EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52004PC0760

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament ewropew skond it-tieni sub-paragrafu ta’ l-Artikolu 251 (2) tat-Trattat KE li jikkonċerna l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fuq l-adozzjoni ta’ regolament tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill dwar kundizzjonijiet għall-aċċess għan-netwerks tat-trasmissjoni tal-gass

/* KUMM/2004/0760 finali - COD 2003/0302 */

52004PC0760

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament ewropew skond it-tieni sub-paragrafu ta’ l-Artikolu 251 (2) tat-Trattat KE li jikkonċerna l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fuq l-adozzjoni ta’ regolament tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill dwar kundizzjonijiet għall-aċċess għan-netwerks tat-trasmissjoni tal-gass /* KUMM/2004/0760 finali - COD 2003/0302 */


Brussel 16.11.2004

KUMM(2004) 760 finali

2003/0302 (COD)

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW skond it-tieni sub-paragrafu ta' l-Artikolu 251 (2) tat-Trattat KE li jikkonċerna

l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fuq l-adozzjoni ta' Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar kundizzjonijiet għall-aċċess għan-netwerks tat-trasmissjoni tal-gass

2003/0302 (COD)

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEWskond it-tieni sub-paragrafu ta' l-Artikolu 251 (2) tat-Trattat KEli jikkonċerna

l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fuq l-adozzjoni ta' Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar kundizzjonijiet għall-aċċess għan-netwerks tat-trasmissjoni tal-gass

1- SFOND

+++++ TABLE +++++

2- GĦAN TAL-PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI

Din il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jirrapreżenta miżura komplimentari għad-Direttiva 2003/55/KE dwar regoli komuni għas-suq intern f'gass naturali u li jirrevoka d-Direttiva 98/30/KE. Għandha l-għan li tistabbilixxi rekwiżiti minimi għal kundizzjonijiet għal-aċċess għan-netwerks tat-trasmissjoni tal-gass.

Esperjenza, fost l-oħrajn miġbura mill-Forum Regolatorju tal-Gass ta' l-UE f'Madrid, uriet li ftuħ kwalitattiv fis-swieq huwa imporanti daqs ftuħ kwantitattiv fis-swieq. Waqt li d-Direttiva 2003/55/KE għandha tiftaħ kompletament is-swieq mhux aktar tard minn Lulju 2007, kundizzjonijiet għall-aċċess għall-Pajjiżi Terzi għan-netwerk fl-Istati membri huma l bogħod milli jipprovdu kundizzjonijiet indaqs. Kemm id-direttiva 2003/55/KE u r-Regolament propost jagħrfu l-importanza kruċjali ta' Aċċess minn Partijiet Terzi bħala l-għodda prinċipali għall-ftuħ tas-suq u l-introduzzjoni tal-kompetizzjoni. Madankollu, waqt li d-Direttiva tiddefinixxi biss l-għanjiet, ir-Regolament għandu l-għan li jilħaq ċerti rekwiżiti minimi f'dak li għandu x' jaqsam ma' dan l-element fondamentali tad-Direttiva, jiġifieri aċċess għal-kundizzjonijiet tan-netwerk tat-trasmissjoni.

3- KUMMENTI DWAR IL-POŻIZZJONI KOMUNI

Bl-eċċezzjoni tal-kwistjonijiet stabbiliti fi 4.4., il-Pożizzjoni Komuni tikkorispondi kollha kemm hi għall-proposta mill-Kummissjoni f'dak li għandu x'jaqsam is-sustanza. Numru ta' tibdiliet oħra introdotti mill-Kunsill u mill-Parlament Ewropew jikkjarifikaw id-dispożizzjonijiet tar-Regolament f'dak li għandu x'jaqsam mal-konsistenza tad-Direttiva 2003/55/KE jew isaħħuha.

