This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 42021X2275
UN Regulation No 162 – Uniform technical prescriptions concerning approval of immobilizers and approval of a vehicle with regard to its immobilizer [2021/2275]
Ir-Regolament tan-NU Nru 162 — Preskrizzjonijiet tekniċi uniformi dwar l-approvazzjoni tal-immobilizzaturi u l-approvazzjoni ta’ vettura fir-rigward tal-immobilizzatur tagħha [2021/2275]
Ir-Regolament tan-NU Nru 162 — Preskrizzjonijiet tekniċi uniformi dwar l-approvazzjoni tal-immobilizzaturi u l-approvazzjoni ta’ vettura fir-rigward tal-immobilizzatur tagħha [2021/2275]
PUB/2021/696
ĠU L 470, 30.12.2021, p. 23–47
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
30.12.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 470/23 |
It-testi oriġinali tan-NU/KEE biss għandhom effett ġuridiku skont id-dritt internazzjonali pubbliku. L-istatus u d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġu vverifikati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istatus tan-NU/KEE TRANS/WP.29/343, disponibbli fuq:
https://unece.org/status-1958-agreement-and-annexed-regulations
Ir-Regolament tan-NU Nru 162 — Preskrizzjonijiet tekniċi uniformi dwar l-approvazzjoni tal-immobilizzaturi u l-approvazzjoni ta’ vettura fir-rigward tal-immobilizzatur tagħha [2021/2275]
Data tad-dħul fis-seħħ: 30 ta’ Settembru 2021
Dan id-dokument huwa intiż purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni. It-test awtentiku u legalment vinkolanti huwa: ECE/TRANS/WP.29/2021/49.
WERREJ
Regolament
1. |
Kamp ta’ applikazzjoni |
2. |
Definizzjonijiet |
3. |
Applikazzjoni għall-approvazzjoni |
4. |
Approvazzjoni |
5. |
Speċifikazzjonijiet |
6. |
Modifika tat-tip u estensjoni tal-approvazzjoni |
7. |
Konformità tal-produzzjoni |
8. |
Penali għal nuqqas ta’ konformità tal-produzzjoni |
9. |
Produzzjoni mwaqqfa għalkollox |
10. |
Ismijiet u indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli għat-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni, u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip |
Annessi
1 |
Dokument ta’ informazzjoni |
2 |
Komunikazzjoni |
3 |
Arranġamenti tal-marki tal-approvazzjoni |
4 |
Mudell taċ-ċertifikat ta’ konformità |
5 |
Mudell taċ-ċertifikat tal-installazzjoni |
6 |
Il-parametri tat-tħaddim u l-kundizzjonijiet tat-test għal immobilizzatur |
7 |
Kompatibbiltà elettromanjetika |
1. Kamp ta’ applikazzjoni
Dan ir-Regolament tan-NU japplika għal:
1.1. |
Approvazzjoni ta’
|
1.2. |
Fuq talba tal-manifattur, il-Partijiet Kontraenti jistgħu jagħtu approvazzjonijiet lill-vetturi ta’ kategoriji oħra u lill-immobilizzaturi għat-twaħħil fuq dawn il-vetturi. |
1.3. |
Dan ir-Regolament ma japplikax għall-frekwenzi tat-trażmissjoni bir-radju, kemm jekk relatati mal-protezzjoni tal-vetturi minn użu mhux awtorizzat kif ukoll jekk le. |
2. Definizzjonijiet
2.1. |
“Komponent” tfisser apparat soġġett għar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u maħsub biex ikun parti minn vettura, li jista’ jkun ta’ tip approvat indipendentement minn vettura fejn dan ir-Regolament jispeċifika espressament dispożizzjonijiet għal dan; |
2.2. |
“Unità teknika separata” tfisser apparat soġġett għar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u maħsub biex ikun parti minn vettura, li jista’ jkun tip approvat separatament, iżda biss f’rabta ma’ tip wieħed speċifiku jew aktar ta’ vettura fejn dan ir-Regolament jispeċifika espressament dispożizzjonijiet għal dan; |
2.3. |
“Manifattur” tfisser il-persuna jew il-korp responsabbli fil-konfront tal-awtorità tal-approvazzjoni għall-aspetti kollha tal-proċess tal-approvazzjoni u biex tiġi żgurata l-konformità tal-produzzjoni. Ma huwiex essenzjali li l-persuna jew il-korp ikunu direttament involuti fl-istadji kollha tal-kostruzzjoni tal-vettura, tas-sistema, tal-komponent jew tal-unità teknika separata li tkun is-suġġett tal-proċess tal-approvazzjoni. |
2.4. |
“Immobilizzatur” tfisser apparat li huwa maħsub biex jipprevjeni s-sewqan normali ta’ vettura bl-enerġija tagħha stess (prevenzjoni tal-użu mhux awtorizzat). |
2.5. |
“Tagħmir ta’ kontroll” tfisser tagħmir meħtieġ għall-issettjar u/jew it-tneħħija tal-issettjar ta’ immobilizzatur. |
2.6. |
“Displej tal-istatus” tfisser kull apparat maħsub li jindika l-istatus tal-immobilizzatur (issettjat/mhux issettjat, bidla ta’ ssettjar għat-tneħħija tal-issettjar u viċe versa). |
2.7. |
“Stat issettjat” tfisser l-istat li fih il-vettura ma tistax tinstaq b’mod normali bl-enerġija tagħha stess. |
2.8. |
“Stat mhux issettjat” tfisser l-istat li fih il-vettura tista’ tinstaq b’mod normali. |
2.9. |
“Ċavetta” tfisser kull apparat iddisinjat u mibni biex jipprovdi metodu ta’ tħaddim ta’ sistema tal-illokkjar, li hija ddisinjata u mibnija biex titħaddem biss b’dak l-apparat |
2.10. |
“Override” tfisser karatteristika ta’ disinn li ssakkar l-immobilizzatur fil-kundizzjoni mhux issettjata. |
2.11. |
“Rolling code” tfisser kodiċi elettroniku li jikkonsisti minn diversi elementi li l-kombinazzjoni tagħhom tinbidel b’mod każwali wara kull tħaddim tal-unità tat-trażmissjoni. |
2.12. |
“Tip ta’ immobilizzatur” tfisser sistemi li ma jvarjawx b’mod sinifikanti f’tali aspetti essenzjali bħal:
|
2.13. |
“Tip ta’ vettura fir-rigward tal-immobilizzatur tagħha” tfisser vetturi li ma jvarjawx b’mod sinifikanti minn xulxin f’tali aspetti importanti bħal:
|
3. Applikazzjoni għall-approvazzjoni
3.1. |
L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ vettura jew ta’ tip ta’ komponent fir-rigward ta’ dan ir-Regolament għandha tiġi ppreżentata mill-manifattur. |
