EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52006DC0026

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill - Programm tematiku għall-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi fl-oqsma tal- migrazzjoni u l-kenn politiku

/* KUMM/2006/0026 finali */

52006DC0026




[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 25.1.2006

KUMM(2006) 26 finali

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

Programm tematiku għall-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi fl-oqsma tal- migrazzjoni u l-kenn politiku

WERREJ

1. Daħla 3

2. Il-kuntest 3

2.1. L-analiżi tat-tema 3

2.2. Il-qafas politiku eżistenti 4

2.3. L-interventi ffinanzjati fl-imgħoddi u l-esperjenza miksuba 5

2.4. Ir-raġunijiet għal metodu tematiku 7

3. Il-programm tematiku futur 8

3.1. L-oġġettiv ġenerali u l-ambitu 8

3.2. Il-linji ta’ gwida strateġiċi 9

3.2.1. It-trawwim tar-rabtiet bejn il-migrazzjoni u l-iżvilupp 10

3.2.2. Il-promozzjoni ta’ ġestjoni tajba tal-migrazzjoni tax-xogħol 11

3.2.3. Il-ġlieda kontra l-migrazzjoni illegali u t-tħaffif ta’ l-ammissjoni mill-ġdid ta’ l-immigranti illegali 12

3.2.4. Il-ħarsien tal-migranti mill-isfruttament u mill-esklużjoni 13

3.2.5. L-inkoraġġiment tal-kenn politiku u tal-ħarsien internazzjonali tar-refuġjati 13

3.3. Il-prinċipji ta’ l-ipprogrammar u ta’ l-implimentazzjoni 14

DAħLA

Bl-għan li jiġi razzjonalizzat u ssemplifikat il-qafas leġiżlattiv korrenti li jirregola l-azzjonijiet esterni tal-Komunità, il-Kummissjoni Ewropea pproponiet sett ġdid ta’ sitt strumenti taħt il-Perspettivi Finanzjarji mill-2007 sa l-2013. Tliet strumenti (l-għajnuna umanitarja, l-istabbiltà u l-assistenza makro-finanzjarja) huma ta’ natura orizzontali sabiex jirrispondu għal ħtiġijiet u ċirkostanzi partikolari. Tliet strumenti (l-għajnuna ta’ qabel l-adeżjoni, l-appoġġ lill-viċinat Ewropew u l-kooperazzjoni ta’ l-iżvilupp u dik ekonomika) huma mfassla sabiex jimplimentaw politika partikolari u għandhom kopertura ġeografika definita. Fil-ġejjieni, dawn l-istrumenti se jipprovdu atti leġiżlattivi bażiċi għan-nefqiet tal-Komunità b’appoġġ għall-programmi esterni ta’ kooperazzjoni, fosthom il-programmi tematiċi, u se jieħdu post ir-regolamenti tematiċi eżistenti.

Skond dawn il-proposti, il-programmi tematiċi jipprovdu valur miżjud distintiv u jinkludu attivitajiet li jikkomplementaw il-programmi ġeografiċi, li jibqgħu l-qafas privileġġjat għall-kooperazzjoni Komunitarja mal-pajjiżi terzi.[1]

Il-Kummissjoni impenjat ruħha li tidħol f’diskussjonijiet mal-Parlament Ewropew u mal-Kunsill dwar l-ambitu, l-oġġettivi u l-prijoritajiet għal kull programm tematiku fuq il-bażi ta’ komunikazzjonijiet formali liż-żewġ Istituzzjonijiet. Ir-riżultat ta’ dan il-proċess se jipprovdi l-orjentazzjonijiet politiċi għall-istadji ta’ wara ta’ l-ipprogrammar, l-aktar id-dokumenti ta’ l-istrateġija tematika li għandhom jiġu kkompilati skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-istrumenti li ssemmew aktar ’il fuq.

L-għan ta’ din il-Komunikazzjoni huwa li jkunu proposti l-karatteristiċi ta’ programm tematiku għall-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi fl-oqsma talmigrazzjoni u l-kenn politiku.

IL-KUNTEST

L-analiżi tat-tema

Il-migrazzjoni tinsab fil-qalba tad-dibattitu politiku fl-Ewropa u hija waħda mill-prijoritajiet strateġiċi fir-relazzonijiet eserni ta’ l-Unjoni. Wara li ilha għal aktar minn żewġ sekli reġjun ta’ emigrazzjoni, l-Ewropa issa saret waħda mid-destinazzjonijiet ewlenin għall-migrazzjonijiet internazzjonali. L-iżbilanċi bejn, fuq naħa waħda, Stati Ewropej sinjuri, demokratiċi u stabbli fejn il-popolazzjoni qed tixjieħ, u fuq in-naħa l-oħra, Stati ifqar u inqas stabbli b’popolazzjonijiet żgħażagħ u li qed jikbru b’rata mgħaġġla, jispjegaw dan l-iżvilupp li huwa mistenni li jkompli fis-snin li ġejjin.

Is-sitwazzjoni preżenti tal-migrazzjoni hija mmarkata biż-żjieda fin-numru assolut tal-migranti, inkluż fin-numru ta’ nisa, it-tkattir tat-tipi ta’ migrazzjoni, iż-żjieda fit-traffiku tal-bnedmin, it-tkabbir tat-tixrid ta’ popli f’pajjiżi li mhumiex ta’ l-oriġini, l-isfidi ta’ integrazzjoni għall-migranti u għall-pajjiżi ospitanti, it-tisħiħ tar-rabtiet ma’ persuni li baqgħu fil-pajjiż ta’ l-oriġini, id-diversifikazzjoni tad-destinazzjonijiet u ta’ l-oriġini, u t-tkattir tar-rotot tal-migrazzjoni. Il-pressjoni migratorja fl-Ewropa u fil-pajjizi industrijalizzati oħra qiegħda dejjem aktar tiżdied fil-piż tagħha, filwaqt li l-migrazzjoni Nofsinhar/Nofsinhar tifforma fenomenu importanti (u tenfasizza l-importanza li jitqiesu wkoll il-migrazzjoni Nofsinhar/Nofsinhar u l-fatturi relatati). F’uħud mill-każi, il-pajjiżi li sa ftit ilu kienu biss pajjiżi ta’ oriġini u/jew ta’ tranżitu, issa saru wkoll pajjiżi ta’ tranżitu jew pajjiżi ospitanti, eż. ċerti pajjiżi ta’ l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant u l-pajjiżi ta’ l-Afrika ta’ Fuq. Madanakollu, dawn il-pajjiżi mhumiex dejjem mgħammra u l-infrastruttura u l-istaff li jieħu ħsieb il-ġestjoni ta’ l-migrazzjoni mhumiex dejjem adegwati biex ilaħħqu ma’ dawn is-sitwazzjonijiet. Fl-istess ħin, il-persuni li qed jippjanaw li jemigraw jeħtieġu pariri u għajnuna prattika, filwaqt li dawk li jirritornaw lura lejn il-pajjiż ta’ l-oriġini tagħhom f’ħafna każi jistgħu jeħtieġu appoġġ għall-integrazzjoni mill-ġdid tagħhom.

F’dan il-kuntest, u għalkemm mhux possibbli li jingħataw stimi ta’ min jistrieħ fuqhom, l-immigrazzjoni illegali hija fenomenu li kulma jmur qiegħed dejjem jinfirex. Filwaqt li parti importanti tal-migranti illegali jaħdmu fl-ekonomiji u fis-swieq tax-xogħol Ewropej, l-immigrazzjoni illegali, li parti minnha hija riżultat ta’ kutrabandu u traffiku tal-bnedmin, hija wkoll sors ta’ diversi problemi. Il-pajjiżi tad-destinazzjoni, fosthom il-pajjiżi kollha ta’ l-Unjoni Ewropea, qed jiżviluppaw politika speċifika sabiex jiġġieldu l-immigrazzjoni illegali, filwaqt li fl-istess ħin jagħmlu l-politika tagħhom aktar koerenti sabiex jamministraw il-migrazzjoni u sabiex jippromwovu d-dimensjonjiet soċjali u ta’ l-iżvilupp tagħha. Madanakollu, sabiex din il-politika tkun effettiva u effiċjenti, teħtieġ il-kooperazzjoni tal-pajjiżi terzi ta’ l-oriġini u tat-tranżitu.

Il-migrazzjoni hija wkoll parti mill-proċess ta’ modernizzazzjoni tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw u bħalissa għaddej dibattitu intensiv dwar kif il-migrazzjoni tista’ tikkontribwixxi aktar għall-iżvilupp. Fi ħdan il-qafas ta’ dawn ir-riflessjonijiet, kwistjoni primarja hija l-potenzjal fit-trasferiment tal-flus tal-migranti u, b’mod partikolari, kif jitnaqqsu l-ispejjeż tat-trasferiment tal-flus mibgħuta mill-ħaddiema migranti u sabiex jiġu eżaminati modi ta’ kif jista' jitħeġġeġ l-investiment orjentat lejn l-iżvilupp. Għalkemm il-pajjiżi li qed jiżviluppaw jistgħu jaraw il-benefiċċji mill-emigrazzjoni taċ-ċittadini b’ħiliet ta’ livell baxx l-emigrazzjoni ta’ ħaddiema b’ħiliet ta’ livell medju u b’ħiliet ta’ livell għoli tista’ tfisser telf ta’ riżorsi umani. Ir-riċerka għal miżuri sabiex tkun indirizzata l-problema tat-“telf ta’ l-aħjar imħuħ” u sabiex tkun imħeġġa ċ-ċirkolazzjoni ta’ l-imħuħ minflokha, tikkostitwixxi linja ta’ żvilupp oħra fejn għandhom x’jaqsmu d-diskussjonijiet dwar il-migrazzjoni u l-iżvilupp. Fl-aħħarnett, qed tingħata attenzjoni wkoll sabiex titħeġġeġ il-kontribuzzjoni mit-tixrid tal-popli f’pajjiżi oħra għall-iżvilupp tal-pajjiż ta’ l-oriġini tagħhom.

