċi;

- l-Istati Membri għandhom jaħtru punt fokali nazzjonali għas-sigurtà tal-katina tal-forniment sabiex jamministra l-komunikazzjoni meħtieġa kemm ma’ Stati Membri oħrajn kif ukoll mal-Kummissjoni;

- il-kwalifika ta’ “operatur sikur” mogħti mill-awtoritajiet fi Stat Membru wieħed se jkun rikonoxxut mill-awtoritajiet fl-Istati Membri l-oħrajn;

- issir proċedura biex id-dispożizzjonijiet jiġu addattati għat-tibdil tekniku.

- Il-bażi legali

L-Artikoli 71 u 80 (2) tat-Trattat.

- Il-prinċipju tas-sussidjarjetà

Il-prinċipju tas-sussidjarjetà japplika sakemm il-proposta ma taqax taħt il-kompetenza esklussiva tal-Komunità. L-għanijiet tal-proposta ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri għal dawn ir-raġunijiet li ġejjin:

- Huma meħtieġa regoli komuni, inkluż qafas komuni, sabiex jingħelbu b’mod effettiv ir-riskji terroristiċi transnazzjonali.

- It-tlestija tas-suq komuni tat-trasport flimkien ma' l-erba' libertajiet tat-Trattat teħtieġ strateġija komuni Ewropea għas-sigurtà tal-katina tal-forniment. Bosta skemi differenti ta’ sigurtà nazzjonali fil-katina tas-suq joħolqu r-riskju li jerġgħu jinħolqu l-fruntieri nazzjonali;

- Inizjattivi iżolati meħuda minn Stat Membru wieħed jew aktar u li neċessarjament iwasslu għal livelli differenti fis-sigurtà bejn l-Istati Membri inevitabbilment se jiġu interpretati mill-imsieħba kummerċjali ta’ l-Ewropa bħala nuqqas ta’ rieda li jiġu indirizzati l-kwistjonijiet tas-sigurtà jew se jintużaw biex l-Istati Membri jiġu mqabbla kontra ta’ xulxin.

L-azzjoni Komunitarja se tissodisfa aħjar l-għanijiet tal-proposta. Qafas mifrux madwar l-Ewropa kollha b’rekwiżiti minimi li jkunu identiċi għall-operaturi mill-Istati Membri kollha jżomm strateġija komuni tas-sigurtà għall-katina tal-forniment u jevita li s-sigurtà tal-katina tal-forniment terġa’ ssir nazzjonali.

Din il-proposta hija limitata għal dak li huwa meħtieġ għal qafas li japplika fil-Komunità kollha:

- strateġija identika, obbligatorja għall-Istati Membri biex iwaqqfu l-qafas komuni Komunitarju li huwa meħtieġ biex jiġi żgurat li jkompli jitħaddem is-suq tat-trasport, u volontarja għall-operaturi, iżda li tindika b’mod ċar il-ħtieġa li l-operaturi kollha tal-katina tal-forniment jtejbu l-amministrazzjoni tas-sigurtà;

- rekwiżiti minimi komuni tas-sigurtà għall-gruppi ta’ l-operaturi li jaħdmu fil-katina tal-forniment tat-trasport bit-triq; rikonoxximent reċiproku tal-kwalifika ta’ “operatur sikur” li b’hekk jippermetti li l-“operaturi sikuri” kollha jibbenefikaw minn faċilitazzjonijiet u semplifikazzjonijiet fuq livell nazzjonali u li jevitaw ir-riskju ta’ diskriminazzjoni;

- sistema li tikkomplementa r-regoli doganali Komunitarji eżistenti u tippermetti li l-aġġornamenti jikkunsidraw l-iżviluppi internazzjonali, eż., fl-istandardizzazzjoni.

Għalhekk il-proposta tħares il-prinċipju tas-sussidjarjetà.

- Il-prinċipju tal-proporzjonalità

Il-proposta hija skond il-prinċipju tal-proporzjonalità għar-raġunijiet li ġejjin.

- Il-proposta hija mibnija fuq ir-realtajiet tal-katina tal-forniment. Hija tevita miżuri li huma preskrittivi u ta’ livell għoli ħafna li kienu jkunu diffiċli wisq, jekk mhux impossibbli biex l-Istati Membri jimplimentawhom u jikkontrollawhom. Minflok, hija tistieden lill-operaturi sabiex jinvestu fis-sigurtà tal-katina tal-forniment filwaqt li jafu li l-investiment tagħhom huwa skond rekwiżiti li huma uniformi fl-Ewropa kollha u toffri faċilitazzjonijiet lill-voluntiera għall-kontrolli li għandhom x’jaqsmu mas-sigurtà u semplifikazzjonijiet ta’ xi ostakli proċedurali possibbli;

- L-Istati Membri, permezz tal-Kunsill, għarfu l-ħtieġa li jtejbu s-sigurtà tal-katina tal-forniment;

- L-Istati Membri jistgħu jżommu l-ispejjeż għall-minimu. L-Istati Membri jkollhom jistabbilixxu skema sabiex jagħtu l-kwalifika ta’ “operatur sikur” li għaliha jistgħu, madankollu, jiddependu fuq il-mudelli li diġà jeżistu fis-sigurtà tat-trasport bit-triq u fid-dwana. Jistgħu jitolbu għajnuna prattika minn organizzazzjonijiet rikonoxxuti għas-sigurtà tal-katina tal-forniment. Forsi jkunu jixtiequ li jagħmlu mod li għall-awtoritajiet il-proċedura ta’ l-għotja tkun newtrali mill-ispejjeż. L-awtoritajiet reġjonali u lokali ma jkunux involuti, kemm-il darba Stat Membru ma jiddeċidix mod ieħor.

L-ispejjeż huma negliġibbli għall-Komunità: il-Kummissjoni jkollha biss teżerċita d-dmirijiet tagħha bħala gwardjana tat-Trattat. L-operaturi li jixtiequ jinvestu f’miżuri tas-sigurtà issa jkunu jafu li l-investimenti tagħhom huma skond ir-rekwiżiti fil-Komunità kollha. It-tendenzi fir-riċerka ppubblikata dan l-aħħar jindikaw li għadd ta’ fatturi relatati ma’ l-ispejjeż, kemm tal-katina tat-trasport kif ukoll tan-negozji involuti, jibbenefikaw b’mod sħiħ u pożittiv mit-titjib tal-miżuri tas-sigurtà.

- Għażla ta’ l-istrumenti

L-istrumenti proposti: Regolament. Mezzi oħrajn ma jkunux xierqa għar-raġunijiet li ġejjin.

Ġie kkunsidrat jekk il-Kummissjoni għandhiex tipproponi Regolament jew Direttiva. L-għażla ta’ Regolament hija għal kollox skond il-leġiżlazzjoni dwar is-sigurtà: dwar it-trasport marittimu, l-avjazzjoni u l-ajruporti. Hija skond il-leġiżlazzjoni doganali, li hija tista’ tikkomplementa fejn il-katina tal-forniment tissodisfa r-rekwiżiti tad-dwana.

Ir-riskji transnazzjonali tat-terroriżmu jeħtieġu strateġija uniformi, parallela u konverġenti min-naħa ta’ l-Istati Membri biex titwaqqaf skema li effikaċjament tikkumbatti t-theddida terroristika. Regolament huwa l-għodda l-aktar effikaċi.

Meqjusa b’mod iżolat, il-proposta hija sempliċi ħafna; ma hemm ebda ħtieġa għal prinċipji u għanijiet ġenerali li jistgħu jiġu deskritti mill-Istati Membri. L-elementi ewlenin jistgħu jkunu implimentati minnufih biex jagħmlu tajjeb għas-sitwazzjoni mhux sodisfaċenti tas-sigurtà u, jekk ibbażati fuq Regolament, jistgħu jiġu implimentati mingħajr leġiżlazzjoni nazzjonali timplimentahom.

Għalhekk l-għażla ta’ Regolament kienet l-aktar waħda xierqa.

4. Implikazzjoni fuq il-baġit

Xejn.

5. Informazzjoni addizzjonali

- Żona Ekonomika Ewropea

L-att propost huwa ta’ relevanza għaż-ŻEE u għalhekk għandu jestendi għaż-Żona Ekonomika Ewropea.

- Spjegazzjoni dettaljata tal-proposta

Il-Kummissjoni tipproponi li tibbaża r-Regolament fuq l-Artikolu 71 tat-Trattat tal-KE mingħajr preġudizzju għal-leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ l-Istati Membri dwar is-sigurtà u kwalunkwe miżura li tista’ tittieħed fuq il-bażi tat-Titolu VI tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

KONSIDERAZZJONIJIET SPEĊJALI:

L-Artikolu 1

Dan l-artikolu jistabbilixxi l-għan tar-Regolament.

L-Artikolu 2:

Dan l-artikolu jiddefinixxi ‘katina tal-forniment’.

L-Artikolu 3:

Dan l-artikolu jistabbilixxi l-ambitu tar-Regolament.

L-Artikolu 4

Dan l-artikolu jimponi fuq l-Istati Membri l-obbligu li jaħtru awtorità kompetenti dwar is-sigurtà fil-katina tal-forniment.

L-Artikolu 5:

Dan l-artikolu jimponi fuq l-Istati Membri l-obbligu li jistabbilixxu skema nazzjonali biex jagħtu l-kwalifika ta’ “operatur sikur” lil operaturi tal-katina tal-forniment.

L-Artikolu 6:

Dan l-artikolu jintroduċi l-benefiċċji tal-kwalifika ta’ “operatur sikur” (“is-servizz mgħaġġel”) u l-possibbiltà li “operatur sikur” jiġi miċħud l-applikazzjoni ta’ dawn il-benefiċċji.

L-Artikolu 7:

Dan l-artikolu jimponi l-obbligu tar-rikonoxximent reċiproku bejn l-Istati Membri.