3.2. |
Din għandha tkun akkumpanjata b’dokument ta’ informazzjoni stabbilit f’konformità mal-mudell muri fl-Anness 1, u li jagħti deskrizzjoni tal-karatteristiċi tekniċi tal-immobilizzatur, il-metodu/metodi tal-installazzjoni għal kull għamla u tip ta’ vettura li fuqha jkun intenzjonat li jiġi installat l-immobilizzatur. |
3.3. |
Vettura(vetturi) / komponent(komponenti) li jirrappreżenta(jirrappreżentaw) it-tip(i) li għandu/għandhom jiġi/jiġu approvat(i) għandu/għandhom jiġi/jiġu sottomess(i) lid-dipartiment tekniku responsabbli għat-twettiq ta’ testijiet tal-approvazzjoni. |
4. Approvazzjoni
4.1. |
Jekk it-tip sottomess għall-approvazzjoni skont dan ir-Regolament jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, l-approvazzjoni ta’ dak it-tip għandha tingħata. |
4.2. |
Għandu jingħata numru tal-approvazzjoni lil kull tip approvat. L-ewwel żewġ ċifri tiegħu (attwalment 00, li jikkorrispondu għar-Regolament fil-forma oriġinali tiegħu) għandhom jindikaw is-sensiela ta’ emendi li jinkorporaw l-aktar emendi tekniċi ewlenin reċenti li saru fir-Regolament fiż-żmien tal-ħruġ tal-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti ma għandhiex tassenja l-istess numru lil tip ieħor ta’ vettura jew ta’ komponent, kif iddefinit f’dan ir-Regolament. |
4.3. |
Avviż dwar l-approvazzjoni jew l-estensjoni tal-approvazzjoni ta’ tip skont dan ir-Regolament għandu jiġi kkomunikat lill-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ formola li tkun tikkonforma mal-mudell fl-Anness 2 ta’ dan ir-Regolament. |
4.4. |
Għandha titwaħħal, b’mod ċar u f’post faċilment aċċessibbli speċifikat fil-formola tal-approvazzjoni, fuq kull vettura jew komponent li jikkonforma ma’ tip approvat skont dan ir-Regolament, marka tal-approvazzjoni internazzjonali li tikkonsisti minn:
|
4.5. |
Jekk it-tip ikun konformi ma’ approvazzjoni tat-tip skont Regolament tan-NU wieħed jew aktar anness mal-Ftehim, fil-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament, is-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.4.1 ma hemmx għalfejn jiġi ripetut; f’dak il-każ, ir-Regolament li skontu tkun ingħatat l-approvazzjoni fil-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament għandu jitqiegħed f’kolonni weqfin fuq in-naħa tal-lemin tas-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.4.1. |
4.6. |
Il-marka tal-approvazzjoni għandha tkun tista’ tinqara b’mod ċar u ma tkunx tista’ titħassar. |
4.7. |
Fil-każ ta’ vettura, il-marka tal-approvazzjoni għandha titqiegħed viċin tal-pjanċa tad-data tal-vettura mwaħħla mill-manifattur jew fuqha. |
4.8. |
Fil-każ ta’ komponent approvat separatament bħala immobilizzatur, il-marka tal-approvazzjoni għandha titwaħħal mill-manifattur mal-element(i) ewlieni/ewlenin tal-apparat. Fil-każ ta’ komponent approvat bħala immobilizzatur skont dan ir-regolament u sistema ta’ allarm skont ir-Regolament tan-NU Nru 163 jew ir-Regolament tan-NU Nru 116, is-Suppliment 7 tal-verżjoni oriġinali, jew ir-Regolament tan-NU Nru 97, is-Suppliment 8 tas-serje ta’ emendi 01, iż-żewġ marki tal-approvazzjoni għandhom jitwaħħlu mill-manifattur mal-element(i) ewlieni/ewlenin tal-apparat. |
4.9. |
L-Anness 3 ta’ dan ir-Regolament jagħti eżempji ta’ arranġamenti tal-marki tal-approvazzjoni. |
4.10. |
Bħala alternattiva għall-marka ta’ approvazzjoni deskritta fil-paragrafu 4.4. ta’ hawn fuq, għandu jinħareġ ċertifikat tal-konformità għal kull immobilizzatur offrut għall-bejgħ.
Meta manifattur ta’ immobilizzatur iforni immobilizzatur mingħajr marka approvat skont dan ir-Regolament lil manifattur ta’ vettura, sabiex jitwaħħal minn dak il-manifattur bħala tagħmir oriġinali għal mudell ta’ vettura jew firxa ta’ mudelli ta’ vettura, il-manifattur tal-immobilizzatur għandu jforni numru ta’ kopji taċ-ċertifikat tal-konformità lill-manifattur tal-vettura, suffiċjenti għal dak il-manifattur biex jikseb l-approvazzjoni tal-vettura ta’ dan ir-Regolament. Jekk l-immobilizzatur ikun magħmul minn komponenti separati, il-komponent(i) ewlieni/ewlenin tiegħu għandu jkollhom marka ta’ referenza u ċ-ċertifikat tal-konformità għandu jipprovdi lista ta’ dawn il-marki ta’ referenza. Mudell taċ-ċertifikat tal-konformità huwa mogħti fl-Anness 4 ta’ dan ir-Regolament. |
4.11. |
Meta immobilizzatur, approvat skont dan ir-Regolament jew ir-Regolament tan-NU Nru 116, is-Suppliment 7 tal-verżjoni oriġinali, jew ir-Regolament tan-NU Nru 97, is-Suppliment 8 tas-serje ta’ emendi 01 bħala unità teknika separata, jiġi installat f’vettura sottomessa għall-approvazzjoni skont dan ir-Regolament, it-testijiet li immobilizzatur jeħtieġ li jgħaddi minnhom sabiex jikseb l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament ma għandhomx jiġu ripetuti. |
5. Speċifikazzjonijiet
5.1. Speċifikazzjonijiet Ġenerali
5.1.1. |
Irid ikun possibbli li l-immobilizzatur jiġi ssettjat u li jitneħħielu l-issettjar f’konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti. |
5.1.2. |
Immobilizzatur u l-installazzjoni tiegħu għandhom ikunu ddisinjati b’tali mod li kull vettura mgħammra tibqa’ tikkonforma mar-rekwiżiti tekniċi. |
5.1.3. |
Ma għandux ikun possibbli għal immobilizzatur li jidħol fl-istat issettjat meta ċ-ċavetta tal-ignixin tkun fil-pożizzjoni li tqabbad il-magna, ħlief meta:
u l-vettura tkun wieqfa bil-brejk tal-ipparkjar applikat. Meta tintuża din l-eċċezzjoni, dan il-fatt għandu jiġi indikat taħt l-entrata 2 tal-addendum għad-dokument ta’ komunikazzjoni (l-Anness 2 ta’ dan ir-Regolament). |
