This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 42025D1180
Decision (EU) 2025/1180 of the Representatives of the Governments of the Member States of 11 June 2025 appointing a Judge to the Court of Justice
Deċiżjoni (UE) 2025/1180 tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-11 ta’ Ġunju 2025 li taħtar Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja
Deċiżjoni (UE) 2025/1180 tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-11 ta’ Ġunju 2025 li taħtar Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja
ST/29521/2025/INIT
ĠU L, 2025/1180, 12.6.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1180/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1180 |
12.6.2025 |
DEĊIŻJONI (UE) 2025/1180 TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI
tal-11 ta’ Ġunju 2025
li taħtar Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja
IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 253 u 255 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 7 tal-Protokoll Nru 3 dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u wara l-mewt tas-Sur Marko ILEŠIČ, jenħtieġ li jinħatar Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja għall-bqija tal-mandat tas-Sur Marko ILEŠIČ, jiġifieri sas-6 ta’ Ottubru 2027. |
|
(2) |
Is-Sur Marko BOŠNJAK ġie propost għall-kariga li saret vakanti. |
|
(3) |
Il-kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ta opinjoni favorevoli dwar l-idoneità ta’ dan il-kandidat sabiex jaqdi d-dmirijiet ta’ Mħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja, |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sur Marko BOŠNJAK huwa b’dan maħtur Imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja għall-perjodu mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni sas-6 ta’ Ottubru 2027.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ġunju 2025.
Il-President
A. BARTOL
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1180/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)