L-Artikolu 8:

Dan l-artikolu jistabbilixxi l-kondizzjonijiet li taħthom tista’ tingħata l-kwalifika ta’ “operatur sikur”.

L-Artikolu 9:

Dan l-artikolu jipprovdi għall-possibbiltà li l-kwalifika ta’ “operatur sikur” tiġi rtirata jew sospiża.

L-Artikolu 10:

Dan l-artikolu jimponi obbligu fuq l-Istati Membri li jistabbilixxu l-proċeduri ta’ l-għotja, jew direttament permezz ta’ awtorità pubblika jew permezz ta’ organizzazzjonijiet rikonoxxuti għas-sigurtà tal-katina tal-forniment, u li jagħmlu aċċessibbli l-lista ta’ “operaturi sikuri” għall-awtoritajiet nazzjonali, għall-punti fokali u għall-Kummissjoni.

L-Artikolu 11:

Dan l-artikolu jipprovdi għall-ħatra ta’ punt fokali għas-sigurtà tal-katina tal-forniment bħala l-punt ta’ kuntatt għall-Istati Membri u għall-Kummissjoni.

L-Artikolu 12:

Dan l-artikolu jimponi obbligu fuq l-Istati Membri li jiżguraw superviżjoni xierqa u b’mod regolari ta’ l-iskemi nazzjonali tagħhom li jwasslu għall-għotja tal-kwalifika ta’ “operatur sikur”.

L-Artikolu 13:

Dan l-artikolu jipprovdi li r-rekwiżiti tekniċi li jinsabu fl-Annessi ta’ dan ir-Regolament jistgħu jkunu emendati jew supplimentati mill-proċedura stabbilita fid-Deċiżjoni 1999/468/KE.

L-Artikolu 14:

Dan l-artikolu jistipola li l-Kummissjoni se tkun assistita minn kumitat magħmul minn rappreżentanti ta’ l-Istati Membri.

L-Artikolu 15:

Dan l-artikolu jitkellem dwar il-kunfidenzjalità ta’ informazzjoni li għandha x’taqsam mas-sigurtà.

L-Artikolu 16:

Dan l-artikolu fih id-dettalji dwar id-dħul fis-seħħ.

L-Annessi 1 - 4:

Fihom ir-rekwiżiti dettaljati biex trasportatur, kumpannija tat-trasport, kumpannija li tibgħat, u maħżen, impjant tal-ħżin jew terminal intern jingħataw il-kwalifika ta’ “operatur sikur”.

L-Anness 5:

Fih ir-rekwiżiti dettaljati biex operaturi jagħmlu valutazzjoni tar-riskju.

L-Anness 6:

Fih ir-rekwiżiti dettaljati li għandhom jiġu sodisfatti minn organizzazzjoni rikonoxxuta għas-sigurtà tal-katina tal-forniment.

2006/0025(COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar it-titjib tas-sigurtà fil-katina tal-forniment

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 71 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni[15],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[16],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[17],

Waqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat[18],

Billi:

(1) L-inċidenti tas-sigurtà u t-terroriżmu huma fost l-akbar theddid għall-ideali tad-demokrazija u l-libertà u għall-valuri tal-paċi, li huma l-bażi essenzjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

(2) Il-katina tal-forniment għandha tiġi mħarsa kontra l-inċidenti tas-sigurtà. Dan il-ħarsien ikun ta’ benefiċċju għall-utenti tat-trasport, il-ħaddiema, l-ekonomija u s-soċjetà kollha.

(3) Il-Kunsill Ewropew għamel sejħa biex “jissaħħu l-forom kollha tas-sistemi tat-trasport, inkluż li jissaħħaħ il-qafas ġuridiku u t-titjib tal-mekkaniżmi ta’ prevenzjoni”[19].

(4) Dan l-aħħar sar titjib konsiderevoli fis-sigurtà tat-trasport fl-Ewropa għall-avjazzjoni[20] u għat-trasport marittimu.[21] Huwa mistenni aktar titjib wara li dan l-aħħar ġew adottati miżuri tas-sigurtà għall-portijiet[22].

(5) Fin-nuqqas ta’ regoli Komunitarji, il-livelli tas-sigurtà tal-katina tal-forniment barra minn dawn l-oqsma msemmija għadhom mhumiex sodisfaċenti.

(6) Huwa meħtieġ li jitjieb il-livell tas-sigurtà tal-katina tal-forniment Ewropea tat-trasport bit-triq. Dan jista’ jinkiseb bl-adozzjoni ta’ miżuri xierqa mingħajr preġudizzju għar-regoli ta’ l-Istati Membri fl-oqsma tas-sigurtà nazzjonali u miżuri li jistgħu jittieħdu fuq bażi tat-Titolu VI tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

(7) Kwalunkwe miżura għandha tqis is-swieq tal-katina tal-forniment li huma magħmula minn għadd kbir ta’ operaturi u mudelli operattivi li jagħmlu l-miżuri mhux xierqa meta mqabbla ma’ dawk fl-avjazzjoni u fit-trasport marittimu fuq perjodu qasir ta’ żmien.

(8) Kwalunkwe miżura għandha tiżgura l-moviment ħieles tal-kummerċ filwaqt li tippermetti li r-rekwiżiti minimi dwar is-sigurtà jkunu aktar stretti.

(9) L-Istati Membri għandhom jintroduċu skema li taħtha jagħtu l-kwalifika ta’ “operatur sikur” lill-operaturi bbażati fil-Komunità fil-katina tal-forniment kemm-il darba l-operaturi jissodisfaw ċerti rekwiżiti minimi dwar is-sigurtà. Din l-iskema għandha tkun kompatibbli mal-programmi tas-sigurtà tal-katina tal-forniment li qed jiġu żviluppati għall-katini globali tal-forniment.

(10) L-operaturi tal-katina tal-forniment jaqgħu taħt minn dawn il-gruppi li ġejjin: il-preparazzjoni u l-konsenja tal-prodotti mill-post tal-produzzjoni; it-trasport tal-prodotti; il-bgħit tal-prodotti; operazzjonijiet ta’ l-imħażen, tal-ħżin u ta’ terminals interni.

(11) Għandhom jiġu speċifikati rekwiżiti minimi dwar is-sigurtà għal kull wieħed mill-gruppi ta’ operaturi tal-katina tal-forniment. L-Istati Membri jistgħu jintroduċu rekwiżiti aktar għoljin għall-operaturi stabbiliti fit-territorju tagħhom.

(12) Skema ta’ “operatur sikur” toffri vantaġġi għall-awtoritajiet u għall-operaturi kummerċjali.

(13) Skema ta’ “operatur sikur” tkun tippermetti lill-awtoritajiet responsabbli mis-sigurtà li jikkonċentraw ir-riżorsi tagħhom ta’ kontroll fuq dawk l-operaturi li ma jkunux lesti li jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi dwar is-sigurtà u li jagħmlu dan fil-kuntest ta’ inizjattiva dwar is-sigurtà fl-Ewropa kollha.

(14) Il-kwalifika ta’ “operatur sikur” għandha tkun rikonoxxuta fl-Unjoni Ewropea kollha.

(15) L-Istati Membri għandhom jagħtu lill-“operaturi sikuri” faċilitazzjonijiet fil-qasam tal-kontrolli tas-sigurtà kif ukoll semplifikazzjonijiet tal-kontrolli tas-sigurtà fuq il-fruntieri esterni, inkluż fejn disponibbli, l-użu ta’ “servizz mgħaġġel”, mingħajr ma jitilfu d-dritt li jwettqu l-kontrolli tas-sigurtà fuq l-“operaturi sikuri”.

(16) L-“operaturi sikuri” ikunu jistgħu wkoll juru lis-suq il-ħila tagħhom li jżommu l-katina tas-sigurtà ħielsa mill-ksur tas-sigurtà, li jiddistingwu ruħhom b’mod pożittiv minn operaturi oħrajn, u li jistabbilixxu tendenza pożittiva fil-ħidma tas-sigurtà fil-kummerċ.

(17) L-Istati Membri għandhom jiżguraw li lista ta’ “operaturi sikuri” tkun aċċessibbli għall-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri l-oħrajn u għall-Kummissjoni.

(18) Il-kwalifika ta’ “operatur sikur” għandha tkun rikonoxxuta fi ħdan l-Unjoni Ewropea kollha iżda tista’ tkun irtirata mill-Istat Membru li jkun tah din il-kwalifika jekk jinstab li l-operatur ikun wettaq xi ksur gravi tal-kondizzjonjiet li taħthom tkun ġiet mogħtija l-kwalifika. Il-kwalifika għandha tingħata għal żmien limitat iżda tkun tista’ tiġġedded. Stat Membru jista’ jiċħad li jagħti faċilitazzjonijiet u semplifikazzjoni fejn isib li “operatur sikur” li ngħata din il-kwalifika minn Stat Membru ieħor ikun qiegħed jikser ir-rekwiżiti minimi dwar is-sigurtà.

(19) L-Istati Membri jistgħu jaħtru organizzazzjonijiet rikonoxxuti għas-sigurtà tal-katina tal-forniment sabiex dawn jevalwaw jekk “operatur sikur” applikant ikunx jissodisfa l-kondizzjonijiet meħtieġa.

(20) L-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità kompetenti għas-sigurtà tal-katina tal-forniment.

(21) L-Istati Membri għandhom jiżguraw li post speċjalizzat jieħu r-rwol ta’ punt ta’ kuntatt bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri.

(22) L-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw l-implimentazzjoni fost l-operaturi tal-katina tal-forniment.

(23) Il-miżuri meħtieġa biex jiġi implimentat dan ir-Regolament għandhom ikunu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni[23]. Għandha tiġi definita proċedura biex dan ir-Regolament ikun adattat sabiex iqis l-iżviluppi fl-istrumenti internazzjonali u, fid-dawl ta’ l-esperjenza, biex ikunu adattati jew miżjuda d-dispożizzjonijiet dettaljati ta’ l-annessi ta’ dan ir-Regolament, mingħajr ma jinbidel l-ambitu ta’ dan ir-Regolament.