5.1.4. |
Ma għandux ikun possibbli tagħmel override permanenti ta’ immobilizzatur. |
5.1.5. |
L-immobilizzatur għandu jkun iddisinjat u mibni b’tali mod li meta jkun installat ma jaffettwax ħażin il-funzjoni prevista u t-tħaddim sikur tal-vettura, anke fil-każ ta’ funzjonament ħażin. |
5.1.6. |
L-immobilizzatur għandu jkun iddisinjat u mibni b’tali mod, li meta jkun installat fuq vettura, skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur, ma jistax isir ineffettiv jew jinqered malajr jew mingħajr ma jiġbed l-attenzjoni, pereżempju, bl-użu ta’ għodda rħisa li tista’ tinħeba faċilment u tagħmir jew fabbrikazzjonijiet faċilment disponibbli għall-pubbliku ġenerali. Is-sostituzzjoni jew ta’ komponent ewlieni jew ta’ assemblaġġ sabiex jiġi newtralizzat l-immobilizzatur għandha tkun diffiċli u tieħu ħafna ħin. |
5.1.7. |
Immobilizzatur għandu jkun iddisinjat u mibni b’tali mod li meta jiġi installat kif speċifikat mill-manifattur ikun kapaċi li jiflaħ għall-ambjent ġewwa l-vettura għal tul ta’ ħajja raġonevoli (għall-ittestjar ara l-paragrafu 5.3). B’mod aktar partikolari, il-proprjetajiet elettriċi tas-sistema taċ-ċirkwiti abbord ma għandhomx jiġu affettwati b’mod negattiv miż-żieda tal-immobilizzatur (cross-sections tal-wajers, sikurezza tal-kuntatti, eċċ.) |
5.1.8. |
Immobilizzatur jista’ jiġi kkombinat ma’ sistemi oħrajn tal-vettura jew jista’ jiġi integrat fihom (eż. ġestjoni tal-magna u sistemi ta’ allarm). |
5.1.9. |
Ma għandux ikun possibbli għal immobilizzatur li jipprevjeni r-rilaxx tal-brejkijiet tal-vettura, ħlief fil-każ ta’ immobilizzatur li jipprevjeni r-rilaxx ta’ brejkijiet bil-molla rilaxxati b’mod pnewmatiku (4) u jiffunzjona b’mod li fi tħaddim normali, jew f’kundizzjonijiet ta’ falliment, ir-rekwiżiti tekniċi tar-Regolament tan-NU Nru 13 fis-seħħ meta ssir l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip skont dan ir-Regolament jiġu ssodisfati.
Il-konformità ma’ dan il-paragrafu ma teżentax lil immobilizzatur li jipprevjeni r-rilaxx ta’ brejkijiet bil-molla rilaxxati b’mod pnewmatiku mir-rekwiżiti tekniċi stipulati f’dan ir-Regolament. |
5.1.10. |
Ma għandux ikun possibbli għal immobilizzatur li jaħdem b’tali mod li japplika l-brejkijiet tal-vettura. |
5.2. Speċifikazzjonijiet Partikolari
5.2.1. Livell ta’ diżattivazzjoni
5.2.1.1. |
Immobilizzatur għandu jkun iddisinjat b’tali mod li jipprevjeni t-tħaddim tal-vettura bil-forza tagħha stess b’tal-inqas wieħed mill-mezzi li ġejjin:
|
5.2.1.2. |
Immobilizzatur għat-twaħħil fuq vettura mgħammra b’konvertitur katalitiku ma għandux iwassal biex fjuwil mhux maħruq jidħol fl-egżost. |
5.2.2. Affidabbiltà tat-tħaddim
L-affidabbiltà tat-tħaddim għandha tinkiseb permezz ta’ disinn adatt tal-immobilizzatur, wara li jkunu tqiesu l-kundizzjonijiet ambjentali speċifiċi fil-vettura (ara l-paragrafi 5.1.8 u 5.3).
5.2.3. Sikurezza tat-tħaddim
Għandu jiġi żgurat li l-immobilizzatur ma jbiddilx l-istat tiegħu (issettjat/mhux issettjat) bħala riżultat ta’ xi wieħed mit-testijiet tal-paragrafu 5.3.
5.2.4. Issettjar tal-immobilizzatur
5.2.4.1. |
L-immobilizzatur irid jiġi ssettjat mingħajr azzjoni supplimentari mis-sewwieq b’tal-inqas wieħed mill-mezzi li ġejjin:
|
5.2.4.2. |
Jekk l-immobilizzatur jista’ jidħol fl-istat issettjat meta ċ-ċavetta tal-ignixin tkun fil-pożizzjoni li tqabbad il-magna kif previst fil-paragrafu 5.1.3, l-immobilizzatur jista’ jiġi ssettjat ukoll billi tinfetaħ il-bieba tas-sewwieq u/jew billi l-utent awtorizzat iwettaq azzjoni apposta. |
5.2.5. Tneħħija tal-issettjar
5.2.5.1. |
It-tneħħija tal-issettjar għandu jinkiseb bl-użu ta’ xi wieħed mill-mezzi li ġejjin jew b’kombinazzjoni tagħhom. Huma permessi apparati oħra b’livell ekwivalenti ta’ sigurtà li jagħtu riżultati ekwivalenti. |
5.2.5.1.1. |
Tastiera biex jiddaħħal kodiċi li jista’ jintgħażel individwalment li tal-inqas ikollha 10 000 varjant. |
5.2.5.1.2. |
Apparat elettriku/elettroniku, eż. kontroll remot, b’mill-inqas 50 000 varjant u li għandu jinkorpora rolling codes u/jew ikollu żmien minimu ta’ skennjar ta’ għaxart ijiem, eż. massimu ta’ 5 000 varjant kull 24 siegħa għal minimu ta’ 50 000 varjant. |
5.2.5.1.3. |
Jekk it-tneħħija tal-issettjar tista’ tinkiseb permezz ta’ kontroll mill-bogħod, l-immobilizzatur irid jerġa’ lura għall-kundizzjoni ta’ ssettjat fi żmien 5 minuti mit-tneħħija tal-issettjar jekk ma tkun ittieħdet ebda azzjoni supplimentari fuq iċ-ċirkwit tat-tqabbid. |
5.2.6. Displej tal-istatus
5.2.6.1. |
Biex tiġi pprovduta informazzjoni dwar l-istatus tal-immobilizzatur (issettjat/mhux issettjat, bidla minn issettjat għal mhux issettjat u viċi-versa), displejs ottiċi ġewwa u sinjali ottiċi barra l-kompartimenti tal-passiġġieri huma permessi. Kwalunkwe sinjal ottiku jew kwalunkwe użu ta’ apparati tad-dawl u tas-sinjalar bid-dawl barra mill-kompartiment tal-passiġġieri għandu jissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament tan-NU Nru 48. |
5.2.6.2. |
Jekk tiġi pprovduta indikazzjoni ta’ proċessi “dinamiċi” qosra bħal tibdil minn “issettjat” għal “mhux issettjat” u viċi versa, din għandha tkun ottika, skont il-paragrafu 5.2.6.1. Dik l-indikazzjoni ottika tista’ tiġi prodotta wkoll bit-tħaddim simultanju tal-indikaturi ta’ direzzjoni u/jew il-lampa/i tal-kompartiment tal-passiġġieri, dment li t-tul ta’ żmien tal-indikazzjoni ottika bl-indikaturi tad-direzzjoni ma jaqbiżx it-3 sekondi. |
5.3. Parametri tat-tħaddim u kundizzjonijiet tat-test
Il-komponenti kollha tal-immobilizzatur għandhom jiġu sottomessi għat-testijiet deskritti fl-Anness 6.
