This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52005PC0108
Proposal for a Regulation of the European Parliament and of the Council establishing the European Union Solidarity Fund {SEC(2005) 447}
Proposta ta’ regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fond ta’ Solidarjetà ta’ l-Unjoni Ewropea {SEG(2005) 447}
Proposta ta’ regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fond ta’ Solidarjetà ta’ l-Unjoni Ewropea {SEG(2005) 447}
/* KUMM/2005/0108 finali - COD 2005/0033 */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 6.4.2005 KUMM(2005) 108 finali 2005/0033 (COD) Proposta ta’ REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jistabbilixxi l-Fond ta’ Solidarjetà ta’ l-Unjoni Ewropea (preżentata mill-Kummissjoni) {SEG(2005) 447} MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. KONTENUT TAL-PROPOSTA - Raġunijiet u għanijiet tal-proposta Fil-Komunikazzjoni tagħha dwar il-Perspettivi Finanzjarji adottati fl-14 ta’ Lulju 2004[1], il-Kummissjoni sejħet biex tittieħed azzjoni komuni fil-livell Ewropew biex tipprovdi reazzjoni b’mod effiċjenti u koordinat għal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza li għandhom oriġini differenti. L-azzjoni se tkopri kemm is-solidarjetà u r-reazzjoni rapida, b’miżuri li jippermettu reazzjoni immedjata u jipprovdu assistenza għall-konsegwenzi ta’ kriżijiet kbar. L-obbjettiv ta’ din il-proposta hu li jiżviluppa l-linja ta’ solidarjetà ta’ l-avvinċinament integrat tal-Kummissjoni, sabiex tkun assigurata reazzjoni f’każ ta’ diżastri kbar jew ta’ emerġenżi għas-saħħa pubblika, indipendentement min-natura u l-oriġini tagħhom. Hu mfassal fuq il-Fond ta’ Solidarjetà ta’ l-Unjoni Ewropea (EUSF)[2] filwaqt li jwessa’ l-iskop tiegħu u jtejjiblu l-mekkaniżmu operazzjonali tiegħu. Il-linja dwar il-preparament u t-twassil immedjat ta’ reazzjoni qed tiżviluppa permezz ta’ proposta komplementarja ta’ “Strument għal Preparazzjoni u Reazzjoni Rapida għal emerġenżi kbar”[3]. Aktar minn hekk, l-Artikolu 14 tar-Regolament li jistabbilixxi l-EUSF jistipula li r-Regolament għandu jkun rivedut mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2006. - Kuntest ġenerali L-espressioni ta’ solidarjetà ma’ pajjiżi terzi quddiem diżastri u sitwazzjoni ta’ emerġenza ilha teżisti għal ħafna snin bħala parti mill-azzjonijiet esterni ta’ l-UE. Fl-2002, wara għargħar kbir fl-Ewropea Ċentrali, l-EUSF twaqqaf sabiex jaġixxi għal eventwalitajiet simili fi ħdan l-UE u l-pajjiżi li kienu bdew in-negozjati ta’ l-Adeżjoni. L-EUSF attwali hu għaldaqstant prinċipalment limitat għall-diżastri naturali kbar. Hu jista’ jagħti assistenza finanzjarja lill-Stati eliġibbli li tammonta għal biljun euro fis-sena. Bl-istrumenti eżistenti reazzjoni adatta fi kriżijiet kbar fil-livell ta’ l-UE li mhumiex ta’ oriġini naturali hi estremament diffiċli jew anki impossibbli, kif jidher mill-aċċidenti industrijali bħal dak tat-tixrid taż-żejt tal-Prestige jew ta’ l-atti terroristiċi bħal bomba f’Madrid f’Marzu ta’ l-2004. L-istess, mhux possibbli attwalment li tkun ipprovduta assistenza mill-EUSF fl-eventwalità ta’ kriżi serja ta’ saħħa pubblika – bħat-tixrid ta’ epidemija simili għas-SARS fl-Ewropa jew bħal dik ikkawżata mill-aċċident li jixbah li dak ta’ Chernobyl – li tista’ faċilment tmur lilhinn mill-kapaċitajiet ta’ reazzjoni ta’ Stati individwali. Aktar minn hekk, il-livell bażiku biex ikun immobbilizzat l-EUSF – attwalment issettjat għal ħsara diretta li taqbeż it-3 biljun EUR, skond il-prezzijiet fl-2002, jew aktar minn 0.6% tal-GNI nazzjonali – hu estremament għoli. Bħala riżultat, aktar minn żewġ terzi ta’ l-applikazzjonijiet għall-assistenza mill-EUSF sa issa ppreżentati minn Stati eliġibbli kienu bbażati fuq eċċezzjoni għal dawk l-hekk imsejħa “diżastri reġjonali straordinarji”, b’hekk tħassret ir-raġuni fundamentali inizjali ta’ l-EUSF. Barra minn hekk, il-kriterji kwalitattivi pjuttost vagi għal mobbilizzazzjoni eċċezzjonali ta’ l-EUSF huma diffiċli li jkunu applikati fil-prattika u r-riżorsi baġitarji taħt din l-intestatura huma limitati għal 75 miljun EUR fis-sena biss. Il-mobbilizzazzjoni tal-Fond taħt il-kriterju ewlieni (“diżastru kbir”) għandha ssir aktar ir-regola milli l-eċċezzjoni. - Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ din il-proposta Il-proposta hi bbażata fuq il-Regolament EUSF attwali, li se jkun abrogat b’seħħ mill-mument li fih ir-Regolamenti l-ġodda proposti jibdew japplikaw, jiġifieri l-1 ta’ Jannar 2007. Apparti eżaminazzjoni bir-reqqa ta’ l-abbozzar legali l-fatturi u d-differenzi prinċipali ta’ sustanza huma dawn li ġejjin: L-iskop ġeografiku jibqa’ mhux mibdul; hu limitat għall-Istati Membri u l-pajjiżi li qed jinnegozjaw l-adeżjoni tagħhom ma’ l-UE. Għaldaqstant l-iskop tematiku hu mwessa’ biex ikopri mhux biss sitwazzjonijiet ta’ kriżijiet kbar li jirriżultaw minn diżastri naturali iżda wkoll biex jinkludi diżastri industrijali/teknoloġiċi, theddidiet għas-saħħa pubblika u atti terroristiċi. Il-Fond jibqa’ limitat għall-diżastri “kbar”. Dawn huma definiti bl-użu ta’ avviċinament doppju parzjalment ġdid. (1) Fil-preżent, ħsara totali diretta li taqbeż livell assolut jew relattiv, ikun liema jkun l-anqas wieħed, hija applikata għall-ħsara fiżika kkawżata minn diżastri inklużi l-ispejjeż ta’ l-intervent li għalih din toħloq il-bżonn. Fil-prattika din se tkopri mhux biss id-diżastri naturali iżda wkoll emerġenżi għas-saħħa pubblika, aċċidenti industrijali u ħsara fiżika li tirriżulta minn atti terroristiċi. Għaldaqstant dawn il-livelli bażiċi, tniżżlu minn 3 biljuni EUR jew 0.6% tal-GNI tal-pajjiż affettwat għal 1 biljun EUR jew 0.5% rispettivament. Il-livelli bażiċi ġodda huma dawk proposti mill-Kummissjoni fl-2002 meta twaqqaf l-istrument. B’dawn il-livelli bażiċi l-eliġibbiltà potenzjali tad-diżastri għall-assistenza tal-Fond hi miżjuda b’mod sinifikattiv. (2) Hu introdott kriterju ġdid ibbażat fuq konsiderazzjonijiet politiċi li jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni f’ċirokostanzi ġġustifikati b’mod xieraq u eċċezzjonali li tiddikjara sitwazzjoni ta’ diżastru “kbir” anke jekk il-kriterji kwantitattivi mhuxiex milħuqa. Dan jippermetti mobbilizzazzjoni tal-Fond għal sitwazzjonijiet ta’ kriżi fejn, filwaqt tad-deċiżjoni, l-ħsara fiżika għadha limitata; possibbiltà simili hi aktar possibbli f’attakki terroristiċi jew fi kriżijiet għas-saħħa pubblika. Din il-possibbiltà se tippermetti għotjiet ta’ assistenza lill-vittmi tat-terroriżmu jew biex jitħallsu miżuri ta’ emerġenza fl-eventwalità ta’ kriżijiet għas-saħħa mhux previsti u b’hekk isir possibbli t-tibdil tal-pilloli, mediċini u apparat mediku użati waqt emerġenza. Dan se jkun b’mod partikulari importanti biex tkun megħjuna l-UE f’każ ta’ pandemiki, b’mod partikulari fil-pandemiki ta’ influwenza li huma