L-Istati Membri mhux biss għarfu l-bżonn tar-Regolament per se, iżda wkoll il-fatt li l-iskop tiegħu għandu jmur aktar l hemm minn kwistjonijiet purament trans-nazzjonali, sa biex tiġi evitata distorsjoni tal-kompetizzjoni u diskriminazzjoni.

4- KUMMENTI DETTALJATI TAL-KUMMISSJONI

4.1 Emendi aċċettati mill-Kummissjoni u inkorporati kollha kemm huma jew parti minnhom fil-pożizzjoni komuni

Emenda 1: L-emenda hija aċċettabli sa kemm tevidenzja l-bżonn li jintegħlbu l-barrieri għall-kummerċ li jkun għad fadal.

Emenda 3: L-emendi jevidenzjaw il-bżonn ta' konsultazzjoni u kollaborazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-industrija rilevanti, ma' liema l-Kummissjoni taqbel.

Emenda 4: Il-parti aċċettabli ta' l-emendament jipprovdi kjarifikazzjoni.

Emenda 7: Id-definizzjoni proposta ta' "min juża' n-netwerk" tipprovdi klassifikazzjoni u simplifikazzjoni mingħajr ma tillimita l-iskop tad-definizzjoni kif proposta mill-Kummissjoni.

Emenda 12: L-emenda ġġib lit-test fi qbil mad-dispożizzjonijiet rispettivi tad-Direttivi 2003/55/KE. Tieħu wkoll in konsiderazzjoni li f' uħud mill-Istati Membri ċertu grad ta' kompetizzjoni bejn pipelines teżisti. Fl-aħħar, l-emenda tagħraf il-bżonn li tiddiżinja wkoll tariffi bil-għan li tagħmilha possibli għal investimenti infrastrutturali kif ukoll investimenti li għandhom bħala skop li gass jiċċirkola bla xkiel mill-kwalità jew kwistjonijiet oħra ta' interoperabilità.

Emenda 13: Konverġenza ta' strutturi tariffarji u mekkaniżmi ta' bbilanċjar jiffaċilitaw u jtejjbu l-kundizzjonijiet biex jiġi negozjat gass naturali.

Emenda 15: Il-fatt jaf jitħalla lis-suq, peress li jkun fl-interess ta' l-operatur tat-trasmissjoni tas-sistema li jikkumerċjalizza l-aktar kapaċità possibli.

Emenda 18: L-emenda tkopri aspett importanti diskuss fil-proċess ta' Madrid. Tipproteġi TSOs mir-riskji li ġejjin minħabba mġieba mhux ekonomika ta' min juża' n-netwerk jew li ma tistax toqgħod fuqhom.

Emendi 19, 26 u 32: L-emendi jipprovdu kjarifikazzjoni.

Emendi 20 u 39: L-emendi huma bbażati fuq il-Linji ta' Gwida volontarji għall-Prattika Tajba tat-TPA miftiehma f' Madrid u li tfittex l-aħjar bilanċ bejn ir-rekwiżiti ta' suq kompettitiv u s-sigurtà tal-forniment.

Emenda 21: Huwa importanti li tiddefinixxi l-perjodu ta' żmien taħt liema l-kapaċità mhux użata għandha tiġi offruta fuq bażi mhux interrotta. Inkella, min juża' n-netwerk jaf ma jibbenifikax minn dan is-servizz, jekk li ma javżawx minn qabel (timeahead) ma jagħtix ħin għal reazzjoni.

Emenda 23: Pubblikazzjoni tad-derivazzjoni tat-tariffi u tal-metodoloġija użata kif ukoll informazzjoni dwar l-istruttura tat-tariffi hija rekwiżit ċar u trasparenti u bżonnjuż, sabiex kompetizzjoni tkun possibbli u jiġu evitati tariffi mhux ġusti u mhux xierqa.

Emenda 25 parti tan-nofs: L-approvazzjoni tal-punti rilevanti tas-sistema ta' trasmissjoni fuq liema l-informazzjoni għandha ssir pubblika wara konsultazzjoni ma' min juża n-netwerk tiżgura li informazzjoni dwar dawn il-punti huma ppubblikati li jirrapreżentaw l-aktar importanti għas-suq.