Kuntrarju għall-migrazzjoni ekonomika jew għall-migrazzjoni minħabba raġunijiet ta’ familja, il-migrazzjoni minħabba kunflitt u nuqqas ta’ sigurtà normalment hija ta’ natura aktar ċiklika. It-tluq tal-massa ta’ spiss huwa segwit minn ritorn tal-massa ladarba titjieb is-sitwazzjoni tas-sigurtà. Din it-tip ta’ migrazzjoni furzata tiġġenera refuġjati li jiċċaqilqu għal reġjunijiet fil-qrib fejn jista’ jinsab ħarsien jew kenn immedjat. Ir-refuġjati jistgħu jagħmlu pressjoni fuq l-istrutturi politiċi, ekonomiċi u soċjali tal-pajjiżi ospitanti, li mhux dejjem ikollhom l-infrastruttura u l-mezzi leġiżlattivi u amministrattivi sabiex ilaħħqu magħhom. Sitwazzjonijiet ta’ refuġjati li jiġbdu fit-tul jistgħu jżidu l-pressjoni fuq ir-riżorsi ekonomiċi u ambjentali u xi drabi jistgħu joħolqu tensjonijiet, kif ukoll jiġġeneraw movimenti sekondarji.

Dawn l-iżviluppi kollha jaffetwaw ir-relazzjonijiet bilaterali u reġjonali ta’ l-Unjoni Ewropea mal-pajjiżi terzi.

Il-qafas politiku eżistenti

It-Trattat ta’ Amsterdam ħoloq il-bażijiet legali għal politika Komunitarja dwar l-immigrazzjoni u l-kenn politiku. L-għanijiet ta’ din il-politika, kif stabbiliti mit-Trattat, kienu kkonkretizzati mill-Kunsill Ewropew ta’ Tampere (Ottubru 1999) u, wara li kienu żviluppati aktar permezz ta’ Kunsilli Ewropej suċċessivi, ġew eżaminati mill-ġdid mill-Kunsill Ewropew ta’ l-Aja (Novembru 2004). Jikkonċernaw il-ġestjoni tal-flussi migratorji, it-twaqqif ta’ reġim komuni ta’ kenn politiku, it-trattament ekwu taċ-ċittadini tal-pajjiżi terzi u s-sħubija mal-pajjiżi terzi fi ħdan metodu ġenerali, koerenti u bilanċjat. Fejn għandha x’taqsam il-kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi, il-Programm ta’ l-Aja ddikkjara b’mod partikolari li “l-UE għandha timmira biex tgħin lill-pajjiżi terzi, fi sħubija sħiħa, billi tuża fondi Komunitarji eżistenti fejn ikun xieraq, fl-isforzi tagħhom sabiex itejbu l-kapaċità tagħhom għall-ġestjoni tal-migrazzjoni u għall-ħarsien tar-refuġjati, jipprevjenu u jiġġieldu l-immigrazzjoni illegali, jinformaw dwar il-kanali legali għall-migrazzjoni, isolvu s-sitwazzjonijiet tar-refuġjati billi jipprovdu aċċess aħjar għal soluzzjonijiet dewwiema, jibnu l-kapaċità għall-kontroll tal-fruntieri, itejbu s-sigurtà tad-dokumenti u jieħdu ħsieb il-problema tar-ritorn”[2].

Il-Kummissjoni rrispondiet għal dawn is-sejħiet billi inkorporat il-kwistjonijiet li huma relatati mal-migrazzjoni u mal-kenn politiku fid-djalogi politiċi tagħha mal-pajjiżi terzi u billi inkludiet dawn il-kwistjonijiet fl-istrateġiji ta’ kooperazzjoni tagħha. Dan kien jinkludi wkoll il-proposta ta’ strateġiji komprensivi kif kien il-każ dan l-aħħar permezz tal-ħruġ tal-Komunikazzjoni tat-30 ta’ Novembru 2005 dwar Azzjonijiet Prijoritarji bħala Rispons għall-Isfidi tal-Migrazzjoni: L-ewwel Segwitu wara Hampton Court[3].

Barra minn hekk, fl-2003, il-Kummissjoni ipproponiet strument speċifiku ġdid, il-programm AENEAS[4] (artikolu tal-baġit 19 02 03), li huwa maħsub li jkun is-suċċessur ta’ l-azzjonijiet preparatorji ffinanzjati mill-intestatura tal-baġit B7-667 bejn l-2001 u l-2003, sabiex il-pajjiżi terzi jingħataw għajnuna fl-isforzi tagħhom għal ġestjoni aħjar tal-flussi migratorji. Dan l-istrument, li kien adottat permezz ta’ proċedura ta’ ko-deċiżjoni fl-2004, inħoloq sabiex ikopri l-perjodu 2004-2008 u kien mogħni b’baġit ta’ € 250 miljun[5]. Minħabba l-konklużjoni, fi tmiem l-2006, tal-qafas finanzjarju korrenti ta’ l-UE[6], id-dewma tal-Programm AENEAS issa qed titqassar għal tliet snin u għandu jinħoloq programm tematiku ġdid, is-suġġett ta’ dan id-dokument, li fost l-oħrajn se jkompli l-attivitajiet ta’ l-AENEAS fi ħdan il-qafas tal-Perspettivi Finanzjarji għall-2007–2013.

L-interventi ffinanzjati fl-imgħoddi u l-esperjenza miksuba

a) L-interventi fi ħdan il-qafas ta’ l-istrumenti ġeografiċi

Anki jekk il-programm tematiku l-ġdid dwar il-migrazzjoni mhux se jkopri l-pajjiżi li qed jistennew l-adeżjoni, huwa rilevanti li wieħed jinnota li l-migrazzjoni, il-kenn politiku, il-kontroll tal-fruntieri u l-kwistjonijiet tal-viża ngħataw (u se jibqgħu jingħataw) attenzjoni mill-qrib fi ħdan il-qafas tat-Tkabbir. Bejn l-1997 u l-2003, intefaq ammont totali ta’ € 413.3 miljun għal diversi proġetti f’dawn l-oqsma taħt il-programmi nazzjonali PHARE għall-għaxar pajjiżi applikanti. Numru kbir ta’ dawn il-proġetti kienu jikkonsistu f’“ġemellaġġi” li wasslu biex jiġu provduti esperti mill-Istati Membri lill-amministrazzjonijiet tal-pajjiżi applikanti.

Jekk wieħed jirreferi għall-istrumenti ġeografiċi bħat-TACIS u bħall-MEDA, madwar € 450 miljun kienu pprogrammati għall-perjodu 2002-2006, sabiex ikunu ffinanzjati azzjonijiet li huma relatati direttament mal-migrazzjoni, prinċipalment fil-Balkani, fil-Mediterran u fil-Lvant ta’ l-Ewropa. L-oqsma ewlenija ta’ intervent kienu jikkonċernaw it-tisħiħ tal-kapaċitajiet istituzzjonali, it-titjib tal-kontroll tal-fruntieri, il-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali u t-traffiku tal-bnedmin, ir-ritorn u l-integrazzjoni mill-ġdid tar-refuġjati u tal-persuni mċaqilqa minn post għall-ieħor, it-titjib tal-politika ta’ l-ilqugħ u tal-faċilitajiet għal dawk li japplikaw għal kenn politiku u għar-refuġjati.

Għall-Asja, għall-Amerika Latina u għall-Afrika ’l isfel mis-Saħara, in-natura ta’ l-operazzjonijiet li kienu ffinanzjati s’issa kienet relatata aktar mill-qrib mar-refuġjati u mal-persuni mċaqilqa minn post għall-ieħor milli mal-politika tal-migrazzjoni nfisha.

b) L-interventi taħt l-azzjonijiet preparatorji għall-2001-2003

L-intestatura tal-baġit B7-667 inħolqot fl-2001, sabiex tippermetti l-adozzjoni ta’ azzjonijiet preparatorji fil-qasam tal-migrazzjoni u l-kenn politiku. Tħalla ammont totali ta’ € 10 miljuni għall-ewwel sena tagħha. Dan l-ammont ġie miżjud għal € 12.5 miljun fl-2002 biex laħaq € 20 miljun fl-2003, jiġifieri total ta’ € 42.5 miljun. Matul dawn it-tliet snin, kienu ko-finanzjati 49 operazzjoni (għal ammont li ta’ spiss kien inqas minn € 1 miljun).

Il-ġestjoni tal-flussi migratorji, il-prevenzjoni ta’ l-immigrazzjoni illegali, l-integrazzjoni mill-ġdid tal-migranti fil-pajjiżi ta’ l-oriġini, ir-rabta bejn il-migrazzjoni u l-iżvilupp, u l-ħarsien internazzjonali kienu l-oqsma ewlenija ta’ intervent. Mil-lat ġeografiku, l-azzjonijiet twettqu primarjament fil-Balkani (għall-ewwel fl-Albanija), fil-Lvant ta’ l-Ewropa (b’mod partikolari fl-Ukrajna u fir-Russja), fil-pajjiżi tal-Mediterran (il-Marokk, it-Tuneżija, it-Turkija) u fl-Asja (primarjament fl-Afganistan u fis-Sri Lanka).