ddikjarati uffiċjalment. It-tliet pandemiki ta’ influwenza ta’ l-aħħar seklu (fl-1918, 1957 u 1968) qatlu miljuni ta’ nies u kkawżaw diżordni sħiħa fil-pajjiżi affettwati. Protezzjoni effettiva se tinħtieġ użu rapidu u wiesa’ ta’ mediċini anti-virali u vaċċini. L-EUSF jista’ jintuża biex jiffinanza mill-ġdid l-ispejjez ta’ dawn il-mediċinali. Ir-reviżjoni tal-livell bażiku, li jwessa’ b’mod sostanzjali l-eliġibbiltà tad-diżastri, jirrendi l-kontribuzzjoni ta’ l-eċċezzjoni għad-diżastri reġjonali invalida, peress li d-diżastri li jeħtieġu att ta’ solidarjetà Ewropea issa se jaqgħu fl-iskop normali. Dan l-element għandu jkun ta’ salvagwardja għall-EUSF biex jibqa’ strument għal diżastri kbar, filwaqt li diżastri reġjonali jew lokali jistgħu jkunu indirizzati b’mod dirett mill-istati kkonċernati, b’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà. Il-proċedura twila baġitarja neċessarja biex ikun immobbilizzat il-Fond permezz ta’ l-adozzjoni ta’ baġit li jemenda għal kull każ hi raġuni oħra biex ikun illimitat l-użu tal-Fond għal każijiet l-aktar severi. Aktar minn hekk, l-assistenza komunitarja biex tieħu ħsieb ta’ diżastri iżgħar tista’ wkoll tkun disponibbli minn strumenti komunitarji oħra. Għaldaqstant, il-mekkaniżmu tad-dikjarazzjoni għadu xorta waħda jippermetti lill-Fond li jkun immobbilizzat f’sitwazzjonijiet verament mhux mistennija u eċċezzjonali. Dan il-kriterju politiku għandu jkun użat biss f’każijiet ġġustifikati, evalwati mill-Kummissjoni, b’mod partikulari fl-eventwalità ta’ emerġenzi serji għas-saħħa pubblika jew f’atti terroristiċi. Fattur ġdid se jippermetti lill-Kummissjoni li tieħu f’ċertu ċirkustanzi azzjoni immedjata ta’ solidarjetà billi tagħmel pagament parzjali hekk kif l-Istat affettwat ikun applika għall-assistenza. Dan il-pagament parzjali hu ttrattat bħala self fuq l-assistenza li se tingħata meta l-proċedura baġitarja u ta’ evalwazzjoni tkun tlestiet. Fl-eventwalità li l-applikazzjoni ma tkunx aċċettata l-Istat applikant ikollu jħallas lura s-self lill-Kummissjoni. Il-mobbilizzazzjoni tal-Fond, kif inhi taħt din il-proċedura, għandha tkun possibbli biss wara domanda minn Stat eliġibbli. Wara l-evalwazzjoni u l-proposta tal-Kummissjoni lill-awtorità baġitarja dwar l-ammont ta’ assistenza finanzjarja li għandha tingħata, din ta’ l-aħħar tadotta baġit addizzjonali korrispondenti. Imbagħad il-Kummissjoni se tadotta deċiżjoni ta’ għotja, li tkun segwita mill-konklużjoni ta’ ftehim ta’ implimentazzjoni, li jwassal għal ħlas ta’ l-għotja. L-introduzzjoni ta’ ċerti salvagwardji/limiti ta’ żmien se tippermetti ħlas aktar mgħaġġel ta’ l-għotja. Operazzjonijiet eliġibbli jibqgħu limitati għal operazzjonijiet ta’ emerġenza pubblika. Huma estiżi biex jinkludu ħlasijiet ta’ kumpens lill-vittmi tat-terroriżmu u assistenza medika f’każ ta’ kriżijiet ta’ saħħa. Hi introdotta d-dispożizzjoni għal baġit ta’ assistenza teknika li se tkun tista’ tippermetti lill-Kummissjoni li tħallas lill-esperti biex jgħinu fl-evalwazzjoni ta’ l-applikazzjonijiet. - Konsistenza ma’ politiki u obbjettivi oħra ta’ l-Unjoni Il-proposta tinbena fuq strument ta’ politika eżistenti. Billi tkabbar l-iskop ta’ l-EUSF, u flimkien mal-proposta komplementari ġdida għal Reazzjoni Rapida u Strument ta’ Preparazzjoni għal emerġenżi kbar, hi għandha tneħħi n-nuqqas fil-leġiżlazzjoni attwali u tippermetti azzjoni komprensiva mill-Komunità bħala reazzjoni għal sitwazzjonijiet ta’ diżastri u kriżijiet kbar. Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Komunità, b’mod partikulari ma’ politiki ta’ koeżjoni, hi żgurata minn numru ta’ dispożizzjonijiet leġiżlattivi li, fost affarijiet oħra, jeskludu finanzjament doppju u jeħtieġu rispett għar-regoli ta’ prokura pubblika u għall-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja soda. 2. KONSULTAZZJONIJIET TA’ PARTIJIET INTERESSATI U EVALWAZZJONI TA’ L-IMPATT - Konsultazzjonijiet tal-partijiet interessati Il-Fond hu essenzjalment mekkaniżmu finanzjarju biex jikkumpensa l-baġits pubbliċi għal ħsara li tkun saret. Għalhekk, l-Istati Membri huma l-applikanti potenzjali u konsegwentement il-partijiet diretti kkonċernati. F’Mejju ta’ l-2004, il-Kummissjoni ppreżentat rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà. F’diversi okkażjonijiet dan ir-rapport, li jindirizza kwistjonijiet importanti rilevanti għall-proposta l-ġdida, kien diskuss ma’ l-Istati Membri fil-Kunsill fosthom f’laqgħa speċjali organizzata mill-grupp tal-baġit tal-Kunsill fl-Irlanda. Aktar minn hekk, l-opinjonijiet espressi mill-Kunsill u l-Parlament Ewropew f’diversi okkażjonijiet meta l-Kummissjoni kienet ipproponiet biex ikun immobbilizzat l-EUSF attwali taw riżultati rilevanti li huma riflessi fil-proposta. - Kollezzjoni u użu ta’ kompetenza Ma kienx hemm bżonn ta’ kompetenza esterna. - Evalwazzjoni ta’ impatt L-evalwazzjoni ta’ impatt tispjega r-raġuni fondamantali li minħabba fiha qed ikun sostitwit ir-Regolament ta’ l-EUSF b’ieħor ġdid, l-għażliet ta’ politika proposta, u l-impatti ta’ dawn l-għażliet ta’ politika. L-evalwazzjoni għandha x’taqsam b’mod partikulari mar-raġuni fondamentali tat-tkabbir ta’ l-iskop ta’ l-EUSF attwali u mat-tibdiliet proposti dwar il-livelli bażiċi ta’ eliġibbiltà. Ir-Regolament ġdid propost hu mqabbel ma’ xenarju ta’ “ebda tibdil”. Ir-riskju prinċipali inerenti fis-sitwazzjoni attwali hu li l-UE ma għandhiex strument biex taġixxi b’mod rapidu f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi u biex turi solidarjetà wara l-konsegwenzi lejn oħrajn apparti diżastri naturali. Dan jikkonċerna b’mod partikulari l-konsegwenzi ta’ diżastri industrijali u teknoloġiċi, ta’ theddid għas-saħħa pubblika u ta’ attakki terroristiċi. Rigward il-kriterji ta’ eliġibbiltà għall-EUSF attwali kien osservat, numru li dejjem qed jiżdied ta’ applikazzjonijiet għal għajnuna għal diżastri żgħar reġjonali, dan joħloq ir-riskju li l-għajnuna ta’ Solidarjetà mhix qed tkun mogħtija kif suppost, iżda sempliċement bħala spiża aċċessorja mingħajr valur miżjud veru. L-impatti prinċipali mistennija mill-proposta meta mqabbla max-xenarju ta’ “ebda tibdil” hu li jkun hemm reazzjoni aħjar fil-livell ta’ l-UE għal sitwazzjonijiet ta’ kriżi apparti dawk ta’ diżastri naturali. Azzjonijiet ta’ Solidarjetà għandhom fil-futur ikunu possibbli għal konsegwenzi ta’ sitwazzjonijiet oħra ta’ kriżi bħalma huma diżastri industrijali/teknoloġiċi, theddid għas-saħħa pubblika u attakki terroristiċi. Barra minn hekk, billi l-politika tkun iffokata fuq diżastri ġenwinament kbar u bit-tneħħija ta’ l-eliġibbiltà f’każ ta’ diżastri reġjonali, l-iffokar u l-effettività tal-miżuri ta’ solidarjetà għandhom jittejbu. Bħala riżultat ta’ l-evalwazzjoni, hu propost li titjieb ir-reazzjoni ta’ l-UE fl-affrontar ta’ sitwazzjonijiet ta’ kriżi kbar billi jkun adottat