(24) L-għanijiet ta’ l-azzjoni proposta, jiġifieri l-introduzzjoni ta’ strateġija komuni għas-sigurtà tal-katina tal-forniment, skema ta’ “operatur sikur”, u l-ħtieġa li jkun żgurat ir-rikonoxximent tal-kwalifika ta’ “operatur sikur” mogħtija fuq livell nazzjonali fis-suq kollu komuni tat-trasport, jistgħu, permezz tad-dimensjoni Ewropea ta’ dan ir-Regolament, jintlaħqu aħjar fuq livell Komunitarju. Għalhekk, il-Komunità tista’ tadotta miżuri skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità stabbilit fl-istess Artikolu, dan ir-Regolament huwa limitat għar-rekwiżiti minimi tas-sigurtà meħtieġa sabiex jinkisbu l-għanijiet tas-sigurtà tal-katina tal-forniment u ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ għal dak l-iskop.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Għan

1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli komuni għat-titjib tas-sigurtà tal-katina tal-forniment fit-trasport bit-triq fir-rigward ta’ theddid ta’ inċidenti marbuta mas-sigurtà.

2. L-għan deskritt fil-paragrafu 1 għandu jintlaħaq permezz ta’:

a) it-twaqqif ta’ skema li tippermetti lill-Istati Membri li jagħtu l-kwalifika ta’ “operatur sikur” lill-operaturi fil-katina tal-forniment;

b) it-twaqqif ta’ rekwiżiti minimi tas-sigurtà li l-operaturi għandhom jissodisfaw qabel ma tingħatalhom il-kwalifika ta’ “operatur sikur”;

c) it-twaqqif ta’ mekkaniżmi xierqa ta’ monitoraġġ.

Artikolu 2

Id-Definizzjoni

Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, il-katina tal-forniment tfisser il-proċessi u l-operaturi kollha involuti fil-preparazzjoni għat-trasport u t-trasport bit-triq tal-prodotti mill-post tal-produzzjoni sal-post tal-konsenja fi ħdan it-territorju tal-Komunità Ewropea.

Artikolu 3

L-Ambitu

1. Dan ir-Regolament għandu jgħodd għas-sigurtà tal-katina tal-forniment u jindirizza s-sigurtà tal-merkanzija, tat-trasport u, fejn xieraq, ta’ l-infrastruttura li għandha x’taqsam mal-katina tal-forniment fi ħdan it-territorju tal-Komunità Ewropea.

2. Il-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament għandhom jgħoddu għal kwalunkwe operatur involut f’waħda minn dawn l-attivitajiet li ġejjin:

a) il-preparazzjoni tal-prodotti għall-konsenja u l-konsenja mill-post tal-produzzjoni;

b) it-trasport tal-prodotti;

c) il-bgħit tal-prodotti;

d) operazzjonijiet ta’ l-imħażen, tal-ħżin u ta’ terminals interni.

3. Dan ir-Regolament għandu jgħodd mingħajr preġudizzju għal:

a) regoli Komunitarji fil-qasam tas-sigurtà ta’ l-avjazzjoni ċivili[24];

b) regoli Komunitarji dwar it-titjib tas-sigurtà tal-bastimenti u tal-portijiet[25];

c) regoli Komunitarji dwar is-sigurtà fil-portijiet[26];

d) regoli Komunitarji u internazzjonali dwar it-trasport tal-merkanzija perikoluża[27] u materjal nukleari[28];

e) regoli Komunitarji tad-dwana[29].

Artikolu 4

L-awtorità kompetenti għas-sigurtà tal-katina tal-forniment

L-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità kompetenti għas-sigurtà tal-katina tal-forniment sabiex tikkoordina, timplimenta u timmonitorja l-applikazzjoni tal-miżuri għas-sigurtà tal-katina tal-forniment stabbiliti f’dan ir-Regolament.

Artikolu 5

“Operatur sikur”

1. Fi żmien 18-il xahar mill-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom iwaqqfu skema sabiex jagħtu l-kwalifika ta’ “operatur sikur” lill-operaturi fil-katina tal-forniment.

2. Operatur jista’ japplika biex tingħatalu l-kwalifika ta’ “operatur sikur” kemm-il darba huwa jkun involut f’waħda minn dawn l-attivitajiet fil-katina tal-forniment:

a) il-preparazzjoni tal-prodotti għall-konsenja u l-konsenja mill-post tal-produzzjoni;

b) it-trasport tal-prodotti;

c) il-bgħit tal-prodotti;

d) operazzjonijiet ta’ l-imħażen, tal-ħżin u ta’ terminals interni.

3. L-applikazzjoni għandha tkun indirizzata lill-awtorità kompetenti għas-sigurtà tal-katina tal-forniment fil-pajjiż fejn l-applikant ikun stabbilit.

4. Il-kwalifika ta’ “operatur sikur” turi l-ħila ta’ l-operatur li lilu tkun ġiet mogħtija din il-kwalifika, li jżomm il-parti tal-katina tal-forniment taħt ir-responsabbiltà tiegħu ħielsa mill-ksur tas-sigurtà.

5. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni Ewropea ladarba l-iskema tagħhom għall-għoti ta’ “operatur sikur” tkun implimentata.

Artikolu 6

Il-benefiċċji ta’ l-“operatur sikur”

1. L-Istati Membri għandhom jippermettu lill-“operaturi sikuri” li jgawdu minn faċilitazzjonijiet u semplifikazzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-miżuri tal-kontroll tas-sigurtà (“servizz mgħaġġel”).

2. Il-faċilitazzjoni u s-semplifikazzjonijiet għandhom jinkludu permess biex l-“operaturi sikuri” jċaqalqu l-merkanzija tagħhom skond proċeduri li jiddistingwuhom minn operaturi li mhumiex sikuri. Dawn għandhom jinkludu livell aktar baxx ta’ kontrolli tas-sigurtà.

3. L-Istati Membri jistgħu jivverifikaw l-awtentiċità tal-kwalifika ta’ “operatur sikur” mal-punt fokali kompetenti.

4. Stat Membru jista’ jiċħad l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 6(1) u 6(2) lil “operatur sikur” ta’ Stat Membru ieħor meta dan l-operatur jinstab li wettaq ksur gravi tar-regoli tas-sigurtà. Għandu minnufih javża lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni u għandu jressaq il-kwistjoni quddiem il-kumitat stabbilit bl-Artikolu 14. L-Artikoli 9 u 12 għandhom jgħoddu.

Artikolu 7

Ir-rikonoxximent reċiproku

Il-kwalifika ta’ “operatur sikur” mogħtija fi Stat Membru wieħed għandja tkun rikonoxxuta mill-awtoritajiet fl-Istati Membri kollha.

Artikolu 8

L-għoti tal-kwalifika

1. Operatur għandu jingħata l-kwalifika ta’ “operatur sikur” jekk juri li

a) waqqaf, implimenta u ddokumenta sistema ta’ amministrazzjoni tas-sigurtà;

b) jiżgura li r-riżorsi biex jingħelbu r-riskji possibbli tas-sigurtà jkunu disponibbli għal dik il-parti tal-katina tal-forniment li huwa jkun responsabbli minnha;

c) is-sistema ta’ l-amministrazzjoni tas-sigurtà tiegħu tagħti lok għal titjib kontinwu;

d) jissodisfa r-rekwiżiti provduti fl-annessi.

e) jissodisfa r-rekwiżiti taħt ir-regoli msemmija fl-Artikolu 3(3), fejn applikabbli.

2. Il-kwalifika ta’ “operatur sikur” għandha tingħata għal perjodi ta’ tliet snin. Il-kwalifika tista’ tiġġedded fejn l-“operatur sikur” ikompli jħares ir-rekwiżiti minimi ta’ dan ir-Regolament.

3. Jekk operatur ingħata l-kwalifika ta’ “operatur ekonomiku awtorizzat” skond l-Artikolu 5a tar-Regolament KE Nru. 648/2005[30], l-awtorità kompetenti għas-sigurtà tal-katina tal-forniment għandha tqis li l-kriterji deskritti fil-paragrafu 1 jkunu ġew sodisfatti, bil-kondizzjoni li l-kriterji għall-għoti tal-kwalifika ta’ “operatur ekonomiku awtorizzat” ikunu identiċi jew komparabbli.

Artikolu 9

L-irtirar jew is-sospensjoni tal-kwalifika

1. L-Istati Membri għandhom jintroduċu regoli li jippermettu l-irtirar tal-kwalifika ta’ “operatur sikur” fejn l-operatur jinstab li qed iwettaq jew qed jirrepeti xi ksur tal-kondizzjonijiet li taħthom ingħata l-kwalifika.

2. Il-kwalifika ta’ “operatur sikur” tista’ wkoll tiġi rtirata b’riżultat ta’ verifiki dwar l-implimentazzjoni u l-konformità mwettqa skond l-Artikolu 12.

3. Fejn il-kwalifika ta’ “operatur sikur” tiġi rtirata, l-operatur jista’ jerġa’ japplika biss wara sentejn.

4. L-Istati Membri għandhom jintroduċu regoli li jippermettu s-sospensjoni tal-kwalifika ta’ “operatur sikur” fejn l-operatur jinstab li qed iwettaq ksur ieħor tal-kondizzjonijiet li taħthom ingħata l-kwalifika.

5. Is-sospensjoni għandha titneħħa meta l-awtorità kompetenti għas-sigurtà tal-katina tal-forniment tkun ċerta li l-ksur ġie rimedjat.

Artikolu 10

Il-proċeduri għall-għotja

1. L-awtorità kompetenti għas-sigurtà tal-katina tal-forniment għandha tkun responsabbli biex tagħti l-kwalifika ta’ “operatur sikur”. L-Istati Membri għandhom iwaqqfu reġistru ta’ l-“operaturi sikuri” kollha. Ir-reġistru għandu jkun aċċessibbli għall-awtoritajiet kompetenti u l-punti fokali ta’ l-Istati Membri għas-sigurtà tal-katina tal-forniment u għall-Kummissjoni.