5.4. Struzzjonijiet
(Il-paragrafi 5.4.1 sa 5.4.3 għall-iskopijiet ta’ installazzjoni wara l-bejgħ biss).
Kull immobilizzatur għandu jkun akkumpanjat bi:
5.4.1. |
Struzzjonijiet għall-installazzjoni.
|
5.4.2. |
Ċertifikat vojt tal-installazzjoni, li eżempju tiegħu huwa mogħti fl-Anness 5. |
5.4.3. |
Dikjarazzjoni ġenerali lix-xerrej tal-immobilizzatur li tiġbed l-attenzjoni tiegħu għall-punti li ġejjin:
|
5.4.4. |
Struzzjonijiet għall-użu. |
5.4.5. |
Struzzjonijiet għall-manutenzjoni. |
5.4.6. |
Twissija ġenerali fir-rigward tal-perikli li jsiru xi alterazzjonijiet jew żidiet fuq l-immobilizzatur; dawk l-alterazzjonijiet u żidiet għandhom awtomatikament jinvalidaw iċ-ċertifikat tal-installazzjoni msemmi fil-paragrafu 5.4.2. ta’ hawn fuq. |
6. Modifika tat-tip u estensjoni tal-approvazzjoni
6.1. |
Kull modifika ta’ vettura jew ta’ tip ta’ komponent fir-rigward ta’ dan ir-Regolament għandha tiġi nnotifikata lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tkun approvat il-vettura jew it-tip ta’ komponent. L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip imbagħad tista’ jew:
|
6.2. |
Konferma jew ċaħda tal-approvazzjoni, fejn tiġi speċifikata l-alterazzjoni, għandha tiġi kkomunikata permezz tal-proċedura speċifikata fil-paragrafu 4.3 ta’ hawn fuq lill-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament. |
6.3. |
L-awtorità kompetenti li toħroġ l-estensjoni tal-approvazzjoni għandha tassenja numru tas-serje għal kull formola ta’ komunikazzjoni mfassla għal estensjoni bħal din. |
7. Konformità tal-produzzjoni
7.1. |
Il-proċeduri li jikkonċernaw il-konformità tal-produzzjoni għandhom ikunu konformi ma’ dawk stabbiliti fl-Iskeda 1 tal-Ftehim tal-1958 (E/ECE/TRANS/505/Rev.3), u għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin: |
7.2. |
Għal kull tip ta’ vettura jew komponent it-testijiet preskritti fil-parti(jiet) rilevanti ta’ dan ir-Regolament għandhom jitwettqu fuq bażi statistikament ikkontrollata u każwali, f’konformità ma’ waħda mill-proċeduri regolari tal-assigurazzjoni tal-kwalità; |
7.3. |
L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tkun tat l-approvazzjoni tista’ fi kwalunkwe ħin tivverifika l-konformità tal-metodi ta’ kontroll applikabbli għal kull unità tal-produzzjoni. Il-frekwenza normali ta’ tali spezzjonijiet għandha tkun ta’ darba kull sentejn. |
8. Penali għal nuqqas ta’ konformità tal-produzzjoni
8.1. |
L-approvazzjoni mogħtija fir-rigward ta’ tip ta’ vettura/komponent skont dan ir-Regolament tista’ tiġi rtirata jekk ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 7 ta’ hawn fuq ma jintlaħqux. |
8.2. |
Jekk Parti Kontraenti għall-Ftehim li tapplika dan ir-Regolament tirtira approvazzjoni li tkun tat qabel, din għandha minnufih tavża lill-Partijiet Kontraenti l-oħrajn li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ formola li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 2. |
9. Produzzjoni mwaqqfa għalkollox
Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jwaqqaf għalkollox il-manifattura ta’ tip ta’ vettura/komponent approvat f’konformità ma’ dan ir-Regolament, huwa għandu jinforma b’dan lill-awtorità li tkun tat l-approvazzjoni. Malli tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti, dik l-awtorità għandha tinforma b’dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħrajn tal-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 2.
10. Ismijiet u indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli għat-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip
Il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli għat-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip li jagħtu l-approvazzjoni, u lil min għandhom jintbagħtu l-formoli li jiċċertifikaw l-approvazzjoni jew l-estensjoni, jew ir-rifjut jew l-irtirar tal-approvazzjoni, maħruġa f’pajjiżi oħra.
(1) Kif definiti fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3.), id-dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.6, il-para. 2 — https://unece.org/transport/standards/transport/vehicle-regulations-wp29/resolutions
(2) Huma kkunsidrati biss vetturi b’sistemi elettriċi ta’ 12 volts.
(3) In-numri distintivi tal-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim tal-1958 huma riprodotti fl-Anness 3 għar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), id-dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.6 - https://unece.org/transport/standards/transport/vehicle-regulations-wp29/resolutions.
(4) Kif definit fl-Anness 8 tar-Regolament tan-NU Nru 13, kif emendat.