Regolament għall-Fond ta’ Solidarjetà ġdid. L-istrument il-ġdid għandu jkun imsejjes fuq l-EUSF attwali iżda jkun imwessa’ fl-iskop u kkonċentrat fuq diżastri kbar u sitwazzjonijiet ta’ kriż. Il-Kummissjoni wettqet evalwazzjoni ta’ impatt elenkata fil-Programm ta’ Ħidma, li r-rapport tiegħu hu aċċessibbli fuq il- Website ta’ l-InfoRegio tal-Kummissjoni: http://europa.eu.int/comm/regional_policy/funds/solidar/solid_en.htm. 3. Elementi legali tal-proposta - Sommarju ta’ l-azzjoni proposta L-azzjoni proposta tkompli u twessa’ dik ta’ l-EUSF attwali billi tagħti assistenza finanzjarja f’każ ta’ diżastru jew kriżijiet kbar lill-Istati Membri u lill-pajjiżi li qed jinnegozjaw l-adeżjoni tagħhom fl-UE . - Bażi legali Billi l-proposta tkopri azzjonijiet kemm fl-Istati Membri kif ukoll fil-pajjiżi kandidati hi teħtieġ bażi legali doppja, jiġifieri, it-tielet paragrafu ta’ l-Artikolu 159, u t-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 181a tat-Trattat tal-KE. L-Artikolu 159 kien użat bħala bażi legali għar-Regolament ta’ l-EUSF attwali fir-rigward ta’ l-Istati Membri. Filwaqt li l-iskop tekniku tal-proposta ġdida hu mwessa’, r-raġuni fondamentali tibqa’ l-istess. Għalhekk l-Artikolu 159 jibqa’ l-bażi legali adatt. Permezz ta’ l-Artikolu 181 tal-KE, it-Trattat ta’ Nizza introduċa dispożizzjoni legali speċifika għall-kooperazzjoni finanzjarja u ekonomika ma’ pajjiżi terzi li, skond il-Kummissjoni, hija bażi legali adatta għall-azzjonijiet proposti ta’ finanzjament tal-Fond li jirrigwardaw il-pajjiżi kandidati. Billi issa teżisti bażi legali speċifika, din għandha tkun użata bi preferenza għall-Artikolu 308 KE li kien użat qabel. - Prinċipju ta’ sussidjarjetà Il-prinċipju ta’ sussidjarjetà japplika sakemm il-proposta ma’ taqax taħt il-kompetenza esklussiva tal-Komunità. L-obbjettivi tal-proposta ma jistgħux ikunu milħuqa b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri minħabba r-raġunijiet li ġejjin. Filwaqt li ftehimiet eżistenti ta’ għajnuna reċiproka bejn Stati individwali f’ċertu każi huma effettivi ħafna biex jipprovdu tagħmir meħtieġ b’mod urġenti u skwadri ta’ intervent, it-tip ta’ diżastru kbir li l-proposta tindirizza jitlob ukoll solidarjetà finanzjarja li għaliha l-ebda mekkaniżmu effettiv ma jeżisti bejn l-Istati Membri. Il-piż finanzjarju potenzjali hu tali li ma jistax ikun imgħobbi fuq l-Istati Membri individwali weħedhom iżda biss billi jkun maqsum bejn l-Istati Membri kollha b’mod ugwali. L-Istati Membri għarfu dan meta waqqfu l-Fond attwali ta’ Solidarjetà ta’ l-Unjoni Ewropea fl-2002. Azzjoni komunitarja se twettaq aħjar l-obbjettivi tal-proposta għar-raġunijiet li ġejjin: Il-Fond il-ġdid hu speċifikament imfassal biex jagħti assistenza finanzjarja lill-Istati Membri u lill-pajjiżi kandidati eliġibbli biex jirreaġixxu f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi fejn il-kapaċità tagħhom hi insuffiċjenti biex taġixxi b’mod adatt u effettiv. Il-Fond jista’ biss ikun imħaddem fuq domanda ta’ pajjiż eliġibbli u jikkomplementa l-isforzi finanzjarji, fiżiċi u amministrattivi ta’ pajjiż applikant biex jaġixxi għas-sitwazzjonijiet ta’ kriżi. L-immobbilizzar tal-Fond jeħtieġ il-kunsens tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u b’hekk tkun murija solidarjetà finanzjarja mill-Komunità u l-Istati Membri kollha fejn tkun ikkunsidrata l-kapaċità tal-pajjiż affettwat biex ilaħħaq fis-sitwazzjoni permezz tal-mezzi finanzjarji tiegħu. Għalhekk il-proposta tħares il-prinċipju ta’ sussidjarjetà. - Prinċipju ta’ proporzjonalità Din il-proposta tħares il-prinċipju ta’ proporzjonalità għar-raġunijiet li ġejjin. L-obbligi imposti fuq Stati benefiċjarji huma limitati għall-minimu assolut u jirriflettu s-sitwazzjoni ta’ emerġenza li għaliha l-għajnuna tkun mogħtija. L-implimentazzjoni ta’ l-għotja hi mħollija b’mod sħiħ f’idejn l-awtoritajiet ta’ l-Istat benefiċjarju. B’mod partikulari, l-ammont sħiħ ta’ għajnuna hu mogħti bil-quddiem. Apparti l-konklużjoni ta’ ftehim ta’ implimentazzjoni bejn l-Istat benefiċjarju u l-Kummissjoni ma hemm l-ebda obbligi ta’ programmar jew monitorjar formali u proċeduri ta’ rapportar. Għaldaqstant l-Istat benefiċjarju hu rikjest li jippreżenta rapport li jiġġustifika l-użu li jkun għamel mill-għotja, li jinkludi dikjarazzjoni fl-aħħar ta’ l-operazzjoni. Il-piż amministrattiv li jaqa’ fuq il-Komunità u l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali hu għalhekk limitat b’mod estrem u ma jmurx lilhinn minn dak li hu meħtieġ biex jippermetti lill-Kummissjoni teżerċita r-responsabbiltà globali għat-twettiq tal-baġit komunitarju. - Għażla ta’ strumenti L-istrumenti proposti: Il-proposta tissostitwixxi r-Regolament eżistenti u għalhekk għandha wkoll tieħu l-forma ta’ Regolament. Mezzi oħra ma jistgħux ikunu adatti għax l-obbjettiv jista’ biss jintlaħaq permezz ta’ strument legali applikat b’mod dirett. 4. IMPLIKAZZJONIJIET TAL-BAġIT Il-proposta tibqa’ konsistenti mal-Fond ta’ Solidarjetà eżistenti billi tipprovdi assistenza finanzjarja għal tiswija immedjata u assistenza wara talba minn Stat Membru jew pajjiż kandidat. Il-Kummissjoni tipproponi li l-Fond ikun inkluż fl-Intestatura 3 ‘Ċittadinanza, Libertà, Sigurtà u Ġustizzja’ tal-kwadru finanzjarju ta’ l-2007-2013, bħala parti mill-istrumenti disponibbli biex jindirizzaw l-interessi taċ-ċittadini ta’ l-UE. Il-proċeduri jippreservaw il-ftehimiet attwali għall-involviment ta’ l-awtorità baġitarja fit-tħollija tar-riżorsi; u l-garanziji li r-riżorsi tal-Fond ikunu użati biss għal azzjonijiet ta’ solidarjetà speċifikament definiti. L-approprjazzjonijiet mhux użati ma jistgħux ikunu użati għal għanijiet oħra jew għall-’faċilità ta’ riallokazzjoni’ proposta mill-Kummissjoni. Sabiex ikun jista’ jirreaġixxi aktar malajr milli taħt l-EUSF attwali hemm dispożizzjoni maħsuba għal mekkaniżmu li bih taħt ċerti ċirkostanżi self bil-quddiem ta’ 5% ta’ l-ammont stmat għall-operazzjonijiet eliġibbli, iżda li ma jaqbiżx it-5 miljun EUR, jista’ jkun imħallas fuq talba bħala “solidarjetà immedjata”. F’dan il-każ, Approprjazzjonijiet ta’ Impenn disponibbli se jkollhom ikunu trasferiti għal-linji baġitarji rilevanti u trasferiti mill-ġdid meta l-applikazzjoni tkun approvata u l-baġit emendat jidħol f’seħħ. Dan il-pagament parzjali għandu jkun ittrattat bħala self fuq l-assistenza li se tingħata meta l-proċedura baġitarja u ta’ evalwazzjoni tkun tlestiet. Fl-eventwalità li l-applikazzjoni mhix aċċettata s-self għandu jkun imħallas lura lill-Kummissjoni. Il-pakkett finanzjarju previst għal Fond isegwi wkoll il-Fond ta’ Solidarjetà eżistenti, b’ammont annwali ta’ 1 biljun EUR (prezzijiet attwali). F’kull każ l-ammont ta’ assistenza kkunsidrata neċessarja hi mmobbilizzata permezz ta’ baġit li jemenda. L-istess bħall-preżent, kull sena fl-1 ta’ Ottubru, ta’ l-anqas kwart wieħed minn dan it-total annwali se jibqa’ disponibbli sabiex ikopri l-ħtiġijiet li jistgħu jinqalgħu sa l-aħħar tas-sena. 5. Informazzjoni addizzjonali - Simplifikazzjoni Il-proposta tipprovdi għas-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni. Azzjoni ta’ solidarjetà b’reazzjoni għal sitwazzjonijiet ta’ kriżi kbira indipendentement mill-oriġini jew kawża tagħhom għandha tkun koperta bi strument uniku. - Abrogazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti L-adozzjoni tal-proposta se twassal għall-abrogazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti. - Analiżi/reviżjoni/klawsola dwar il-limitazzjoni ta’ ħin Il-proposta tinkludi klawsola ta’ analiżi. Il-proposta tinkludi klawsola ta’ reviżjoni. 