L-operazzjonijiet li kienu ffinanzjati taħt l-intestatura tal-baġit B7-667 ikkontribwew sabiex tkun żgurata viżibilità akbar ta’ l-azzjoni esterna tal-Komunità fil-qasam tal-migrazzjoni fost l-Istati Membri, l-amministrazzjonijiet ta’ ċerti pajjiżi terzi, kif ukoll fi ħdan ċerti organizzazzjonijiet internazzjonali speċjalizzati u numru dejjem jiżded ta’ organizzazzjonijiet mhux governattivi. Madanakollu, minħabba l-metodu ġdid u l-iżvilupp relattivament awtonomu tagħha meta mqabbla mal-bqija ta’ l-għajnuna esterna Komunitarja, l-azzjoni skond l-intestatura tal-baġit B7-667 xi drabi wasslet għall-finanzjament ta’ operazzjonijiet li kienu iżolati mill-ipprogrammar eżistenti.

Madanakollu, in-numru dejjem jikber tar-risposti għas-sejħiet għal proposti ma jħalli l-ebda dubju dwar l-interess dejjem jikber f’dan l-istrument. Is-sħab iddiversifikaw ukoll, għalkemm dan l-aspett għandu lok fejn jittejjeb.

c) L-interventi taħt il-programm AENEAS

Fih innifsu, il-programm AENEAS huwa rispons għad-dgħufijiet li ġew identifikati taħt l-azzjonijiet preparatorji. F’dan il-kuntest, l-aktar aspetti innovattivi tabilħaqq kienu li ġie elaborat dokument ta’ l-ipprogrammar, u b’hekk ġew identifikati b’mod indikattiv il-prijoritajiet maħsuba għall-interventi matul l-ewwel tliet snin tal-Programm (2004-2006). Dan id-dokument li ġie abbozzat, billi tqiesu d-dokumenti ta’ strateġija nazzjonali u reġjonali u l-programmi indikattivi, jikkontribwixxi għat-titjib fil-konsistenza bejn il-metodi li ġew żviluppati kemm mill-istrumenti ġeografiċi kif ukoll minn dawk tematiċi.

Għadu qabel il-waqt wisq biex il-Programm AENEAS ikun ivvalutat b’mod konklużiv, ladarba d-deċiżjonijiet tal-finanzjament għall-proposti magħżula wara l-ewwel sejħa għall-proposti ta’ l-2004 għadhom kif ġew iffinalizzati[7], filwaqt li għadha kemm tnediet is-sejħa l-ġdida għall-proposti għall-implimentazzjoni tal-programm annwali tax-xogħol għall-2005[8] u l-programm annwali tax-xogħol għall-2006 għadu qed jitħejja.

L-uniku punt li jista’ jsir f’dan l-istadju huwa li l-Programm AENEAS ġibed parteċipazzjoni akbar (għalkemm għadha limitata) min-naħa ta’ organizzazzjonijiet governattivi u mhux governattivi minn pajjiżi terzi u mill-Istati Membri ta’ l-UE. Dan l-iżvilupp, li ġej fost l-oħrajn minn publiċità akbar għas-sejħiet għall-proposti, jista’ biss jinlaqa' tajjeb.

Ir-raġunijiet għal metodu tematiku

Il-metodu tematiku huwa ġġustifikat mill-ħtieġa li jiġi pprovdut qafas Komunitarju orizzontali sabiex tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-atturi ta’ l-UE, il-pajjiżi terzi u l-atturi internazzjonali li huma konċernati mill-fenomenu tal-migrazzjoni, sabiex jitħeġġeġ fehim akbar ta’ l-isfidi u sabiex ikun hemm kontribuzzjoni għat-tfittxija ta’ soluzzjonijiet ibbilanċjati u reċiprokament sodisfaċenti.

Jirrispondi wkoll għall-ħtieġa li l-kwistjonijiet dwar il-migrazzjoni u l-kenn politiku jiġu integrati fil-politika Komunitarja ta’ kooperazzjoni u żvilupp, filwaqt li fl-istess ħin, jista’ jikkontribwixxi biex ikun hemm qbil aħjar ma’ l-interessi tal-Komunità stess fl-oqsma konċernati, filwaqt li jkun hemm risposta għas-sejħa għal aktar koerenza tal-politika.

Il-metodu tematiku huwa t-tweġiba għax-xewqa tal-Kummissjoni li tiżgura viżibilità akbar għall-kontribuzzjoni li ssir mill-politika esterna Komunitarja għall-kwistjonijiet tal-migrazzjoni u jista’ jiffaċilita l-ħolqien ta’ sinerġiji bejn il-metodi Komunitarji u dawk ta’ l-Istati Membri f’dan il-qasam.

Għandu jikkontribwxxi wkoll għal aktar flessibilità sabiex l-ambjenti li jinbidlu malajr u t-tendenzi migratorji ġodda jirċievu rispons effettiv u f’waqtu.

Fl-aħħarnett, il-metodu tematiku huwa r-risposta għall-ħtieġa ta’ metodi divrenzjati li jassoċjaw il-pajjiżi kollha li jinsabu tul l-istess rotta migratorja jew il-pajjiżi li jiffaċċjaw sfidi simili fil-qasam tal-migrazzjoni u l-kenn politiku.

IL-PROGRAMM TEMATIKU FUTUR

L-oġġettiv ġenerali u l-ambitu

F’kontinwità mal-programm AENEAS, l-oġġettiv ġenerali tal-programm tematiku fl-oqsma tal-migrazzjoni u l-kenn politiku huwa li jġib assistenza speċifika u komplementari lill-pajjiżi terzi sabiex jappoġġjahom fl-isforzi tagħhom biex jiżguraw ġestjoni aħjar tal-flussi migratorji fid-dimensjonijiet kollha tagħhom.

Il-kontribut mill-programm tematiku mhux maħsub sabiex jieħu post l-inteventi programmati fl-istess oqsma u li huma ffinanzjati mill-istrumenti ġeografiċi: il-finanzjament ta’ l-attivitajiet li huma relatati mal-migrazzjoni fuq livell ta’ pajjiż jew ta’ reġjun għandhom ikomplu jkunu kkunsidrati primarjament fil-kuntest ta’ l-istrumenti ġeografiċi. Ladarba, fil-prinċipju, il-proġetti li huma ffinanzjati mill-programm tematiku se jkunu limitati fid-daqs[9], il-programm tematiku huwa xieraq sabiex jikkomplementa l-interventi mill-istrumenti ġeografiċi, jew jipproponi inizjattivi ġodda, possibilment fuq bażi pilota, filwaqt li jitqies il-metodu strateġiku ddefinit mill-Komunità fejn għandhom x’jaqsmu l-pajjiżi u r-reġjuni terzi kkonċernati.

Se jkun ukoll ippreferut meta joffri għodda aktar effettiva jew effiċjenti lill-Komunità sabiex jinkisbu r-riżultati mistennija, u prinċiplament f’dawn il-każi li ġejjin:

- biex jiġu indirizzati inizjattivi globali jew multireġjonali;

- biex jitħeġġu inizjattivi ta’ kooperazzjoni fejn is-sħab tal-pajjiżi ta’ l-oriġini, tat-tranżitu u tad-destinzzjoni se jiżviluppaw u jaqsmu l-esperjenza u l-metodi tax-xogħol dwar l-aspetti differenti tal-migrazzjoni;

- biex tingħata espressjoni konkreta, fil-kuntest tar-relazzjonijiet esterni Komunitarji, lill-prijoritajiet speċifiċi tal-politika Komunitarja, lill-obbligi jew lill-impenji internazzjonali;

- biex jinbdew azzjonijiet preliminari, meta u jekk ikun meħtieġ, f’pajjiżi u f’reġjuni fejn il-migrazzjoni u/jew il-kenn politiku qed isiru kwistjonijiet ta’ prijorità imma fejn ma jeżisti l-ebda Dokument ta’ Strateġija jew Programm Indikattiv jew fejn dan ta’ l-aħħar ma jipprevedix il-possibbiltà ta’ interventi f’dak il-qasam minħabba li l-migrazzjoni u/jew il-kenn politiku ma kinux prijoritajiet fiż-żmien li kien approvat il-Programm Indikattiv;

- biex l-azzjonijiet jingħataw fondi permezz ta’ l-NGOs (l-organizzazzjonijiet mhux governattivi) u l-atturi l-oħra tas-soċjetà ċivili mingħajr il-qbil tal-gvern, f’każi fejn il-kooperazzjoni hija ristretta jew f’sitwazzjonijiet ta’ sħubija diffiċli.