2. Kull “operatur sikur” għandu jingħata numru ta’ identifikazzjoni li jibda bil-kodiċi ta’ l-Istat Membru.

3. L-Istati Membri jistgħu jaħtru organizzazzjonijiet rikonoxxuti għas-sigurtà tal-katina tal-forniment għall-iskop imsemmi fil-paragrafu 1. L-organizzazzjonijiet rikonoxxuti għas-sigurtà tal-katina tal-forniment għandhom jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness 6.

Artikolu 11

Il-punt fokali għas-sigurtà tal-katina tal-forniment

1. L-Istati Membri għandhom jaħtru punt fokali għas-sigurtà tal-katina tal-forniment.

2. Il-punt fokali għandu jservi bħala l-punt ta’ kuntatt għall-Kummissjoni u għal Stati Membri oħrajn u għandu jiffaċilita, isegwi u jgħarraf dwar l-applikazzjoni tal-miżuri dwar is-sigurtà tal-katina tal-forniment

Artikolu 12

Il-verifika ta’ l-implimentazzjoni u tal-konformità

L-Istati Membri għandhom jiżguraw monitoraġġ xieraq ta’ l-iskema ta’ l-“operatur sikur” inkluż superviżjoni ta’ l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti għas-sigurtà tal-katina tal-forniment.

Artikolu 13

L-adattament

Id-dispożizzjonijiet ta’ l-annessi jistgħu jiġu emendati jew supplimentati b’rekwiżiti tekniċi dettaljati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 14, mingħajr ma jinbidel l-ambitu ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 14

Il-proċedura tal-Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat magħmul mir-rappreżentanti ta’ l-Istati Membri u presjedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni.

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom jgħoddu l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE[31], wara li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

3. Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ xahar.

4. Il-kumitat għandu jadotta r-regoli tal-proċedura tiegħu stess.

Artikolu 15

Il-kunfidenzjalità u t-tixrid ta’ l-informazzjoni

1. Meta tapplika dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri xierqa, skond id-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/844/KE, ECSC, Euratom[32], biex tħares l-informazzjoni li hija suġġetta għar-rekwiżiti tal-kunfidenzjalità, li għaliha jkollha aċċess jew li tiġi komunikata lilha mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri ekwivalenti skond il-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti.

Artikolu 16

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea .

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jgħodd direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

ANNESS 1

It-Trasportatur bil-baħar

(il-preparazzjoni tal-prodotti għall-konsenja u l-konsenja mill-post tal-produzzjoni)

Biex trasportatur jingħata l-kwalifika ta’ “operatur sikur”, is-sistema ta’ l-amministrazzjoni tas-sigurtà tiegħu għandha tkun ibbażata fuq valutazzjoni tar-riskju u għandha tindirizza dawn li ġejjin:

Is-sigurtà fiżika : Il-bini u l-istabbilimenti kollha għandhom ikunu mħarsa minn kwalunkwe dħul mhux awtorizzat u għandhom iservu bħala protezzjoni kontra d-dħul forzat. Is-sigurtà fiżika għandha tinkludi:

- Tagħmir ta' sokor għall-bibien, twieqi, gradi u rixtelli esterni u interni;

- Dawl ġewwa u barra l-impjant, inkluż fil-parkeġġi;

- Parkeġġ għall-vetturi privati li jkun separat miż-żoni tal-konsenja, tat-tagħbija u tal-merkanzija;

- Sistemi tal-komunikazzjonijiet interni/esterni biex jiġu kkuntatjati l-ħaddiema interni tas-sigurtà jew l-aġenziji lokali responsabbli mill-ħarsien tal-liġijiet.

Il-kontrolli ta’ l-aċċess : L-aċċess mhux awtorizzat għaż-żoni tal-konsenja, tat-tagħbija u tal-merkanzija għandu jkun projbit. Il-kontrolli għandhom jinkludu:

- Identifikazzjoni sistematika perfetta għall-impjegati, il-viżitaturi u l-kuntatti kummerċjali kollha;

- Proċeduri biex il-persuni mhux awtorizzati/identifikati jiġu mwaqqfa.

Is-sigurtà proċedurali : Il-miżuri għall-immaniġġjar ta’ merkanzija li dieħla jew li ħierġa għandhom jinkludu ħarsien kontra d-dħul, l-iskambju jew it-telf tal-materjali. Il-proċeduri tas-sigurtà għandhom jinkludu:

- Uffiċjal tas-sigurtà maħtur biex jissorvelja d-dħul jew it-tneħħija tal-merkanzija;

- Il-merkanzija li tkun immarkata, miżuna, magħduda u dokumentata tajjeb;

- Il-kontroll ta’ l-integrità tas-siġilli jew tagħmir ieħor tas-sigurtà tal-merkanzija li tidħol;

- Il-proċeduri biex jitqiegħdu s-siġilli jew tagħmir ieħor tas-sigurtà fuq merkanzija li ħierġa;

- L-iskoperta u r-rapportar ta’ ammonti nieqsa jew żejda;

- It-traċċjar tal-moviment tal-merkanzija li tidħol u toħroġ;

- Ħażna sew ta’ unitajiet ta’ tagħbija vojta jew mimlija sabiex jiġi mrażżan l-aċċess mhux awtorizzat;

- Proċeduri biex jiġu indirizzati l-anomaliji jew l-attivitajiet illegali li l-kumpanija tiskopri jew tissuspetta fihom.

Is-sigurtà tal-ħaddiema: Il-kumpaniji għandhom jistabbilixxu proċess intern sabiex jeżaminaw bir-reqqa lill-impjegati prospettivi, u jivverifikaw l-applikazzjonijiet, b’ħarsien sħiħ tal-leġiżlazzjoni fl-oqsma tat-trattament ugwali u l-protezzjoni tad-data personali. Dan il-proċess intern jista’ jinkludi verifiki ta' l-anteċedenti u testijiet oħrajn skond il-funzjoni partikolari ta’ l-impjegat involut.

Il-proċeduri tad-dokumentazzjoni : Il-kumpaniji għandhom jiżguraw li d-dokumentazzjoni tkun kompleta, leġġibbli, preċiża u mressqa fil-ħin.

Is-sigurtà ta’ l-informazzjoni: Il-proċessi kollha ta’ l-informazzjoni fil-kuntest ta’ l-operazzjonijiet tal-katina tal-forniment għandhom ikunu sikuri .

Titqajjem kuxjenza dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ : Għandu jkun provdut programm li jqajjem kuxjenza dwar is-sigurtà lill-impjegati. Dan għandu jinkludi l-għarfien tar-riskji possibbli għas-sigurtà, iż-żamma ta’ l-integrità tal-prodott, u d-determinazzjoni u l-indirizzar ta’ l-aċċess mhux awtorizzat. Dawn il-programmi għandhom iħeġġu l-parteċipazzjoni attiva ta’ l-impjegati fil-kontrolli tas-sigurtà.

ANNESS 2

Il-kumpanija tat-trasport

Sabiex kumpanija tat-trasport tingħata l-kwalifika ta’ “operatur sikur”, is-sistema ta’ l-amministrazzjoni tas-sigurtà tagħha għandha tkun ibbażata fuq valutazzjoni tar-riskju u għandha tindirizza dawn li ġejjin:

Is-sigurtà fiżika : Il-bini u l-istabblimenti kollha għandhom ikunu mħarsa minn kwalunkwe dħul mhux awtorizzat u għandhom iservu bħala ħarsien minn indħil barrani. Is-sigurtà fiżika għandha tinkludi

- Tagħmir ta' sokor għall-bibien, twieqi, gradi u rixtelli esterni u interni;

- Rixtelli mad-dawra, biżżejjed dawl ġewwa u barra l-impjant, inkluż fil-parkeġġi;

- Parkeġġ għall-vetturi privati li jkun separat miż-żoni tal-konsenja, tat-tagħbija u tal-merkanzija;

- Sistemi tal-komunikazzjonijiet interni/esterni biex jiġu kkuntatjati l-ħaddiema interni tas-sigurtà jew l-aġenziji lokali responsabbli mill-ħarsien tal-liġijiet;

Il-kontrolli ta’ l-aċċess : L-aċċess mhux awtorizzat għall-impjanti u għall-mezzi tat-trasport għandu jkun projbit. Il-kontrolli għandhom jinkludu:

- Identifikazzjoni sistematika perfetta għall-impjegati, il-viżitaturi u l-kuntatti kummerċjali kollha;

- Proċeduri biex il-persuni mhux awtorizzati/identifikati jiġu mwaqqfa;

Is-sigurtà proċedurali : Għandu jkun hemm proċeduri biex iħarsu kontra d-dħul ta’ materjal mhux dokumentat fuq il-mezzi tat-trasport u fil-merkanzija, u biex iħarsu milli impjegati mhux awtorizzati jiġu mogħtija l-aċċess. Il-proċeduri tas-sigurtà għandhom jinkludu:

- Il-merkanzija/it-tagħmir tal-merkanzija jkunu immarkati, miżuna, magħduda u dokumentati tajjeb;

- Il-kontroll ta’ l-integrità tas-siġilli jew tagħmir ieħor tas-sigurtà meta l-merkanzija tiġi aċċettata għat-trasport;

- Proċeduri biex tkun żgurata l-integrità tas-siġilli jew tagħmir ieħor tas-sigurtà meta l-merkanzija tiġi trasferita;

- Sistema għall-iskoperta u r-rapportar ta’ ammonti nieqsa;

- It-traċċjar tal-moviment tal-merkanzija u tal-mezzi tat-trasport li jidħlu u joħorġu;

- Proċeduri biex jiġu indirizzati l-anomaliji jew l-attivitajiet illegali li l-kumpanija tiskopri jew tissuspetta fihom.