2005/0033 (COD) Proposta ta’ REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jistabbilixxi l-Fond ta’ Solidarjetà ta’ l-Unjoni Ewropea IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, u b’mod partikulari t-tielet paragrafu ta’ l-Artikolu 159 u t-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 181a tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni[4], Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Soċjali u Ekonomiku Ewropew[5], Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[6], Skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 251[7], Billi: (1) Fl-eventwalità ta’ diżastri kbar jew sitwazzjonijiet ta’ kriżi, il-Komunità għandha turi s-solidarjetà tagħha ma’ l-Istati Membri u l-popolazzjoni kkonċernata billi tipprovdi assistenza finanzjarja biex tikkontribwixxi għal ritorn rapidu lejn il-kondizzjonijiet ta’ għajxien normali fir-reġjuni affettwati u billi tikkontribwixxi fil-kumpens finanzjarju għall-vittmi tat-terroriżmu. (2) Il-Komunità għandha wkoll turi solidarjetà mal-pajjiżi li qed jinnegozjaw l-adeżjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea. (3) Diżastri kbar jew sitwazzjonijiet ta’ kriżi jistgħu jirriżultaw minn ġrajjiet teknoloġiċi, industrijali u naturali, fosthom tniġġis marittimu u theddidiet radjoloġiċi, jew minn emerġenżi ta’ saħħa pubblika, b’mod partikulari dikjarazzjoni ta’ pandemika ta’ influwenza, jew atti terroristiċi. L-istrumenti ta’ koeżjoni soċjali u ekonomiċi eżistenti għandhom il-kapaċità li jiffinanzjaw miżuri ta’ prevenzjoni kontra r-riskji u t-tiswija ta’ infrastruttura ddanniġġata. Il-Fond ta’ Solidarjetà ta’ l-Unjoni Ewropea stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (KE) 2012/2002[8] jagħti l-kapaċità lill-Komunità li tgħin biex ikunu mmobbilizzati servizzi ta’ emerġenza biex jinqdew il-ħtiġijiet immedjati tan-nies u biex tikkontribwixxi għar-rikostruzzjoni għal tul ta’ żmien qasir ta’ infrastruttura essenzjali ddanniġġata sabiex l-attività ekonomika tkun tista’ tkompli mill-ġdid fir-reġjuni milqutin minn diżastru. Għaldaqstant il-Fond hu prinċipalment limitat għal diżastri naturali. Għandha wkoll tkun magħmula dispożizzjoni li tippermetti lill-Komunità tintervieni fl-eventwalità ta’ sitwazzjonijiet ta’ kriżi ta’ oriġini li mhix naturali. (4) L-obbjettiv ta’ l-azzjoni li tittieħed hu biex jikkomplementa l-isforzi ta’ l-Istati kkonċernati f’każi ta’ din ix-xorta fejn l-effetti ta’ diżastru jew sitwazzjoni ta’ kriżi huma ta’ tali gravità li dawk l-Istati ma jistgħux jaffrontaw is-sitwazzjoni bil-mezzi tagħhom. Peress li l-obbjettiv ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u għaldaqstant, minħabba l-iskala ta’ l-effetti ta’ l-azzjoni, jista’ jinkiseb aħjar fil-livell tal-Komunità, il-Komunità tista’ tadotta miżuri skond il-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lilhinn minn dak li hu neċessarju sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet. (5) Skond il-prinċipju ta’ sussidjarjetà, l-azzjoni taħt dan ir-Regolament għandha tkun limitata għal diżastri kbar. Dawn għandhom ikunu definiti skond il-qasam; għaldaqstant, ċertu livell ta’ apprezzament politiku għandu jkun mogħti għaliex biex ikun hemm reazzjoni għal eventwalitajiet li l-konsegwenzi tagħhom huma partikularment serji iżda li, minħabba n-natura tagħhom, ma jistgħux ikunu evalwati biss abbażi tal-ħsara fiżika bħalma huma l-każijiet, b’mod partikulari, ta’ kriżijiet kbar għas-saħħa u ta’ atti terroristiċi. Tingħata konsiderazzjoni lill-sitwazzjoni speċifika ta’ reġjuni ’l bogħod u iżolati, bħalma huma r-reġjuni insulari u l-aktar ’il bogħod. (6) Diżastri kbar, partikularment dawk li huma ta’ oriġini naturali, spiss jaffettwaw aktar minn pajjiż wieħed. Fejn diżastru kbir jolqot Stat eliġibbli, l-assistenza għandha wkoll tingħata lill-pajjiż ġirien eliġibbli affettwat mill-istess diżastru. (7) L-għajnuna komunitarja għandha tkun komplementarja għall-isforzi ta’ l-Istati kkonċernati u tintuża biex tkopri parti min-nefqa pubblika ddedikata biex ikunu ttrattati l-operazzjonijiet l-aktar essenzjali ta’ emerġenza li jirriżultaw minn diżastru kbir. (8) Skond il-prinċipju ta’ sussidjarjetà, l-għajnuna komunitarja għandha tkun biss mogħtija wara l-applikazzjoni ta’ l-Istat affettwat. Il-Kummissjoni għandha tassigura trattament ugwali għat-talbiet ippreżentati mill-Istati. (9) L-Istati applikanti jista’ jkollhom ħtieġa immedjata għal assistenza finanzjarja biex tgħin ħalli jkunu koperti l-ispejjeż relatati ma’ intervenzjonijiet u l-operazzjonijiet ta’ salvataġġ l-aktar urġenti. Fejn Stat applikant jitlob dan, finanzjament bil-quddiem, soġġett għad-disponibbiltà baġitarja, għandu għalhekk jingħata hekk kif tkun milqugħa l-applikazzjoni. (10) Immaniġġjar finanzjarju prudenti hu meħtieġ biex jassigura li l-Komunità tkun f’pożizzjoni li tirreaġixxi jekk diversi diżastri kbar iseħħu fl-istess sena. (11) Hu adatt li jkun hemm lok għal deċiżjoni ta’ malajr li tittieħed biex ikunu ddedikati r-riżorsi finanzjarji speċifiċi u jkunu mobbilizzati malajr kemm jista’ jkun possibbli. Proċeduri amministrattivi għandhom ikunu aġġustati skond il-ħtieġa u limitati għall-minimu assolutament neċessarju. Għal dan l-iskop, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni kkonkludew Ftehim Inter-instituzzjonali dwar il-finanzjament tal-Fond Ewropew ta’ Solidarjetà ta’ l-Unjoni Ewropea[9]. (12) Il-mekkaniżmi ta’ ħlas u l-użu ta’ l-għotji mogħtija taħt dan ir-Regolament għandhom jirriflettu l-urġenza tas-sitwazzjoni. Għalhekk limitu ta’ żmien għandu jkun stipulat għall-użu ta’ l-assistenza finanzjarja mogħtija. (13) Jista’ jkun meħtieġ li Stat li jibbenefika minn assistenza jinvolvi, skond il-kuntest finanzjarju, legali, istituzzjonali jew kostituzzjonali speċifiċi tiegħu, l-awtoritajiet lokali jew reġjonali fil-konklużjoni u l-applikazzjoni ta’ l-implimentazzjoni tal-ftehimiet. L-Istat benefiċjarju għandu għaldaqstant jibqa’ responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ l-assistenza u għall-immaniġġjar u l-kontroll ta’ l-operazzjonijiet appoġġati