Emenda 28: L-emenda hija konformi mall-kitba tal-Linji ta' Gwida ta' Madrid. Hija inkorporata fis-sustanza, għalkemm il-kitba ġiet mibdula mill-Kunsill minħabba fi kjarezza legali u konsistenza testwali.

Emenda 29: L-armonizzazzjoni tas-sistemi ta' bbilanċjar huma importanti biex jiżguraw li l-gass jiċċirkola bla xkiel u l-iżvilupp ta' swieq disponibbli (spot markets).

Emenda 34: L-emenda tirrapreżenta suppliment utli u hija rifless ta' dispożizzjonijiet korrispondenti tar-Regolament (KE) 1228/2003.

Emenda 36: L-emenda tikkontribwixxi għal żieda fl-effiċjenza tax-xogħol tal-Kummissjoni u ttejjeb l-obbligi ta' rappurtar tal-Kummissjoni.

Emenda 38: Involviment ta' min juża' n-netwerk fl-iżvilupp ta' kuntratti standard u kodiċi tan-netwerk li jżidu l-valur prattiku u l-applikabbilità.

Emendi 40 u 41: L-emenda hija bbażata fuq Linji ta' Gwida volontarji miftehma f'Madrid. Min juża' n-netwerk għandu bżonn jitgħallem kif id-disponibbilità tal-kapaċità kuntrattata hija effettwata, sabiex jiettieħdu l-miżuri neċessarji biex jintlaħqu l-bżonnijiet tal-klijenti tagħhom fiċ-ċirkustanzi partikulari. F' dan ir-rispett, il-livell ta' trasparenza għandu jkun l-aktar għoli possibli.

4.2 Emendi aċċettati mill-Kummissjoni u mhux inkorporati fil-pożizzjoni komuni

L-ebda

4.3 Emendi rrifjutati mill-Kummissjoni u mhux inkorporati fil-pożizzjoni komuni

Emendi 1 u 4: Dawk il-partijiet ta' l-emendi li jimplikaw restrizzjoni possibli ta' l-iskop tar-Regolament għan-negozju trans-nazzjonali ma jistgħux jiġu aċċettati mill-Kummissjoni. Kull restrizzjoni ta' l-iskop tar-Regolament għal negozju trans-nazzjonali jagħmilha impossibli li jinkisbu l-għanjiet li jiffurmaw ir-Regolament. Li l-iskop tar-Regolament jiġi ristrett għal negozju trans-nazzjonali ma jippermettix lir-Regolament li jiżgura l-kundizzjonijiet indaqs neċessarji f' termini ta' kundizzjonijiet ta' aċċess, b' mod partikulari ma' l-Istati Membri li għandhom aktar minn operatur wieħed tas-sistema ta' trasmissjoni. Kwistjonijiet indirizzati mir-Regolament huma rilevanti fost netwerks tal-gass u mhumiex limitati għal inter-konnessjonijiet. Li tirrestrinġi l-iskop tar-regolament għal negozju trans-nazzjonali jġib lir-regolament propost kważi inutli.

Emendi 2, 5 u 6 l-ewwel parti: L-emenda tagħti l-impressjoni ħażina li trasport min-naħa għall-oħra tal-fruntieri iwasslu biss għal intensifikazzjoni tal-kompetizzjoni ma' l-UE, waqt li dan ikun miksub permezz ta' numru akbar ta' parteċipanti fis-swieq li huma kapaċi jfornu gass madwar l-UE (jiġifieri fl-Istati Membri u min-naħa għall-oħra ta' l-Istati Membri). (ara ukoll kummenti dwar l-emendi 1 u 4).

Emenda 6 it-tieni parti: l-emenda tirrestrinġi l-iskop tar-Regolament għal operaturi tas-sistemi ta' trasmissjoni kif definiti taħt id-Direttiva 2003/55/KE. Dan għandu jeskludi sistemi ta' trasmissjoni reġjonali u għalhekk mhux ser jipprovdi kundizzjonijiet indaqs f' terminu ta' kundizzjonijiet għal aċċess ta' netwerks ta' trasmissjoni.