F’każijiet fejn jiġu skoperti materjali mhux dokumentati jew sinjali ta’ tbagħbis, għandha ssir spezzjoni fiżika tal-partijiet aċċessibbli tal-mezz tat-trasport u taż-żoni li jkunu aċċessibbli b’mod faċli ħdejn il-mezz tat-trasport. Għandu jkun hemm proċeduri biex dawn il-każijiet ikunu rappurtati.

Is-sigurtà tal-ħaddiema: Il-kumpaniji għandhom jistabblixxu proċess intern sabiex jeżaminaw bir-reqqa lill-impjegati prospettivi, u jivverifikaw l-applikazzjonijiet, b’ħarsien sħiħ għal-leġiżlazzjoni fl-oqsma tat-trattament ugwali u l-protezzjoni tad- data personali. Dan il-proċess intern jista’ jinkludi verifiki ta’ l-anteċedenti u testijiet oħrajn skond il-funzjoni partikolari ta’ l-impjegat involut

Il-proċeduri tad-dokumentazzjoni : Il-kumpaniji għandhom jiżguraw li d-dokumentazzjoni tkun kompleta, leġġibbli, preċiża u mressqa fil-ħin.

Is-sigurtà ta’ l-informazzjoni: Il-proċessi kollha ta’ l-informazzjoni fil-kuntest tal-ħidma tal-katina tal-forniment għandhom ikunu sikuri.

Id-dispożizzjonijiet dwar il-moviment sikur tal-merkanzija : Il-kumpaniji jistgħu jtejbu l-merkanzija offerta minn dawk li mhumiex “operaturi sikuri” għal livell ogħla ta’ sigurtà meta l-ispezzjoni tal-kontenut tagħtihom l-opportunità li jagħmlu dan. Jekk dawn l-ispezzjonijiet ma jsirux jew ma jippermettux li l-merkanzija titqies bħala parti minn katina sikura tal-forniment, is-“servizz mgħaġġel” jistà jiġi miċħud.

Titqajjem kuxjenza dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ: Għandu jkun provdut programm li jqajjem kuxjenza dwar is-sigurtà fost l-impjegati. Dan għandu jinkludi l-għarfien tar-riskji possibbli għas-sigurtà, iż-żamma ta’ l-integrità tal-prodott, u d-determinazzjoni u l-indirizzar ta’ l-aċċess mhux awtorizzat. Dawn il-programmi għandhom iħeġġu l-parteċipazzjoni attiva ta’ l-impjegati fil-kontrolli tas-sigurtà.

ANNESS 3

Il-kumpanija li tibgħat

Sabiex kumpanija li tibgħat tingħata l-kwalifika ta’ “operatur sikur”, is-sistema ta’ l-amministrazzjoni tas-sigurtà tagħha għandha tkun ibbażata fuq valutazzjoni tar-riskju u għandha tindirizza dawn li ġejjin:

Il-kontrolli ta’ l-aċċess : L-aċċess mhux awtorizzat għall-impjanti u għall-mezzi tat-trasport għandu jkun projbit. Il-kontrolli għandhom jinkludu l-identifikazzjoni pożittiva ta’ l-impjegati, il-viżitaturi u l-kuntatti kummerċjali kollha kif ukoll proċeduri biex il-persuni mhux awtorizzati/identifikati jiġu mwaqqfa.

Is-sigurtà proċedurali : Il-proċeduri għandhom jindirizzaw l-anomaliji jew l-attivitajiet illegali li l-kumpanija tiskopri jew tissuspetta fihom.

Il-proċessar tad-dokumentazzjoni : Il-kumpaniji li jibagħtu għandhom jagħmlu mill-aħjar li jistgħu sabiex jiżguraw li d-dokumentazzjoni kollha provduta u li tintuża fir-rilaxx tal-merkanzija tkun leġġibbli u tkun mħarsa mill-possibiltà ta’ skambju, telf jew dħul ta’ informazzjoni żbaljata. Il-proċeduri tad-dokumentazzjoni għandhom jinkludu:

- li tinżamm il-preċiżjoni ta’ l-informazzjoni rċevuta, inkluż l-isem u l-indirizz tat-trasportatur u tad-destinatarju, l-ewwel u t-tieni jipprovdu informazzjoni dwar il-partijiet, id-deskrizzjoni, il-piż, il-kwantità u l-unità tal-kejl (jiġifieri kaxxi, kartuni, eċċ.) tal-merkanzija;

- Ir-reġistrazzjoni, ir-rapportar u l-investigazzjoni ta’ l-ammonti nieqsa jew żejda tal-merkanzija;

- It-traċċjar tal-moviment tal-merkanzija li tidħol u toħroġ;

- Il-ħarsien ta’ l-aċċess għall-kompjuter u l-informazzjoni.

Is-sigurtà tal-ħaddiema: Il-kumpaniji għandhom iwaqqfu proċess intern sabiex jeżaminaw bir-reqqa lill-impjegati prospettivi, u jivverifikaw l-applikazzjonijiet, b’ħarsien sħiħ għal-leġiżlazzjoni fl-oqsma tat-trattament ugwali u l-protezzjoni tad- data personali. Dan il-proċess intern jista’ jinkludi verifiki ta' l-anteċedenti u testijiet oħrajn skond il-funzjoni partikolari ta’ l-impjegat in kwistjoni.

Il-proċeduri tad-dokumentazzjoni : Il-kumpaniji għandhom jiżguraw li l-listi tat-tagħbija, il-manifesti u/jew dokumenti oħrajn li għandhom x’jaqsmu mat-trasport ikunu kompleti, leġġibbli, preċiżi u mressqa fil-ħin.

Is-sigurtà ta’ l-informazzjoni: Il-proċessi kollha ta’ l-informazzjoni fil-kuntest ta’ l-operazzjonijiet tal-katina tal-forniment għandhom ikunu sikuri.

Id-dispożizzjonijiet dwar il-moviment sikur tal-merkanzija : Il-kumpaniji jistgħu jtejbu l-merkanzija offerta minn dawk li mhumiex “operaturi sikuri” għal livell ogħla ta’ sigurtà meta l-ispezzjoni tal-kontenut tagħtihom l-opportunità li jagħmlu dan. Jekk dawn l-ispezzjonijiet ma jsirux jew ma jippermettux li l-merkanzija titqies bħala parti minn katina sikura tal-forniment, is-“servizz mgħaġġel” jistà jiġi miċħud.

Titqajjem kuxjenza dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ: Għandu jkun provdut programm li jqajjem kuxjenza dwar is-sigurtà fost l-impjegati. Dan għandu jinkludi l-għarfien tar-riskji possibbli għas-sigurtà, iż-żamma ta’ l-integrità tal-prodott, u d-determinazzjoni u l-indirizzar ta’ l-aċċess mhux awtorizzat. Dawn il-programmi għandhom iħeġġu l-parteċipazzjoni attiva ta’ l-impjegati fil-kontrolli tas-sigurtà u għandhom jipprovdu:

- Rikonoxximent għall-parteċipazzjoni attiva ta’ l-impjegati fil-kontrolli tas-sigurtà;

- Taħriġ dwar il-frodi fid-dokumentazzjoni u kontrolli tas-sigurtà bil-kompjuter.

ANNESS 4

L-operazzjonijiet ta’ l-imħażen, tal-ħżin jew tat-terminals interni (inklużi l-portijiet interni*)

Sabiex kumpanija li tħaddem maħżen, impjant tal-ħżin, terminal intern jew port intern, tingħata l-kwalifika ta’ “operatur sikur”, is-sistema ta’ l-amministrazzjoni tas-sigurtà tagħha għandha tkun ibbażata fuq valutazzjoni tar-riskju u għandha tindirizza dawn li ġejjin::

Is-sigurtà fiżika : Il-bini u l-istabbilimenti kollha għandhom ikunu mibnija minn materjali li jirreżistu d-dħul mhux awtorizzat u jħarsu kontra l-intrużjoni barranija. Is-sigurtà fiżika għandha tinkludi:

- Tagħmir ta’ sokor għall-bibien, twieqi, gradi u rixtelli esterni u interni;

- Dawl provdut ġewwa u barra l-impjant, inkluż fiż-żoni tal-parkeġġi;

- Parkeġġ għall-vetturi privati li jkun separat miż-żoni tal-konsenja, tat-tagħbija u tal-merkanzija;

- Sistemi tal-komunikazzjonijiet interni/esterni biex jiġu kkuntatjati l-ħaddiema interni tas-sigurtà jew il-pulizija lokali responsabbli mill-ħarsien tal-liġijiet

Il-kontrolli ta’ l-aċċess : L-aċċess mhux awtorizzat għall-impjanti għandu jkun ipprojbit. Il-kontrolli għandhom jinkludu:

- Identifikazzjoni sistematika perfetta għall-impjegati, il-viżitaturi u l-kuntatti kummerċjali kollha;

- Proċeduri biex il-persuni mhux awtorizzati/identifikati jiġu mwaqqfa.

Is-sigurtà proċedurali : Għandu jkun hemm proċeduri biex iħarsu kontra d-dħul ta’ materjal mhux dokumentat fil-maħżen, fl-impjant tal-ħżin jew fit-terminal intern (inklużi l-portijiet interni). Il-proċeduri tas-sigurtà għandhom jinkludu:

- Uffiċjal tas-sigurtà maħtur sabiex jissorvelja d-dħul/ħruġ tal-merkanzija

- Il-merkanzija/t-tagħmir tal-merkanzija jkunu mmarkati, magħduda u dokumentati tajjeb u jkunu vverikfikati mad-dokumentazzjoni tal-manifest;

- Il-kontroll ta’ l-integrità tas-siġilli jew tagħmir ieħor tas-sigurtà meta l-merkanzija tidħol;

- Il-proċeduri biex jitqiegħdu s-siġilli jew tagħmir ieħor tas-sigurtà meta l-merkanzija toħroġ;

- Proċeduri għall-iskoperta u r-rapportar ta’ ammonti nieqsa jew żejda;

- Proċeduri biex jiġu indirizzati l-anomaliji jew l-attivitajiet illegali li l-kumpanija tiskopri jew tissuspetta fihom.