mill-finanzjament komunitarju skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej[10], (hawn taħt imsejjaħ “ir-Regolament Finanzjarju”). (14) Operazzjoni ffinanzjata taħt dan ir-Regolament ma għandhiex tirċievi assistenza finanzjarja minn strumenti finanzjarji komunitarji oħra. Fejn, b’konnessjoni ma’ operazzjoni, assistenza finanzjarja hi pprovduta mill-Komunità jew minn strumenti internazzjonali involuti fil-kumpens ta’ ħsarat speċifiċi, dik l-operazzjoni ma għandhiex, għall-istess għan, tibbenefika minn assistenza taħt dan ir-Regolament. (15) Azzjoni komunitarja ma għandhiex tissolleva partijiet terzi mir-responsabbiltà tagħhom li, taħt il-prinċipju ta’ “min iħammeġ iħallas”, huma responsabbli l-ewwelnett għall-ħsara kkawżata minnhom, jew tiskoraġġixxi miżuri preventivi kemm fil-livell ta’ l-Istat Membru u tal-Komunità. (16) Trasparenza massima hi meħtieġa fl-implimentazzjoni ta’ l-assistenza finanzjarja tal-Komunità kif ukoll bħala mmonitorjar adatt ta’ l-użu tar-riżorsi. (17) Għandu jkun magħmul provvediment lill-Istati benefiċjarji biex jiġġustifikaw l-użu magħmul minn kull assistenza mogħtija. (18) F’każijiet eċċezzjonali u li jiddependu fuq id-disponibbiltà tar-riżorsi finazjarji għal azzjoni ta’ solidarjetà taħt dan ir-Regolament fis-sena li fiha jseħħ id-diżastru, għandu jsir provvediment għal għotijiet addizzjonali taħt l-approprjazzjonijiet finanzjarji għas-sena li jmiss. (19) Hu meħtieġ li jkun provdut li l-entitatjiet komunitarji kompetenti huma kapaċi jwettqu l-obbligi tagħhom rigward il-kontroll finanzjarju. (20) Assistenza għall-infiq li hu sussegwentement irkuprat minn partijiet terzi, jew assistenza li mhix użata skond ir-Regolament jew li kienet mogħtija eċċessivament mill-valutazzjoni finali tal-ħsarat, għandha tkun irkuprata. (21) Assistenza teknika għal azzjoni ta’ solidarjetà taħt dan ir-Regolament għandha tkun ipprovduta sabiex tittejjeb l-abbiltà tal-Kummissjoni biex tevalwa l-applikazzjonijiet magħmula lilha. (22) Ir-Regolament (KE) Nru 2012/2002 għandu jkun abrogat b’seħħ mid-data ta’ l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Għaldaqstant id-dispożizzjonijiet tiegħu għandhom ikomplu jkunu applikabbli għal kull applikazzjoni introdotta qabel din id-data. (23) Dan ir-Regolament għandu japplika mid-data ta’ l-applikabbiltà tal-Perspettivi Finanzjarji 2007-2013, ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Suġġett u skop 1. Fond ta’ Solidarjetà ta’ l-Unjoni Ewropea, hawn taħt imsejjaħ “il-Fond”, hu stabbilit biex jagħti l-kapaċità lill-Komunità li tirreaġixxi għal diżastri kbar li jaffettwaw l-Istati Membri, jew pajjiżi kandidati involuti f’negozjar ta’ adeżjoni ma’ l-Unjoni, hawn taħt imsejħa “l-Istati eliġibbli”. 2. Dan ir-Regolament jistipula regoli li jikkonċernaw l-operazzjonijiet tal-Fond b’konnessjoni ma’ dawn li ġejjin: (a) diżastri naturali; (b) diżastri teknoloġiċi u industrijali; (c) emerġenzi għas-saħħa pubblika; (d) atti terroristiċi. Artikolu 2 Diżastri kbar Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, diżastru għandu jkun ikkunsidrat kbir fejn jirriżulta, ta’ l-anqas f’wieħed mill-Istati eliġibbli, fi ħsara diretta, li l-ammont tagħha hu kkalkulat li jaqbeż il-biljun euro skond il-prezzijiet fl-2007 jew li jaqbeż iż-0.5% tad-dħul tal-prodott gross nazzjonali ta’ l-Istat ikkonċernat. Għaldaqstant, anki jekk dawn il-kriterji kwantitattivi mhumiex milħuqa, il-Kummissjoni tista’ f’ċirkostanzi ġġustifikati b’mod xieraq u eċċezzjonali, tagħraf li seħħ diżastru kbir fit-territorju ta’ Stat eliġibbli. Artikolu 3 Operazzjonijiet ta’ solidarjetà 1. Fuq talba ta’ Stat eliġibbli, il-Kummissjoni tista’ tagħti assistenza finanzjarja mill-Fond taħt forma ta’ għotja, jekk diżastru kbir iseħħ fit-territorju ta’ dak l-Istat. Fuq talba ta’ Stat eliġibbli li għandu fruntiera komuni ma’ l-Istat li għalih hemm referenza fl-ewwel subparagrafu u li kien affettwat mill-istess diżastru kbir, il-Kummissjoni tista’ wkoll tagħti assistenza mill-Fond lil dan l-Istat. 2. Għal kull xorta ta’ diżastru, l-Istat jista’ jirċievi biss għotja waħda. Artikolu 4 Operazzjonijiet eliġibbli Assistenza finanzjarja taħt dan ir-Regolament għandha tkun mogħtija biss għall-operazzjonijiet hawn taħt imsejħa “l-operazzjonijiet eliġibbli”, li huma mwettqa mill-awtoritajiet pubbliċi ta’ l-Istat ikkonċernat, jew minn entitajiet li qed jaġixxu fl-interess pubbliku, u li jappartienu għall-kategoriji li ġejjin: (a) operazzjonijiet essenzjali ta’ emerġenza neċessarji għar-rikostruzzjoni immedjata biex ikunu jistgħu jaħdmu mill-ġdid l-infrastruttura u l-impjant fl-oqsma ta’ l-enerġija, l-ilma u d-dranaġġ, it-telekomunikazzjonijiet, it-trasport, is-saħħa u l-edukazzjoni; (b) assistenza medika u miżuri immedjati biex tkun protetta l-popolazzjoni kontra theddid imminenti għas-saħħa, fosthom l-ispejjeż tat-tilqim, pilloli, prodotti mediċi u apparat mediku użati matul emerġenza; (c) forniment ta’ akkomodazzjoni temporanja u l-finanzjament ta’ servizzi biex jintlaħqu l-ħtigijiet immedjati tal-popolazzjoni kkonċernata; (d) operazzjonijiet essenzjali ta’ emerġenza biex ikunu immedjatament assigurati l-infrastrutturi preventivi; (e) miżuri għal protezzjoni immedjata tal-wirt kulturali u naturali; (f) operazzjonijiet essenzjali ta’ emerġenza għat-tindif immedjat taż-żoni milquta mid-diżastru; (g) assistenza medika, psikoloġika u soċjali lill-vittmi direttament milquta minn atti terroristiċi u lill-familji tagħhom. Artikolu 5 Applikazzjonijiet 1. Malajr kemm jista’ jkun u mhux aktar tard minn għaxar ġimgħat wara d-data ta’ l-ewwel ħsara kkawżata mid-diżastru, Stat eliġibbi jista’ jissottometti lill-Kummissjoni applikazzjoni għal assistenza mill-Fond, filwaqt li jipprovdi l-informazzjoni kollha disponibbli ta’ l-anqas dwar dawn li ġejjin: (a) il-ħsara kkawżata mid-diżastru u l-impatt tagħha fuq il-popolazzjoni u l-ekonomija kkonċernata; (b) analiżi ta’ l-ispejjeż ikkalkulati ta’ l-operazzjonijiet skond il-kategoriji elenkati fl-Artikolu 4 kif adatt għad-diżastru; (c) kull sorsi ta’ finanzjament komunitarju li setgħa kkontribwixxa biex jissewwew l-effetti tad-diżastru; (d) kull sorsi ta’ finanzjament internazzjonali jew nazzjonali, li jinkludu koperturi ta’ assigurazzjoni privati u pubbliċi, li jistgħu jikkontribwixxu għall-ispejjeż tat-tiswija tal-ħsara u b’mod partikulari għall-ispejjeż ta’ operazzjonijiet eliġibbli. L-informazzjoni pprovduta taħt punt (a) ta’ l-ewwel subparagrafu għandha tinkludi stima tat-total ta’ l-ammont ta’ ħsara direttament ikkawżata mid-diżastru. 