Fuq livell tematiku, il-programm ikkunsidrat se jkopri l-oqsma ewlenija ta’ l-azzjoni li jikkorrispondu ma’ l-aspetti essenzjali tal-fenomenu migratorju, b’mod partikolari l-migrazzjoni u l-iżvilupp; il-migrazzjoni ekonomika; il-prevenzjoni ta’ u l-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali, inkluż ir-ritorn volontarju u l-integrazzjoni mill-ġdid tal-migranti; u l-ħarsien internazzjonali. Fih innifsu, il-programm mhux se jiffinanzja operazzjonijiet magħmula direttament biex jindirizzaw il-kawżi mill-għeruq tal-migrazzjoni (il-kunflitti, il-faqar, il-gvern ħażin, eċċ.). Tabilħaqq, dan għandu x’jaqsam mal-programmi ta’ kooperazzjoni akbar li bħalissa huma ffinanzjati taħt l-istrumenti ġeografiċi u fil-futur, taħt l-Istrument tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (l-IPEV) u l-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u l-Istrument għall-Kooperazzjoni Ekonomika (l-KIIKE), li huma adattati aktar għal dan il-għan. Madanakollu, l-azzjonijiet li huma ffinanzjati fuq il-bażi tal-programm se jkunu konsistenti ma’ l-isforzi Komunitarji sabiex ikunu indirizzati l-kawżi mill-għeruq tal-migrazzjoni.

L-ambitu limitat u n-natura speċifika u teknika ta’ dan il-programm tematiku jagħmluh partikolarment adattat biex jibni l-kapaċitajiet, notevolment ukoll it-taħriġ ta’ l-istaff. Jekk tista’ tiġi kkunsidrata l-provvista ta’ tagħmir li huwa relatat ma’ l-attivitajiet li jitwettqu taħt dan il-programm, dan, madankollu, m’għandux fih innifsu jikkostitwixxi l-essenza ta’ l-intervent.

Minn lat ġeografiku, l-ebda limitazzjoni m’għandha tkun iddefinita a priori, ladarba l-pajjiżi terzi fil-qrib u li qed jiżviluppaw u huma koperti mill-IPEV u l-KIIKE huma kollha eliġibbli[10]. Minkejja dan, is-suġġett tal-programm tematiku huwa primarjament, għalkemm mhux esklużivament, il-migrazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea (Nofsinhar/Tramuntana u Lvant/Punent). F’dan il-każ, l-ewwel li għandhom jitqiesu huma r-reġjuni ta’ l-emigrazzjoni u tat-tranżitu lejn l-Unjoni Ewropea filwaqt li għandha tingħata attenzjoni xierqa wkoll lill-inizjattivi reġjonali u interreġjonali relatati mal-migrazzjoni li qegħdin ifiġġu, kif ukoll lill-flussi tal-migrazzjoni l-aktar rilevanti Nofsinhar/Nofsinhar.

Fl-aħħarnett, il-programm tematiku għandu jipprovdi wkoll l-opportunità biex ikunu ffinanzjati azzjonijiet innovattivi, magħżula fuq il-bażi tal-kwalitajiet intrinsiċi tagħhom u jkun xi jkun ir-reġjun ġeografiku li jkun suġġett għall-ambitu ddefinit aktar ’il fuq fejn se jkunu implimentati.

Ir-rispett tal-prinċipji demokratiċi u ta’ l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u tal-minoranzi u l-libertajiet fundamentali, kif ukoll tal-ftehimiet internazzjonali rilevanti jikkostitwixxi element essenzjali li għandu jitqies fl-implimentazzjoni tal-programm tematiku. Sa fejn huwa possibbli, l-azzjonijiet li huma ffinanzjati taħt il-programm tematiku għandhom ikunu assoċjati ma’ miżuri li għandhom l-għan li jsaħħu d-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem, l-istandards tax-xogħol ewlenin u x-xogħol diċenti, u l-istat tad-dritt. Il-miżura tal-progress fil-promozzjoni ta’ dawn il-valuri fundamentali hija element ewlieni ta’ l-istima tal-ħtiġijiet u tar-rendiment qabel kull finanzjament ieħor ta’ l-azzjonijiet identifikati. Dan il-metodu għandu jrawwem is-sjieda tal-kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-migrazzjoni u l-kenn politiku tal-pajjiżi terzi.

Il-linji ta’ gwida strateġiċi

Fuq il-bażi ta’ l-oġġettiv u ta’ l-ambitu deskritti aktar ’il fuq, il-programm tematiku għandu jkopri l-istess orjentazzjonijiet bħall-Programm AENEAS, għalkemm b’aġġustamenti li jsiru neċessarji minħabba l-iżviluppi fil-politika sa mill-2004. Fost dawn l-iżviluppi fil-politika, dawk li jirreferu għall-migrazzjoni u għall-iżvilupp u għall-migrazzjoni ekonomika legali probabbilment huma maħsuba biex jeżerċitaw effetti aktar innovattivi. Dan jimxi b’mod parallel mal-fatt li sa ftit ilu d-dimensjoni esterna tal-politika migratorja kienet mibnija b’mod prevalenti madwar l-oġġettiv ta’ ġestjoni aħjar tal-flussi migratorji bl-għan li titnaqqas il-pressjoni migratorja fuq l-Unjoni. Għalkemm dan jibqa’ għan validu, illum l-isfida addizzjonali tinsab fl-iżvilupp ta’ politika li tagħraf il-ħtieġa għall-ħaddiema migranti li jħaddmu l-ekonomiji tagħna f’dawk is-setturi fejn l-UE qed tiffaċċja nuqqasijiet fix-xogħol u fil-ħiliet u, fl-istess ħin, li jkabbru kemm jistgħu l-benefiċċji kkawżati mill-migrazzjoni, kemm għall-migranti kif ukoll għall-pajjiżi ta’ l-oriġini tagħhom. Dan jissupponi metodu li jmur lil hinn mill-kwistjonijiet ta’ kontroll tal-fruntieri u tal-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali, biex jinkorpora dimensjonijiet oħra tal-fenomenu migratorju, b’mod partikolari l-iżvilupp u l-impjiegi.

Dan jimplika li l-programm tematiku tal-futur għandu jkollu dawn il-ħames linji ta’ żvilupp li ġejjin:

- It-trawwim tar-rabtiet bejn il-migrazzjoni u l-iżvilupp;

- L-inkoraġġiment ta’ ġestjoni tajba tal-migrazzjoni tax-xogħol;

- Il-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali u t-tħaffif ta’ l-ammissjoni mill-ġdid ta’ l-immigranti illegali;

- Il-ħarsien tal-migranti mill-isfruttament u mill-esklużjoni;

- L-inkoraġġiment tal-kenn politiku u tal-ħarsien internazzjonali, inklużi permezz ta’ programmi tal-ħarsien reġjonali.

It-trawwim tar-rabtiet bejn il-migrazzjoni u l-iżvilupp

Il-migrazzjoni hija parti intrinsika ta’ l-iżvilupp u llum wieħed ġeneralment jammetti li huwa meħtieġ li jkun hemm ċaqliq minn metodu ta’ “aktar żvilupp għal inqas migrazzjoni” għal wieħed fejn hemm “ġestjoni aħjar tal-migrazzjoni għal aktar żvilupp”[11]. F’Diċembru 2002, il-Kummissjoni ppreżentat Komunikazzjoni[12] dwar l-integrazzjoni ta’ kwistjonijiet li huma relatati mal-migrazzjoni fir-relazzjonijiet esterni ta’ l-UE li kienet tinkludi komponent ta’ “migrazzjoni u żvilupp”. Filwaqt li għarfet li l-prijorità fit-tul tal-Komunità hija li jkunu indirizzati l-kawżi mill-għeruq tal-migrazzjoni, stiednet lill-Unjoni sabiex tagħti aktar attenzjoni għal ċerti aspetti speċifiċi tar-rabta bejn il-migrazzjoni u l-iżvilupp. Il-Kunsill appoġġa b’mod formali dan il-metodu u stieden lill-Kummissjoni biex tiżviluppah aktar[13]. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ħarġet Komunikazzjoni oħra f’Settembru 2005[14] fejn identifikat uħud mill-orjentazzjonijiet konkreti li huwa probabbli li jkollhom impatt pożittiv fuq ir-rabta bejn il-migrazzjoni u l-iżvilupp. Il-programm tematiku għandu jappoġġa l-implimentazzjoni tal-miżuri identifikati f’din l-okkażjoni, li jinkludu, b’mod partikolari:

- Li titħeġġeġ il-kontribuzzjoni tat-tixrid ta’ popli f’pajjiżi oħra għall-iżvilupp soċjo-ekonomiku tal-pajjiż ta’ l-oriġini tagħhom u li jiżdied il-valur tar-ritorn tal-migranti;

- Li jitnaqqas it-telf ta’ l-aħjar imħuħ u titħeġġeġ iċ-ċirkolazzjoni ta’ l-imħuħ, inklużi permezz ta’ forom adegwati ta’ migrazzjoni temporanja;

- Jiġu ffaċilitati t-trasferimenti finanzjarji tal-ħaddiema migranti (it-trasferiment tal-flus) lejn il-pajjiż ta’ l-oriġini tagħhom, b’mod partikolari billi titnaqqas l-ispiża ta’ dawn it-trasferimenti u jitħeġġeġ l-użu tagħhom għall-għan ta’ żvilupp;

- Jingħata appoġġ lir-ritorn volontarju u lill-integrazzjoni professjonali u soċjo-ekonomika mill-ġdid tal-migranti fil-pajjiż ta’ l-oriġini tagħhom, fost l-oħrajn permezz ta’ għajnuna b’politika pubblika relatata u skemi ta’ sigurtà soċjali relatati;

- Jinbnew il-kapaċitajiet għal ġestjoni aħjar tal-migrazzjoni.