- Ħażna sewwa ta’ l-unitajiet tat-tagħbija vojta u mimlija sabiex jiġi mrażżan l-aċċess mhux awtorizzat;

- Il-prevenzjoni ta’ l-aċċess għall-merkanzija jew għall-kontejners vojta.

Is-sigurtà tal-ħaddiema: Il-kumpaniji għandhom jistabblixxu proċess intern sabiex jeżaminaw bir-reqqa lill-impjegati prospettivi, u jivverifikaw l-applikazzjonijiet, b’ħarsien sħiħ tal-leġiżlazzjoni fl-oqsma tat-trattament ugwali u l-protezzjoni tad- data personali. Dan il-proċess intern jista’ jinkludi verifiki ta' l-anteċedenti u testijiet oħrajn skond il-funzjoni partikolari ta’ l-impjegat involut.

Is-sigurtà ta’ l-informazzjoni: Il-proċessi kollha ta’ l-informazzjoni fil-kuntest tal-operazzjonijiet tal-katina tal-forniment għandhom ikunu sikuri.

Id-dispożizzjonijiet dwar il-moviment sikur tal-merkanzija : Il-kumpaniji jistgħu jtejbu l-merkanzija offerta minn dawk li mhumiex “operaturi sikuri” għal livell ogħla ta’ sigurtà meta l-ispezzjoni tal-kontenut tagħtihom l-opportunità li jagħmlu dan. Jekk dawn l-ispezzjonijiet ma jsirux jew ma jippermettux li l-merkanzija titqies bħala parti minn katina sikura tal-forniment, is-“servizz mgħaġġel” jistà jiġi miċħud.

Titqajjem kuxjenza dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ: Għandu jkun provdut programm li jqajjem kuxjenza dwar tas-sigurtà fost l-impjegati. Dan għandu jinkludi l-għarfien tar-riskji possibbli għas-sigurtà, iż-żamma ta’ l-integrità tal-prodott, u id-determinazzjoni u l-indirizzar ta’ l-aċċess mhux awtorizzat. Dawn il-programmi għandhom iħeġġu l-parteċipazzjoni attiva ta’ l-impjegati fil-kontrolli tas-sigurtà.

* Kemm-il darba ma jgħoddx ir-Regolament (KE) Nru 725/2004.

ANNESS 5

Il-valutazzjoni tar-riskju

Il-valutazzjoni tar-riskju ta’ operatur għandha twassal għal sistema ta’ amministrazzjoni tas-sigurtà. Il-valutazzjoni tar-riskju għandha tkun ibbażata fuq is-sitwazzjoni ġenerali tal-kumpanija, mhux fuq operazzjoni speċifika tat-trasport, u għandha tindirizza għall-inqas dawn il-passi li ġejjin:

L-ewwel pass – identifikazzjoni tat-tipi ta’ theddid:

- X’jgħidu l-aħbarijiet dwar il-klima nazzjonali u internazzjonali attwali, jew il-kampanji terroristiċi attwali;

- Il-parir ta’ l-awtoritajiet tas-sigurtà dwar ir-riskju ta’ attakk terroristiku fuq l-impjanti jew l-operazzjonijiet;

- Kemm il-bini, il-ħidma kif ukoll il-ħaddiema ta’ l-organizzazzjoni jista’ jkun fil-mira ta’ attakk terroristiku;

- Il-possibbiltà ta’ ħsara kollaterali minħabba l-post ta’ l-operatur f’żona ta’ riskju għoli.

It-tieni pass – identifikazzjoni ta’ dak li għandu jiġi mħares u b’mod partikolari ta’ kif dan huwa vulnerabbli għal attakk terroristiku.

It-tielet pass – identifikazzjoni ta’ dak li għandu jsir sabiex ir-riskju jitnaqqas sa livell aċċettabbli.

ANNESS 6

Il-kondizzjonijiet li organizzazzjoni rikonoxxuta għandha tissodisfa għas-sigurtà tal-katina tal-forniment

Organizzazzjoni rikonoxxuta għas-sigurtà tal-katina tal-forniment għandha tkun kapaċi turi:

- li l-organizzazzjoni u l-impjegati tagħha qatt ma ġew kundannati minħabba korruzzjoni u frodi;

- għarfien espert fl-aspetti rilevanti tas-sigurtà tal-katina tal-forniment;

- għarfien xieraq tal-ħidma tal-katina tal-forniment, inkluż l-għarfien tar-rekwiżiti operattivi;

- għarfien xieraq ta’ operazzjonijiet oħrajn rilevanti għas-sigurtà li jistgħu potenzjalment jaffettwaw is-sigurtà tal-katina tal-forniment;

- il-kapaċità li tivvaluta r-riskji possibbli ta’ sigurtà fil-katina tal-forniment;

- il-kapaċità li żżomm u ttejjeb l-għarfien espert tal-ħaddiema tagħha dwar is-sigurtà tal-katina tal-forniment;

- il-kapaċità li timmonitorja u żżomm il-fiduċja dejjiema tal-ħaddiema tagħha;

- il-kapaċità li żżomm miżuri xierqa sabiex tevita l-iżvelar mhux awtorizzat ta’, jew aċċess għal, materjal li huwa sensittiv għas-sigurtà;

- għarfien tal-leġiżlazzjoni rilevanti nazzjonali u internazzjonali u tar-rekwiżiti dwar is-sigurtà;

- għarfien dwar it-theddid għas-sigurtà u t-tendenzi attwali;

- għarfien dwar ir-rikonoxximent u l-individwazzjoni ta’ armi, u sustanzi u tagħmir perikolużi;

- għarfien dwar ir-rikonoxximent, fuq bażi mhux diskriminatorja, tal-karatteristiċi u t-tendenzi fl-imġiba ta’ persuni li x’aktarx jheddu s-sigurtà tal-katina tal-forniment;

- għarfien tat-teknika użata sabiex jiġu evitati l-miżuri tas-sigurtà;

- għarfien tat-tagħmir u tas-sistemi tas-sigurtà u tas-sorveljanza u tal-limiti fil-ħidma tagħhom.

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1. ISEM IL-PROPOSTA:

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-titjib tas-sigurtà tal-katina tal-forniment.

2. QAFAS ABM / ABB

Il-qasam(l-oqsma) tal-politika kkonċernatu u Attività/Attivitajiet relatata/i:

Il-qasam(l-oqsma) tal-politika: il-politika dwar it-trasport intern, bl-ajru u t-trasport marittimu

Attività/Attivitajiet: L-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-miżuri tas-sigurtà tal-katina tal-forniment.

3. LINJI TAL-BAĠIT

3.1. Linji tal-baġit (linji operattivi u linji tekniċi u amministrattivi relatati) (linji ex- B.A) inklużi l-intestaturi:

06 02 03 02 Is-sigurtà tat-trasport

06 02 11 03 Il-Kumitati

3.2. Tul ta’ żmien ta’ l-azzjoni u ta’ l-impatt finanzjarju:

Indefinit, jibda fl-2008

3.3. Karatteristiċi tal-baġit (żid il-linji jekk meħtieġ)

Linja tal-baġit | Tip ta’ nefqa | Ġdid | Il-kontribut ta’ l-EFTA | Il-kontribut minn pajjiżi applikanti | Intestatura fil-perspettiva finanzjarja |

Mhux obblig | NDA | LE | LE | LE | Le |

Mhux obblig | NDA | LE | LE | LE | Le |

4. SOMMARJU TAR-RIŻORSI

4.1. Riżorsi finanzjarji

4.1.1. Sommarju ta’ l-approprjazzjonijiet għall-impenji (AI) u l-approprjazzjonijiet tal-ħlasijiet (AĦ)

Miljun EUR (sa 3 ċifri deċimali)

Tip ta’ nefqa | Sezzjoni Nru | 2006 | 2007 | 2008 | 2009 | 2010 | 2011 u wara | Total |

Nefqa operattiva[33] |

Approprjazzjonijiet għall-impenji (AI) | 8.1 | a | 0 | 0 | 0 | 0. | 0.5 | 0 | 0.5 |

Approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet (PA) | b | 0 | 0 | 0 | 0. | 0.5 | 0 | 0.5 |

Nefqa amministrattiva fl-ammont ta’ referenza[34] |

L-għajnuna teknika u amministrattiva (NDA) | 8.2.4 | c | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 |

L-AMMONT TOTALI TA’ REFERENZA |

Approprjazzjonijiet għall-impenji | a+c | 0 | 0 | 0 | 0. | 0.5 | 0 | 0.5 |

Approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet | b+c | 0 | 0 | 0 | 0. | 0.5 | 0 | 0.5 |

Nefqa amministrattiva mhux inkluża fl-ammont ta’ referenza[35] |

Riżorsi umani u nfiq relatat (NDA) | 8.2.5 | d | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 |

Spejjeż amministrattivi, minbarra r-riżorsi umani u l-ispejjeż relatati, mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza (NDA) | 8.2.6 | e | 0 | 0 | 0.056 | 0.037 | 0.037 | 0.037 | 0.168 |

Spiża finanzjarja indikattiva totali ta’ l-intervent

AI TOTALI inklużi l-ispejjeż tar-riżorsi umani | a+c+d+e | 0 | 0 | 0.056 | 0.037 | 0.537 | 0.037 | 0.668 |

AĦ TOTALI inklużi l-ispejjeż tar-riżorsi umani | b+c+d+e | 0 | 0 | 0.056 | 0.037 | 0.537 | 0.037 | 0.668 |

Dettalji dwar il-kofinanzjament

Jekk il-proposta tinvolvi l-kofinanzjament minn Stati Membri, jew korpi oħra (jekk jogħġbok speċifika liema huma), stima tal-livell ta' dan il-kofinanzjament għandha tiġi indikata fit-tabella ta’ hawn taħt (linji addizzjonali jistgħu jiżdiedu jekk korpi oħra huma previsti għall-provista tal-kofinanzjament):

Miljun EUR (sa 3 ċifri deċimali)

Il-korp tal-kofinanzjament | 2006 | 2007 | 2008 | 2009 | 2010 | 2011 u wara | Total |

…………………… | f |

AI TOTALI inkluż il-kofinanzjament | a+c+d+e+f | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 |

4.1.2. Kompatibilità mal-Programmazzjoni Finanazjarja

X Il-proposta hija kompatibbli mal-programmazzjoni finanzjarja eżistenti.

