EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 42021D0920

Deċiżjoni (UE) 2021/920 tar-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri tat-2 ta’ Ġunju 2021 li taħtar tliet Imħallfin fil-Qorti tal-Ġustizzja

ST/8355/2021/INIT

OJ L 201, 8.6.2021, p. 28–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2021/920/oj

8.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 201/28


DEĊIŻJONI (UE) 2021/920 TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI

tat-2 ta’ Ġunju 2021

li taħtar tliet Imħallfin fil-Qorti tal-Ġustizzja

IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 253 u 255 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-mandati ta’ erbatax-il Imħallef u sitt Avukati Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja ser jiskadu fis-6 ta’ Ottubru 2021.

(2)

Jenħtieġ li jkun hemm ħatriet biex jimtlew dawn il-karigi għall-perijodu li jibda mis-7 ta’ Ottubru 2021 u li jiskadi fis-6 ta’ Ottubru 2027.

(3)

Is-Sur Siniša RODIN ġie propost għal din il-kariga bil-ħsieb li jiġi mġedded il-mandat tiegħu bħala Mħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja.

(4)

Is-Sur François BILTGEN ġie propost għal din il-kariga bil-ħsieb li jiġi mġedded il-mandat tiegħu bħala Mħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja.

(5)

Is-Sur Zoltán CSEHI ġie propost għall-ewwel mandat tiegħu bħala Mħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja.

(6)

Il-kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ta opinjoni favorevoli dwar l-idoneità ta’ dawn il-kandidati għall-qadi tal-funzjonijiet ta’ Mħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-persuni li ġejjin huma b’dan maħtura Mħallfin tal-Qorti tal-Ġustizzja għall-perijodu mis-7 ta’ Ottubru 2021 sas-6 ta’ Ottubru 2027:

Is-Sur Siniša RODIN,

Is-Sur François BILTGEN,

Is-Sur Zoltán CSEHI.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Ġunju 2021.

Il-President

N. BRITO


Top