Il-promozzjoni ta’ ġestjoni tajba tal-migrazzjoni tax-xogħol

Fl-2003, fil-Komunikazzjoni tagħha dwar l-immigrazzjoni, l-integrazzjoni u l-impjiegi[15], u f’konformità ma’ l-aġenda ta’ Liżbona, il-Kummissjoni wriet il-ħtieġa li jkollha metodu proattiv fejn għandha x’taqsam l-immigrazzjoni legali minħabba x-xogħol. Metodu bħal dan huwa meħtieġ sabiex l-Unjoni tiffaċċja l-isfidi demografiċi, soċjali u ekonomiċi li qed taffronta dejjem aktar u b’mod aktar akut. L-immigrazzjoni mhijiex l-uniku mezz sabiex wieħed ilaħħaq ma’ dawn l-isfidi imma, għall-inqas għal perjodu ta’ żmien qasir u medju, tista’ tikkontribwixxi sabiex tnaqqas il-konsegwenzi tagħhom filwaqt li tgħin sabiex jintlaħqu l-ħtiġijiet tas-swieq tax-xogħol ta’ l-Unjoni Ewropea.

Fil-bidu ta' l-2005, il-Kummissjoni ħarġet Green Paper dwar il-metodu tal-Komunità għall-ġestjoni tal-migrazzjoni ekonomika[16], li kellha l-għan li tidentifika l-isfidi ewlenija u l-għażliet possibbli sabiex jitwaqqaf qafas leġiżlattiv Komunitarju għall-migrazzjoni ekonomika. Ir-riżultati tad-dibattitu pubbliku dwar din il- Green Paper iddaħħlu fil-Pjan tal-Politika dwar il-migrazzjoni legali li ġie adottat mill-Kummissjoni fil-21 ta’ Diċembru 2005.[17]F’dan il-Pjan tal-Politika, li fih roadmap għal firxa sħiħa ta’ miżuri leġiżlattivi u ta’ miżuri li mhumiex leġiżlattivi, il-Kummissjoni tenfasizza li l-ġestjoni tal-migrazzjoni ekonomika teħtieġ mhux biss politika ta’ ammissjoni ċara u armonizzata, imma wkoll djalogu u kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi sabiex tittejjeb b’mod konġunt il-ġestjoni tal-migrazzjoni tax-xogħol internazzjonali. F’dan il-każ, ir-relazzjonijiet esterni u l-politika ta’ kooperazzjoni għandhom rwol, mingħajr preġudizzju għall-principju tal-preferenza Komunitarja, billi huwa ċar li jrid isir użu sħiħ mir-riżorsi ta' ħidma disponibbli fi ħdan l-UE. B’referenza għal dan, il-programm tematiku jista’ jgħin sabiex:

- Ixerred l-informazżjoni dwar il-qafas legali għall-migrazzjoni u l-kondizzjonijiet biex wieħed jidħol u jibqa’ fit-territorju ta’ l-Unjoni;

- Ixerred l-informazzjoni dwar l-opportunitajiet u l-ħtiġijiet tal-migrazzjoni għax-xogħol fil-Pajjiżi Membri u dwar kwalifiki ta’ kandidati mill-pajjiżi terzi għall-migrazzjoni; appoġġ għat-taħriġ ta’ qabel it-tluq lill-kandidati għall-migrazzjoni legali lejn l-Unjoni Ewropea inkluża informazzjoni dwar l-integrazzjoni fl-Istati Membri u d-drittijiet u l-obbligi tal-migranti.

- Jinkoraġġixxi d-definizzjoni u l-implimentazzjoni ta’ oqfsa leġiżlattivi għall-ħaddiema migranti fil-pajjiżi terzi.

Filwaqt li jitqiesu l-Komunikazzjonijiet reċenti dwar il-migrazzjoni u l-iżvilupp u dwar l-Istrateġija għall-Azzjoni ta’ l-UE/KE dwar il-Kriżi fir-Riżorsi Umani għas-Saħħa fil-Pajjiżi li Qed Jiżviluppaw[18], l-orjentazzjonijiet proposti fit-tieni u t-tielet linja indentati ta’ din is-sezzjoni għandhom ikunu implimentati filwaqt li titqies b’mod sħiħ il-ħtieġa li jkun evitat li “jintilfu l-aħjar imħuħ”. Għaldaqstant, għandha tingħata attenzjoni lill-ħtiġijiet strutturali jew temporanji ddikjarati f’ċerti setturi/xogħlijiet/reġjuni fili-pajjiżi terzi aggravati mit-“telf ta’ l-aħjar imħuħ”. Jeħtieġ ukoll metodu komprensiv u koerenti għar-reklutaġġ etiku tal-ħaddiema.

Il-ġlieda kontra l-migrazzjoni illegali u t-tħaffif ta’ l-ammissjoni mill-ġdid ta’ l-immigranti illegali

IL-prevenzjoni ta’l-ammissjoni mhux awtorizzata tal-migranti tibqa’ essenzjali. Għaldaqstant, il-kontroll tal-migrazzjoni jibqa’ prijorità strateġika f’perjodu ta’ żmien medju. Dan il-programm tematiku għandu jikkontribwixxi għal din il-prijorità billi jappoġġa proġetti ta’ kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi, b’mod partikolari l-koordinazzjoni bejn l-istituzzjonijiet li huma responsabbli mill-ġestjoni tal-migrazzjoni, fl-oqsma li ġejjin:

- Il-ġlieda kontra l-kuntrabandu u t-traffiku tal-bnedmin;

- L-informazzjoni bl-għan li tiġi skorraġuta l-immigrazzjoni illegali u jitqajjem għarfien dwar ir-riskji li huma relatati magħha;

- Il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali (inkluża permezz ta’ titjib fil-kapaċitajiet fl-inħawi tal-fruntieri; il-ġestjoni ta’ viżi u passaporti, inklużi s-sigurtà ta’ dokumenti u possibilment l-introduzzjoni ta’ data biometrika; u s-sejba ta’ dokumenti ffalsifikati);

- L-implimentazzjoni tal-ftehimiet ta’ ammissjoni mill-ġdid li ġew konklużi mal-Komunità, fost l-oħrajn l-integrazzjoni soċjali u professjonali mill-ġdid ta’ dawk li jirritornaw bl-għan li r-ritorn tagħhom ikun sostenibbli;

- Tingħata għajnuna lill-pajjiżi terzi fil-ġestjoni ta’ l-immigrazzjoni illegali (billi tingħata għajnuna fin-negozjar u l-implimentazzjoni tal-ftehimiet jew l-arranġamenti tagħhom ma’ pajjiżi terzi oħra dwar l-ammissjoni mill-ġdid, li jistgħu jinkludu li jiġu żgurati kondizzjonijiet umanitarji adegwati f’ċentri fejn l-immigranti illegali jingħataw akkomodazzjoni qabel ma jintbagħtu lura f’pajjiżhom, jiġu appoġġati r-ritorn volontarju tagħhom u l-integrazzjoni mill-ġdid sostenibbli fil-pajjiż ta’ l-oriġini tagħhom).

F’dak il-kuntest, trid tingħata attenzjoni għar-rispett tal-libertajiet fundamentali u tad-drittijiet tal-bniedem u għandhom jiġu definiti l-kriterji speċifiċi sabiex ikun żgurat b’mod aktar effettiv ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u jkun hemm livell ta’ referenza għall-proġetti fir-rigward ta’ l-impatt tagħhom fuq id-drittijiet tal-bniedem.

Il-ħarsien tal-migranti mill-isfruttament u mill-esklużjoni

L-inkoraġġiment fil-pajjiżi terzi, inkluż permezz tal-bini tal-kapaċitajiet ta’ l-atturi mhux Statali u t-taħriġ tal-persuni jew ta’ l-organizzazzjonijiet ewlenija li għandhom interess, il-possibbiltà għall-migranti li jkunu integrati fis-soċjetajiet ospitanti u biex ikunu mħarsa minn trattament ħażin għandhom ikunu prijorità għal dan il-programm hekk kif kienu għall-AENEAS. L-interventi jistgħu jkopru l-oqsma li ġejjin:

- L-iżvilupp tal-leġiżlazzjoni tal-pajjiżi terzi fil-qasam ta’ l-immigrazzjon illegali, b’mod partikolari fejn għandhom x’jaqsmu r-regoli ta’ l-ammissjoni, id-drittijiet u l-istatus tal-persuni li jiddaħħlu, it-trattament ugwali tar-residenti legali;

- L-integrazzjoni u n-nuqqas ta’ diskriminazzjoni flimkien ma’ miżuri biex jitħarsu l-migranti mir-razziżmu u mill-ksenofobija, fost l-oħrajn billi jitqajjem għarfien fost il-migranti dwar id-drittijiet bażiċi tagħhom u dwar il-kanali xierqa ta’ l-infurzar tal-liġi f’każ li dawn jinkisru;

- Il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffiku tal-bnedmin u kwalunkwe għamla ta’ jasar.

Fl-implimentazzjoni ta’ dawn l-orjentazzjonijiet, għandu jitqies b’mod xieraq il-ħarsien tal-migranti li huma esposti b’mod partikolari għar-riskji ta’ trattament ħażin u ta’ esklużjoni, l-aktar it-tfal u n-nisa. Barra minn hekk, għandhom jitqiesu d-drittijiet tal-migranti għal kundizzjonijiet ta’ xogħol deċenti u għal trattament ġust fl-isfera soċjali u f’dik professjonali.