Emenda 8: L-emenda ma tiddistingwix b' mod ċar bejn il-kunċett ta' swieq primarji u sekondarji li jiffurmaw ir-Regolament. Tħalli lok għal nuqqas ta' ftehim f'dak li għandu x' jaqsam l-Artikolu 8 "Trasferiment tad-drittijiet ta' kapaċità" li jfisser swieq sekondarji.

Emenda 9 u 10: It-termini definiti minn dawn l-emendi ma jseħħux fit-test u l-ebda definizzjoni hija għalhekk neċessarja.

L-emenda 11: Id-definizzjoni ta' "punti rilevanti" għandha sseħħ fil-Linji ta' Gwida annessi mar-regolament, sabiex tagħti lok għal adattazzjoni flessibli u veloċi ta' l-iżviluppi tas-suq. Faċilitajiet ta' ħżin ġew deliberatament esklużi mill-iskop ta' dan ir-regolament, peress li l-fatturi speċifiċi tagħhom u rekwiżiti regolatorji jixirqilhom approċċ għalihom biss.

Emenda 14: L-emenda hi diffiċli jew impossibli li tiġi applikata minħabba fil-kitba ġenerali tagħha.

Emenda 16: Is-suġġetti indirizzati mill-emenda huma lil hinn mill-iskop tar-regolament.

Emenda 17: L-emenda għandha l-għan li tobbliga dawk li għandhom il-kapaċità li joffru dik il-kapaċità li mhux użata fuq is-suq sekondarju. Meta l-Kummissjoni taqsam l-għanjiet u l-intenzjonijiet ta' l-emenda, tieħu l-pożizzjoni li fir-rigward tal-kuntratti eżistenti inċentivi ekonomiċi jafu jkunu mill-aktar promettenti. Għal dak li għandu x'jaqsam ma' kuntratti ġodda, il-kwistjoni hija indirizzata fl-Artikolu 5(2).

Emenda 22: L-emenda għandha tintroduċi grad konsiderevoli ta' diskrezzjoni b' rispett għal dak li għandu jkun kunsidrat "konġestjoni kuntrattwali mtawwla u sinnifikanti". B'żieda ma' dan, l-emenda għandha ddgħajjef id-dispożizzjonijiet rispettivi tat-test tal-Kummissjoni. Huwa xieraq li jiġi evidenzjat li waqt li kuntratti eżistenti għandhom - għal raġunijiet legali - jiġu meħuda in konsiderazzjoni f' mod differenti, hija ta' importanza fundamentali li kuntratti ġodda għandhom jieħdu in konsiderazzjoni l-fatt li ħżin tal-kapaċità mhuwiex aċċettabbli f' suq kompetittiv u li prinċipji bħal "użah jew titilfu" għandhom jiġu applikati.

Emenda 24: L-emenda ma żżid l-ebda element ġdid. Id-definizzjoni tal-punti rilevanti tinstab fl-Artikolu 6(3) u l-Anness.

Emenda 25 l-ewwel u l-aħħar parti: Dawn il-punti rilevanti għall-publikazzjoni għandhom jiġu indirizzati biss fl-Artikolu 6(3) bħala fatt ta' kjarezza. Minħabba fin-numru kbir ta' punti ta' ħruġ f' uħud mis-sistemi ta' trasmissjoni, huwa importanti li tindika għall-inqas perċentaġġ tal-kapaċità tal-punti ta' ħruġ, li għandhom jiġu ppubblikati. Dan ir-rekwiżit jintlaħaq fl-Anness.