ANNESS 1A
Dokument ta’ informazzjoni
(Format massimu: A4 (210 × 297 mm))
F’konformità mal-paragrafu 5 tar-Regolament tan-NU Nru 162 dwar l-approvazzjoni tat-tip tas-sistema ta’ tip ta’ vettura fir-rigward ta’ sistema ta’ immobilizzatur
1. Ġenerali
1.1. |
Għamla (l-isem kummerċjali tal-manifattur): |
1.2. |
Tip:… |
1.3. |
Il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk ikun immarkat fuq l-apparat (b):… |
1.3.1. |
Pożizzjoni ta’ dak l-immarkar:… |
1.4. |
Isem u indirizz tal-manifattur:… |
1.5. |
Post tal-marka tal-approvazzjoni KEE:… |
1.6. |
Indirizz(i) tal-impjant(i) tal-assemblaġġ:… |
2. Il-karatteristiċi ġenerali tal-kostruzzjoni tal-vettura
2.1. |
Ritratti u/jew disinji ta’ vettura rappreżentattiva:… |
2.2. |
Naħa tas-sewqan: xellug/lemin (Aqta’ barra dak li ma japplikax) |
3. Mixxellanji
3.1. |
Immobilizzatur tal-vettura:… |
3.1.1. |
numru tal-approvazzjoni tat-tip, jekk disponibbli:… |
3.1.1.1 |
Deskrizzjoni dettaljata tat-tip ta’ vettura fir-rigward tal-arranġament tal-immobilizzatur installat kif muri fir-ritratti u/jew fid-disinji (fejn l-immobilizzatur huwa diġà approvat skont it-tip bħala unità teknika separata, tista’ ssir referenza għad-deskrizzjoni fi-punt 4.2 tad-dokument ta’ informazzjoni tal-manifattur tal-Immobilizzatur):… |
3.1.2. |
Għal immobilizzaturi li għadhom ma ġewx approvati |
3.1.2.1. |
Deskrizzjoni teknika dettaljata tal-immobilizzatur tal-vettura u tal-miżuri meħuda kontra attivazzjoni mhux volontarja:… |
3.1.2.2. |
Is-sistema/sistemi li fuqha/fuqhom jaġixxi l-immobilizzatur tal-vettura:… |
3.1.2.3. |
Numru ta’ kodiċijiet interkambjabbli effettivi, jekk applikabbli:… |
ANNESS 1B
Dokument ta’ informazzjoni
(Format massimu: A4 (210 × 297 mm))
F’konformità mal-paragrafu 5 tar-Regolament Nru 162 dwar il-preskrizzjonijiet tekniċi uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni tal-immobilizzaturi u l-approvazzjoni ta’ vettura fir-rigward tal-immobilizzatur tagħha (relatati mal-approvazzjoni tat-tip tal-komponent jew tal-unità teknika separata tan-NU ta’ sistema ta’ immobilizzatur).
1. Ġenerali
1.1. |
Għamla (l-isem kummerċjali tal-manifattur):… |
1.2. |
Tip:… |
1.3. |
Il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk ikun immarkat fuq l-apparat (1):… |
1.3.1. |
Pożizzjoni ta’ dak l-immarkar:… |
1.4. |
Isem u indirizz tal-manifattur:… |
1.5. |
Pożizzjoni tal-marka tal-approvazzjoni tan-NU:… |
1.6. |
Indirizz(i) tal-impjant(i) tal-assemblaġġ:… |
2. Deskrizzjoni tal-apparat
2.1. |
Deskrizzjoni teknika dettaljata tal-immobilizzatur tal-vettura u tal-miżuri meħuda kontra attivazzjoni mhux volontarja:… |
2.2. |
Is-sistema(i) tal-vettura li fuqha/fuqhom jaħdem l-immobilizzatur tal-vettura:… |
2.3. |
Metodu ta’ ssettjar/tneħħija tal-issettjar tal-apparat:… |
2.4. |
Numru ta’ kodiċijiet interkambjabbli effettivi, jekk applikabbli:… |
2.5. |
Lista ta’ komponenti ewlenin li jagħmlu parti mill-apparat u, jekk applikabbli, il-marki ta’ referenza tagħhom:… |
3. Disinji
3.1. |
Disinji tal-komponenti ewlenin tal-apparat (id-disinji jridu juru l-ispazju maħsub għall-marka tal-approvazzjoni tat-tip tan-NU):… |
4. Struzzjonijiet
4.1. |
Lista ta’ vetturi li fuqhom l-apparat huwa maħsub li jitwaħħal:… |
4.2. |
Deskrizzjoni tal-metodu ta’ installazzjoni muri permezz ta’ ritratti u/jew disinji:… |
4.3. |
Struzzjonijiet għall-użu:… |
4.4. |
Struzzjonijiet għall-manutenzjoni, jekk ikun hemm:… |
4.5. |
Impuls tat-test 5a/5b skont l-Istandard Internazzjonali ISO 7637-2:2004: applikat / mhux applikat… |
(1) Jekk il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip ikollu karattri mhux rilevanti biex jiddeskrivu t-tipi tal-komponent jew tal-unità teknika separata koperti f’dan id-dokument ta’ informazzjoni, karattri bħal dawn għandhom ikunu rrappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu “?” (eż. ABC??123??).
ANNESS 2A
Komunikazzjoni
(Format massimu: A4 (210 × 297 mm))
|
Li tikkonċerna (2) |
: |
Approvazzjoni mogħtija Approvazzjoni estiża Approvazzjoni rifjutata Approvazzjoni rtirata Produzzjoni mwaqqfa għalkollox |
ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tal-immobilizzatur tagħha skont ir-Regolament tan-NU Nru 162
Nru tal-Approvazzjoni…
TAQSIMA I
1. |
Ġenerali |
1.1. |
Għamla (l-isem kummerċjali tal-manifattur):… |
1.2. |
Tip:… |
1.3. |
Il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk ikun immarkat fuq il-vettura/komponent/unità teknika separata (2)/(a):… |
1.3.1. |
Pożizzjoni ta’ dak l-immarkar:… |
1.4. |
Kategorija ta’ vettura (b):… |
1.5. |
Isem u indirizz tal-manifattur:… |
1.6. |
Post tal-marka tal-approvazzjoni KEE:… |
1.7. |
Indirizz(i) tal-impjant(i) tal-assemblaġġ:… |
TAQSIMA II
1. |
Informazzjoni addizzjonali (fejn applikabbli): ara l-addendum |
2. |
Is-servizz tekniku responsabbli għat-twettiq tat-testijiet:… |
3. |
Data tar-rapport tat-test:… |
4. |
Numru tar-rapport tat-test:… |
5. |
Kummenti (jekk ikun hemm): ara l-addendum |
6. |
Post:… |
7. |
Data:… |
8. |
Firma:… |
9. |
L-indiċi għall-pakkett tal-informazzjoni ppreżentat lill-awtorità tal-approvazzjoni, li jista’ jinkiseb fuq talba, jinsab mehmuż:… |
(1) In-numru distintiv tal-pajjiż li jkun ta/estenda/irrifjuta/irtira l-approvazzjoni (ara d-dispożizzjonijiet dwar l-approvazzjoni fir-Regolament).
(2) Aqta’ barra dak li ma japplikax (hemm każijiet fejn ma hemm bżonn li jitħassar xejn, meta tkun applikabbli aktar minn entrata waħda).
Addendum
għaċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tan-NU Nru …
Dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura fir-rigward tar-Regolament Nru 162
1.
Informazzjoni addizzjonali:…
1.1.
Deskrizzjoni fil-qosor tal-immobilizzatur:…
2.