2. Il-Kummissjoni għandha tevalwa, abbażi ta’ l-informazzjoni li għaliha hemm referenza f’paragrafu 1, u ta’ kull informazzjoni addizzjonali, li l-Kummissjoni setgħet fittxet jew inkella akkwistat, jekk il-kondizzjonijiet biex tagħti assistenza finanzjarja taħt din ir-Regolament humiex milħuqa. Fejn, għal finijiet ta’ l-ewwel subparagrafu, informazzjoni addizzjonali hi pprovduta mill-Istat ikkonċernat fuq l-inizjattiva tiegħu, din l-informazzjoni għandha tasal lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn xahrejn mid-data ta’ l-applikazzjoni. Għaldaqstant, fejn, għal finijiet ta’ l-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni titlob informazzjoni addizzjonali mill-Istat ikkonċernat, din l-informazzjoni għandha tasal lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn xahar mid-data tat-talba. Artikolu 6 Finanzjament bil-quddiem 1. Immedjament mal-wasla ta’ l-applikazzjoni li għaliha hemm referenza fl-Artikolu 5(1), il-Kummissjoni tista’, soġġett għad-disponibbiltà baġitarja, tadotta deċiżjoni li tagħti finanzjament bil-quddiem għall-operazzjonijiet eliġibbli l-aktar urġenti u tħallas il-finanzjament bil-quddiem lill-Istat ikkonċernat f’pagament wieħed mingħajr dewmien. L-ewwel subparagrafu għandu japplika biss fejn l-applikazzjoni għandha talba espliċita għal fininazjament bil-quddiem. 2. L-ammont tal-finanzjament bil-quddiem imħallas skond l-ewwel subparagrafu ta’ paragrafu 1 għandu jirrappreżenta 5% tat-total ta’ l-ispejjeż ikkalkulati li għalihom hemm referenza fl-Artikolu 5(1)(b), iżda dan ma għandux jaqbeż it-5 miljun EUR. Artikolu 7 Determinazzjoni ta’ l-assistenza finanzjarja 1. Il-Kummissjoni għandha, abbażi ta’ l-evalwazzjoni mwettqa skond l-Artikolu 5(2), tiddetermina kemm jista’ jkun malajr ammont adatt ta’ assistenza finanzjarja, jekk ikun hemm, biex tingħata skond il-limiti tar-riżorsi disponibbli. L-ammont ma jistax jaqbeż il-50% tat-total ta’ l-ispejjeż ikkalkulati li għalihom hemm referenza fl-Artikolu 5(1)(b). 2. Fejn, abbażi ta’ l-evalwazzjoni mwettqa skond l-Artikolu 5(2), il-Kummissjoni tikkonkludi li l-kondizzjonijiet biex tingħata l-assistenza taħt dan ir-Regolament huma milħuqa, hi għandha tinnotifika lill-Istat ikkonċernat dwar dak li sar. Kull finanzjament bil-quddiem imħallas skond l-Artikolu 6(1) għandu jkun imħallas lura lill-Kummissjoni sa żmien tliet xhur mid-data ta’ notifika. Artikolu 8 Proċedura baġitarja 1. Jekk il-Kummissjoni tikkonkludi li l-assistenza finanzjarja għandha tingħata mill-Fond, hi għandha tissottometti lill-awtoritajiet baġitarji l-proposti meħtieġa biex tawtorizza approprjazzonijiet li jikkorrispondu ma’ l-ammont determinat skond l-Artikolu 7(1). Il-proposti għandhom jinkludu dan li ġej: (a) l-evalwazzjoni mwettqa skond l-Artikolu 5(2), flimkien ma’ sommarju ta’ l-informazzjoni li fuqha bbażata dik l-evalwazzjoni; (b) evidenza li l-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3(1) huma milħuqa; (c) ir-raġunijiet li jiġġustifikaw l-ammonti proposti. 2. Meta l-approprjazzjonijiet ikunu disponibbli mill-awtoritajiet baġitarji, il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni ta’ għotja, billi tikkunsidra kull finanzjament bil-quddiem imħallas skond l-Artikolu 6(1). Artikolu 9 Ħlas u użu ta’ l-għotja 1. Wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ għotja, il-Kummissjoni għandha, immedjatament wara l-iffirmar tal-ftehim li għalih hemm referenza fl-Artikolu 10(1), tħallas l-għotja lill-Istat benefiċjarju f’pagament wieħed. 2. L-Istat benefiċjarju għandu juża l-għotja, kif ukoll kull interess miksub minnha, sa żmien 18-il xahar mid-data ta’ l-ewwel ħsara, biex jiffinanza l-operazzjonijiet eliġibbi mwettqa wara dik id-data. Artikolu 10 Implimentazzjoni ta’ l-għotja 1. Il-Kummissjoni u l-Istat benefiċjarju għandhom jikkonkludu, skond id-dispożizzjonijiet kostituzzjonali, istituzzjonali, legali jew finanzjarji speċifiċi għall-Istat u għall-Komunità, ftehim ta’ implimentazzjoni għad-deċiżjoni ta’ għotja. Dan il-ftehim għandu jispeċifika b’mod partikulari t-tip u l-lokalità ta’ l-operazzjonijiet li se jkunu ffinanzjati. 2. Il-Kummissjoni għandha tassigura li l-obbligi taħt il-ftehimiet ta’ implimentazzjoni huma l-istess għall-Istati benefiċjarji kollha. 3. L-Istat benefiċjarju għandu jagħżel operazzjonijiet individwali u jimplimenta l-għotja skond dan ir-Regolament, id-deċiżjoni ta’ għotja u l-ftehim. Din ir-responsabbiltà għandha tkun mingħajr preġudizzju lejn ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002, hawn taħt imsejjaħ “ir-Regolament Finanzjarju” applikabbi għal immaniġġjar deċentralizzat jew komuni. Artikolu 11 Finanzjament ta’ l-operazzjoni 1. Operazzjonijiet iffinanzjati, b’mod intier jew parzjali, skond ftehim ta’ implimentazzjoni ma għandhomx jirċievu finanzjament taħt strument ieħor tal-Komunità jew internazzjonali. L-Istat benefiċjarju għandu jassigura qbil ma’ l-ewwel subparagrafu. 2. L-Istati benefiċjarji għandhom ifittxu kull kumpens possibbli minn partijiet terzi. Artikolu 12 Kompatibbiltà ma’ Strumenti oħra Operazzjonijiet li jirċievu assistenza finanzjarja mill-Fond għandhom ikunu kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat u l-istrumenti adottati taħtu, mal-politiki u l-miżuri komunitarji u ma’ l-istrumenti ta’ assistenza ta’ qabel l-adeżjoni. Artikolu 13 Rapport finali u għeluq 1. Mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-aħħar tal-perjodu speċifikat fl-Artikolu 9(2), l-Istat benefiċjarju għandu jippreżenta rapport lill-Kummissjoni dwar it-tħaddim finanzjarju ta’ l-għotja, flimkien ma’ dikjarazzjoni li tiġġustifika l-ispiża u li tindika kull sors ieħor ta’ finanzjament aċċettat għall-operazzjonijiet ikkonċernati. Ir-rapport għandu jagħti dettall tal-miżuri preventivi introdotti jew proposti mill-Istat benefiċjarju sabiex jillimita l-ħsara u jevita, safejn hu possibbli, repetizzjoni ta’ diżastri simili. 2. Mhux aktar tard minn sitt xhur wara li l-Kummissjoni tirċievi l-informazzjoni kollha meħtieġa skond paragrafu 1, hi għandha tikkonkludi dwar l-assistenza finanzjarja mill-Fond. Artikolu 14 Użu ta’ l-Euro Applikazzjonijiet, deċiżjonijiet ta’ għotja, ftehimiet ta’ implimentazzjoni u rapporti li jaqgħu taħt dan ir-Regolament, kif ukoll kull dokumenti oħra kkonċernati, għandhom jiddikjaraw l-ammonti kollha f’euros. Artikolu 15 Insuffiċjenza finanzjarja 1. Fejn, fiż-żmien meta l-proposta ppreżentata skond l-Artikolu 8, ir-riżorsi finanzjarji disponibbli li jkun fadal għal dik is-sena mill-Fond mhumiex suffiċjenti biex ikopru l-ammont ta’ assistenza finanzjarja kkunsidrata neċessarja, il-Kummissjoni tista’ tipproponi li d-differenza tkun iffinanzjata mill-approprjazzjonijiet disponibbli għall-Fond għas-sena ta’ wara. 2. Il-limitu baġitarju annwali totali tal-Fond fis-sena li fiha jseħħ id-diżastru u s-sena ta’ wara għandu f’kull ċirkostanzi jkun irrispettat. Artikolu 16 Kontroll finanzjarju minn entitajiet komunitarji L-Istat benefiċjarju għandu jassigura li d-deċiżjonijiet ta’ finanzjament adottati skond il-ftehim ta’ implimentazzjoni previst skond l-Artikolu 10, u l-ftehimiet u kuntratti kollha li jirriżultaw minn dawn id-deċiżjonijiet ta’ finanzjament previsti għal verifiki mill-Kummissjoni, permezz ta’ l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF), u għal verifiki fil-post li jitwettqu mill-Kummissjoni jew mill-Qorti ta’ l-Awdituri, skond il-proċeduri adatti. Artikolu 17 Irkupru 1. F’każijiet fejn l-ammont ta’ ħsara diretta totali li saret hi ta’ l-anqas 10% anqas mill-ammont ikkalkulat ikkwotat skond l-Artikolu 5(1)(a), il-Kummissjoni tista’ titlob lill-Istat benefiċjarju biex iħallas lura ammont korrispondenti ta’ l-għajnuna finanzjarja aċċettata. 