L-inkoraġġiment tal-kenn politiku u tal-ħarsien internazzjonali tar-refuġjati

Il-kwistjonijiet li huma relatati mal-kenn politiku kibru fil-prijorità fir-relazzjonijiet esterni ta’ l-UE u fil-kooperazzjoni ta’ l-iżvilupp tagħha mal-pajjiżi terzi li huma ffaċċjati bil-moviment tar-refuġjati. Fuq livell globali, il-Konvenzjoni dwar ir-Refuġjati ta’ Ġinevra fl-1951 u l-Protokoll ta’ New York ta’ l-1967 jikkostitwixxu l-qafas legali, li jirregola r-reġim internazzjonali ta’ ħarsien. L-inizjattivi “Aġenda għall-Ħarsien” u l-“Konvenzjoni Plus” ta’ l-UNHCR għandhom l-għan li jiffaċilitaw is-soluzzjoni tas-sitwazzjonijiet tar-refuġjati permezz ta’ ftehimiet speċjali bejn l-Istati, bejn sħab oħrajn u l-UNHCR; dawn jiffokaw b’mod partikolari fuq l-allokazzjoni mill-ġdid, is-sejba tal-gruppi li jixirqilhom l-għajnuna għall-iżvilupp u l-ġestjoni tal-movimenti sekondarji tar-refuġjati u ta’ dawk li qed ifittxu kenn politiku. L-UE hija ta' l-itess opinjoni bħall-UNHCR li s-soluzzjonijiet għall-problemi tar-rifuġjati għandhom l-ewwelnett jinstabu fir-reġjuni ta' l-oriġini, li ta' spiss jilqgħu l-akbar popolazzjonijiet ta' rifuġjati. Dawn il-pajjiżi huma wkoll ta' spiss nieqsa mill-kapaċità finanzjarja u istituzzjonali biex jindirizzaw dawn l-isfidi waħidhom. It-titjib tal-kapaċitajiet sabiex ikunu offruti ħarsien u soluzzjonijiet dewwiema fir-reġjuni ta’ l-oriġini – permezz tal-bini tal-kapaċitajiet għal kenn politiku, l-integrazzjoni lokali, ir-ripatrijazzjoni u r-riallokazzjoni – huwa oġġettiv li l-Kummissjoni tinkoraġġixxi fl-assistenza esterna tagħha. Dawn huwa rifless ukoll fil-mod kif l-UE tħares lejn ir-reġim ta’ ħarsien internazzjonali, li jingħata permezz tal-Programmi pilota għall-Ħarsien Reġjonali – (bħall-NIS tal-Punent u r-reġjun tal-Lagi l-Kbar fl-Afrika).

Wieħed mill-oġġettivi tal-programm AENEAS huwa li jappoġġa dawn l-iżviluppi u l-implimentazzjoni ta’ dawn il-Programmi pilota għall-Ħarsien Reġjonali. B’dan il-mod, il-programm tematiku għandu jkompli fl-appoġġ Komunitarju tiegħu għal soluzzjonijiet li jservu fit-tul għal sitwazzjonijiet ta' rifuġjati li jiġbdu fit-tul, b’mod partikolari biex:

- Isaħħaħ il-kapaċitajiet istituzzjonali tal-pajjiżi terzi sabiex jipprovdu kenn politiku u ħarsien internazzjonali, u sabiex jiżviluppaw oqfsa legali nazzjonali;

- Jappoġġa r-reġistrazzjoni ta’ dawk li japplikaw għal kenn politiku u tar-refuġjati;

- Jippromwovi l-istandards u l-istrumenti internazzjonali dwar il-ħarsien tar-refuġjati;

- Jagħti appoġġ sabiex jittejbu l-kondizzjonijiet ta’ l-ilqugħ, l-integrazzjoni lokali, l-integrazzjoni mill-ġdid dewwiema ta’ dawk li jirritornaw u l-programmi ta’ riallokazzjoni.

Filwaqt li s-sitwazzjoni għar-refuġjati hija ferm differenti minn dik tal-migranti ekonomiċi, ħafna mill-inizjattivi li għandhom jiġu żviluppati taħt il-linji ta’ żvilupp l-oħra ta’ dan il-programm – pereżempju, li jitħeġġu l-kontribuzzjonijiet tat-tixrid tal-popli f’pajjiżi oħra, jiġi ffaċilitat it-trasferiment tal-flus mibgħuta, il-ħarsien mid-diskriminazzjoni, eċċ. – għandhom ikunu ta’ benefiċċju wkoll għar-refuġjati.

Il-prinċipji ta’ l-ipprogrammar u ta’ l-implimentazzjoni

Dan il-programm tematiku se jkun suġġett għal ipprogrammar multiannwali min-naħa tal-Kummissjoni b’mod parallel u b’mod koerenti ma’ l-ipprogrammar ta’ l-għajnuna permezz tal-programmi ġeografiċi. L-ipprogrammar multiannwali se jieħu l-forma ta’ Dokument Strateġiku Tematiku u programm multiannwali indikattiv. L-ewwel Dokument Strateġiku tematiku u programm multiannwali indikattiv se jkunu stabbiliti għall-perjodu 2007-2010; it-tieni għall-perjodu 2011-2013.

Fuq il-bażi ta’ dan id-Dokument Strateġiku Tematiku u l-programm multiannwali indikattiv, il-Kummissjoni se tipproduċi kull sena programm għax-xogħol annwali, fejn tiffissa azzjonijiet prijoritarji li għandhom jiġu appoġġati u fejn jiġu speċifikati l-oqsma ġeografiċi u tematiċi, l-oġġettivi speċifiċi, ir-riżultati antiċipati u l-ammonti indikattivi. Fl-istabbiliment tal-programm annwali tax-xogħol, il-Kummissjoni tista’ tikkonsidra l-possibilità ta’ prijoritajiet u żviluppi ġodda mhux previsti fil-programm multiannwali indikattiv. Dan il-programm annwali tax-xogħol se jkun implimentat permezz tal-mezzi xierqa kollha, f’konformità mar-regoli finanzjarji u kuntrattwali applikabbli, b’ċertu marġni ta’ flessibilità sabiex jirrispondi għal ambjenti li jinbidlu malajr u għat-tendenzi u għall-prijoritajiet ġodda tal-migrazzjoni fi żmien xieraq u b’mod effettiv.

Barra minn hekk, fl-eventwalità ta’ ħtiġijiet urġenti serji jew ħtiġijiet serji mhux previsti[19] jew ċirkustanzi, il-Kummissjoni tista’ tadotta miżuri speċjali li mhumiex provduti fid-dokument strateġiku tematiku jew fil-programm multiannwali indikattiv skond id-dispożizzjojijiet rilevanti tar-Regolamenti li waqqfu l-IPEV u l-KIIKE.

Ir-rispons potenzjali għas-sitwazzjonijiet ta’ kriżi għandu jkun primarjament ikkunsidrat fil-kuntest ta’ l-Istrument ta’ l-Istabbiltà. Il-Kummissjoni se tkun megħjuna minn Kumitat, skond proċedura li għandha tkun iddefinita mill-atti legali rilevanti.

Il-lista tas-sħab li huma eliġibbli għal appoġġ finanzjarju taħt il-programm tematiku għandha tkun kemm jista’ jkun wiesgħa u għandha tinkludi gvernijiet federali, nazzjonali, provinċjali u lokali, id-dipartimenti u l-aġenziji tagħhom, il-muniċipalitajiet, l-organizzazzjonijiet u l-aġenziji reġjonali u internazzjonali, flimkien ma’ l-organizzazzjonijiet mhux governattivi jew l-atturi mhux Statali l-oħra, l-istituti tar-riċerka, l-assoċjazzjonijiet, is-sħab soċjali u l-operaturi pubbliċi u privati, kemm fl-Unjoni Ewropea kif ukoll fil-pajjiżi terzi, bl-enfasi titqiegħed fuq is-sħubija ta’ bejniethom.

Il-Kummissjoni bi ħsiebha tinvolvi lill-pajjiżi terzi fl-azzjonijiet li huma ffinanzjati mill-programm tematiku sabiex tiġi żviluppata s-sjieda tagħhom. Għal dan il-għan, il-pajjiżi terzi se jkunu informati bis-sejħiet għal proposti u azzjonijiet ipprogrammati u implimentati permezz tal-kanali xierqa (id-delegazzjonijiet, il-kumitati konġunti, il-laqgħat, l-iskambju regolari fi ħdan il-qafas tal-ftehimiet bilterali ta’ kooperazzjoni, eċċ.). Filwaqt li għandhom ikunu mfittxija l-ftehim u s-sjieda formali tal-pajjiżi terzi, il-programm tematiku se jagħti lill-Komunità ċerta awtonomija u flessibilità vis-à-vis il-gvernijiet tal-pajjiżi benefiċjarji: il-Kummissjoni se tkun tista’ tiffinanzja l-azzjonijiet permezz ta’ l-NGOs u ta’ l-atturi l-oħra tas-soċjetà ċivili mingħajr il-qbil tal-gvern, f’każi fejn il-kooperazzjoni hija ristretta jew f’sitwazzjonijiet ta’ sħubija diffiċli.