Kummenti:…
Noti għaċ-ċertifikat tal-approvazzjoni/formola ta’ komunikazzjoni:
(a) |
Jekk il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip ikollu karattri mhux rilevanti biex jiddeskrivu l-vettura, it-tipi tal-komponent jew tal-unità teknika separata koperti f’dan id-dokument ta’ informazzjoni, karattri bħal dawn għandhom ikunu rrappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu “?” (eż. ABC??123??). |
(b) |
Kif iddefinit fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3.), id-dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.6, para. 2. |
ANNESS 2B
Komunikazzjoni
(Format massimu: A4 (210 × 297 mm))
|
Li tikkonċerna (2) |
: |
Approvazzjoni mogħtija Approvazzjoni estiża Approvazzjoni rifjutata Approvazzjoni rtirata Produzzjoni mwaqqfa għalkollox |
ta’ tip ta’ komponent jew unità teknika separata bħala immobilizzatur skont ir-Regolament tan-NU Nru 162
Nru tal-Approvazzjoni…
Raġuni għall-estensjoni:
TAQSIMA I
1. |
Ġenerali… |
1.1. |
Għamla (l-isem kummerċjali tal-manifattur):… |
1.2. |
Tip:… |
1.3. |
Il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip, jekk ikun immarkat fuq l-apparat (a):… |
1.3.1. |
Pożizzjoni ta’ dak l-immarkar:… |
1.4. |
Isem u indirizz tal-manifattur:… |
1.5. |
Post tal-marka tal-approvazzjoni KEE:… |
1.6. |
Indirizz(i) tal-impjant(i) tal-assemblaġġ:… |
TAQSIMA II
1. |
Informazzjoni addizzjonali (fejn applikabbli): ara l-addendum |
2. |
Is-servizz tekniku responsabbli għat-twettiq tat-testijiet:… |
3. |
Data tar-rapport tat-test:… |
4. |
Numru tar-rapport tat-test:… |
5. |
Kummenti (jekk ikun hemm): ara l-addendum |
6. |
Post:… |
7. |
Data:… |
8. |
Firma:… |
9. |
L-indiċi għall-pakkett tal-informazzjoni ppreżentat lill-awtorità tal-approvazzjoni, li jista’ jinkiseb fuq talba, jinsab mehmuż. |
(1) In-numru distintiv tal-pajjiż li jkun ta/estenda/irrifjuta/irtira l-approvazzjoni (ara d-dispożizzjonijiet dwar l-approvazzjoni fir-Regolamenti).
(2) Aqta’ barra dak li ma japplikax (hemm każijiet fejn ma hemm bżonn li jitħassar xejn, meta tkun applikabbli aktar minn entrata waħda).
Addendum
għaċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tan-NU Nru …
dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ immobilizzatur fir-rigward tar-Regolament Nru 162
1.
Informazzjoni addizzjonali:…
1.1.
Deskrizzjoni fil-qosor tal-immobilizzatur:…
1.2.
Lista ta’ vetturi li fuqhom l-immobilizzatur huwa maħsub li jitwaħħal:…
1.3.
Tipi ta’ vetturi li fuqhom l-immobilizzatur kien ittestjat:…
1.4.
Lista tal-komponenti ewlenin, debitament identifikati, li jinkludu l-immobilizzatur:…
2.
Kummenti:…
Noti għaċ-ċertifikat tal-approvazzjoni/formola ta’ komunikazzjoni:
(a) |
Jekk il-mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip ikollu karattri mhux rilevanti biex jiddeskrivu t-tipi tal-komponent jew tal-unità teknika separata koperti f’dan id-dokument ta’ informazzjoni, karattri bħal dawn għandhom ikunu rrappreżentati fid-dokumentazzjoni bis-simbolu “?” (eż. ABC??123??). |
ANNESS 3
Arranġamenti tal-marki tal-approvazzjoni
Illustrazzjoni 1
(ara l-paragrafu 4.2 ta’ dan ir-Regolament)
a = 8 mm min
Il-marka tal-approvazzjoni ta’ hawn fuq li tidher fl-illustrazzjoni 1 imwaħħla ma’ vettura turi li t-tip ikkonċernat ġie approvat fin-Netherlands (E 4) skont ir-Regolament tan-NU Nru 162 bin-numru tal-approvazzjoni 001234. L-ewwel żewġ ċifri (00) tan-numru ta’ approvazzjoni jindikaw li l-approvazzjoni ngħatat f’konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament tan-NU Nru 162 fil-forma oriġinali tiegħu.
ANNESS 4
Mudell taċ-ċertifikat ta’ konformità
Jiena s-sottoskritt… |
|
(kunjom u isem) |
|
Niċċertifika li l-immobilizzatur tal-vettura deskritt hawn taħt: |
|
Għamla:… |
|
Tip:… |
|
huwa konformi kompletament mat-tip approvat |
|
fi… |
nhar… |
(post tal-approvazzjoni) |
(data) |
kif deskritt fil-formola ta’ komunikazzjoni li għandha l-approvazzjoni Nru… |
|
Identifikazzjoni tal-komponent(i) ewlieni/ewlenin: |
|
Komponent:… |
Immarkar:… |
Magħmul fi:… |
nhar:… |
Indirizz sħiħ u timbru tal-manifattur:… |
|
Firma:…(jekk jogħġbok speċifika l-pożizzjoni). |
ANNESS 5
Mudell taċ-ċertifikat tal-installazzjoni
Jiena s-sottoskritt … installatur professjonali, niċċertifika li l-installazzjoni tal-immobilizzatur deskritt hawn taħt twettqet minni stess skont l-istruzzjonijiet ta’ mmuntar pprovduti mill-manifattur tas-sistema.
Deskrizzjoni tal-vettura
Għamla:…
Tip:…
Numru tas-serje:…
Numru tar-reġistrazzjoni:…
Deskrizzjoni tal-immobilizzatur
Għamla:…
Tip:…
Numru tal-approvazzjoni:…
Magħmul fi:…nhar:…
Indirizz sħiħ u timbru tal-installatur:…
……
……
Firma: … (jekk jogħġbok speċifika l-pożizzjoni)
ANNESS 6
Il-parametri tat-tħaddim u l-kundizzjonijiet tat-test għal immobilizzatur
1. Parametri tat-tħaddim
Ir-rekwiżiti ta’ hawn taħt ma japplikawx għal:
(a) |
Dawk il-komponenti li jkunu mwaħħla u ttestjati bħala parti mill-vettura, kemm jekk ikun hemm imwaħħal immobilizzatur kif ukoll jekk le (eż. lampi, sistema ta’ allarm, apparat li jipprevjeni l-użu mhux awtorizzat permezz ta’ sistema tal-illokkjar); jew |
(b) |
Dawk il-komponenti li jkunu ġew ittestjati qabel bħala parti mill-vettura u tkun ġiet ipprovduta evidenza dokumentarja. |
Il-komponenti kollha tal-immobilizzatur għandhom jaħdmu mingħajr falliment taħt il-kundizzjonijiet li ġejjin.
