EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52005AG0004

Pożizzjoni komuni (KE) Nru 4/2005, tal-21 ta' Ottubru 2004, adottata mill-Kunsill, waqt li jaġixxi skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, bil-ħsieb ta' l-adozzjoni ta' Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni 1419/1999/KE li tistabbilixxi azzjoni Komunitarja għall-avveniment tal-“Kapitali Ewropea tal-Kultura” għas-snin 2005-2019

OJ C 25E, 1.2.2005, p. 41–43 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)

1.2.2005   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

CE 25/41


POŻIZZJONI KOMUNI (KE) Nru 4/2005

adottata mill-Kunsill fil-21 ta' Ottubru 2004

bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Deċiżjoni Nru.../2005/CE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ta'....., li temenda d-Deċiżjoni 1419/1999/KE li tistabbilixxi azzjoni Komunitarja għall-avveniment tal-“Kapitali Ewropea tal-Kultura” għas-snin 2005-2019

(2005/C 25E/04)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 151 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),

Waqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni Nru 1419/1999/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Mejju 1999 li tistabbilixxi azzjoni tal-Komunità għall-avveniment Kapitali Ewropea tal-Kultura għas-snin 2005 sa 2019 (3) timmira li titfa dawl fuq il-ġid, id-diversità u l-karatteristiċi maqsuma tal-kulturi Ewropej u li tikkontribwixxi għat-titjib ta' l-għarfien reċiproku taċ-ċittadini Ewropej.

(2)

L-Anness I għad-Deċiżjoni Nru 1419/1999/KE jistabbilixxi l-ordni kronoloġiku skond liema l-Istati Membri jistgħu jippreżentaw nominazzjonijiet għal dan l-avveniment. L-Anness imsemmi huwa limitat għall-Istati Membri fiż-żmien li d-Deċiżjoni ġiet adottata fil-25 ta' Mejju 1999.

(3)

L-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni Nru 1419/1999/KE jgħid li dik id-deċiżjoni tista' tiġi riveduta, b'mod partikolari bil-ħsieb tat-tkabbir futur ta' l-Unjoni Ewropea.

(4)

Fid-dawl tat-tkabbir tal-2004, huwa importanti li l-Istati Membri l-ġodda jkunu wkoll jistgħu, f'perjodu ta' żmien qasir, jippreżentaw nominazzjonijiet fil-kuntest ta' l-avveniment Kapitali Ewropea tal-Kultura, mingħajr ma jinbidel l-ordni eżistenti għall-Istati Membri l-oħrajn sabiex, mill-2009 'il quddiem u sa l-aħħar ta' l-azzjoni attwali tal-Komunità, żewġ kapitali jistgħu jkunu magħżula kull sena fl-Istati Membri.

(5)

Id-Deċiżjoni Nru 1419/1999/KE għandha tiġi hekk emendata,

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni Nru 1419/1999/KE qegħda hawn tiġi emendata kif ġej:

1)

Għandha tiġi mdaħħla l-premessa li ġejja:

“(12a)

Billi għandhom jitqiesu l-konsegwenzi finanzjarji ta' din id-Deċiżjoni b'tali mod li jiġi żgurat li hemm fondi tal-Komunità adegwati u xierqa għall-għażla ta' żewġ Kapitali Ewropej tal-Kultura;”;

(2)

L-Artikolu 2(1) għandu jiġi mibdul bis-segwenti:

“1.   Bliet fl-Istati Membri għandhom jintgħażlu bħala ”Kapitali Ewropea tal-Kultura“, meta jkun imisshom, skond kif stabbilit fil-lista li tidher fl-Anness 1. Sa l-2008, inkluż l-għażla għandha tapplika għal belt waħda ta' l-Istat Membru li jidher fuq il-lista. Mill-2009 'il quddiem, l-għażla għandha tapplika għal belt waħda ta' kull Stat Membru li jidher fuq il-lista. L-ordni kronoloġiku stabbilit fl-Anness I jista' jiġi mibdul bi ftehim reċiproku bejn l-Istati Membri kkonċernati. Kull Stat Membru involut għandu jippreżenta, meta jmissu, in-nominazzjoni ta' belt waħda jew aktar lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kummissjoni u l-Kumitat tar-Reġjuni. Din in-nominazzjoni għandha tiġi preżentata mhux aktar tard minn erba' snin qabel m'għandu jibda l-avveniment in kwistjoni u tista' tiġi akkumpanjata minn rakkomandazzjoni mill-Istat Membru konċernat.”;

(3)

L-Anness I għandu jiġi mibdul bit-test li jidher fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandha tapplika mill-1 ta' Mejju 2004.