Se ssir evalwazzjoni esterna ta’ l-operazzjonijiet matul l-ewwel perjodu ta' tliet snin (2007 - 2009) biex tipprovdi kontribut għat-tħejjija għat-tieni Dokument Strateġiku Tematiku (2011 – 2013). Sa fejn huwa possibbli, din l-evalwazzjoni għandha tivvaluta l-effetti magħquda tal-miżuri tal-ġestjoni tal-migrazzjoni u dawk il-miżuri u l-azzjonijiet li huma relatati mat-titjib ta’ l-impatt tal-migrazzjoni fuq l-iżvilupp, għall-promozzjoni ta’ migrazzjoni tax-xogħol immexxija tajjeb u sabiex jittejjeb il-ħarsien internazzjonali. L-opinjoni tas-sħab li jimplimentaw il-proġetti ffinanzjati mill-programm tematiku għandhom jitqiesu fil-kuntest ta’ din l-evalwazzjoni. Ir-rapport ta’ evalwazzjoni se jkun trażmess lil u diskuss mal-Kunsill u l-Parlament Ewropew.

ANNEX I

Projects selected for co-financing by the European Commission under the 2004 budget for the AENEAS Programme

(financial and technical assistance to third countries in the areas of migration and asylum)

Applicant | Project Title | Location | EC contribution | Actions and objectives |

Direccion General d'immigration de la Coopération pour le Developpement et du Volontariat de la Communauté de Madrid | Accompagnement à l'amélioration des conditions d'accueil et de protection des mineurs de 14 ans regroupés en provenance du territoire de la Communauté de Madrid | Espagne et Maroc | 1.999.999,00 € | Le projet a pour but de résoudre les problèmes qu´éprouvent des mineurs de moins de 14 ans d´origine marocaine, qui se trouvent tout seuls, non accompagnés et en situation irrégulière dans la région de Madrid. Il propose de mettre en place un mécanisme qui garantisse leur protection depuis leur identification et facilite de façon efficace et effective leur retour auprès de leur famille dans leur milieu et pays d´origine. |

UNHCR | Building an Asylum structure in Serbia and Montenegro | Serbia et Montenegro | 698.005,92 € | to assist Serbia and Montenegro in developing the asylum structure. |

ERA | Training Action for the Balkans , Three intensive seminars on Asylum and International Protection for 120 civil servants | Balkans | 512.617,00 € | Three seminars, one week each, will first and foremost give a general overview of all the issues related to the migration and asylum, in particular: legal migration; dialogue on migratory flows; readmission and reintegration of the returnees; illegal immigration. |

Ministry of Interior, Public Administration and Decentralisation of the Hellenic Republic | Building on Mechanism to effectively and sustainably implement readmission agreements between Albania, the EC and third countries | Albanie et Greece | 1.454.768,00 € | The main set of activities will be: capacity building of return and readmission entities in Albania; cooperative approaches to information exchange between administrations in the implementation of readmission agreements; building mechanisms of return to and from Albania including improving the identification of illegal immigrants bound for readmission and the re-integration of returnees. |

Ministry of Interior Italy Across Sahara | Italy, Libya and Niger | 1.567.158,27 € | enhancing cooperation between Libya and Niger in border control and fight against illegal migration, to organise their structures and to consider revision of legislation; training of trainers/officers of staff employed in specific sectors of interest |

IOM | Enhanced Capacity building in Migration Management to Support Effective Return and Sustainable reintegration of refugees in Sri Lanka | Sri Lnaka | 1.873.464,00 € | To enhance the capacity of the Government of Sri Lanka to manage migration with a particular focus on return migration. To enhance measures to assist in the sustainable reintegration of returning migrants |

IOM | Programme de renforcement et de soutien au Dialogue et a la gestion des migrations irrégulières et de Transit au Maghreb en provenance de l'Afrique de l'Ouest | EU, Maghreb, Afrique Sub-Saharien | 1.561.245,56 € | Renforcement du dialogue et des mécanismes de suivi et de coordination Coopération technique en matière de renforcement des capacités institutionnelles des pays de transit et d’origine Campagnes d’information auprès des migrants potentiels au sein des pays émetteurs |

IOM | An integrated approach to promoting legal migration through national capacity building | South Caucasus | 777.397,00 € | to prevent illegal immigration, facilitate discussions on conclusion of bilateral readmission agreements based on the EU-standard, enable improved reintegration, and promote legal migration within each South Caucasus country and bilaterally with targeted receiving EU member states through dialogue and capacity building. |

UNHCR | Strengthening protection and durable solutions for asylum seekers and refugees in Egypt | Egypt | 524.058,00 € | Strengthening Protection and Durable Solutions for Asylum-Seekers and Refugees in Egypt |

UNHCR | The cross border cooperation process | Belarus , Moldova, Ukraine | 1.307.898,40 € | develop a coordinating mechanism to effectively respond to asylum, migration and border management challenges in Belarus, Moldova and Ukraine, and in the region at large in close cooperation with Estonia, Hungary, Latvia, Lithuania Poland, Romania, Slovakia. |

ILO | ILO/UNIFEM/EC Asian Programme of the Governance of Labour Migration | countries of the Mekong region China Korea Japan and South Asia countries | 1.955.335,00 € | contribute to the promotion of rights and gender-based governance of labour migration and the protection of Asian migrant workers from exploitative and abusive treatment |

IOM | TRIM | Libya | 2.000.000,00 € | the Action will strengthen Libya's capacities to address illegal transit immigration in a humane and orderly manner |

IOM | Regional Dialogue and Program on facilitating managed and legal migration between Asia and the EU | Asia | 848.583,00 € | develop legal migration and enhance regional dialogue and cooperation in facilitating managed migration from Asia to the EU |

CISP - Comitato Internazioanale per lo Sviluppo dei popoli | Projet réseau Afrique/Migration | Maghreb et Libye | 1.307.131,00 € | Le projet vise à renforcer l’engagement opérationnel et la collaboration régionale des acteurs de la société civile en matière de gestion des flux migratoires, en particulier l’immigration illégale et le trafic des êtres humains, par la mise en place et la livraison d’un ensemble de services en faveur des immigrés illégaux, par la croissance de la perception et des informations de l’opinion publique et des autorités locales maghrébines sur la réalité de la migration et, enfin, par le renforcement et l’élargissement du réseau Afrique Migration. |

Comune di Roma | W.A.R.M. | Albania | 1.215.196,00 € | Reintegration of Albanian returnees through their insertion on labour market and through micro-enterprises creation. |

Euro- Mediterranean Human Rights Network -EMHRN | Enhancing civil society participation in human rights management of migration | Libie et Maghreb | 535.598,00 € | Enhancing civil society participation in human rights management of migration and asylum in the Southern Mediterranean and Middle East |

Mairie de Cartaya | Programme de gestion integral de l'immigration seasonniere | Maroc Espagne | 1.196.000,00 € | Gestion intégrale de l´immigration saisonnière de travailleurs marocains vers un groupe de municipalités agricoles espagnoles. |

Guardia Civil Ministry of Interior | Project Seahorse | Maroc Mauritanie | 2.000.000,00 € | Establish and develop Maghreb- Sub Saharan African relations and dialogue on migration questions. |

MLAL - Progettomondo | Promotion d'une migration responsable | Maroc | 868.214,40 € | Promouvoir une migration responsable dans la région de Tadla Azilal en encourageant la conscientisation des jeunes sur les risques de l’émigration clandestine. |

World Bank | International migration from Middles East and North Africa | Middle East and North Africa | 733.570,00 € | identify and support the implementation of projects, policies, regional arrangements, and institutional reforms that will maximise the benefits of international migration flows and reduce their costs |

Croatian Law Centre | Protection of Asylum seekers in the Republic of Croatia and Region | Croatia and region | 1.000.000,00 € | Strengthening the protection in CRO and region (BH, SMN) by developing asylum system consistent with international standards. |

European Council on Refugees ,and Exiles - ECRE | The protection of refugees asylum seekers and forced migrants | Belarius, Moldova, Russia, Ukraine | 529.705,00 € | Improve the implementation in Belarus, Molodva, Ukraine and European Russia of national and international refugee and human rights instruments – leading to increased security and protection for refugees. |

Institut Universitaire Europeén | Action collective dee soutien à la réintégration des migrants de retour dans leur pays d'origine | Algerie Maroc Tunisie | 1.076.000,00 € | soutenir la réintégration durable des personnes en retour en Algérie, au Maroc et en Tunisie (Construction d’une base de données sur les personnes en retour, production de rapports sur le retour et la réintégration, rencontres sur le thème de la réintégration, présentation de propositions |

COOPI - Cooperazione Internazionale | ALBAMAR | Albanie et Maroc | 1.334.572,00 € | definition and implementation of an integrated support to Moroccan and Albanian migrants forcedly or voluntarily repatriated from Italy that are highly exposed to the risks of illegal migration and criminal activities |

VASA PRAVA - BiH | Strengthening the protection of asylum seekers | BiH | 616.562,98 € | ensuring a maximum protection and access to justice for asylum seekers, recognized refugees and other categories of persons under international protection in BiH, and victims of human trafficking, ensuring the full access to their rights via the provision of free legal aid and information campaigns |

Cabinet of Secretary for Security of the Macao Special Administrative Region | 2005/2006 MIGRAMACAO | Macao , China | 500.904,80 € | The aim of the MIGRAMACAU action is to ensure entities of Macao more effective management in all aspects of migration flows, including the prevention and combating of illegal immigration and trafficking in human beings through the cooperation with regional countries and the coordination with the EC |