1.1. Il-kundizzjonijiet klimatiċi
Żewġ klassijiet ta’ temperaturi ambjentali huma definiti kif ġej:
(a) |
– 40 °C sa + 85 °C għall-partijiet li għandhom jitwaħħlu fil-kompartiment tal-passiġġieri jew tal-bagoll, |
(b) |
– 40 °C sa + 125 °C għall-partijiet li għandhom jitwaħħlu fil-kompartiment tal-magna sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. |
1.2. Grad ta’ protezzjoni għall-installazzjoni
Għandhom jiġu pprovduti l-gradi ta’ protezzjoni li ġejjin f’konformità mal-pubblikazzjoni tal-IEC 60529:1989:
(a) |
IP 40 għall-partijiet li għandhom jitwaħħlu fil-kompartiment tal-passiġġieri, |
(b) |
IP 42 għall-partijiet li għandhom jitwaħħlu fil-kompartiment tal-passiġġieri ta’ roadsters/konvertibbli u karozzi b’pannelli tas-saqaf li jistgħu jiċċaqilqu jekk il-post tal-installazzjoni jirrikjedi grad ogħla ta’ protezzjoni mill-IP 40, |
(c) |
IP 54 għall-partijiet l-oħra kollha. |
Il-manifattur tal-immobilizzatur għandu jispeċifika fl-istruzzjonijiet tal-installazzjoni kull restrizzjoni fuq l-ippożizzjonar ta’ xi parti tal-installazzjoni fir-rigward ta’ trab, ilma u temperatura.
1.3. Reżistenza għat-temp
7 ijiem skont il-pubblikazzjoni tal-IEC 60068-2-30:1980.
1.4. Kundizzjonijiet elettriċi
Vultaġġ tal-provvista attribwit: 12 V
Medda tal-vultaġġ tal-provvista tat-tħaddim: minn 9 V sa 15 V fil-medda ta’ temperaturi skont il-paragrafu 1.1.1.
Perjodi massimi ta’ vultaġġ eċċessiv fi 23 °C:
U = 18 V, mass. siegħa
U = 24 V, mass. minuta
2. Kundizzjonijiet tat-test
It-testijiet kollha għandhom jitwettqu f’sekwenza fuq immobilizzatur wieħed. Madankollu, fid-diskrezzjoni tal-awtorità tat-test, jistgħu jintużaw kampjuni oħrajn jekk dan ma jitqiesx li jaffettwa r-riżultati tat-testijiet l-oħra.
2.1. Kundizzjonijiet normali tat-test
Vultaġġ U = (12 ± 0,2) V
Temperatura T = (23 ± 5) °C
3. Test tat-tħaddim
Il-komponenti kollha tal-immobilizzatur għandhom jikkonformaw mal-preskrizzjonijiet mogħtija fil-paragrafi 3.2 sa 3.9 ta’ dan ir-Regolament.
3.1. Mat-tlestija tat-testijiet kollha speċifikati hawn taħt, l-immobilizzatur għandu jiġi ttestjat fil-kundizzjonijiet normali tat-test speċifikati fil-paragrafu 2.1 ta’ dan ir-Regolament biex jiġi vverifikat jekk jibqax jiffunzjona normali. Fejn meħtieġ, il-fjusis jistgħu jiġu sostitwiti qabel it-test.
Jekk uħud mit-testijiet mitluba f’kull wieħed minn dawn il-paragrafi qabel it-testijiet ta’ tħaddim jitwettqu f’serje fuq immobilizzatur wieħed, it-test ta’ tħaddim jista’ jsir biss darba wara li t-testijiet magħżula jkunu tlestew minflok ma jsiru t-testijiet ta’ tħaddim mitluba f’dawn il-paragrafi wara kull wieħed mit-testijiet magħżula. Il-manifatturi tal-vettura u l-fornituri għandhom jiggarantixxu riżultati sodisfaċenti biss fuq proċeduri mhux akkumulati.
3.2. Reżistenza għat-temperatura u bidliet fil-vultaġġ
Għandha tiġi vverifikata wkoll il-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet definiti fil-paragrafu 3.1. fil-kundizzjonijiet li ġejjin:
3.2.1. |
|
3.2.2. |
Għall-partijiet li jridu jitwaħħlu fil-kompartiment tal-passiġġieri jew tal-bagalji:
|
3.2.3. |
Għall-partijiet li għandhom jitwaħħlu fil-kompartiment tal-passiġġieri sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor:
|
3.2.4. |
L-immobilizzatur, kemm fl-istat issettjat kif ukoll fl-istat mhux issettjat, għandu jiġi sottomess għal vultaġġ żejjed ugwali għal (18 ± 0,2) V għal siegħa. |
3.2.5. |
L-immobilizzatur, kemm fl-istat issettjat kif ukoll fl-istat mhux issettjat, għandu jiġi sottomess għal vultaġġ żejjed ugwali għal (24 ± 0,2) V għal minuta. |
3.3. Tħaddim sikur wara l-ittestjar tal-impermeabbiltà għall-korpi estranei u għall-ilma
Wara t-test tal-impermeabbiltà għall-korpi estranei u għall-ilma skont il-pubblikazzjoni tal-IEC 60529:1989, għall-gradi ta’ protezzjoni bħal fil-paragrafu 1.1.2, għandhom jiġu ripetuti t-testijiet tat-tħaddim skont il-paragrafu 3.1.
Bi ftehim mas-Servizz Tekniku dan ir-rekwiżit ma għandux għalfejn japplika fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:
(a) |
Approvazzjoni tat-Tip ta’ immobilizzatur li għandu jiġi approvat skont it-tip bħala unità teknika separata F’dan il-każ, il-manifattur tal-immobilizzatur għandu:
|
(b) |
Approvazzjoni tat-tip ta’ vettura fir-rigward ta’ immobilizzatur F’dan il-każ, il-manifattur għandu jispeċifika fil-punt 3.1.1.1 tal-Anness 1a tad-dokument ta’ informazzjoni (l-Anness 1a), li r-rekwiżit ta’ dan il-paragrafu ma japplikax għall-immobilizzatur minħabba n-natura tal-kundizzjonijiet tal-installazzjoni u l-manifattur tal-vettura għandu jagħti prova ta’ dan billi jippreżenta dokumenti relatati. |
(c) |
L-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura fir-rigward tal-installazzjoni ta’ immobilizzatur li t-tip tiegħu huwa approvat bħala unità teknika separata. |
F’dan il-każ, il-manifattur tal-vettura għandu jispeċifika fil-punt 3.1.1.1 tal-Anness 1a tad-dokument ta’ informazzjoni (l-Anness 1a), li r-rekwiżit ta’ dan il-paragrafu ma japplikax għall-installazzjoni tal-immobilizzatur fejn il-kundizzjonijiet ta’ installazzjoni rilevanti huma ssodisfati.
Dan ir-rekwiżit ma japplikax f’każijiet fejn l-informazzjoni meħtieġa fil-punt 3.1.3.1.1 tal-Anness 1a tkun diġà tressqet għall-approvazzjoni tal-unità teknika separata.
3.4. Tħaddim sikur wara t-test għal ilma kondensat
Wara test tar-reżistenza għall-umdità li għandu jitwettaq skont il-pubblikazzjoni tal-IEC 60068-2-30:1980, għandhom jiġu ripetuti t-testijiet tat-tħaddim skont il-paragrafu 3.1.