( Il-proposta se tinvolvi r-riprogrammazzjoni ta' l-intestatura relevanti fil-perspettiva finanzjarja.

( Il-Proposta għandha mnejn tirrikjedi l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Interistituzzjonali[36] (jiġifieri l-istrument ta’ flessibbiltà jew ir-reviżjoni tal-perspettiva finanzjarja).

4.1.3. Impatt finanzjarju fuq id-dħul

X Il-proposta ma għandhiex implikazzjoni finanzjarja fuq id-dħul

( Il-proposta għandha impatt finanzjarju – l-effett fuq id-dħul huwa kif ġej:

NB: Id-dettalji u l-osservazzjonijiet kollha konnessi mal-metodu ta' kalkolu ta' l-effett fuq id-dħul għandhom jintwerew f’anness separat.

Miljun EUR (sa ċifra deċimali waħda)

Qabel l-azzjoni [Sena n-1] | Il-qagħda wara l-azzjoni |

Numru totali ta’ riżorsi umani | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 |

5. KARATTERISTIĊI U GĦANIJIET

Dettalji tal-kuntest tal-proposta huma rekwiżiti fil-Memorandum ta' Spjegazzjoni. Din is-sezzjoni tad-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva għandha tinkludi l-informazzjoni kumplementarja speċifika li ġejja:

5.1. Ħtieġa li għandha tintlaħaq fit-terminu ta' żmien qasir jew twil

Fid-Dikjarazzjoni tiegħu kontra t-terroriżmu tal-25 ta’ Marzu 2004[38], il-Kunsill Ewropew “jagħmel sejħa biex jissaħħu l-forom kollha tas-sistemi tat-trasport, inkluż li jissaħħaħ il-qafas ġuridiku u t-titjib tal-mekkaniżmi ta’ prevenzjoni.” Din il-proposta hija b’reazzjoni għall-ħtiġijiet identifikati u fuq talba tal-Kunsill.

F’dawn l-aħħar snin l-Unjoni Ewropea għamlet progress konsiderevoli fit-triq lejn il-ħarsien ta’ l-operazzjonijiet tat-trasport mit-theddida terroristika. Teżisti leġiżlazzjoni Ewropea ta’ sigurtà għall-avjazzjoni, inklużi l-ajruporti, u t-trasport marittimu. Il-leġiżlazzjoni dwar is-sigurtà tal-portijiet tal-baħar waslet fi tmiem il-proċess leġiżlattiv. Ma hemm ebda leġiżlazzjoni Ewropea li tkopri l-katina tal-forniment barra mill-oqsma msemmija hawn fuq. Din il-proposta timla l-vojt li jeżisti fis-sigurtà bejn il-bosta modi tat-trasport.

5.2. Valur miżjud ta’ l-involviment tal-Komunità u koerenza tal-proposta ma’ strumenti finanzjarji oħra u sinerġija possibbli

Sabiex jiġi evitat l-itfaċċar mill-ġdid ta’ swieq nazzjonali tat-trasport, minħabba r-regoli nazzjonali dwar is-sigurtà tal-katina tal-forniment, huwa meħtieġ li jkun hemm strateġija Komunitarja, kif kien il-każ għat-trasport marittimu, għall-portijiet marittimi, għall-avjazzjoni u għall-ajruporti.

5.3. Għanijiet, rizultati mistennija u indikaturi relatati tal-proposta fil-kuntest tal-qafas ABM

Xejn, ħlief għall-funzjoni eżistenti bħala gwardjana tat-Trattati.

5.4. Metodu ta’ Implimentazzjoni (indikattiv)

Uri hawn taħt il-metodu/i[39] magħżul/a għall-implimentazzjoni ta' l-azzjoni.

ٱ Ġestjoni ċentralizzata

ٱ Direttament mill-Kummissjoni

ٱ Indirettament b'delega lil:

ٱ Aġenziji eżekuttivi

ٱ Korpi mwaqqfa mill-Komunitajiet hekk kif imsemmi fl-Art. 185 tar-Regolament Finanzjarju

ٱ Korpi tas-settur pubbliku nazzjonali/korpi b’missjoni fis-servizz pubbliku

ٱ Ġestjoni kondiviża jew deċentralizzata

ٱ Ma’ l-Istati Membri

ٱ Ma’ Pajjiżi Terzi

ٱ Ġestjoni konġunta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (jekk jogħġbok speċifika)

Kummenti Rilevanti:

Xejn.

6. MONITORAĠĠ U EVALWAZZJONI

6.1. Sistema ta' monitoraġġ

Il-Kummissjoni se jkollha twettaq xogħol konvenzjonali ta’ monitoraġġ bħala gwardjana tat-Trattati.

6.2. Evalwazzjoni

6.2.1. Evalwazzjoni ex-ante

Id-Dikjarazzjoni kontra t-terroriżmu tal-Kunsill Ewropew tal-25 ta’ Marzu 2004[40] stabbiliet il-kuntest politiku imperattiv ta’ din l-inizjattiva tal-Kummissjoni.

Mill-2004 sar proċess ta’ konsultazzjoni. Dan il-proċess żied l-attenzjoni partikolari tal-miżuri possibbli fl-UE sabiex titjieb is-sigurtà tal-katina tal-forniment tat-trasport bit-triq. Dan ġie żviluppat u kien verifikat ma’ l-Istati Membri u mal-partijiet interessati.

Il-proċess ta’ konsultazzjoni u l-valutazzjoni ta' l-impatt[41] jindikaw li l-miżuri ta’ l-UE għandhom iqisu dan li ġej:

- Is-sigurtà tal-katina tal-forniment tinvolvi li wieħed jaħseb dwar affarijiet li ma ġewx maħsuba qabel. Ir-riskji tas-sigurtà għandhom x’jaqsmu mal-merkanzija, mal-modi tat-trasport u ma’ l-infrastruttura. L-awtoritajiet pubbliċi ma jistgħux jiggarantixxu s-sigurtà totali.

- Ħafna kumpaniji qed jimplimentaw aktar u aktar l-istandards tas-sigurtà tagħhom stess. L-imsieħba tagħhom fil-katina tal-forniment għandhom jadattaw għal dawn il-proċeduri. Il-fornituri tas-servizz tat-trasport u l-fornituri l-oħrajn li jaħdmu għal għadd ta’ klijenti jistgħu jsibu ruħhom suġġetti għal bosta evalwazzjonijiet, li mhumiex meħtieġa, li jikkawżaw tfixkil u li jqumu l-flus.

- L-isfida hija li jinkiseb l-ogħla livell possibbli ta’ sigurtà għall-katina tal-forniment, mingħajr ma jitqiegħed il-kummerċ fil-periklu, filwaqt li r-rekwiżiti jinżammu għall-minimu.

- L-awtoritajiet pubbliċi u l-industrija għandhom bżonn jikkooperaw biex itejbu s-sigurtà tal-katina tal-forniment. Il-prinċipju ta’ gwida għandu jkun li l-operaturi li volontarjament iħarsu ċerti rekwiżiti u li jkunu ġew eżaminati mill-awtoritajiet għandhom igawdu minn xi faċilitazzjonijiet u semplifikazzjonijiet.

- Metodu uniformi għall-qafas tal-katina tal-forniment inaqqas il-kompetizzjoni relatata mas-sigurtà fi ħdan il-fruntieri ta’ l-UE. Iċ-ċertifikazzjoni tal-kumpaniji tista’ tkun possibbiltà.

6.2.2. Miżuri li ttieħdu wara evalwazzjoni intermedjarja/ex-post (lezzjonijiet mitgħallma minn esperjenzi simili fil-passat)

Il-Kummissjoni bi ħsiebha tordna studju sabiex tevalwa l-impatt u l-effikaċja tal-miżuri adottati. Dan l-istudju għandu jsir fl-2010, u wara kull tliet snin. Din l-evalwazzjoni regolari hija meħtieġa sabiex tagħti lill-Kummissjoni l-possibbiltà tipproponi, permezz tal-proċedura tal-kumitat, kwalunkwe aġġustament għas-sistema proposta li jistgħu juru li jkunu meħtieġa. L-ispiża għal kull studju separat hija stmata li hija €500,000.

6.2.3. It-termini u l-frekwenza ta’ l-evalwazzjoni fil-ġejjieni

Ara 6.2.2.

7. MIŻURI KONTRA L-FRODI

Taħt l-Anness 6 tar-Regolament propost, organizzazzjoni tas-sigurtà rikonoxxuta għas-sigurtà tal-katina tal-forniment għandha turi li qatt ma ġiet kundannata minħabba korruzzjoni u frodi, kemm għall-organizzazzjoni kif ukoll għall-impjegati tagħha.

8. DETTALJI TAR-RIŻORSI

8.1. L-għanijiet tal-proposta f’termini ta’ l-ispejjeż finanzjarji tagħhom

Approprjazzjonijiet għall-impenji f’miljun EUR (sa 3 punti deċimali)

2006 | 2007 | 2008 | 2009 | 2010 | 2011 |

Uffiċjali jew staff temporanju[43] (XX 01 01) | A*/AD |

B*, C*/AST |

Staff iffinanzjat[44] mill-art. XX 01 02 |

staff ieħor[45] iffinanzjat mill-art. XX 01 04/05 |

TOTAL |

8.2.2. Deskrizzjoni tal-kompiti li jirriżultaw mill-azzjoni

Mhux applikabbli.