29.993.983,33 € |

ANNEX II

AENEAS ANNUAL WORKPROGRAMME 2005

Regions |Regions and countries |Areas |Article |Objectives |Types of activities (indicative) |Indicative amounts (million €) |AWP | | All regions |Countries concerned by readmission negotiations | Readmission |Art. 2 § 1 e |Support implementation of readmission agreement with the EC, once initialled, signed or concluded. |Develop the exchange of information between the administrations concerned, improve the identification and the documentation of returnees, improve the infrastructure of reception and develop capacity of reception of non-national returnees before transfer to their country of origin. |3.35 |2005 | |North Africa |Countries of the region to be determined |Management of Migration+ Asylum and International Protection+ Fight against illegal migration |Art. 2 § 1 c & d |1. Improve conditions of reception of refugees in the region.2. Improve international protection, complying with international conventions and reinforce legal structures in the regions. Promote regional cooperation in the field of management of migration flows, especially transit migration, illegal migration and trafficking in human beings. |1. Improvement of the conditions of reception and of the capacity of registration and of documentation of asylum seekers and refugees as well as of integration in the host country.2. Development of a regional dialogue on asylum and strengthening of the legislative capacities and of the expertise available in the region.3. Development of exchange of expertise and advice with the EU.4. Development of the training of the administrations concerned. Development of the transnational coordination of the central services for fight against illegal immigration in view of encouraging coordination, dialogue, exchange of experience and information between the specialised services of the national administrations.5. Development and setting up of a protocol defining short and medium term immediate responsibility for the victims of shipwreck and clandestine passage. Setting-up of an entity for legal assistance and support to the investigators allowing to reconcile the humanitarian responsibility and the research of the authors of the most serious offences of trafficking of the human beings'.6. Development of a network of liaison officers for harbour and airport control of migration in order to improve the fight against illegal migration. |3,0 |2005 | |Eastern Europe, Southern Caucasus and Central Asia |All the countries of the region and Russia in particular |Legal migration |Art. 2 § 1 a & b |1. Improve the protection and the treatment of migrants.2. Improve the policies related to the management of immigration for labour purposes |1. Development of the training of staff and exchange of information and experience, creation of a network for information concerning migration for economic purposes.2. Support of actions for fight against racism and xenophobia towards migrants.3. Capacity building of regional and national authorities in order to evaluate the needs and perspectives for foreign workforce and putting in place of appropriate strategies and pilot projects. |3,0 |2005 | |Eastern Europe, Southern Caucasus and Central Asia |Moldova, Belarus, Armenia, Georgia, Azerbaijan, Tajikistan |Legal Migration |Art. 2 § 1 a & b |Facilitate the use of remittances in favour of the macroeconomic development of the countries concerned. |Support initiatives in view of using remittances for productive goals. |2,0 |2005 | |Eastern Europe, Southern Caucasus and Central Asia |Russia, Ukraine, Moldova and Belarus |Asylum and international protection. |Art. 2. § 1 c |Improve international protection |Improvement of the conditions of reception and of the capacity of registration and of documentation of their asylum seekers and refugees as well as of integration in the host country. |2,0 |2005 | |Eastern Europe, Southern Caucasus and Central Asia |All the countries of the region of Eastern Europe, Southern Caucasus and Central Asia |Fight against illegal migration |Art. 2 § 1 d |Fight against trafficking and smuggling of human beings |1. Promotion of cooperation and of information exchange at the regional level, management of transit migration and fight against false documents.2. Development of the capacities to persecute traffickers and of protection and reintegration of victims.3.Development of information and awareness-raising of candidates for migration.4. Staff training for detection of false documents. |5,0 |2005 | |Balkans |Region as a whole |Management of Migration |Art. 2 § 1 |Support the development of national policies according to a unified approach in the fields of migration and asylum and visa |Improve the management capacity of the institutions involved in the fields of asylum, migration and visa. |4,0 |2005 | |Turkey |Turkey |Asylum and international protection. |Art. 2 § 1 c |Reinforce asylum systems |Improve the necessary reception conditions and the capacity in the field of registration and documentation of asylum seekers and refugees as well as their integration in the host country. |1,0 |2005 | |Turkey |Turkey |Fight against illegal migration |Art. 2 § 1 d |Increase the fight against illegal migration |Contribute to the implementation of the action plan for fight against illegal immigration |1,0 |2005 | |Asia |China |Fight against illegal migration |Art. 2 § 1 d |Improve the cooperation EU/RPC in the field of the fight against illegal migration and smuggling of human beings. |Development of exchange of information, of cooperation and recognition of respective knowledge of systems between administrations of the RPC and the EU, especially in the field of return, false documents and biometrics. |4,0 |2005 | |Latin America |Region as a whole (and in particular the countries of the Andean Community Argentina and Uruguay). |Legal Migration |Art. 2 § 1 a & b |Support the development of the interregional dialogue EU/LAC |1. Promote a more efficient use of remittances in the macro-economic development of the country.2. Establish and/or develop systems for data collection and treatment in the field of migration flows. |3,0 |2005 | |Sub-Saharan Africa |All the countries of the region. |Migration and development + Legal Migration |Art. 2 § 1 a & b & d | Support improvement of laws, policies and management structures in the field of migration especially through actions of regional character. |1. Reinforce the link between migration and development (notably by improving transfer systems for remittances, enhancing the role of diasporas, limiting 'brain drain', favouring "brain circulation" and starting experiences at intra-regional level).2. Facilitation and circulation of legal migrants.3. Fight against smuggling of human beings and illegal immigration.4. Develop the capacity of authorities and responsible organisations to collect and analyse data on migrants and to manage the questions related to migration. |5,0 |2005 | |Sub-Saharan Africa |Countries receiving important quantities of refugees (with a priority for Tanzania) |Asylum and International Protection |Art. 2. § 1 c |Develop sustainable solutions in favour of refugees |Reinforce the capacity of protection in the host regions especially in order to 1) support the management capacity of the national authorities 2) develop registration and documentation systems for refugees et 3) tackle the problems concerning their integration in the host regions |4,0 |2005 | | | | | | | |40,350,000 | | |

[1] Ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar “Azzjonijiet Esterni permezz ta’ Programmi Tematiċi taħt il-Perspettivi Finanzjarji tal-Futur ta’ l-2007-2013” [COM(2005) 324 finali] tat-3 ta’ Awissu 2005.

[2] 14292/1/04 REV 1, il-Konklużjonijiet tal-Presidenza – Brussell 8 ta’ Diċembru 2004 Kap. 1.6.1.

[3] COM(2005)621.

[4] L-isem “Aeneas” ittieħed mill-eroj ta’ l-Aeneid ta’ Virġilju.

[5] € 30 miljun għall-2004, € 45 miljun għall-2005, € 45 miljun għall-2006, € 60 miljun għall-2007 u € 70 miljun għall-2008 (distribuzzjoni annwali indikattiva).

[6] Dan jispjega wkoll għaliex il-verżjoni Riveduta għall-2006 tad-dokument ta’ referenza tal-Programm AENEAS għall-2004-2006, li kellu jippjana l-attivitajiet ta’ dan ta’ l-aħħar għas-snin tal-baġit 2007-8, u kien inkluż (il-punt 2.7. (b) fil-Pjan ta’ Azzjoni li jimplimenta l-Programm ta’ l-Aja li kien approvat mill-Kunsill fl-10 ta’ Ġunju 2005, mhux se titwettaq aktar.

[7] 26 proġett fl-Afrika ta’ Fuq, fil-Balkani, fil-Lvant ta’ l-Ewropa, fin-Nofsinhar u fil-Lvant ta’ l-Asja se jkunu ko-finanzjati mill-Komunità sa ammont totali ta’ € 30 miljun, ara l-anness I.

[8] Dan il-programm tax-xogħol se jippermetti lill-Komunità li tagħti fondi b’mod konġunt kemm lill-Afrika ta’ Fuq u lill-Afrika ’l isfel mis-Saħara lil-Lvant Nofsani, lil-Lvant ta’ l-Ewropa, lill-Asja Ċentrali, lill-Balkani, lit-Turkija, liċ-Ċina, lill-Amerika Latina, lill-gżejjer tal-Karibew sa € 45 miljun; ara l-anness II.

[9] Bħalissa, kwalunkwe għotja li tingħata permezz ta’ sejħa għall-proposti taħt il-programm AENEAS taqa’ bejn minimu ta’ € 500 000 u massimu ta’ € 2 000 000; u l-għotja ma tistax taqbeż it-80% u ma tistax tkun inqas minn 50% ta’ l-ispejjeż totali eliġibbli ta’ l-azzjoni.

[10] F’dak li għandu x'jaqsam mal-pajjiżi qabel l-adeżjoni tagħhom inklużi l-Balkani tal-Punent, il-kooperazzjoni fl-oqsma tal-migrazzjoni u l-kenn politiku se tkompli tkun iffinanzjata taħt l-Istrument għall-Pajjiżi ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA) bħala parti integrali mill-programmi nazzjonali.

[11] It-titlu ta’ seminar organizzat fl-2005 miċ-Ċentru Internazzjonali għall-Iżvilupp tal-Politika ta’ l-Emigrazzjoni (ICMPD).

[12] COM (2002) 703

[13] Dwar dan is-suġġett ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill ta’ Mejju 2003 dwar l-emigrazzjoni u l-iżvilupp.

[14] COM (2005) 390

[15] COM (2003) 336

[16] COM (2004) 811

[17] COM (2005) 669

[18] COM(2005)642

[19] Ara wkoll il-Konklużjonijiet tal-Presidenza, Kunsill Ewropew ta’ Brussell, 15 u 16 ta’ Diċembru 2005, l-Anness I – Metodu Globali għall-Migrazzjoni.

Top