2. Fejn Stat benefiċjarju jonqos li jikkonforma ma’ l-Artikolu 10(3), il-Kummissjoni tista’ titlob lill-Istat benefiċjarju biex iħallas lura l-assistenza finanzjarja aċċettata kollha kemm hi jew parti minnha. 3. Qabel l-adozzjoni tad-Deċiżjoni li taqa’ taħt paragrafi 1 jew 2, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni adatta tal-każ u għandha, b’mod partikulari, tippermetti lill-Istat benefiċjarju perjodu speċifiku ta’ ħin li fih hu jissottometti l-kummenti tiegħu. 4. Kull somma aċċettata b’mod irregulari u li trid tkun irkuprata għandha tkun imħallsa lura lill-Kummissjoni. Rata awtomatika ta’ interess tista’ tkun mitluba titħallas fuq somom ta’ flus li ma tħallsux lura skond ir-Regolament Finanzjarju. Artikolu 18 Assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni 1. Fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni, suġġetta għal-livell ta’ 0.20% tar-riżorsi finanzjarji disponibbli għal dik is-sena, il-Fond jista’ jintuża biex jiffinanza appoġġ tekniku u amministrattiv ta’ mmonitorjar preparatorju, verifika u miżuri neċessarji ta’ kontroll biex ikun implimentat dan ir-Regolament. Dawn l-azzjonijiet għandhom ikunu mwettqa skond l-Artikolu 53(2) tar-Regolament Finanzjarju u kull dispożizzjoni oħra tar-Regolament u tar-regoli applikabbli ta’ implimentazzjoni tiegħu għal din il-forma ta’ twettiq tal-baġit. Dawn l-azzjonijiet għandhom b’mod partikulari jinkludu rapporti tekniċi biex jassistu lill-Kummissjoni twettaq l-evalwazzjoni ta’ l-applikazzjonijiet skond l-Artikolu 5(2). 2. Fejn kontribuzzjoni mill-Fond hi prevista biex takkwista servizzi esterni, il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni għall-azzjonijiet elenkati fl-ewwel subparagrafu ta’ paragrafu 1. Artikolu 19 Rapport annwali Qabel l-l ta’ Lulju ta’ kull sena, b’seħħ mill- [sena li ssegwi d-data ta’ applikazzjoni], il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-attivitajiet li fis-sena preċedenti jaqgħu taħt ir-Regolament. Dan ir-rapport għandu b’mod partikulari jkollu informazzjoni relatata ma’ l-applikazzjonijiet sottomessi, mad-deċiżjonijiet ta’ għotja adottati u mal-konklużjoni dwar l-assistenza finanzjarja mogħtija. Artikolu 20 Analiżi Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandu janalizza r-Regolament abbażi ta’ proposta mill-Kummissjoni mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2013. Artikolu 21 Abrogazzjoni Ir-Regolament (KE) Nru 2012/2002 hu abrogat b’seħħ mill-1 ta’ Jannar 2007. Referenzi magħmula għar-Regolament abrogat għandhom ikunu interpretati bħala referenzi għal dan ir-Regolament. Artikolu 22 Dispożizzjoni tranżitorja Ir-Regolament (KE) Nru 2012/2002 għandu jkompli japplika għall-applikazzjonijiet aċċettati mill-Kummissjoni qabel jew fil-31 ta’ Diċembru 2006. Artikolu 23 Id-dħul fis-seħħ Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea . Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2007. Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmula fi Brussel, Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Il-President Il-President LEGISLATIVE FINANCIAL STATEMENT 1. NAME OF THE PROPOSAL : Proposal for a REGULATION of the European Parliament and of the Council establishing the European Union Solidarity Fund 2. ABM / ABB FRAMEWORK Policy Area(s) concerned and associated Activity/Activities: Citizenship, Freedom, Security and Justice 3. BUDGET LINES 3.1. Budget lines (operational lines and related technical and administrative assistance lines (ex- B.A lines)) including headings : Three budget lines under heading 3 For Administrative Management: 13 01 04 04 For Member States: 13 06 01 For Candidate countries: 13 06 02 3.2. Duration of the action and of the financial impact: Indeterminate, with the possibility of using up to EUR 1000 million per year in current prices to be made available on a case by case basis by the budgetary authority in the event of major disasters upon proposal from the Commission of an amending budget Up to 0.2% of any grant paid under the EUSF may be used for Technical Assistance under 13 01 04 04. Up to 5% of the estimated costs of eligible operation claimed in the application - but no more than EUR5 million in each case – may be granted as advance funding upon request of the affected Member State. In this case, available Commitment Appropriations would have to be transferred to either 13 06 01 or 13 06 02 and re-transferred once the application has been approved and the amending budget becomes effective. The Member State would have to repay the advance payment if the application is not approved. 3.3. Budgetary characteristics (add rows if necessary) : Budget line | Type of expenditure | New | EFTA contribution | Contributions from applicant countries | Heading in financial perspective | 13 01 04 04 | Non-comp | Non Diff | Yes | No | No | No 3 | 13 06 01 | Non-comp | Diff[11] | NO | NO | NO | No 3 | 13 06 02 | Non-comp | Diff | NO | NO | NO | No 3 | 4. SUMMARY OF RESOURCES 4.1. Financial Resources 4.1.1. Summary of commitment appropriations (CA) and payment appropriations (PA) EUR million (to 3 decimal places) Expenditure type | Section no. | Year n | n + 1 | n + 2 | n + 3 | n + 4 | n + 5 and later | Total | Operational expenditure[12] | Commitment Appropriations (CA) | 8.1 | a | p.m. | p.m. | p.m. | p.m. | p.m. | p.m. | p.m. | Payment Appropriations (PA) | b | p.m. | p.m. | p.m. | p.m. | p.m. | p.m. | p.m. | Administrative expenditure within reference amount[13] | Technical & administrative assistance (NDA) | 8.2.4 | c | p.m. | p.m. | p.m. | p.m. | p.m. | p.m. | p.m. | TOTAL REFERENCE AMOUNT | Commitment Appropriations | a+c | p.m. | p.m. | p.m. | p.m. | p.m. | p.m. | p.m. | Payment Appropriations | b+c | p.m. | p.m. | p.m. | p.m. | p.m. | p.m. | p.m. | Administrative expenditure not included in reference amount[14] | Human resources and associated expenditure (NDA) | 8.2.5 | d | 0.216 | 0.216 | 0.216 | 0.216 | 0.216 | 0.216 | Administrative costs, other than human resources and associated costs, not included in reference amount (NDA) | 8.2.6 | e | Total indicative financial cost of intervention TOTAL CA including cost of Human Resources | a+c+d+e | p.m. | p.m. | p.m. | p.m. | p.m. | p.m. | p.m. | TOTAL PA including cost of Human Resources | b+c+d+e | p.m. | p.m. | p.m. | p.m. | p.m. | p.m. | p.m. | Co-financing details If the proposal involves co-financing by Member States, or other bodies (please specify which), an estimate of the level of this co-financing should be indicated in the table below (additional lines may be added if different bodies are foreseen for the provision of the co-financing): EUR million (to 3 decimal places) Co-financing body | Year n | n + 1 | n + 2 | n + 3 | n + 4 | n + 5 and later | Total | …………………… | f | TOTAL CA including co-financing | a+c+d+e+f | 4.1.2. Compatibility with Financial Programming X The proposal is compatible with existing financial programming. X The proposal will entail reprogramming of the relevant heading in the financial perspective. X The proposal may require application of the provisions of the Interinstitutional Agreement[15] (i.e. flexibility instrument or revision of the financial perspective). 