8.2.3. Sorsi tar-riżorsi umani (statutarji)

(Fejn aktar minn sors wieħed jiġi ddikjarat, jekk jogħġbok indika n-numru ta' karigi li joriġinaw minn kull wieħed mis-sorsi)

( Karigi attwalment allokati għall-ġestjoni tal-programm li għandhom jinbiddlu jew jiġu estiżi

( Karigi allokati minn qabel fi ħdan l-eżerċizzju ta’ l-APS/PDB għas-sena n

( Karigi li għandhom jintalbu fil-proċedura ta’ l-APS/PDB li jmiss

( Karigi li għandhom jerġgħu jimtlew permezz ta' riżorsi eżistenti fi ħdan is-servizz ta’ l-ġestjoni (riskjerament intern)

( Karigi meħtieġa għas-sena n li madankollu ma jkunux previsti fl-eżerċizzju ta’ l-APS/PDB tas-sena inkwistjoni

8.2.4. Infiq Amministrattiv ieħor inkluż fl-ammont ta’ referenza (XX 01 04/05 – Infiq fuq il-ġestjoni amministrattiva)

Miljun EUR (sa 3 punti deċimali)

Linja tal-baġit (numru u intestatura) | Sena n | Sena n+1 | Sena n+2 | Sena n+3 | Sena n+4 | Sena n+5 u wara | TOTAL |

Assistenza teknika u amministrattiva oħra |

intra muros |

extra muros |

Assistenza teknika u amministrattiva totali |

8.2.5. Spejjeż finanzjarji minbarra l-ispejjeż tar-riżorsi umani u oħrajn relatati mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza

Miljun EUR (sa 3 punti deċimali)

Tip ta’ riżorsi umani | 2006 | 2007 | 2008 | 2009 | 2010 | 2011 |

Uffiċjali u staff temporanju (XX 01 01) |

Staff iffinanzjat mill-Art XX 01 02 (awżiljarji, END, impjegati kuntrattwali, eċċ.) (speċifika l-linja tal-baġit) |

Infiq totali tar-riżorsi umani u spejjeż relatati (MHUX fl-ammont ta’ referenza) |

Kalkolu – Għandha ssir referenza għall-Punt 8.2.1, jekk applikabbli

8.2.6 Infiq amministrattiv ieħor mhux inkluż fl-ammont ta’ referenza Miljun EUR (sa 3 punti deċimali) |

2006 | 2007 | 2008 | 2009 | 2010 | 2011 | TOTAL |

XX 01 02 11 01 – Missjonijiet |

XX 01 02 11 02 – Laqgħat u Konferenzi |

01 02 11 03 – Kumitati obbligatorji (27C730) | 0.056 | 0.0375 | 0.0375 | 0.0375 | 0.168 |

XX 01 02 11 04 – Studji u konsultazzjonijiet |

XX 01 02 11 05 – Sistemi ta’ informazzjoni |

2 Total ta’ nfiq ta' ġestjoni ieħor (XX 01 02 11) |

3 Infiq ieħor ta’ natura amministrattiva (speċifika u inkludi referenza għal-linja tal-baġit) |

Total ta' l-infiq amministrattiv, minbarra riżorsi umani u spejjeż relatati (MHUX inklużi fl-ammont ta’ referenza) | 0.056 | 0.0375 | 0.0375 | 0.0375 | 0.168 |

Kalkolu – 3 laqgħat ta’ kumitat tar-rappreżentanti tas-sigurtà tal-katina tal-forniment fl-ewwel sena. – 2 laqgħat għas-snin ta’ wara. Ħlas lura ta’ l-ispejjeż ta’ l-ivvjaġġjar ta’ l-esperti, ikkalkolati bħala 25 darba l-medja ta’ EUR750/espert.

[1] Ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002, ĠU L 355, 30.12.2002, p.1.

[2] Ir-Regolament (KE) Nru 725/2004, ĠU L 129, 29.4.2004, p.6.

[3] Id-Direttiva (KE) Nru 65/2005, ĠU L310, 25.11.2005, p.28

[4] Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar it-titjib tas-sigurtà fit-trasport marittimu, COM(2003)0229 finali tas-16.05.2003, p.18

[5] Id-Dikjarazzjoni ta’ l-UE dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu tal-25 ta’ Marzu 2004, 7906/2004 29 ta’ Marzu 2004

[6] Stima skond l-Enerġija u t-Trasport ta’ l-UE f’Numri, Ktejjeb Statistiku 2004, kapitolu 3.1.12. Din iċ-ċifra (għall-UE-25) ma tinkludix produtturi ta’ prodotti li jinsabu fil-bidu tal-katina tal-forniment. L-inklużjoni tagħhom iżżid it-total sa madwar 4.7 miljun kumpanija fil-katina tal-forniment.

[7] Ir-Regolament (KE) Nru 648/2005, ĠU L 117, 4.5.2005, p. 13

[8] Ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002, ĠU L 355, 30.12.2002, p.1

[9] James B. Rice, Jr. e Philip W. Spayd, ‘Investing in Supply Chain Security: Collateral Benefits’, Mejju 2005 (Massachusetts Institute of Technology) u Hau L. Lee e Seungjin Whang, ‘Higher supply chain security with lower cost: Lessons from total quality management’, International Journal of Production Economics, 2004.

[10] Id-Dikjarazzjoni ta’ l-UE dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu tal-25 ta’ Marzu 2004, 7906/2004 29 ta’ Marzu 2004

[11] Ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002, ĠU L 355, 30.12.2002, p. 1

[12] Ir-Regolament (KE) Nru 725/2004, ĠU L 129, 29.4.2004, p. 6

[13] Id-Direttiva (KE) Nru 65/2005, ĠU L 310, 25.11.2005, p. 28

[14] Ara n-noti 7, 9, 10, 11 u 12

[15] ĠU C , , p. .

[16] ĠU C , , p. .

[17] ĠU C , , p. .

[18] ĠU C , , p. .

[19] Id-Dikjarazzjoni ta’ l-UE dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu tal-25 ta’ Marzu 2004, 7906/2004 29 ta’ Marzu 2004

[20] Ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002, ĠU L 355, 30.12.2002, p. 1

[21] Ir-Regolament (KE) Nru 725/2004, ĠU L 129, 29.4.2004, p. 6

[22] Id-Direttiva (KE) Nru 65/2004, ĠU L 310, 25.11.2005, p. 28

[23] ĠU L 184, 17.7.1999, p.23

[24] Ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002, ĠU L 355, 30.12.2002, p.1

[25] Ir-Regolament (KE) Nru 725/2004, ĠU L 129, 29.4.2004, p. 6

[26] Id-Direttiva (KE) Nru 65/2005, ĠU L 310, 25.11.2005, p. 28

[27] Id-Direttiva tal-Kunsill 94/55/KE tal-21 ta’ Novembru 1994, kif emendata, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri fir-rigward tat-trasport tal-merkanzija perikoluża bit-triq - ĠU L 319, 12.12.1994, p. 7.Id-Direttiva tal-Kunsill 96/49/KE tat-23 ta’ Lulju 1996 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri fir-rigward tat-trasport ta' merkanzija perikoluża bil-ferrovija – ĠU L 235, 17.9.1996, p. 25.Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/36/EC tad-29 ta’ April 1999 dwar it-tagħmir tal-pressa trasportabbli – ĠU L 138, 1.6.1999, p. 20

[28] Id-Direttiva tal-Kunsill tal-KE 2003/122/Euratom tat-22 ta’ Diċembru 2003 dwar il-kontroll ta' sorsi radjoattivi siġillati ta' attività għolja, ĠU L 346, 31.12.2003, p. 57.

[29] Ir-Regolament (KE) 648/2005, ĠU L 117, 4.5.2005, p. 13

[30] ĠU L 117, 4.5.2005, p. 13

[31] ĠU L 184, 17.7.1999, p.23

[32] ĠU L 317, 3.12.2001, p. 1

[33] Infiq li ma jaqax taħt il-Kapitolu xx 01 tat-Titolu xx konċernat.

[34] Infiq taħt l-Artikolu xx 01 04 tat-Titolu xx.

[35] Infiq taħt il-Kapitolu xx 01 minbarra l-Artikoli xx 01 04 jew xx 01 05.

[36] Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali.

[37] Għandhom jiżdiedu aktar kolonni jekk dan ikun meħtieġ, jiġifieri jekk it-terminu ta’ l-azzjoni jkun ta’ aktar minn 6 snin.

[38] Id-Dikjarazzjoni ta’ l-UE dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu tal-25 ta’ Marzu 2004, 7906/2004, 29 ta’ Marzu 2004

[39] Jekk ikun indikat aktar minn metodu wieħed, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji addizzjonali fit-taqsima “Kummenti Rilevanti” ta’ dan il-punt

[40] Id-Dikjarazzjoni ta’ l-UE dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu tal-25 ta’ Marzu 2004, 7906/2004 29 ta’ Marzu 2004

[41] DNV Consulting, ‘Studju dwar l-impatti tal-leġiżlazzjoni possibbli biex titjieb is-sigurtà tat-trasport’. L-ispejjeż taħt il-baġit ta’ l-2004.

[42] Kif deskritt taħt it-Taqsima 5.3

[43] In-nefqa ta' dan MHIJIEX koperta mill-ammont ta' referenza

[44] In-nefqa ta' dan MHIJIEX koperta mill-ammont ta' referenza

[45] In-nefqa ta' dan MHIJIEX koperta mill-ammont ta' referenza

[46] Għandha ssir referenza għad-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva speċifika għall-Aġenzija/i Eżekuttiva/i kkonċernta/i.

Top