Emenda 27: Minħabba fid-differenzi kbar bejn is-sistemi ta' trasmissjoni Ewropej, l-emenda tidher li hi prematura. Id-daqs tas-sistema, d-disponibbiltà tal-faċilitajiet ta' ħżin u għodod oħra ta' flessibilità lill-TSO jistgħu jippredeterminaw il-possibilitajiet tagħha f'dak li għandu x' jaqsam ma' l-ibbilanċjar tas-servizzi. B'żieda ma' dan, ir-referenza għal sistemi ta' bbilanċar ibbażati fuq is-suq hija wisq ambigwa, peress li hemm sistemi bbażati fuq is-suq li huma differenti fis-suq tal-gass ta' l-UE.

Emenda 30: L-emenda taf tagħti sinjali ħżiena, tirrestrinġi l-passi li jridu jittieħdu għal konsultazzjoni u telimina l-involviment ta' l-awtoritajiet regolatorji, li hija kkunsidrata neċessarja biex tiżgura proċeduri għall-għoti tal-kuntratti li mhux diskriminatorja u trasparenti.

Emenda 31: L-emenda ma tagħtix lok għat-twettiq ta' proċess ta' konsultazzjoni proprju ma' l-industrija, li l-Kummissjoni tikkunsidra ta' importanza vitali.

Emenda 35: Waqt li l-Kummissjoni stqarret ripetutament l-intenzjoni tagħha li żżomm proċess ta' konsultazzjoni mill-qrib ma' l-industrija u mal-konsumaturi tal-gass, ma jkunx istituzzjonalment korrett li torbot kumitat imwaqqaf taħt ir-regoli tal-komitoloġija bi kwalunkwe konsultazzjoni.

Emenda 37: Uħud mill-Istati Membri għadhom qed igawdu minn derogi mid-Direttiva 98/30/KE. Sabiex jiġi żgurat applikazzjoni konsistenti tal-liġi Komunitarja, b' mod partikulari Artikolu 22, 27 u 28 tad-Direttiva 2003/55/KE, u d-dispożizzjonijiet tar-regolament in kwistjoni, derogi u eżenzjonijiet mill-applikazzjoni tar-Regolament huma indispensabbli, billi r-Regolament isaħħaħ uħud mid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva, minn liema dawn l-Istati Membri jistgħu jidderogaw.

Emenda 42: Minħabba f' raġunijiet tekniċi relatati mal-kundizzjonijiet ta' pressjoni fin-netwerk, li huma suġġetti għal tibdiliet fuq żmien ta' notifika relattivament qasir, kapaċitajiet pubblikati spiss jirrikjedu konfermi ulterjuri qabel ma jiġu kkuntrattati. Dan japplika b' mod partikulari għal servizzi b' terminu qasir u servizzi b'notifika qasira.

4.4. Emendi rrifjutati mill-Kummissjoni u inkorporati fil-Pożizzjoni Komuni

Emenda 33: Il-Kummissjoni tikkunsidra utli li tevidenzja id-dritt taċ-ċittadini Ewropej u kumpaniji li jmorru quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, fejn xieraq. Madankollu, il-Kunsill biex jadatta Artikolu 11 għar-rekwiżiti tar-Regolament propost, ħassret il-paragrafi 2, 3, 4 u 5 ta' l-Artikolu 11 kompletament, b' hekk inkorporat Emenda 33 tal-Parlament. Il-Kummissjoni aċċettat dan l-approċċ tal-Kunsill, li jtejjeb id-dispożizzjonijiet tar-Regolament.

4.5. Dispożizzjonijiet introdotti mill-Kunsill

Id-definizzjonijiet ta' "suġġetti ġodda fis-suq" u "plejers żgħar" li jinsab fl-Artikolu 2(23) u (24) tal-proposta inizjali tal-Kummissjoni ġew imħassra. Dan huwa aċċettabbli għall-Kummissjoni, għaliex il-kunċett ta' "suġġetti ġodda fis-suq" u "plejers żgħar" hija suffiċjentament ċara. Madankollu, id-dispożizzjonijiet li jindirizzaw suġġetti ġodda fis-suq fit-test tar-Regolament inżammu.

