EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52005PC0022
Opinion of the Commission pursuant to Article 251 (2), third subparagraph, point (c) of the EC Treaty, on the European Parliament's amendments to the Council's common position regarding the proposal for a Regulation of the European Parliament and of the Council on maximum residue levels of pesticides in or on food and feed of plant and animal origin and amending Council Directive 91/414/EEC (COM (2003) 117 Final – 2003/0052 (COD)) amending the proposal of the Commission pursuant to Article 250 (2) of the EC Treaty
Opinjoni tal-Kummissjoni skond l-Artikolu 251(2), it-tielet subparagrafu, punt (c) tat-Trattat ta’ l-UE, dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew għal pożizzjoni komuni tal-Kunsill dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropewu tal-Kunsill dwar il-livelli massimi ta’residwi ta’ pestiċidi fl-ikel jew fuq ikel u għalf li joriġinaw mill-pjanti jew l-annimali u li jemenda d-direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (KUMM (2003) 117 Finali – 2003/0052 (COD)) li temenda l-proposta tal-Kummissjoni skond l-Artikolu 250 (2) tat-Trattat KE
Opinjoni tal-Kummissjoni skond l-Artikolu 251(2), it-tielet subparagrafu, punt (c) tat-Trattat ta’ l-UE, dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew għal pożizzjoni komuni tal-Kunsill dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropewu tal-Kunsill dwar il-livelli massimi ta’residwi ta’ pestiċidi fl-ikel jew fuq ikel u għalf li joriġinaw mill-pjanti jew l-annimali u li jemenda d-direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (KUMM (2003) 117 Finali – 2003/0052 (COD)) li temenda l-proposta tal-Kummissjoni skond l-Artikolu 250 (2) tat-Trattat KE
/* KUMM/2005/0022 finali - COD 2003/0052 */
Opinjoni tal-Kummissjoni skond l-Artikolu 251(2), it-tielet subparagrafu, punt (c) tat-Trattat ta’ l-UE, dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew għal pożizzjoni komuni tal-Kunsill dwar proposta għal regolament tal-Parlament ewropewu tal-Kunsill dwar il-livelli massimi ta’residwi ta’ pestiċidi fl-ikel jew fuq ikel u għalf li joriġinaw mill-pjanti jew l-annimali u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (KUMM (2003) 117 Finali – 2003/0052 (COD)) li temenda l-proposta tal-Kummissjoni skond l-Artikolu 250 (2) tat-Trattat KE /* KUMM/2005/0022 finali - COD 2003/0052 */
Brussel 25.1.2005 KUMM(2005) 22 finali 2003/0052 (COD) OPINJONI TAL-KUMMISSJONI skond l-Artikolu 251(2), it-tielet subparagrafu, punt (c) tat-Trattat ta’ l-UE, dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew għal pożizzjoni komuni tal-Kunsill dwar proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEWU TAL-KUNSILL dwar il-livelli massimi ta’residwi ta’ pestiċidi fl-ikel jew fuq ikel u għalf li joriġinaw mill-pjanti jew l-annimali u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (KUMM (2003) 117 Finali – 2003/0052 (COD)) LI TEMENDA L-PROPOSTA TAL-KUMMISSJONISKOND L-ARTIKOLU 250 (2) TAT-TRATTAT KE 2003/0052 (COD) OPINJONI TAL-KUMMISSJONI skond l-Artikolu 251(2), it-tielet subparagrafu, punt (c) tat-Trattat ta’ l-UE, dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew għal pożizzjoni komuni tal-Kunsill dwar proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEWU TAL-KUNSILLdwar il-livelli massimi ta’residwi ta’ pestiċidi fl-ikel jew fuq ikel u għalf li joriġinaw mill-pjanti jew l-annimali u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (KUMM (2003) 117 Finali – 2003/0052 (COD )) 1- SFOND Il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livelli massimi ta’ residwi ta’ pestiċidi fl-ikel jew fuq ikel u għalf li joriġinaw mill-pjanti jew l-annimali u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE(KUMM (2003) 117 Finali) ġiet adottata mill-Kummissjoni fl-14 ta' Marzu 2003. Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ta l-Opinjoni tiegħu fis-16 ta’ Lulju 2003. Il-Kumitat tar-Reġjuni ddeċieda li ma joħroġx Opinjoni dwar il-proposta. Il-Parlament Ewropew ta l-Opinjoni tiegħu (l-Ewwel Qari) fl-20 ta’ April 2004. Il-Kummissjoni adottat il-proposta emendata fis-26 ta’ April 2004. Il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill ġiet mgħarrfa lill-Parlament Ewropew fit-8 ta’ Settembru 2004. Il-Parlament Ewropew ta l-Opinjoni tiegħu (it-Tieni Qari) fil-15 ta’ Diċembru 2004. L-Opinjoni tistipula l-pożizzjoni tal-Kummissjoni dwar l-emendi adottati mill-Parlament Ewropew fil-15 ta’ Diċembru 2004 skond l-Artikolu 251 (2)(c) tat-Trattat ta’ l-KE. 2- L-GĦAN TAL-PROPOSTA TAL- KUMMISSJONI 1. L-għan ta’ l-abbozz tar-Regolament propost hu li jibdel, jikkodifika u jissemplifika l-erba’ Direttivi tal-Kunsill eżistenti dwar il-Livelli Massimi ta’ Residwi (MRLs) għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti (d-Direttivi 76/895/KEE, 86/362/KEE, 86/363/KEE U 90/642/KEE), sabiex jiġu armonizzati l-MRLs kollha fuq livell ta’ l-UE u sabiex jiġu mfissra r-rwoli ta’ l-Istati Membri, tal-Kummissjoni, u ta’ l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà ta’ l-Ikel (EFSA) u ta’ partijiet oħrajn fil-proċess ta’ stabbiliment ta’ l-MRLs. 2. Ir-Regolament jipprovdi sabiex l-MRLs ikunu jistgħu jiġu applikati u inforzati direttament fl-Istati Membri, megħjuna mill-istudji dwar ir-riskji lill-konsumatur li huma disponibbli pubblikament u li għalihom l-EFSA għandha r-responsabbilità sħiħa. Fejn prodotti għal ħarsien tal-pjanti mhumiex awtorizzati sabiex jintużaw fil-Komunità, jew fejn l-użu barra mill-Komunità mhux aċċettat f'termini ta’ inġestjoni ta’ residwi mill-konsumaturi, jew fejn id-data mhix biżżejjed biex jitlesta studju dwar ir-riskji, valur pre-stabbilit ta’ 0.01 mg/kg għandu japplika. 3. Ir-Regolament jiddefinixxi l-obbligi ta’ l-Istati Membri fir-rigward tal-kontroll u l-infurzar ta’ l-MRLs u r-rappurtar ta’ data dwar il-kontroll u l-infurzar lill-EFSA u l-pubblikazzjoni ta’ din id-data f’rapport annwali mill-EFSA. 3. L-opinjoni tal-Kummissjoni dwar l-emendi proposti mill-parlament 3.1. Taqsira tal-pożizzjoni tal-Kummissjoni Il-Parlament Ewropew adotta 35 emenda. L-emendi kollha jistgħu jiġu aċċettati mill-Kummissjoni mingħajr riżervi. 3.2. L-emendi tal-Parlament wara t-tieni qari L-emendi adottati huma b’riżultat tal-kompromess bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni milħuq fin-negozjati matul it-tieni qari tal-proċedura ta' Deċiżjoni Konġunta. It-test li rriżulta huwa kompromess sodisfaċenti għall-Kummissjoni. Xi emendi dwar l-istabbiliment tal-livelli massimi ta' residwi ta' pestiċidi (MRLs) jirriflettu l-prassi ta' ħidma li teżisti digà, u jsemmuhom b’mod espliċitu fil-leġiżlazzjoni. Emendi oħra jipprovdu għall-iżvilupp u l-applikazzjoni tal-metodoloġija l-ġdida. Il-Kummissjoni hija favur l-emendi kollha u dan għamlitu ċar waqt in-negozjati. L-emendi huma konformi mal-proposta oriġinali u huma pass ’il quddiem meta mqabbla mal-leġiżlazzjoni eżistenti. 4. Konklużjoni Skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE, il-Kummissjoni temenda l-proposta kif stipulat hawn fuq.