4.1.3. Financial impact on Revenue X The proposal has no financial implications on revenue ( Proposal has financial impact – the effect on revenue is as follows: NB: All details and observations relating to the method of calculating the effect on revenue should be shown in a separate annex. EUR million (to one decimal place) Prior to action [Year n-1] | Situation following action | Total number of human resources | 2 | 2 | 2 | 2 | 2 | 2 | 5. CHARACTERISTICS AND OBJECTIVES Details of the context of the proposal are required in the Explanatory Memorandum. This section of the Legislative Financial Statement should include the following specific complementary information: 5.1. Need to be met in the short or long term See Explanatory Memorandum 5.2. Value-added of Community involvement and coherence of the proposal with other financial instruments and possible synergy See Explanatory Memorandum 5.3. Objectives, expected results and related indicators of the proposal in the context of the ABM framework 5.4. Method of Implementation (indicative) Show below the method(s)[17] chosen for the implementation of the action. Shared management with Member states Decentralised management with third countries (candidate countries negotiating accession to the Union) 6. MONITORING AND EVALUATION Monitoring and evaluation are limited to reflect the character of the instrument and in order not to impose undue burdens on national administrations in the event of a major disaster. However, monitoring visits around mid-term of the implementation of the grant are foreseen for selected cases. ANTI-FRAUD MEASURES The proposal foresees that control and audit measures are to be carried out by the beneficiary state on the basis of a risk analysis. The beneficiary State has to present a report to the Commission on the financial execution of the grant, together with a statement justifying the expenditure and indicating any other source of funding received for the operations concerned. The proposal foresees the possibility of audits by Community bodies in accordance with the Financial Regulation. 7. DETAILS OF RESOURCES 7.1. Objectives of the proposal in terms of their financial cost Commitment appropriations in EUR million (to 3 decimal places) 7.2.2. Description of tasks deriving from the action Assessment of applications, preparation of grant decisions, monitoring and closure of assistance 7.2.3. Sources of human resources (statutory) Two statutory posts currently allocated to the management of the programme 7.2.4. Other Administrative expenditure included in reference amount (XX 01 04/05 – Expenditure on administrative management) EUR million (to 3 decimal places) Budget line (number and heading) 13 01 04 04, heading 3 | Year n | Year n+1 | Year n+2 | Year n+3 | Year n+4 | Year n+5 and later | TOTAL | Other technical and administrative assistance | p.m. | p.m. | p.m. | p.m. | p.m. | p.m. | p.m. | - intra muros | - extra muros | Total Technical and administrative assistance | p.m. | p.m. | p.m. | p.m. | p.m. | p.m. | p.m. | 7.2.5. Financial cost of human resources and associated costs not included in the reference amount EUR million (to 3 decimal places) Type of human resources | Year n | Year n+1 | Year n+2 | Year n+3 | Year n+4 | Year n+5 and later | Officials and temporary staff (XX 01 01) | 0.216 | 0.216 | 0.216 | 0.216 | 0.216 | 0.216 | Staff financed by Art XX 01 02 (auxiliary, END, contract staff, etc.) (specify budget line) | Total cost of Human Resources and associated costs (NOT in reference amount) | 0.216 | 0.216 | 0.216 | 0.216 | 0.216 | 0.216 | Calculation– Officials and Temporary agents Reference should be made to Point 8.2.1, if applicable 2 statutory posts à EUR 108.000 p.a Calculation– Staff financed under art. XX 01 02 Reference should be made to Point 8.2.1, if applicable 7.2.6. Other administrative expenditure not included in reference amount EUR million (to 3 decimal places) XX 01 02 11 02 – Meetings & Conferences | XX 01 02 11 03 – Committees[23] | XX 01 02 11 04 – Studies & consultations | XX 01 02 11 05 - Information systems | 2 Total Other Management Expenditure (XX 01 02 11) | 3 Other expenditure of an administrative nature (specify including reference to budget line) | Total Administrative expenditure, other than human resources and associated costs (NOT included in reference amount) | Calculation - Other administrative expenditure not included in reference amount [1] KUMM(2004) 101. [2] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002/- ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3. [3] KUMM(2005) 113, 6.4.2005. [4] ĠU L , , p. . [5] ĠU L , , p. . [6] ĠU L , , p. . [7] ĠU L , , p. . [8] ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3. [9] Dan għadu mhux ippubblikat. [10] ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. [11] Differentiated appropriations. [12] Expenditure that does not fall under Chapter xx 01 of the Title xx concerned. [13] Expenditure within article xx 01 04 of Title xx. [14] Expenditure within chapter xx 01 other than articles xx 01 04 or xx 01 05. [15] See points 19 and 24 of the Interinstitutional agreement. [16] Additional columns should be added if necessary i.e. if the duration of the action exceeds 6 years. [17] If more than one method is indicated please provide additional details in the "Relevant comments" section of this point. [18] As described under Section 5.3. [19] Cost of which is NOT covered by the reference amount. [20] Cost of which is NOT covered by the reference amount. [21] Cost of which is included within the reference amount. [22] Reference should be made to the specific legislative financial statement for the Executive Agency(ies) concerned. [23] Specify the type of committee and the group to which it belongs.