Fl-Artikolu 9(1) u (2), l-Kunsill naqqas l-iskop tal-proċedura tal-Komitoloġija kif proposta mill-Kummissjoni. Ħassret is-suġġetti li għadhom mhux koperti mil-Linji ta' Gwida annessi mar-Regolament. Dawk is-suġġetti biss li huma ġa indirizzati mil-Linji ta' Gwida annessi ġew miżmuma. Is-suġġetti mneħħija mill-Kunsill jistgħu jiġu indirizzati fi stadju aktar tard, eż. meta jiġi ppreżentat ir-rapport in segwitu għall-Artikolu 30 tad-Direttiva 2003/55/KE (it-tieni Direttiva dwar is-Suq Intern tal-Gass).

Sabiex tiġi evitata l-impressjoni li kwalunkwi mil-Linji Gwida annessi mar-Regolament jirrikjedu standardizzazzjoni jew armonizzazzjoni wiesa', l-Kunsill introduċa paragrafu ġdid (Artikolu 9(3)) bil-għan li jikkjarifika l-kwistjoni. Il-Kummissjoni qatt ma' kellha l-intenzjoni li tistipola li kundizzjonijiet u termini ta' aċċess għan-netwerk għandhom jiġu standardizzati fuq livell Komunitarju, iżda aktar li jiġu stabbiliti standards minimi dwar aċċess għan-netwerk. Għal dan il-għan, it-test ta' l-Artikolu 9(3) huwa aċċettabbli għall-Kummissjoni.

Minħabba f' konsistenza mad-Direttiva 2003/55/KE, l-Kunsill introduċa l-Artikolu 16 dwar "Derogazzjonijiet u eżenzjonijiet". Id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu jġibu applikazzjoni konsistenti tal-liġi Komunitarja. L-Artikolu 16 tar-Regolament ma jmurx lil hinn mill-iskop tad-derogi ġa stabbiliti fid-Direttiva 2003/55/KE, iżda jiggarantixxi lill-Istati Membri b'deroga taħt l-Artikolu 28 tad-Direttiva 2003/55/KE id-dritt li japplika għal deroga temporanja mill-applikazzjoni tar-Regolament, suġġetta għall-approvazzjoni mill-Kummissjoni.

Fl-aħħar, il-Kummissjoni taċċetta id-dħul fis-seħħ tar-Regolament ittardjat b' sena paragonat mal-proposta oriġinali. B' żieda ma' dan, aċċettat li l-Linji ta' Gwida annessi mar-Regolament m' għandhomx jiġu emendati qabel l-1 ta' Jannar 2007. Billi l-Kummissjoni tikkunsidra li l-Linji ta' Gwida fl-Anness tar-Regolament huma kompleti biżżejjed, komprensivi u żviluppati sabiex jirrispondu kif xieraq għar-rekwiżiti tas-suq, tista' taċċetta din il-proposta, ukoll.

5- KONKLUŻJONI

Il-Kummissjoni kienet tippreferi id-dħul fis-seħħ tar-Regolament fl-2005, iżda tikkunsidra li l-ftehim politiku adottat fl-10 ta' Ġunju (b' maġġoranza kwalifikata) u l-pożizzjoni komuni adottata b' riżultat ta' dan fi 12 ta' Novembru 2004 twettaq kompletament l-għanjiet previsti mir-Regolament. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni tappoġġja l-pożizzjoni komuni.

Anness

Proposta għal Regolament dwar il-Kundizzjonijiet għal Aċċess tan-Netwerks tat-Trasmissjoni tal-Gass

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni

Ħżin u aċċess għal faċilitajiet ta' ħżin ma jaqgħux taħt l-iskop ta' dan ir-Regolament.

Għalhekk, ħżin u aċċess għal faċilitajiet ta' ħżin mhumiex ser ikunu indirizzati fil-Linji ta' Gwida stabbiliti fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament jew kif emendati taħt l-Artikolu 9(2) tar-Regolament.

Top