3.5. Test għas-sikurezza kontra polarità inversa
L-immobilizzatur u l-komponenti tiegħu ma għandhomx jiġu distrutti minn polarità inversa sa 13 V matul żewġ minuti. Wara dan it-test, it-testijiet tat-tħaddim skont il-paragrafu 3.1. għandhom jiġu ripetuti bil-fjusis mibdula, jekk meħtieġ.
3.6. Test għas-sikurezza minn short-circuits
Il-konnessjonijiet elettriċi kollha tal-immobilizzatur iridu jkunu protetti minn short-circuits mal-ert, massimu 13 V u/jew bil-fjus. Wara dan it-test, għandhom jiġu ripetuti t-testijiet tat-tħaddim skont il-paragrafu 3.1, bil-fjusis mibdula jekk ikun meħtieġ.
3.7. Konsum ta’ enerġija fil-kundizzjoni ssettjata
Il-konsum ta’ enerġija fil-kundizzjoni ssettjata mogħtija fil-paragrafu 2.1 ma għandux jaqbeż medja ta’ 20 mA għas-sistema kompluta tal-immobilizzatur inkluż id-displej tal-istatus.
Bi ftehim mas-Servizz Tekniku dan ir-rekwiżit ma għandux għalfejn japplika fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:
(a) |
Approvazzjoni tat-Tip ta’ immobilizzatur li għandu jiġi approvat skont it-tip bħala unità teknika separata F’dan il-każ, il-manifattur tal-immobilizzatur għandu:
|
(b) |
Approvazzjoni tat-tip ta’ vettura fir-rigward ta’ immobilizzatur F’dan il-każ, il-manifattur għandu jispeċifika fil-punt 3.1.3.1.1 tad-dokument ta’ informazzjoni (l-Anness 1a), li r-rekwiżit ta’ dan il-paragrafu ma japplikax għall-immobilizzatur minħabba n-natura tal-kundizzjonijiet tal-installazzjoni u l-manifattur tal-vettura għandu jagħti prova ta’ dan billi jippreżenta dokumenti relatati. |
(c) |
L-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura fir-rigward tal-installazzjoni ta’ immobilizzatur li t-tip tiegħu huwa approvat bħala unità teknika separata. F’dan il-każ, il-manifattur tal-vettura għandu jispeċifika fil-punt 3.1.3.1.1 tad-dokument ta’ informazzjoni (l-Anness 1a), li r-rekwiżit ta’ dan il-paragrafu ma japplikax għall-installazzjoni tal-immobilizzatur meta l-kundizzjonijiet ta’ installazzjoni rilevanti jkunu ssodisfati. Dan ir-rekwiżit ma japplikax f’każijiet fejn l-informazzjoni meħtieġa fil-punt 3.1.3.1.1 tal-Anness 1a tkun diġà tressqet għall-approvazzjoni tal-unità teknika separata. |
3.8. Tħaddim sikur wara test ta’ vibrazzjoni
3.8.1. |
Għal dan it-test, il-komponenti huma suddiviżi f’żewġ tipi:
|
3.8.2. |
Il-komponenti/l-immobilizzatur għandhom jiġu sottomessi għal modalità ta’ vibrazzjoni sinusojdali li l-karatteristiċi tagħha huma kif ġej:
Il-varjazzjoni tal-frekwenza hija ta’ ottava/minuta. In-numru ta’ ċikli huwa ta’ 10, it-test għandu jitwettaq tul kull wieħed mit-3 assi. Il-vibrazzjonijiet jiġu applikati fi frekwenzi baxxi f’amplitudni kostanti massima u f’aċċellerazzjoni kostanti massima fuq frekwenzi għoljin. |
3.8.3. |
Matul it-test l-immobilizzatur għandu jkun imqabbad elettrikament u l-kejbil għandu jkollu appoġġ wara 200 mm. |
3.8.4. |
Wara t-test tal-vibrazzjoni, għandhom jiġu ripetuti t-testijiet tat-tħaddim skont il-paragrafu 3.1. |
3.9. Kompatibbiltà elettromanjetika
L-immobilizzatur għandu jiġi sottomess għat-testijiet deskritti fl-Anness 7.
ANNESS 7
Kompatibbiltà elettromanjetika
1. Immunità kontra disturbi kondotti tul il-linji ta’ provvista
1.1 |
It-testijiet għandhom jitwettqu skont il-preskrizzjonijiet tekniċi u d-dispożizzjonijiet tranżitorji tar-Regolament tan-NU Nru 10, is-serje ta’ emendi 06 u skont il-metodi ta’ ttestjar deskritti fl-Anness 10 għal Subassemblaġġ Elettriku/Elettroniku (ESA). |
1.2. |
L-immobilizzatur għandu jiġi ttestjat fi stat mhux issettjat u fi stat issettjat |
2. Immunità kontra disturbi rradjati ta’ frekwenza għolja
2.1. |
L-ittestjar tal-immunità ta’ immobilizzatur f’vettura jista’ jitwettaq skont il-preskrizzjonijiet tekniċi u d-dispożizzjonijiet tranżitorji tar-Regolament Nru 10, is-serje ta’ emendi 06 u l-metodi ta’ ttestjar deskritti fl-Anness 6 għall-vetturi jew l-Anness 9 għal Subassemblaġġ Elettriku/Elettroniku (ESA) |
2.2. |
L-immobilizzatur għandu jiġi ttestjat bil-kundizzjonijiet tat-tħaddim u bil-kriterji ta’ falliment kif iddefiniti fit-Tabella 1
Tabella 1 Kundizzjonijiet tat-tħaddim u kriterji ta’ falliment għall-immobilizzatur
|
3. Disturb elettriku minn skariki elettrostatiċi
3.1. |
L-immunità kontra d-disturbi elettriċi għandha tiġi ttestjata f’konformità mal-Istandard tal-ISO 10605:2008/AMD 1:2014 bl-użu tal-livelli tas-severità tat-test mit-Tabella 2. |
3.2. |
It-testijiet tal-ESD għandhom jitwettqu jew fil-livell tal-vettura jew fil-livell tas-Subassemblaġġ Elettriku/Elettroniku (ESA).
Tabella 2 Livelli ta’ ttestjar tal-ESD
|
4. Emissjonijiet irradjati
4.1. |
It-testijiet għandhom jitwettqu skont il-preskrizzjonijiet tekniċi u d-dispożizzjonijiet tranżitorji tar-Regolament tan-NU Nru 10, is-serje ta’ emendi 04 u skont il-metodi ta’ ttestjar deskritti fl-Annessi 4 u 5 għall-vetturi jew l-Annessi 7 u 8, għal Subassemblaġġ Elettriku/Elettroniku (ESA). |
4.2. |
L-immobilizzatur għandu jkun fi stat issettjat. |
(1) Dan it-test jista’ jkun kopert mir-Regolament tan-NU Nru 10, modalità 50 km/siegħa.