Magħmula fil-Lussemburgu,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C 121, 30.4.2004, p. 15.

(2)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2004 (ĠU C 104E, 30.4.2004), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tal-..(għadha mhux pubblikata fil-ĠU) u Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal- (għadha mhux pubblikata fil-ĠU).

(3)  ĠU L 166, 1.7.1999, p. 1.


ANNESS

ORDNI TAD-DRITT GĦAN-NOMINA TA' “KAPITALI EWROPEA TAL-KULTURA”

2005

L-Irlanda

 

2006

Il-Greċja (1)

 

2007

Il-Lussemburgu

 

2008

Ir-Renju Unit

 

2009

L-Awstrija

Il-Litwanja

2010

Il-Ġermanja

L-Ungerija

2011

Il-Finlandja

L-Estonja

2012

Il-Portugall

Is-Slovenja

2013

Franza

Is-Slovakkja

2014

L-Isvezja

Il-Latvja

2015

Il-Belġju

Ir-Repubblika Ċeka

2016

Spanja

Il-Polonja

2017

Id-Danimarka

Ċipru

2018

L-Olanda (1)

Malta

2019

L-Italja

 


(1)  Il-Kunsill tal-Kultura/Awdjoviżwali, fil-laqgħa tiegħu tat-28 ta' Mejju 1998, innota l-iskambju ta' pożizzjonijiet bejn il-Greċja u l-Olanda skond l-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni 1419/1999/KE.


DIKJARAZZJONI TAR-RAĠUNIJIET TAL-KUNSILL

I.   INTRODUZZJONI

1.

Fis-17 ta' Novembru 2003, il-Kummissjoni ssottomettiet proposta għal deċizjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, ibbażata fuq l-artikolu 151 tat-Trattat KE, li temenda d-Deċiżjoni 1419/1999/KE li tistabbilixxi azzjoni Komunitarja għall-avveniment “Kapitali Ewropea tal-Kultura” għas-snin 2005 sa 2019.

2.

Il-Parlament Ewropew ta l-opinjoni tiegħu fl-ewwel qari fit-22 April 2004. Il-Kummissjoni għamlet preżentazzjoni orali tal-proposta modifikata tagħha fid-29 ta' April 2004.

3.

Il-Kumitat tar-Reġjuni ta l-opinjoni tiegħu fl-21 ta' April 2004 (1).

4.

Fil-21 ta' Ottubru 2004, il-Kunsill adotta l-pożizzjoni komuni tiegħu skond l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE.

II.   L-GĦAN TAL-PROPOSTA

Il-proposta għandha l-għan li tippermetti lill-Istati Membri l-ġodda jipparteċipaw fl-avveniment tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura qabel ma tiskadi d-deċiżjoni attwali fl-2019. Ma tbiddilx l-ordni eżistenti ta' dritt għal nomini mill-Istati Membri, iżda tistabbilixxi sistema ġdida li taħtar żewġ Stati Membri eliġibbli li jissottomettu nomini kull sena mill-2009 'il quddiem, sabiex żewġ kapitali jistgħu jiġu magħżula fl-Istati Membri.

III.   ANALIŻI TAL-POŻIZZJONI KOMUNI

1.   Kummenti ġenerali

Il-Kunsill ma għamel l-ebda emenda lill-proposta tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni aċċettat b'mod sħiħ 1 mill-5 emendi proposti mill-Parlament (emenda 1).

2.   Emendi magħmula mill-Parlament Ewropew

2.1.   Emendi aċċettati mill-Kunsill

Il-Kunsill approva b'mod sħiħ l-emenda proposta mill-Parlament u aċċettata mill-Kummissjoni (emenda 1).

2.2.   Emendi mhux integrati mill-Kunsill

Il-Kunsill, bħall-Kummissjoni, ikkunsidra li l-emendi 2, 3, 4 u 5 marru lil hinn mill-fini tal-proposta u ma qisux li kien xieraq li jinkorporawhom.

III.   KONKLUŻJONIJIET

Il-Kunsill ikkunsidra li l-pożizzjoni komuni tiegħu hi bilanċata u tikkonforma b'mod sħiħ ma' l-għan prinċipali tal-proposta tal-Kummissjoni, u b'hekk tiffaċilita l-parteċipazzjoni ta' l-Istati Membri l-ġodda fl-avveniment tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura kemm jista' jkun malajr.


(1)  ĠU C 121, 30.4.2004, p. 15.


Top